Viżta Pastorali tal‑Arċisqof
fil‑Parroċċa tal-Qawra
www.thechurchinmalta.org 14 – 15 TA’ JANNAR 2018
Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa San Franġisk ta’ Assisi, il-Qawra Għeżież membri tal-Parroċċa tal-Qawra, Huwa ta’ ferħ kbir għalija li fil-bidu ta’ din is-sena, niġi f’din il-Parroċċa għażiża għall-Viżta Pastorali. Il-komunità parrokkjali żagħżugħa tagħkom, marbuta mas-sempliċità ta’ San Franġisk ta’ Assisi u kkurata b’tant għożża mill-patrijiet Franġiskani Konventwali, hija komunità miżgħuda b’diversità ta’ kull tip. L-eżempju u l-ħarsien ta’ San Franġisk ta’ Assisi, li f’ħajtu ċaħad kull rabta ta’ għana u ġid u minn kull preġudizzju, iħeġġuna biex infittxu l-perfezzjoni. Dan ukoll meta naffaċċjaw it-tbatija li nsibu ruħna fiha fil-mixja tagħna. Matul din il-Viżta Pastorali nixtieq immiss b’idejja r-realtà li qed tgħixu bħala komunità Nisranija u nitlobkom tgħinuni nifhimha iżjed. Nixtieq niltaqa’ magħkom bħala l-Isqof tagħkom imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom; nixtieq niltaqa’ magħkom bħala komunità Nisranija, bħala Nsara li tgħixu f’din il-parroċċa għażiża. Ser niltaqa’ mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji; ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l-morda u l-anzjani. Nixtieq li ż-żjara tiegħi fostkom bħala l-Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għalina lkoll. Il‑Mulej iberikkom. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
Stedina Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 9:30 a.m. 10:45 a.m. 12:00 p.m. 6:15 p.m.
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-patrijiet u s-saċerdoti li jagħtu sehem fil-Parroċċa. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunità internazzjonli tal-Parroċċa, fosthom ma’ Nsara minn Knejjes oħra, fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tnejn 15 ta’ Jannar 10:00 a.m. 11:30 a.m. 6:00 p.m. 7:15 p.m.
L-Arċisqof jiltaqa’ mal-anzjani fid-Dar tal-Anzjani, Casa San Paolo. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-impjegati ta’ żewġ lukandi. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti tal-Parroċċa fiċ-Ċentru Parrokkjali. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-Parroċċa għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali. Ritratti tal-Viżta Pastorali: www.knisja.org/ritratti