Viżta Pastorali tal‑Arċisqof
fil‑Parroċċa ta’ Ħal Balzan
www.thechurchinmalta.org Ritratti tal-Viżta Pastorali: www.knisja.org/ritratti
3 – 5 TA’ FRAR 2018
Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa Marija Annunzjata, Ħal Balzan
Stedina Is-Sibt 3 ta’ Frar
Għeżież membri tal-Parroċċa ta’ Ħal Balzan,
5:00 p.m.
Huwa ta’ ferħ kbir għalija li ser niġi f’din il-Parroċċa għażiża għall-Viżta Pastorali.
L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali.
6:30 p.m.
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ ma’ dawk preżenti.
7:45 p.m.
L-Arċisqof iżur lir-residenti u l-istaff ta’ Dar Merħba Bik.
Il-komunità parrokkjali tagħkom, taħt il-ħarsien tal-Imqaddsa Verġni Marija mħabbra mill-Anġlu Gabrijel, sa mit-twaqqif tagħha, sewwa sew lejlet il‑festa tat-tlugħ ta’ Marija mtellgħa fis-sema tal‑1655, turi rabta qawwija ma’ Omm Alla. Marija mhux biss dejjem ħarset lil din il-parroċċa, imma għallmitha u qanqlitha biex bħalha, kif tisma’ l-Kelma ta’ Alla, tqum u twettaqha fil-prattika. Il‑ħidma pastorali u ta’ solidarjetà li din il-parroċċa għadha turi sal-lum huma mqanqlin minn kliem Marija biex nagħmlu dak li jgħidilna binha u għandhom ikunu ta’ ispirazzjoni għal min jixtieq jisma’ minn din l-Omm ħelwa tagħna. Matul din il-Viżta Pastorali nixtieq immiss b’idejja r-realtà li qed tgħixu bħala komunità Nisranija u nitlobkom tgħinuni nifhimha iżjed. Nixtieq niltaqa’ magħkom bħala l-Isqof tagħkom imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom; nixtieq niltaqa’ magħkom bħala komunità Nisranija, bħala Nsara li tgħixu f’din il-parroċċa għażiża.
Il-Ħadd 4 ta’ Frar
9:30 a.m.
L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali.
10:45 a.m.
L-Arċisqof jamministra s-Sagrament talQrar fil-Knisja Parrokkjali.
11:30 a.m.
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ ma’ dawk preżenti.
12:30 p.m.
L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa fid-Dar Parrokkjali.
6:15 p.m.
L-Arċisqof iżur lill-komunitajiet ta’ reliġjużi nisa.
It-Tnejn 5 ta’ Frar
9:30 a.m.
L-Arċisqof iżur l-istudenti u l-istaff tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Alwiġi.
10:45 a.m.
L-Arċisqof iżur lir-residenti u l-istaff ta’ Casa Antonia.
Ser niltaqa’ mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji; ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l-morda u l-anzjani. Nixtieq li ż-żjara tiegħi fostkom bħala l-Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għalina lkoll.
11:45 a.m.
L-Arċisqof iżur lir-residenti u l-istaff ta’ Hospice Malta.
5:30 p.m.
L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal u l-katekisti fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il‑Mulej iberikkom.
6:30 p.m.
X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
L-Arċisqof iżur lir-refuġjati residenti filparroċċa.
7:30 p.m.
L-Arċisqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali u r-reliġjużi fis-Sala Aurora.