Fuljett - Viżta Pastorali Ħ'Attard

Page 1

Viżta Pastorali tal‑Arċisqof

fil‑Parroċċa ta’ Ħ’Attard

www.thechurchinmalta.org Ritratti tal-Viżta Pastorali: www.knisja.org/ritratti

21 TA’ APRIL – 2 TA’ MEJJU 2018


Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa Marija Mtellgħa s-Sema, Ħ’Attard Għeżież membri tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard, Huwa ta’ ferħ kbir għalija li, f’dawn il-jiem se niġi f’din il-Parroċċa għażiża għall-Viżta Pastorali. Il-komunità parrokkjali tagħkom, taħt il-ħarsien tal-Imqaddsa Verġni Marija mtellgħa s-sema bir‑ruħ u l-ġisem, sa mit-twaqqif tagħha fl‑1575, turi rabta qawwija ma’ Omm Alla, xhieda tad‑devozzjoni li missirijietna dejjem kellhom lejn dan il-passaġġ fil‑ħajja ta’ Marija, li jimliena bit‑tama li, aħna wkoll bħalha, għad nistgħu nagħmlu. Marija mhux biss dejjem ħarset lil din il-Parroċċa, imma għallmitha u qanqlitha biex bħalha, kif tisma’ l-Kelma ta’ Alla, tqum u twettaqha fil-prattika. Il-ħidma pastorali u ta’ solidarjetà li din il-parroċċa għada turi sallum huma mqanqlin minn kliem Marija biex nagħmlu dak li jgħidilna binha u għandhom ikunu ta’ ispirazzjoni għal min jixtieq jisma’ minn din l-Omm ħelwa tagħna. Matul din il-Viżta Pastorali nixtieq immiss b’idejja r-realtà li qed tgħixu bħala komunità Nisranija u nitlobkom tgħinuni nifhimha iżjed. Bħala l-Isqof tagħkom imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom; nixtieq niltaqa’ magħkom bħala komunità Nisranija, niltaqa’ magħkom bħala Nsara li tgħixu f’din il-parroċċa għażiża. Ser niltaqa’ mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji; ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l-morda u l-anzjani. Nixtieq li ż-żjara tiegħi fostkom bħala l-Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għalina lkoll. Il‑Mulej iberikkom. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Stedina Is-Sibt 21 ta’ April 6:00 p.m.

7:30 p.m.

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa filkappella ta’ Santa Katarina u wara jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. L-Arċisqof, flimkien mal-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi, jiltaqa’ ma’ numru ta’ persuni minn setturi differenti tassoċjetà għal laqgħa ta’ djalogu.

Il-Ħadd 29 ta’ April 8:15 a.m. L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali. 9:00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ ma’ dawk preżenti. 10:30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali. 12:45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa. It-Tnejn 30 ta’ April L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti u l-istaff 9:15 a.m. tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Nikola. L-Erbgħa 2 ta’ Mejju 5:45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti u l-katekisti għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali. 7:00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali. 8:15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-Ċentru Parrokkjali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.