Valletta 2018 Official Opening Programme

Page 1

PROGRAMM TAL-FTUĦ TA’ VALLETTA 2018 VALLETTA 2018 OPENING PROGRAMME ERBA’ PJAZEZ 20 ta’ Jannar 2018 20th January 2018 ĠIMGĦA TAL-FTUĦ TA’ VALLETTA 2018 VALLETTA 2018 OPENING WEEK 14-21 ta’ Jannar 2018 14-21 January 2018


c. Carl Farrugia


IL-FESTA WASLET!

KULĦADD HUWA MISTIEDEN GĦAL ERBA’ PJAZEZ, IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 – IL-KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA. LESTU RUĦKOM GĦAL SERATA MIMLIJA SPETTAKLI U ĦAFNA SORPRIŻI LI TISTA’ TGAWDI MINNHOM IL-FAMILJA KOLLHA FIL-BELT KAPITALI. THE FESTA IS HERE! EVERYONE IS INVITED TO ERBA’ PJAZEZ, THE OFFICIAL OPENING CELEBRATION OF VALLETTA 2018 THAT LAUNCHES THE CAPITAL CITY’S TENURE AS A EUROPEAN CAPITAL OF CULTURE. GET READY FOR AN EVENING PACKED WITH PERFORMANCES AND PLENTY OF SURPRISES FOR THE WHOLE FAMILY TO ENJOY IN THE CAPITAL CITY.

Skont il-Karta ffirmata mill-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u f’Għawdex, it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 mogħti lill-Belt Valletta huwa titlu li jinqasam bejn il-lokalitajiet kollha tal-gżejjer tagħna. As per the Charter signed by all Local Councils in Malta and Gozo, Valletta’s title of European Capital of Culture 2018 is an award shared among all localities on our Islands.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn: www.valletta2018.org Further information can be found at: www.valletta2018.org


WERREJ // CONTENTS KELMTEJN MINGĦAND… // A WORD FROM… IĊ-ĊERMEN TA’ VALLETTA 2018 // THE VALLETTA 2018 CHAIRMAN ID-DIRETTUR ARTISTIKU TAL-AVVENIMENTI SPEĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE ARTISTIC DIRECTOR FOR SPECIAL EVENTS FOR VALLETTA 2018 ERBA’ PJAZEZ – IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // FOUR SQUARES – THE OFFICIAL OPENING CELEBRATION OF VALLETTA 2018 ĠIMGĦA TAL-FTUĦ // OPENING WEEK


KELMTEJN MINGĦAND... IĊ-ĊERMEN A WORD FROM... THE CHAIRMAN Valletta 2018 waslet.

Valletta 2018 is here.

Ħames snin ta’ ħidma iebsa finalment jingħaqdu flimkien fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ftuħ tant mistennija tagħna fl-20 ta’ Jannar 2018.

Five years of hard work finally come together in our much-anticipated opening celebration on the 20th January 2018.

Il-kultura u l-arti jappartjenu lilna lkoll. Huwa għalhekk li ħloqna Programm Kulturali li huwa aċċessibbli għal kulħadd. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 temmen f’opportunitajiet ugwali għal kulħadd, u huwa għalhekk li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini hija element tant importanti fix-xogħol li nagħmlu.

Culture and the arts belong to us all. It is for this reason that we have devised a Cultural Programme that is accessible to all. The Valletta 2018 Foundation believes in equal opportunities for everyone, which is why citizen participation is such an important part of the work we do.

Il-missjoni tagħna hi li ngħaqqdu flimkien persuni minn kull aspett tal-ħajja biex joħolqu rabtiet u esperjenzi sinifikanti permezz tal-arti u l-espressjoni kulturali. Aħna mhux biss nixtiequ nimpenjaw komunitajiet differenti, iżda rridu wkoll inqanqlu, inkunu ta’ sfida, u nispiraw il-mod ta’ kif naraw ilkultura u l-arti bis-sħiħ. F’dinja mimlija diviżjoni u preġudizzju, rinfurzata bi fruntieri u ħitan, għandna nħarsu lejn il-kultura biex inrawmu sens ta’ unità u biex niffurmaw id-diskors kontemporanju. Minbarra l-esperjenzi mill-isbaħ li se jirriżultaw minn din is-sena, se nkomplu nsaħħu s-settur kulturali permezz ta’ diversi proġetti infrastrutturali li se jkomplu jkunu ta’ benefiċċju għas-settur kulturali lokali lil hinn mill-2018. Valletta 2018 hija, fuq kollox, katalist għall-bidla – irridu noħolqu riġenerazzjoni kulturali, soċjali u ekonomika mhux biss għall-Belt Valletta, iżda għal Malta u Għawdex kollha.

Our mission is to bring people from all walks of life together to create meaningful connections and experiences through the arts and all modes of cultural expression. We not only want to engage different communities, we also strive to provoke, challenge, and inspire people and the way we view culture and the arts as a whole. In a world riddled with division and prejudice, reinforced by borders and walls, we must turn to culture to foster a sense of unity and to shape contemporary discourse. Apart from the wonderful experiences that will come out of this year, we will continue to strengthen the cultural sector through various infrastructural projects which will continue to benefit the local cultural sector beyond 2018. Valletta 2018 is, after all, a catalyst for change – we want to enact cultural, social and economic regeneration not only for the city of Valletta, but for all of Malta and Gozo.

Grazzi mill-qalb lil dawk kollha involuti fil-vjaġġ tagħna lejn it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura.

A heartfelt thank you goes to all those involved in our journey towards the title of European Capital of Culture.

Ingħaqdu magħna f’din il-festa nazzjonali!

Join us in this nation-wide festa!

Jason Micallef Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Chairman - Valletta 2018 Foundation

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 3 \ 4


KELMTEJN MINGĦAND... ID-DIRETTUR ARTISTIKU TAL-AVVENIMENTI SPEĊJALI TA’ VALLETTA 2018 A WORD FROM... VALLETTA 2018’S ARTISTIC DIRECTOR FOR SPECIAL EVENTS Il-kunċett ta’ kultura nazzjonali jqajjem dibattitu li ma jieqaf qatt, u nisħaq ngħid li importanti li ma jieqaf qatt, għax aktar ma naħdmu għall-kisba tattifsir ta’ x’irridu ngħidu bil-kelma ‘kultura’, aktar nifhmu lilna nfusna, minn fejn ġejna, u lejn xiex qed nimmiraw. Hija essenzjali li l-kultura, hi x’inhi, tinbet mill-espressjoni, ideat u ħsibijiet diverġenti fi ħdan poplu demokratiku, dejjem miftuħ għattkattir li minnu jgawdi kemm jista’ jkun kulħadd.

The concept of national culture brings about a never-ending debate, and I dare say it is important that this never ends, since the more one works to obtain the sense of what the word ‘culture’ means, the more we understand one another, where we came from, and where we aim to go. It is essential for culture to stem from expression, ideas and divergent thoughts in a democratic population, always open to growth that benefits everyone as much as possible.

Dawn l-aħħar tliet snin kienu żmien ta’ preparazzjoni intensiva u kollaborazzjoni, żmien ta’ skoperta. Jien ċert li se jkun programm li jagħti ġieħ lil Malta, kif ukoll lill-għażiża Belt Valletta, li l-Unjoni Ewropea għażlet biex ikollha t-titlu prestiġjuż ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2018.

These past three years have been a time of extensive preparation and collaboration, a time for discovery. I am certain it will be a programme that pays tribute to Malta, as well as our beloved Valletta, which was chosen by the European Union to hold the prestigious title of European Capital of Culture for 2018.

Ix-xogħol kollu li se taraw matul din is-sena qed jiġi mwassal lilkom minn eluf ta’ nies: artisti, tekniċi, ħaddiema u ħafna oħrajn. U x’hemm aktar tal-għaġeb milli tqim il-kultura permezz ta’ ċelebrazzjonijiet li, waqt li juru l-karattru waħdieni tagħna fi ħdan l-Ewropa, ifakkarna fl-istess ħin li aħna lkoll l-istess? Ilkoll bl-istess xewqat. Ilkoll bl-istess ħolm, bl-istess biżgħat. Ilkoll xewqana għall-istess ferħ, l-istess paċi, l-istess għarfien. Fl-2018 nibdew niċċelebraw it-tluq matul triq li se twassalna fejn irridu naslu. L-aktar triq għażiża qalb ġnus ta’ rieda tajba. It-triq magħrufa bħala KULTURA.

All the work you will see during this year is being brought to you by thousands of people: artists, technical persons, workers and many others. And what’s more amazing than embracing culture through celebrations which, while showing our unique character in a European dimension, remind us we are all equal. All of us with the same wishes, the same dreams, the same fears. Each of us yearning for the same kind of happiness, peace and knowledge. In 2018, we celebrate the beginning of a path which will lead us where we want to go. The most treasured path amongst a nation with a good heart. The path known as CULTURE.

Mario Philip Azzopardi Direttur Artistiku tal-Avvenimenti Speċjali ta’ Valletta 2018 Artistic Director for Special Events - Valletta 2018


ERBA’ PJAZEZ

FOUR SQUARES

KULĦADD HUWA MISTIEDEN GĦAL ERBA’ PJAZEZ - IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018

EVERYONE IS INVITED TO FOUR SQUARES - THE OFFICIAL OPENING CELEBRATION OF VALLETTA 2018

20 ta’ Jannar 2018 - mis-19:00 sa tard

20 January 2018 - 19:00 till late

Il-Belt Valletta: Pjazza Tritoni, Pjazza San Ġorg, Pjazza San Ġwann, Pjazza Kastilja

Valletta: Triton Square, St George’s Square, St John’s Square, Castille Square

ERBA’ PJAZEZ fil-Belt Kapitali. Kull waħda minnhom bi spettaklu oriġinali denju taċ-ċelebrazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

FOUR SQUARES in the capital city. Each one hosting a unique and spectacular show that’s worthy of a European Capital of Culture celebration.

Skopri din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali tal-kultura Maltija u dak kollu li jagħmilna Maltin. Immarka d-data u għaddi salBelt Valletta biex tifforma parti minn din il-festa ddedikata għall-arti u l-kultura li l-familja u l-ħbieb jistgħu jgawdu flimkien fil-Belt Kapitali!

Get ready to discover this national celebration of Maltese culture and all that makes us Maltese. Save the date and head over to Valletta to join us in this festa dedicated to arts and culture that family and friends can enjoy together in the capital city!

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 5 \ 6


PROGRAMM TA’ ERBA’ PJAZEZ FOUR SQUARES PROGRAMME

IL-QAWMA TAT-TRITONI THE RISE OF THE TRITONS Pjazza Tritoni // Triton Square 19:00, 20:00, 21:00, 22:00, 23:00 20 ta’ Jannar // January 2018

Taħt it-tmexxija tal-kumpanija tat-teatru La Fura dels Baus, talent lokali ġdid jiċċelebra r-restawr riċenti tal-Funtana tat-Tritoni b’koreografija aerobatika fenomenali - xibka ta’ sittin akrobata sospiżi fuq il-monument. Esperjenza unika li qatt ma rajna bħalha fil-Gżejjer! Led by the theatrical company La Fura dels Baus, fresh local talent celebrates the newly-restored Triton Fountain with breath-taking aerobatic choreography – a living net of sixty acrobats suspended over the monument. A unique experience unlike anything ever seen on the Islands! Maħluq u organizzat minn // Created and organised by: La Fura dels Baus, Valletta 2018

PROGRAMM TA’ ERBA’ PJAZEZ // FOUR SQUARES PROGRAMME


QALBNA OUR HEART Pjazza San Ġorġ // St George’s Square 19:00, 20:00, 21:00, 22:00, 23:00 20 ta’ Jannar // January 2018

Wirja ta’ żfin modern minn ŻfinMalta, b’koreografija ta’ Paolo Mangiola. L-ispettaklu huwa akkumpanjat minn mużika oriġinali b’kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar. Iż-żeffiena se jinteraġixxu mal-effetti viżivi u tad-dawl projettati, iddisinjati minn Blaze Animation. A modern dance exhibition performed by ŻfinMalta, with choreography by Paolo Mangiola. The show is accompanied by an original music score composed by Cyprian Cassar. Dancers will be interacting with visual effects and projected lighting designed by Blaze Animation. Maħluq u organizzat minn // Created and Organised by: ŻfinMalta, Valletta 2018 Koreografija ta’ // Choreography by: Paolo Mangiola Mużika ta’ // Music by: Cyprian Cassar Effetti viżivi u tad-dawl // Visual and light effects: Blaze Animation Bil-parteċipazzjoni ta’ // With the participation of: Żeffiena minn ŻfinMalta // Dancers from ŻfinMalta

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 7 \ 8


ELFEJN U TMINTAX TWO THOUSAND AND EIGHTEEN Pjazza San Ġwann // St John’s Square 19:00, 20:00, 21:00, 22:00, 23:00 20 ta’ Jannar // January 2018 Sinfonija korali ġdida se titnieda fuq it-turġien tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Bil-mużika ta’ Elton Zarb, u bil-kor taħt id-direzzjoni ta’ Pamela Bezzina. Effetti tad-dwal innovattivi se jkunu qed jakkumpanjaw l-ispettaklu, u jdawlu l-faċċata antika sekli. A new choral symphony will unfold on the stairs of the Co-Cathedral of St John. The music is composed by Elton Zarb, with a choir directed by Pamela Bezzina. Innovative lighting effects will accompany the show, illuminating the centuries old façade. Muzika ta’ // Music by: Elton Zarb Kor taħt id-direzzjoni ta’ // Choir directed by: Pamela Bezzina Lirika ta’ // Lyrics by: Joe Julian Farrugia Kantanti ewlenin fil-kor // Lead choir vocals: Glen Vella, Amber. Spettaklu multimedjali // Multimedia show: Mad About Video (MAV)

PROGRAMM TA’ ERBA’ PJAZEZ // FOUR SQUARES PROGRAMME


MINN QIEGĦ L-IMGĦODDI GĦALL-QUĊĊATA TAL-ĠEJJIENI FROM THE DEPTHS OF THE PAST TO THE HEIGHTS OF THE FUTURE Pjazza Kastilja // Castille Square 19:00, 20:00, 21:00, 22:00, 23:00 20 ta’ Jannar // January 2018 Projezzjoni 3D maħluqa mill-artist diġitali Duane Laus tiksi l-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja, u tgħaqqad komponenti CGI, mużika u effetti speċjali viżwali. Din l-istravaganza twila għoxrin minuta tiċċelebra l-passat u tipprepara għal futur immaġinat. A 3D mapping projection created by digital artist Duane Laus covers the façade of the Auberge de Castille combining CGI components, music and visual special effects. This twenty-minute extravaganza celebrates the past and prepares for an imagined future. Projezzjoni 3D maħluqa minn // 3D mapping projection created by: Duane Laus Mużika ta’ // Music by: Paul Abela Direttur assistent tal-mużika // Assistant music director: Ryan Abela

TEMPO

Pjazza San Ġorġ // St George’s Square 23:30 ’il quddiem // onwards 20 ta’ Jannar // January 2018

Kunċert/afterparty organizzat minn Tenishia (Joven Grech) u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ser jagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ. A concert/afterparty organised by Tenishia (Joven Grech) and the Malta Philharmonic Orchestra will close the celebrations in St George's Square.

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 9 \ 10


SORPRIŻI FIT-TOROQ // SURPRISES ON THE STREET 20 ta’ Jannar // January

TAPIT L-AĦMAR (RED CARPET)

19:00 ’il quddiem // 19:00 onwards

Gwardja tal-unur b’ċelebrazzjoni tal-poplu Malti. Il-baned se jitpoġġew fiż-żewġ naħat tat-triq, idoqqu l-mużika filwaqt li n-nies iduru minn post għal ieħor. Se titqassam l-imbuljuta, xarba tradizzjonali taċ-ċikkulata sħuna, lill-folol li se jkunu mixjin lejn l-avvenimenti li se jseħħu fil-programm matul is-serata.

Triq Ġlormu Cassar // Ġlormu Cassar Avenue

Ħafna sorpriżi oħra se jkunu qed jistennewkom fit-toroq. Titilfux din l-esperjenza unika fil-belt kapitali! Plenty of other surprises await you throughout the streets. Don’t miss this unique event in the capital city!

A guard of honour in celebration of the Maltese people. Bands will stand on either side of a large street, playing music as people move from one venue to another. Imbuljuta, a traditional delicious warm chocolate drink, will be distributed to the crowd en route to the rest of the night’s programme. Baned li se jipparteċipaw // Participating brass bands: Soċjetà Filarmonika King’s Own (Valletta), Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (il-Fgura), Anici Band Club (Ħal Qormi), Banda Sant’Andrija (Ħal Luqa), Banda Sant’Anna (Marsascala), Għaqda Mużikali Marija Assunta (il-Gudja), Għaqda Mużikali Sant’Elena (Birkirkara), Imperial Band Club (Mellieħa), Beland Band Club (iżŻejtun), Għaqda Mużikali L’Isle Adam (ir-Rabat), Soċjetà Filarmonika San Pietru (Birżebbuġa), Soċjetà Mużikali San Lawrenz (Belt Vittoriosa), Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria (iż-Żurrieq).

PROGRAMM TA’ ERBA’ PJAZEZ // FOUR SQUARES PROGRAMME


BANDLI

ROTA

Żeffiena se joħolqu movimenti espressivi affaxxinanti fuq bandli mfassla apposta u fost l-udjenza.

Rota enormi magħmula min-nies tilqa’ l-folla lejn il-Belt Valletta.

Dancers create beautiful evocative movements on specially designed swings and among the audience.

A huge human wheel welcomes the crowd into the city of Valletta.

Żeffiena // Dancers: Moveo Dance Company

Koreografija // Choreography: La Fura dels Baus

Misraħ l-Assedju l-Kbir // Great Siege Square

Triq ir-Repubblika // Republic Street

BIG DANCERS

Pjazza tas-suq l-antik, Strada Merkanti // Old Market Square, Merchants Street Rappreżentazzjoni fit-triq b’pupazzi ġganti u effetti tad-dwal sinkronizzati ma’ koreografija ta’ moviment. L-udjenza u l-artisti se jikkollaboraw biex joħolqu atmosfera ta’ festin fit-triq. A street performance featuring giant marionettes and light effects synchronized with choreographed movement. The audience and artists will collaborate to create a street party atmosphere. Rappreżentazzjoni ta’ // Performance by: El Carromato, Spanja // Spain

NIBNU MALTA

Triq ir-Repubblika, ħdejn il-Kamra tad-Deputati // Republic Street, near House of Representatives Grupp ta’ buffi jinteraġixxu mal-folla ta’ madwarhom fl-attentat komiku tagħhom li jsibu u joħolqu s-simbolu nazzjonali ta’ Malta. A gaggle of clowns interact with the crowd around them in their comic attempt to find and create Malta’s national symbol. Rappreżentazzjoni ta’ // Performance by: Xenati

3 BANED (3 MARCHING BANDS) KażinSka, Tikka Banda u Big Band Brothers se jakkumpanjaw lill-folol minn post għal ieħor. KażinSka, Tikka Banda and Big Band Brothers will accompany the crowds from one venue to another.

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 11 / 12


ĠIMGĦA TAL-FTUĦ // OPENING WEEK

FESTIVAL MIMLI RAPPREŻENTAZZJONIJIET, ESEBIZZJONIJIET, MUŻIKA U ATTIVITAJIET GĦALL-FAMILJA KOLLHA FIL-BELT VALLETTA. 14-21 ta’ Jannar 2018 Dan il-festival jistiednek biex tipparteċipa wkoll fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Ftuħ ta’ Valletta 2018 bi programm ta’ attivitajiet vast li se jwassal atmosfera vivaċi fit-toroq tal-Belt kapitali. Skopri bosta avvenimenti li jesploraw il-Belt Valletta u r-rikkezza kulturali tal-Gżejjer Maltin matul il-ġimgħa kollha. A FESTIVAL PACKED WITH PERFORMANCES, EXHIBITIONS, MUSIC AND OTHER EVENTS FOR THE WHOLE FAMILY IN VALLETTA. 14-21 January 2018 This festival invites everyone to take part in the Opening Week celebrations for Valletta 2018 with a vast programme of activities that’s set to liven up the streets of the capital. Discover a wealth of events that explore Valletta and the rich culture of the Maltese Islands throughout the week.

ĠIMGĦA TAL-FTUĦ // OPENING WEEK


FESTA Każinata ġo La Valette

il-viżitaturi jistgħu jiskopru t-teżori moħbija li jinsabu fiha, li jinkludu arkivji b’mużika imprezzabbli u ritratti ta’ tifkira ta’ avvenimenti importanti tal-banda.

Esibizzjoni // Exhibition: 14 ta’ Jannar // January - 17:00-21:00 15-19 ta’ Jannar // January - 09:00-12:00, 17:00-21:00 20 ta’ Jannar // January - 09:00-12:00, 17:00-00:00 Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette // La Valette National Philharmonic Society F’diversi jiem matul il-ġimgħa, is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette se tgħix il-festa magħna wkoll, b’kunċerti tal-banda tar-ram, esibizzjonijiet fil-post u atmosfera ferriħija. On several days throughout the week, the La Valette National Philharmonic Society will live the festa with us too, with brass band concerts, in-house exhibitions and a lively atmosphere.

Teżori Moħbija Ġranet miftuħa għall-pubbliku: Arkivji tal-mużika u ritratti ta’ tifkira // Open Days: Music archives and commemorative photos 15-19 ta’ Jannar // January - 18:30-21:30 20 ta’ Jannar // January - 09:00-13:00, 17:00-00:00 21 ta’ Jannar // January - 09:00-13:00 Soċjetà Filarmonika King’s Own // The King’s Own Philharmonic Society Matul il-Ġimgħa tal-ftuħ, is-Soċjetà Filarmonika King’s Own se tiftaħ ilbinja tal-każin għall-pubbliku. Ġewwa,

During Opening Week, the King’s Own Philharmonic Society will open its doors to the public. Inside, visitors can discover the treasures that lie within the building, including valuable music archives and commemorative photos of some of the band’s important events.

Festa Fever Esibizzjoni ta’ artefatti reliġjużi // Exhibition of religious artefacts 15-20 ta’ Jannar // January – 18:00-21:30 21 ta’ Jannar // January – 10:00-13:00 Domus Pauli, ospitata mill-Għaqda talPawlini // hosted by the Għaqda tal-Pawlini F’nofs il-preparamenti għall-festa proprja tagħhom, l-Għaqda tal-Pawlini se jiftħu l-mużew Domus Pauli, għal esibizzjoni ta’ artefatti reliġjużi li għandhom x’jaqsmu mal-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Halfway through the preparations for their own feast, the Għaqda tal-Pawlini will be opening the Domus Pauli, for an exhibition of religious artefacts related to the feast of St Paul in Valletta.

Sorijiet u Patrijiet Esibizzjoni (marbuta mat-tiżjin tal-festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta) // Exhibition (tied to Festa decorations belonging to the Feast of St Dominic in Valletta)

20 ta’ Jannar // January - 09:00-17:00 21 ta’ Jannar // January - 09:00-13:00 Maħżen San Duminku // St Dominic Warehouse

Workshops (marbuta mat-tiżjin tal-festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta) // Workshops (tied to Festa decorations belonging to the Feast of St Dominic, Valletta) 20 ta’ Jannar // January - 09:30 (indurar // gilding), 10:30 (pavaljuni tal-festa // festa banners), 11:30 (xogħol fil-metall // metalworking) Maħżen San Duminku (l-eks-Monasteru tas-sorijiet tal-Madalena) // San Duminku Warehouse (the former Monastery of the Magdalene nuns) Il-Kummissjoni Armar u Restawr se jkunu qed jippreżentaw esibizzjoni u workshops marbuta mat-tiżjin tal-festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta, b’mod partikolari x-xogħlijiet ta’ Carlo Darmanin, Vincenzo Cremona u Emvin Cremona. L-istejjer marbuta ma’ xulxin huma karatterizzati minn artefatti u ħiliet miksuba bejn wieħed u ieħor matul dawn l-aħħar mitt sena. The Kummissjoni Armar u Restawr will be presenting an exhibition and workshops tied to festa decorations belonging to the feast of St Dominic’s in Valletta, particularly the works of Carlo Darmanin, Vincenzo Cremona, and Emvin Cremona. The intertwined histories are marked by artefacts and skills acquired over the past hundred years.

15-19 ta’ Jannar // January - 17:00-21:00

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 13 / 14


POP-UP

MUŻIKA U TEATRU MUSIC & THEATRE

Lanċa Ġejja u Oħra Sejra

Iljieli Beltin

Mużika fuq il-laneċ lejn/mill-Belt Valletta // Music on the ferries to/from Valletta

Tliet iljieli ta’ mużika u teatru // Three nights of music and theatre

15-18 ta’ Jannar // January 20 ta’ Jannar // January Il-Laneċ tal-Belt Valletta // Valletta Ferries Mużika fuq il-laneċ lejn/mill-Belt Valletta, li tilqa’ lill-poplu lejn belt mimlija ħajja, b’togħma ta’ dak li se jsibu jistennihom fi ħdan il-ħitan tal-belt – bil-mużika hip-hop, dance u rap fl-isfond. Il-laneċ se jivvjaġġaw mit-Tlett Ibliet u minn Tas-Sliema sal-Belt Valletta u se jkollhom il-mużiċisti jdoqqu l-mużika abbord. Music on the ferries to/from Valletta, welcoming people into a city that’s buzzing with life. It’s a taste of what’s to come within the city walls - with hip-hop, dance and rap music in the background. The boats will ferry from the Three Cities and Sliema to Valletta and will have musicians playing music on board.

Tal-Lino Ozzy Lino jdur fuq il-karozzi tal-linja u jagħmilha ta’ jukebox umana // Ozzy Lino bus-hops as a human jukebox. 15-20 ta’ Jannar // January Trasport pubbliku // Public transport Qatt ħsibt li jista’ jkollok jukebox fuq il-karozza tal-linja? Jekk tmissek ix-xorti, tkun fiċ-ċans li tiltaqa’ ma’ Ozzy Lino, il-jukebox umana tagħna, li se jkun qed idur fuq il-karozzi tal-linja matul il-ġimgħa u jwassal l-atmosfera ta’ Valletta 2018 madwar il-Gżejjer. Ever thought you could have a jukebox on the bus? If you’re lucky, you’ll get to meet Ozzy Lino, our very own human jukebox, who will be bus-hopping throughout the week and spreading Valletta 2018 vibes around the Islands.

17 ta’ Jannar // January – 19:00 (għana) 18 ta’ Jannar // January – 19:00 (kummiedja // comedy) 19 ta’ Jannar // January – 21:30 (mużika alternattiva // alternative music) Teatru Komunitarju tas-Sala ta’ San Duminku // Sala San Duminku Community Theatre L-Għaqda Festi Esterni San Duminku timmira li ssaħħar l-udjenzi bi tliet iljieli mimlija ħajja ta’ mużika u teatru komunitarji, bil-parteċipazzjoni tal-gruppi popolari tal-mużika alternattiva Brodu u Mistura, il-kummidjanti Philip LeoneGanado u Chris Dingli, u għannejja Maltin tradizzjonali.

Għaqda Festi Esterni San Duminku aim to enchant audiences with three vibrant nights of community music and theatre, including the partcipation of local popular alternative bands Brodu and Mistura, comedians Philip LeoneGanado and Chris Dingli, and traditional Maltese ‘għannejja’ (folk singers).

Każinata ġo La Valette Kunċert tal-Banda tar-Ram // Brass Band Concert 19 ta’ Jannar // January - 20:45-23:45 Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette // La Valette National Philharmonic Society

ĠIMGĦA TAL-FTUĦ // OPENING WEEK


Mużika ma’ Kull Rokna Xarulù jippreżentaw taħlita ta’ mużika ferriħija fit-toroq // Xarulù present a lively medley of tunes on the streets 20 ta’ Jannar // January - 11:30 Il-Belt Valletta: Triq ir-Repubblika, Misraħ ir-Repubblika // Valletta: Republic Street, Republic Square Mużiċisti minn diversi kantunieri tul Triq ir-Repubblika jingħaqdu flimkien f’tarf it-triq, wara li jkunu stiednu lin-nies fit-triq biex idoqqu magħhom, bil-qofol jintlaħaq quddiem il-Qorti. Bi produzzjoni ta’ Xarulù, din l-attività tipprometti li tkun taħlita ta’ mużika ferriħija ta’ diski popolari, mimlija strumenti moderni u tradizzjonali. Musicians from adjacent corners along Republic Street gather at the end of the street, after inviting pedestrians to jam along with them, culminating in front of the Court. Produced by Xarulù, this event promises to be a quick, lively medley of popular tunes, packed with modern and traditional instruments.

Il-Ħanut Iljieli ta’ poeżija b’kollaborazzjoni ma’ Inizjamed // Poetry nights in collaboration with Inizjamed 14 ta’ Jannar // January: 19:00-22:00 15-19 ta’ Jannar // January: 09:00-12:00, 16:00-19:00 20 ta’ Jannar // January: 09:00-12:00, 16:00-22:00 81/3, Strada Stretta // 81/3, Strait Street Ispirat mill-proġett kollaborattiv ma’ Leeuwarden-Fryslân 2018, Poetry in Potato Bags, dan il-ħanut tal-poeżija/patata se jistieden lill-viżitaturi lejn spazju fejn il-poeżija biss se ‘tinbiegħ’, f’erba’ lingwi differenti. Se jkun hemm workshops għattfal, li fihom se jkunu jistgħu jpinġu u jagħtu l-kulur, iżda anke jitgħallmu modi kif tista’ tiskambja l-poeżija għal aktar poeżija – fuq ir-radju, fil-boroż tal-patata, fil-vażetti u aktar...

Inspired by a collaborative project with Leeuwarden-Fryslân 2018, Poetry in Potato Bags, this poetry/potato shop invites visitors into a space where only poetry will be 'sold', in four different languages. There will be workshops for kids, in which they will be able to draw and colour, but also learn ways to exchange poetry for more poetry - on the radio, in potato bags, in jars and more...

Ħolm Butik Tliet rappreżentazzjonijiet teatrali pop-up ta’ 30 minuta // Three 30-minute pop-up theatrical performances 20 ta’ Jannar // January - 10:00, 11:45, 13:00 Pjazza Ħelsien, il-Knisja Ta’ Ġieżu/Sicilia Bar (indana bejn Sant’Ursula u Triq San Ġwann), Triq it-Turġien (it-terrazza ta’ Ġewwa Barra) // Freedom Square, Ta’ Ġieżu Church/Sicilia Bar (landing between St. Ursula/St. John Str), Steps Street (Ġewwa Barra terrace) Ħolm Butik huwa rakkont kontemporanju dwar il-ħolm tal-bniedem, li se juża elementi tat-teatru inkluż is-satira, biex jirrifletti dwar id-diversità tal-ħolm tal-bniedem, kif jesprimi ruħu, il-potenzjal tiegħu u kif ikun ta’ impatt fit-trasformazzjoni tal-ispazji li jgħix fihom. Matul ir-rappreżentazzjonijiet l-artisti se jinvolvu l-komunità lokali fi proċess li jgħaqqad it-teatru u l-moviment. Ħolm Butik is a contemporary tale about people's dreams, using theatrical elements including satire, to reflect on the diverse nature of people’s dreams, ways of expression, and potential to impact and transform spaces they live in. Artists will engage the local community in a process where theatre and movement combine.

Teatru Triptiku Interventi artistiċi qosra madwar it-toroq tal-Belt Valletta // Short artistic interventions around the streets of Valletta Direzzjoni u produzzjoni ta’ // Directed and produced by: Jacob Piccinino

20 ta’ Jannar // January Festa – 10:30 Il-Belt Valletta: Triq ir-Repubblika // Valletta: Republic Street Tinqala’ ġlieda bejn il-baned opposti matul il-marċ ta’ filgħodu tal-festa, u l-avversarji jiddeċiedu li jikkompetu dwar min jista’ jagħti l-ikbar spettaklu u min jista’ jkanta l-aqwa rimi ma’ ‘San Santu’. A brawl takes place between competing bands during the morning march of the festa, during which opponents decide to go head-to-head over who can throw the biggest spectacle and who can sing the best rhymes to ‘San Santu’. Tombla – 11:30 Misraħ ir-Repubblika // Republic Square Tombla litteralment se tkabbar l-oġġetti prinċipali marbuta ma’ din il-logħba (jiġifieri l-bankijiet, il-biljetti, eċċ.) u toħloq koreografija komika minn grupp ta’ buffi. Tombla literally magnifies the main objects related to this game (i.e. the counters, tickets etc.) to create a comic choreography played by a group of buffoons. Baħħar – 13:30 Pjazza Mattia Preti // Mattia Preti Square Din ir-rappreżentazzjoni se tipprova toħloq mitoloġija ispirata minn dak li diġà nafu (pereżempju l-għajnejn ta’ Osiride fuq il-Luzzu Malti eċċ.) u tittrasponiha fi sfond aktar kontemporanju. This performance attempts to create a mythos inspired by what we already know (e.g. the eyes of Osiris on the Maltese Luzzu etc.) and transpose it onto a more contemporary backdrop.

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 15 / 16


TFAL U ŻGĦAŻAGĦ CHILDREN & YOUNG PEOPLE

SPORT

Museum of Invented Cultures

L-Iljuni tal-Futbol

Mudelli ispirati minn kulturi ivvintati maħluqa minn tfal tal-iskola // Models inspired by fictional cultures created by schoolchildren

Workshops, taħditiet u żjara: l-istorja tal-futbol tal-Belt Valletta // Workshops, talks and tours: the history of football in Valletta 15-20 ta’ Jannar // January - 18:00-21:30

15-21 ta’ Jannar // January 2018 - 10:00-20:00 Kunvent tal-Agostinjani // Augustinian Convent Skola Primarja tal-Belt Valletta // Valletta Primary School B’ispirazzjoni minn Oħloq Kultura, il-proġett edukattiv ta’ Valletta 2018, ‘Museum of Invented Cultures’ juża l-fatt li l-2018 hija s-Sena Ewropea għall-Wirt Kulturali. Din il-parti tal-inizjattiva tuża oġġetti minn kulturi differenti li ġejjin minn stejjer tat-tfal fl-iskejjel, u tittrasformahom f’artefatti f’dan ilmużew intergalattiku. Inspired by Oħloq Kultura, a Valletta 2018 education project, Museum of Invented Cultures plays upon the fact that 2018 is the European Year for Cultural Heritage. This part of the initiative uses objects from diverse fictional cultures created by schoolchildren and turns them into artefacts in an intergalactic museum.

Din l-espożizzjoni unika tal-futbol se tieħu l-viżitaturi għal dawra madwar l-istorja tal-futbol tal-Belt Valletta, b’workshops, taħditiet u dawriet madwar artefatti, biċċiet minn gazzetti, trofej u oġġetti oħra prezzjużi bħal dawn. This unique football expo will take visitors through the Valletta football history, with workshops, talks and tours around artefacts, newspaper cuttings, trophies and other precious pieces.

Aqdef, isa! Esibizzjoni mill-membri tal-Marsamxett Regatta // Exhibition by the members of the Marsamxett Regatta 15-20 ta’ Jannar // January – 18:00-21:30

San Pawl taż-Żgħar – Il-Festa tat-Tfal Edizzjoni speċjali tal-Festa tat-tfal organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini // A special edition of the traditional children’s Festa organised by the Għaqda tal-Pawlini

Regatta

20 ta’ Jannar // January - 09:00

Marsamxett Regatta Club

Tibda minn Triq Sant’Ursula // Starting from St Ursula’s Street

Qaddiefa u membri tal-Marsamxett Regatta se jiggwidaw lillviżitaturi madwar il-kultura tant maħbuba tagħhom tar-regatta, u jagħtuhom opportunità unika biex jaraw kif tinbena dgħajsa tar-regatta, flimkien ma’ tekniki tal-qdif, wirja ta’ dgħajjes żgħar, wirja ta’ kajjikki u magna tal-qdif, bil-qofol ikun tellieqa ta’ 400m f’Marsamxett nhar il-Ħadd filgħodu.

Din is-sena l-verżjoni tat-tfal tal-festa lokali ta’ San Pawl tieħu xejra speċjali għal Valletta 2018. It-tfal se jerfgħu statwa żgħira ta’ San Pawl madwar il-Belt Valletta. Tibda minn Triq Sant’Ursula, iddur madwar it-toroq tal-Belt Valletta u tispiċċa fi Triq San Pawl, kantuniera ma’ Triq Santa Luċija. This year’s children’s version of the local feast of St. Paul gets a special Valletta 2018 twist. Children lift a small statue of St. Paul around Valletta. Starting in St. Ursula Street, traveling around the streets of Valletta and ending in St. Paul Street, corner with St Lucia Street.

ĠIMGĦA TAL-FTUĦ // OPENING WEEK

21 ta’ Jannar // January – 10:30-13:00

Rowers and members of the Marsamxett Regatta will be guiding visitors through their beloved regatta culture, giving them a unique opportunity to witness the building of a regatta boat, alongside rowing techniques, a display of small boats, a display of kajjikki and a rowing machine, and topped off with a 400m race at Marsamxett on Sunday morning.


STORJA HISTORY Pjazza Kriptika Ġranet miftuħa għall-pubbliku: kripta u xelters tal-gwerra // Open days: crypt and war shelters 15-19 ta’ Jannar // January – 09:00-12:00, 16:00-21:00 20 ta’ Jannar // January – 10:00-13:00, 17:00-23:00 Kunvent tal-Agostinjani // Augustinian Convent Fil-Kunvent tal-Agostinjani, bini ta’ ħames mitt sena, hemm spazju taħt l-art jistenna li jiġi esplorat. Il-kripta u x-xelters talgwerra se jinfetħu, u se jospitaw esibizzjonijiet komunitarji bejn il-ħitan ġeblija sbieħ tagħhom. Within the 500-year-old Augustinian convent, there lies an underground waiting to be explored. The crypt and war shelters will be opened and will be hosting community exhibitions within their beautiful stone walls.

An Angle on the Anglican Ġranet Miftuħa għall-pubbliku: Pro-Katidral u l-kripta // Open Days: Pro-Cathedral and the undercroft 15-20 ta’ Jannar // January – 10:00-16:00

c. Ian Attard

Żjara bil-Malti kuljum fil-11:00 mill-15 sal-20 ta’ Jannar // Tour in English at 14:00 from 15 - 20 January Il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl u l-kripta // St Paul’s Anglican Pro-Cathedral & undercroft Il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl, maħsub li se jiġi restawrat fis-sena li ġejja, se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku matul il-ġimgħa kollha. Dan se jippermetti lill-viżitaturi jieħdu togħma tal-istorja miktuba fil-ħitan tiegħu, hekk kif jimxu madwar l-apsidi tal-katidral maġiku u l-kripta li għadha kif ġiet irrestawrata. Set to be restored in the coming year, St Paul’s Anglican Pro-Cathedral will open its doors to the public all week, enabling all visitors to take in the history inscribed into its walls, as they walk through the apses of the magical cathedral and the newly-restored undercroft.

L-informazzjoni f’dan il-ktejjeb kienet korretta qabel intbagħtet għall-istampar. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tirriserva d-dritt li temenda dati u dettalji oħra tal-attivitajiet tagħha f’kull ħin. The information in this booklet was correct at the time of going to print. Valletta 2018 reserves the right to amend dates and other event details at any time.

IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ VALLETTA 2018 // THE OFFICIAL OPENING OF VALLETTA 2018 | 17 / 18


Valletta 2018 Foundation Exchange Buildings, Republic Street, Valletta, VLT 1117 Malta Email: info@valletta2018.org Telephone: (+356) 21242018 www.valletta2018.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.