1 minute read

In-nuqqas tal- kleru fil-Ġżejjer Maltin

L-emigranti Maltin, l-aktar dawk anzjani, sikwit jilmentaw għall-fatt li bil-mod il-mod, is-servizz ta’ membri tal-kleru fil-parroċċi u l-knejjes tagħhom kien qed jonqos

Hu magħruf li kemm ‘il darba saru appelli lill-Kurja Maltija biex tipprovdi xi membri tal-kleru ħalli jservu fost l-emigranti, imma jidher li kull sforz sewa għalxejn.

Advertisement

U bir-raġun, għax fejn fl-imgħoddija, lgħadd ta’ membri tal-kleru, kemm lajċi kif ukoll reliġjużi, kien kbir, illum spiċċajna biex l-għadd naqas drastikament, tant li lkurja Maltija u dik Għawdxija, qed ikollhom jagħmlu sforz biex jipprovdu s-servizzi reliġjużi li kien joffru sa ftit tażżmien ilu

L-aħħar pass li ħadet l-Arċidjoċesi ta’ Malta kien, li minn wara l-festi tal-Għid, isir tibdil fis-servizz tal-funerali S’issa meta jmut xi ħadd, kien prassi li dakinhar tal-funeral is-saċerdot kien imur fil-kamra mortwarja fl-isptar, jew il-post fejn ikun hemm il-mejjet biex iwassal it-tebut sal-

Knisja fejn ikun se jsir il-funeral u wara lquddiesa jwassal l-istess tebut saċ-ċimiterju fejn issir id-difna Issa ġie deċiż li lewwel parti ta’ dan isservizz jieqaf billi flok il-qassis jakkumpanja l-funeral mill-post talmewt sal-knisja, jistenna l-korteo funebri filbieb tal-knisja, fejn isir it-tberik qabel il-quddiesa

Kelliema għall-Arċidjoċesi qalet li “l-Isqfijiet ħadu d-deċiżjoni wara li kkonsultaw mal-kappillani, minħabba li l-għadd talkleru fil-parroċċi qed dejjem jonqos, u l-ħin tal-ivvjaġġar dejjem jitwal, u l-ħtieġa li ssaċerdoti jkunu preżenti fil-knisja qabel ilfuneral ħalli jkunu ta’ wens għall-qraba u l-ħbieb kif ukoll għall-qrar

Is-saċerdoti se jibqgħu preżenti meta tmut persuna, kemm f ’residenzi kif ukoll fl-isptar, u se jibqgħu jieħdu sehem fil-purċissjoni mill-knisja saċ-ċimiterju fejn issir id-difna

Intqal li l-isqfijiet jifhmu li t-telfa ta’ xi ħadd għażiż hija esperjenza diffiċli u ta’ qtigħ il-qalb għall-familja u l-ħbieb, u jassiguraw lill-Insara li s-saċerdot se jibqa’ impenjat biex jipprovdi wens, mogħdrija u appoġġ f ’dan iż-żmien

Żdied jingħad li Insara huma mħeġġa jitolbu minnufih l-assistenza ta’ qassis kull meta huma jew l-għeżież tagħhom jiddaħħlu fi sptar jew f ’dar residenzjali u biex jgħarrfu lil dawk responsabbli mill-kura tagħhom bix-xewqat spiritwali tagħhom

This article is from: