Viżta Pastorali tal‑Arċisqof
fil‑Parroċċa tan‑Naxxar
www.thechurchinmalta.org 20 – 24 TA’ MEJJU 2017
Stedina Is‑Sibt 20 ta’ Mejju 5:45 p.m. Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Viżta Pastorali fil‑Parroċċa tan‑Naxxar Għeżież membri tal‑Parroċċa tan‑Naxxar, Huwa ta’ ferħ kbir għalija li niġi f’din il‑parroċċa għażiża, għall‑Viżta Pastorali. In‑Naxxar jiftaħar, u jagħmel sew, li niesu kienu l‑ewwel li emmnu l‑kelma mxandra lilhom mill‑Appostlu Missierna San Pawl. Il‑fidi li laqgħu kibret u mmaturat madwar id‑devozzjoni mbierka lejn it‑twelid tal‑Verġni Mqaddsa Marija. Għalhekk illum in‑Naxxar, mibni fuq għolja, l‑ewwel wieħed li emmen u marbut f’rabta daqshekk qawwija mal‑Omm qaddisa tagħna, jidher minn kullimkien, xhud tat‑twemmin imqaddes u mħabba partikulari lejn Marija Bambina. Ser nieħu pjaċir ħafna niltaqa’ magħkom. Nixtieq niltaqa’ magħkom bħala l‑Isqof tagħkom imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom, niltaqa’ magħkom bħala kommunità Nisranija, niltaqa’ magħkom bħala Nsara li jgħixu fit‑territorju tan‑Naxxar. Ser niltaqa’ mat‑tfal, maż‑żgħażagħ, mal‑familji, ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l‑morda u l‑anzjani. Nixtieq li l‑laqgħa tiegħi u ż‑żjara tiegħi fostkom bħala l‑Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għal kull wieħed u waħda minnkom.
6:30 p.m. Il‑Ħadd 21 ta’ Mejju 8:30 a.m.
9:45 a.m.
11:00 a.m.
12:15 p.m. It‑Tnejn 22 ta’ Mejju 5:30 p.m.
7:00 p.m.
It‑Tlieta 23 ta’ Mejju 7:30 p.m. L-Erbgħa 24 ta’ Mejju 5:00 p.m.
Il‑Mulej iberikkom. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
6:15 p.m.
L‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar fil‑Knisja Parrokkjali. L‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. L‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑komunità tal‑Ġiżwiti f’Dar Loyola. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑Kunsill Lokali u ma’ rappreżentanti tas‑socjetà ċivili, fl‑annexe tal‑knisja. L‑Arċisqof jiltaqa’ mas‑saċerdoti tal‑parroċċa fid‑dar tal‑Kappillan.
L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑operaturi pastorali u mal‑katekisti tal‑parroċċa u taż‑żoni kollha, fl‑annexe tal‑knisja. L‑Arċisqof jiltaqa’ maż‑żgħażagħ tal‑parroċċa għal laqgħa ta’ djalogu, fl‑annexe tal‑knisja. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑persuni involuti fil‑festa tal‑parroċċa, fl‑annexe tal‑knisja.
L‑Arċisqof jiltaqa’ mat‑tfal tal‑parroċċa u taż‑żoni kollha, fl‑oratorju. L‑Arċisqof jiltaqa’ mal‑adolexxenti tal‑parroċċa u taż‑żoni kollha, fl‑oratorju. Ritratti tal-Viżta Pastorali: www.knisja.org/ritratti