1 minute read

Il-Gvern qed isalva l-baned

F’dawn l-aħħar snin għadd ta’ baned Maltin kienu fil-periklu li jitilfu l-każini tagħhom wara li s-sidien tal-istess każini kienu qed imorru l-Qorti u jitolbu li l-baned jiġu żgumbrati u lbinjiet jingħaddu lura lill-prorpjetarji

Dan wassal biex il-Gvern jidħol fil-kwestjoni biex jgħin lillbaned billi alloka €6miljun ħalli jakkwista l-propjetajiet tal-każini mhedda u jixtrihom hu mingħand is-sidien.

Advertisement

S’issa diġà hemm ftehim ta’ akkwist tal-bnjiet ta’ sitt soċjetajiet mużikal, li hjma, il-banda Stella Maris ta’ Tas-Sliema, Aniċi Banda & Social Club ta’ Ħal Qormi, Banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid, Circolo San Giuseppe Sagra Familja tal-Kalkara, La Stella Levantina ta’ Ħ’Attard u każin tal-banda Maria Regina tal-Marsa.

Fil-każ tal-każin tal-banda Stella Maris, il-proċess tal-akkwist ġie totalment konkluż,filwaqt li fir-rigward tal-proprjetajiet loħrajn ġie ffirmat konvenju jew jinstab fil-proċess li jiġi iffirmat konvenju mas-sidien

Sadanitant qed isiru negozjati ma’ sidien ta’ soċjetajiet mużikali oħra li bl-istess mod, qed jiffaċċjaw riskju ta’ żgumbrament

Obbligati li jpoġġu għal kors fil-Malti

Wieħed mill-ilmenti li jsiru minn dawk li jkollhom bżonn il-kura hi, li ħafna millinfermiera u l-carers huma barranin, għalhekk jkun diffiċli li tikkomunika magħhom minħabba li ma jitkellmux u ma jifhmux il-Malti Issa tħabbar li l-infermiera li jaħdmu mal-anzjani fid-djar governattivi huma obbligati li jpoġġu għal kors ta’50 siegħa fil-Basic Medical Maltese for Health Professions Il-kors hu pprovdut mill-Uni- versità ta’ Malta u l-barranin ukoll huma obbligati li jpoġġu għall-kors fil-Maltese Proficiency Test ipprovdut minn entitajiet diversi Il-medja ta’ dan il-kors hu ta’ 28 siegħa fuq medda ta’ seba’ ġimgħat. Wieħed jispera li dak li qed jingħad, attwalment iseħħ għax isolvi l-problema ta’ dawk ilMaltin u l-Għawdxin li ma jifhmux bl-Ingliż. Fuq kollox għaliex dawk li jiġu Malta fittul biex jaħdmu m’għandhomx jitgħallmu l-Malti?

This article is from: