1 minute read

Fit-tnedija tal-ktieb ta’ Oliver Friġġier‘Il-Poter

tal-Kelma’ l-Ispeaker jgħid li dak li kiteb jibqa’

mnaqqax fil-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin

Advertisement

Meta dan l-aħħar fil-bini tal-Parlament ippreseda t-tnedija talktieb “Il-Poter tal-Kelma”, pubblikazzjoni li tiġbor l-interventi kollha li kienu saru f ’April tal-2022, f ’konferenza bit-tema, “Il-Poter tal-Kelma, Politika u Letteratura f ’Oliver Friggieri,” li kienet saret b’tifkira lill-Profesur Oliver Friġġieri li miet f ’Novembru 2020, l-Ispeaker Anglu Farruiga stqarr: “Dak li kiteb jibqa’ mnaqqax fl-imħuħ u l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin”

L-Ispeaker qal li Friġġieri mhux biss kellu mħabba għall-ilsien Malti iżda għallpoplu Malti u fuq kollox għan-nazzjon Malti Kompla jgħid li Oliver Friggieri għaraf sew il-mixja politika u d-deċiżjonijiet li ttieħdu li lkoll sawru lill-poplu Malti bħala wieħed sovran filwaqt li jippromwovi s-sliem u l-progress fost il-ġnus.

Dr Anġlu Farruiga tenna li għandha tittieħed inkonsiderazzjoni li dan il-ktieb ippubblikat mill-Parlament ta’ Malta għandu jitqassam lill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex kif ukoll lill-istudenti tal-Università ta’ Malta, tal-Junior College u talHigher Secondary

Għall-konferenza, li kienet ukoll indirizzata mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, i l-Kelliem talOppożizzjoni għall-Edukazzjoni u s-Snajja’ Justin Schembri, Dr Mario Thomas

This article is from: