Viżta Pastorali tal‑Arċisqof
fil‑Parroċċa ta’ Santa Venera
www.thechurchinmalta.org 1 – 3 TA’ APRIL 2017
Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Viżta Pastorali fil‑Parroċċa ta’ Santa Venera Għeżież membri tal‑Parroċċa ta’ Santa Venera, Huwa ta’ ferħ kbir għalija li niġi f’din il-parroċċa għażiża, għall-Viżta Pastorali. Kien sewwa sew fl‑inħawi ta’ din il‑parroċċa li San Ġorġ Preca, Terzjarju Karmelitan, kien jiltaqa’ mal‑Qaddej ta’ Alla Ewġenju Borg, li wara sar l‑ewwel Superjur Ġenerali tas‑Soċjetà tad‑Dutrina Nisranija (il‑MUSEUM), biex jiffurmah f’dak li xtaq Alla minnu ħalli “Ġesù jkun maħruf u maħbub”. L‑istess Dun Gorg qatta l‑aħħar xhur ta’ ħajtu jgħix fostkom u hawn miet fis‑26 ta’ Lulju 1962. Il-kliem: “Ġesù jkun maħruf u maħbub” ifakkarna wkoll fil‑Martri Santa Venera li biex dan il‑kliem iseħħ, b’imħabba u b’fidi kbira, laqgħet is‑sejħa li tmur ixxandar il‑ferħ tal‑Evanġelju u waslet biex xerrdet demmha għalih. Matul din il-Viżta Pastorali, ser nieħu pjaċir ħafna niltaqa’ magħkom. Nixtieq niltaqa’ magħkom bħala l‑Isqof tagħkom imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom, niltaqa’ magħkom bħala kommunità Nisranija, niltaqa’ magħkom bħala Nsara li jgħixu fit‑territorju ta’ Santa Venera, b’impenn li x‑xhieda sabiħa tal‑Qaddisa Patruna tagħkom tibqa’ attwali għalina llum u għall‑ġenerazzjonijiet futuri. Ser niltaqa’ mat‑tfal, ser niltaqa’ maż‑żgħażagħ, ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l‑morda u l‑anzjani. Nixtieq li l‑laqgħa tiegħi u ż‑żjara tiegħi fostkom bħala l‑Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għal kull wieħed u waħda minnkom. Il‑Mulej iberikkom. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
Stedina Is‑Sibt 1 ta’ April 5:00 p.m.
Il‑Ħadd 2 ta’ April 9:00 a.m.
10:00 a.m. 10:30 a.m. 11:30 a.m.
6:45 p.m.
It‑Tnejn 3 ta’ April 10.45 a.m.
11:30 a.m.
12:30 p.m.
5:00 p.m.
6:15 p.m.
7:00 p.m.
L‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja l‑Qadima u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti.
L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑katekisti għal laqgħa ta’ djalogu fiċ‑Ċentru Parrokkjali. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑Kunsill Lokali fiċ‑Ċentru Parrokkjali. L‑Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Qrar fil‑Knisja Parrokkjali. L‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑operaturi pastorali tal‑Parroċċa għal laqgħa ta’ djalogu fiċ‑Ċentru Parrokkjali.
L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑anzjani ta’ Apap Institute u mas‑sorijiet Dumnikani. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑istudenti u l‑istaff tal‑Iskola San Elija. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑komunità ta’ patrijiet Karmelitani tal‑Parroċċa. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑adolexxenti tal‑Parroċċa għal laqgħa ta’ djalogu fiċ‑Ċentru Parrokkjali. L‑Arċisqof jiltaqa’ mat‑tfal ta’ Dar San Ġużepp. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑komunità ta’ patrijiet tas‑Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl.