1 minute read

A day trip to Nowra

La Valette SC: Ċentru Malti li jagħti servizz utli lill-komunitá

Kienet laqgħa ġenerali x’aktarx kwieta izda ma jfissirx li ċ-ċentru Malti La Valette naqqas mill-impatt enormi li għandu fil-komunitá Maltija ta’ NSW. Bħala membri, ċ-ċentru jħaddan 480 membri finanzjarji Jinsab f ’posizzjoni soda finanzjarja u hu mmexxi skont il-liġijiet tal-pajjiż. Min attende għallaqgħa ġenerali annwali (li ma kienux ħafna) seta’ jisma’rapporti dettaljati dwar dak li sar sat-30 ta’ Ġunju 2022, kwazi tmien xhur ilu, perijodu importanti għax kien wara l-mewġa kiefra tal-Covid-19

Advertisement

Fil-fatt, il-President Godfrey Sultana li reġa’ ġie elett fil-pożizzjoni għat-tielet sena waa l-oħra, stqarr li r-rapporti moqrija jindikaw perijodu fenominali wara żżmien diffiċli tal-pandemija Ma kien hemm l-ebda bidla fil-kumitat u kull min kien innominat ġie elett Hekk li l-kumitat għall-2023/24 huwa: President: Godfrey Sultana, V/President: Antoinette Caruana, Segretarja: Antoinette Mangion, Ass Seg- retarja: Frances Fitzpatrick, Kaxxier: Antoine Mangion, V/Kaxxier: Casandara Vassallo, Membri: Josephine Micallef, Jim Zammit, Angelo Borg, Joseph Abela u Michael Spiteri.

Saret diskussjoni interessanti dwar isservizz utli u tant neċessarju li ċ-Ċentru jipprovdi bl-skema Respite Care li hi ffinanzjata mill-Gvern Federali Dan fil-fatt huwa wieħed mill-aqwa servizzi għall-komunitá għax jgħin lill-anzjani. Mhemmx dubju li dan is-servizz jgħolli il-profil ta’ dan iċ-ċentru għax jilħaq direttament lilliktar sezzjoni fil-komunitá li għandha bżonn l-għajnuna

La Valette Social Centre ġie ffurmat f ’Ottubru 1964 bl-isem ta’ Maltese Community Western Suburbs Fl-1970 bidel ismu għal dak tal-lum. Kien beda f ’post li kellu f ’Kildare Road Doonside fl-1974 sakemm fl1976 inxtrat il-propjetá fejn jinsab iċ-ċentru illum, ‘10a’ 175 Walters Road Blacktown 2148, fuq l-Gholja La Valette

20th Anniversary of the invasion of Iraq:

This article is from: