IL-GAZZETT - MIT-TFAL GĦAT-TFAL Diċembru 2024

Page 1


IL-GAZZ ETTA

Mit-tfal għat-tfal

Il-Milied huwa...

It-tfal tal-Iskola Primarja St. Joseph Mater Boni Consilii, Raħal Ġdid

Ifisser ġenerożità

Iġġibfil-familjal-għaqda

Ifisser Ġesù

Huwa żmien meta tagħti r-rigali lil persuni li m’għandomx flus.

Huwa żmien meta nħobbu u nirispettaw lil xulxin

Hu żmien meta nsiefru f’pajjiżi differenti u naraw tradizzjonijiet differenti

Huwa żmien meta niftakru u ngħinu aktar lil min hu fil-bżonn

Huwa żmien ta’ ferħ, dawl u paċi

Ifisser tbissima ħelwa, kelma tajba u għajnuna sinċiera

Ifisser il-familja taħt saqaf wieħed biex niċċelebrawh flimkien

Huwa żmien meta nista’ ngawdi aktar lil familja

Ifakkarna f’għeluq snin Ġesù

#2

Diċembru 2024

Tfal,

Din hija t-tieni ħarġa "tal-GAZZETTA - MIT-TFAL GĦAT-TFAL".

Biljunarju TAT-TEKNOLOĠIJA jsir l-ewwel persuna li MEXA fl-ispazju X'se nsajru

L-iskop wara din il-GAZZETTA hu li ninkoraġġukom taqraw u wisq aktar taqraw il-gazzetta li ħafna sfortunatament jorbtuha ma' xi ħaġa "tal-passat".

Din hija gazzetta għalikom u minkom fejn intom se tkunu qed tiġu mitluba tgħinu finnisġa tagħha.

Il-GAZZETTA hija pubblikazzjoni li tolqot diversi temi kur-

Perlina TV – stazzjon televiżiv ġdid għalikom it-tfal biex titgħallmu l-Malti

Stazzjon televiżiv ġdid li jismu Perlina TV. Dan joffri programmi ta’ divertiment bilMalti għalikom it­tfal biex titgħallmu aktar il­lingwa Maltija. Forsi intom ġieli smajtu lil papà, lil mamà jew inkella lin­nanniet jgħidu, li qabel, il­lingwa Taljana ħafna kienu jitgħallmuha permezz

tat­televiżjoni!

Nemmnu li anke intom tfal, bħalna temmnu li huwa importanti li l­lingwa Maltija nżommuha ħajja.

Perlina TV huwa immirat għalikom it­tfal li għandkom għaxar snin u inqas.

Naħseb li ġieli smajtuh hux, filklassi jew inkella d­dar, is­serje

animata popolari ta’ Peppa Pig. Dak ukoll qed isir bil­Malti permezz talgħajnuna miċ­Ċentru għall­Ilsien Malti. F’Mejju tal­2023 ħarġet l­ewwel app edukattiva għalikom it­tfal kompletament bil­Malti li ġġib l­isem ta’ Nina u Ninu. Din hija għal tfal żgħar biex jitgħallmu l­lingwa permezz tal­logħob.

mill-istudenti tar-raba’ sena tal-Iskola Primarja

St. Joseph Mater Boni Consilii, Raħal Ġdid

Blalen tal-Milied

Ingredjenti:

- 4 tazzi coconut imqadded

- 395g bott ħalib ikkondensat ħelu

- 2 kużżarini qoxra tal-lumi maħkuka

- 100gramma ċirasa mqatta’

Cookies tal-Milied

Ingredjenti:

- 2 tazzi dqiq għal kull skop

- Nofs tazza zokkor

- Kuċċarina baking powder

- Nofs tazza butir bla melħ (imrattab f’temperatura talkamra)

- Kwart ta’ tazza ħalib

- Kuċċarina estratt tal-vanilla

- Kwart ta’ kuċċarina melħ

Pops tal-marshmallow

biċ-ċikkulata

Ingredjenti:

- 20 marshmallow bojod u kbar

- 200 gramma ċikkulata bajda tat-tisjir imqatta

- Glitter li jittiekel

- Sprinkles aħmar. li jittiekel għat-tiżjin

- Mini cachous, biex iżejnu

Metodu:

1. Saħħan minn qabel il-forn b’temperatura ta’ 180°C/160°C.

2. Għaqqad il-ġewż, il-ħalib u l-qoxra tal-lumi flimkien

ġo skutella. Żid iċ-ċirasa. Ħawwad sakemm it-taħlita

tal-ġewż issir roża.

3. Uża magħrfa għat-taħlita u irrombla kollox. Suppost

Metodu:

1.Ħawwad flimkien l-ingredjenti nexfin fi skutella.

2.Żid l-ingredjenti li jifdal fl-iskutella.

3.Ħallat l-għaġina flimkien billi tuża idejn nodfa. Ipprova għaqqad bil-mod ilbutir fid-dqiq, aktar milli għaġna. Se tibda tagħfas ilbutir fid-dqiq, bil-mod, iżda sakemm l-għaġina tibda

Metodu:

1. Aqbad il-marshmallows kollha u mat-tarf għamlilhom stikka tallolipop mingħajr ma timbottaha kollha. Irrepeti dan il-metodu billi tagħmel il-marshmallows kollha.

2. Poġġi ċ-ċikkulata fi skutella reżistenti għassħana fuq kazzola mimlija ilma li ttektek biss (tħallix l-iskutella tmiss l-ilma). Sajjar, ħawwad kultant, sakemm din iddub.

għandek toħroġ madwar 40 ballun.

4. Poġġi il-blalen, 3 ċentimetri ’il bogħod minn xulxin, f’dixxijiet separati.

5. Aħmi l-blalen għal madwar 12 sa 15-il minuta. Ħallihom ftit tal-minuti sabiex jiksħu. Imbagħad tistgħu dduquhom jew isservuhom.

tgħaqqad.

4.Ifforma l-għaġina f’ballun u rrumblaha fuq tray bilbaking sheet

5.Aqta l-forom bil-cooki cutters. Jekk l-għaġina tibda teħel, ixfet ftit dqiq jew ħalli l-għaġina toqgħod għal ftit minuti.

6. Poġġi kollox ġo. tray u aħmi Poġġi fuq folja talħami miksija bil-parċmina u aħmi għal madwar 8 minuti.

Ittrasferixxi ċ-ċikkulata għal buqar żgħir li ma jgħaddix is-sħana minnu.

3. Għaddas marshmallow fiċ-ċikkulata mdewba. Taptap bil-mod fuq it-tarf tal-buqar. Irrepeti b’nofs ilmarshmallows u ċ-ċikkulata.

4. Poġġihom fil-friġġ għal 1-2 minuti biex jissaħħu. Itfa’ d-dekorazzjonijiet u erġa. itfahom lura fil-friġġ. Wara li tħallihom joqogħdu meta jkunu imżejnin, tista’ sservihom jew tikolhom!

Tiftixa tal-kliem Tiftixa tal-kliem

Iċ-Ċerimonja tal-Promoturi tal-Qari tal-2024

Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Novembru 2024, l-Aġenzija Nazzjonali talLitteriżmu bi sħab mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tellgħet iċ-ċerimonja tal-‘Promoturi tal-Qari/Reading Champions’ tal-2024. Din iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, l-Aġenzija ilha torganizzaha mill-2016, u sa din is-sena ġew ippremjati b’kollox 826 student/a mill-iskejjel medji u sekondarji.

Iċ-ċerimonja ta’ din is-sena saret matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet,

Ta’ Qali. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li tirrikonoxxi lill-istudenti li jħobbu jaqraw jew li jaqraw tajjeb ferm, u lil dawk li qed jagħmlu ħilithom biex jitgħallmu jaqraw u jsaħħu l-ħiliet tal-qari u l-fehim tagħhom. L-istudenti tas-seba’ sena akkademika li jiġu ppremjati jkunu nnominati mill-iskejjel rispettivi tagħhom. Din is-sena 32 skola ssottomettew in-nomini tagħhom u l-Aġenzija ppremjat 96 student/a, li ngħataw il-premju tad-deheb, fidda jew bronż skont l-għażla tal-iskola tagħ-

hom.

Il-premju tad-deheb ingħata lill-istudenti li matul is-seba’ sena tagħhom urew li huma qarrejja mill-aqwa, ilpremju tal-fidda ħaduh l-istudenti li wrew namra jew ħeġġa partikolari għall-kotba billi ħeġġew lil sħabhom jaqraw u/jew inqdew sikwit bil-librerija tal-iskola tagħhom; filwaqt li l-premju talbronż irċevewh l-istudenti li tejbu l-ħiliet fil-litteriżmu, fosthom il-qari, tagħhom. Ilpremjijiet tqassmu millOnor. Ministru tal-Edukazz-

joni, Dr Clifton Grima fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali talLitteriżmu, is-Sur David Muscat.

Sa mit-twaqqif tagħha fl2014, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu dejjem saħqet u xerrdet il-kelma li l-qari huwa essenzjali għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna. Permezz tal-qari, it-tfal, apparti li jsaħħu l-ħiliet fil-litteriżmu, jitgħallmu tagħrif dwar bosta oqsma u jimmiljoraw l-abbiltajiet analitiċi, kritiċi u kreattivi tagħhom. Il-qari jgħin-

hom ukol jirrilassaw u jsibu fiex jedhew u jieħdu gost. Dan minbarra li l-kotba jlaqqgħuna ma’ firxa ta’ esperjenzi u kunċetti, juruna l-ħajja minn perspettivi differenti, u jgħinuna nkattru l-empatija u l-kompassjoni.

L-Aġenzija Nazzjonali talLitteriżmu tifraħ mill-ġdid lir-rebbieħa kollha tal-premjijiet tal-Promoturi tal-Qari u trodd ħajr lil dawk kollha li għenuha torganizza s-serata tal-premjazzjoni, b’mod speċjali lill-ambaxxaturi tal-qari Ruth Frendo u Kelly Peplow.

Tgħallem aktar dwar l-Unjoni Ewropea

Daqskemm hu importanti li nitgħallmu dejjem aktar fuq l-istorja, il-kultura ta’ pajjiżna u dak kollu li jagħmilna Maltin, daqstant ieħor għandna nfittxu li nkunu nafu aktar dwar l-identità tagħna bħala ċittadini Ewropej u x’jagħmilna Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li issa ilna mseħbin fiha aktar minn 20 sena.

Kotba għat-tfal dwar l-Unjoni Ewropea

Fl-aħħar tliet snin, Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) u Europe Direct Valletta ppubblikaw ktieb għat-tfal kull sena, biex jgħinu lit-tfal u lill-istudenti ta’ etajiet differenti jitgħallmu aktar dwar l-Unjoni Ewropea. F’dawn il-kotba, it-tfal isibu l-informazzjoni b’mod adattat għall-etajiet li huma mmirati għalihom.

Il-kotba huma mżewqin bi stejjer, eżerċizzji prattiċi, illustrazzjonijiet u logħob biex jgħinu aktar lill-qarrejja jitgħallmu fatti bażiċi dwar l-Unjoni Ewropea, il-principji u l-valuri taċ-ċittadini Ewropej u l-opportunitajiet u l-benefiċċji għaċ-ċittadini tal-

Il-kotba huma dawn: ‘Discover the European Union with Leo and Myra’, għal studenti ta’ 8-9 snin, ‘Mas-Siġra tal-Ballut’ għal studenti ta’ 11 u 12-il sena (verżjoni Malti u Ingliż), u ‘#noħlomlixidarba’ għal studenti ta’ 14 u 15-il sena.

Rokna tat-Tagħlim

Minbarra dawn il-kotba, wieħed jista’ wkoll iżur is-sit elettroniku, ‘Rokna tat-Tagħlim’, li huwa mod kif wieħed jitgħallem aktar dwar l-Unjoni Ewropea u kif taħdem l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ materjal u logħob fuq diversi suġġetti.

Minbarra materjal għallistudenti ta’ kull età, ir-‘Rokna tat-Tagħlim’, fiha wkoll materjal għall-għalliema.

Din ir-rokna tinkludi pjanijiet tal-lezzjonijiet, kif ukoll opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-Unjoni Ewropea.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni jew takkwista kopja tal-kotba, ikkuntattja lil Europe Direct Valletta bin-

numru 2779 7320 jew fl-indirizz elettroniku edvalletta. sem@gov.mt.

Fl-Awstralja:

KRAFT TAL-MILIED

● Aqta’ injama kwadra 10cm x 10cm (jew qies ieħor li trid)

● Aqsam l-injama fi tliet partijiet.

● Iżbogħ il-parti ta’ fuq ħamra jew uża drapp aħmar, il-parti tan-nofs kulur il-ġilda u l-aħħar parti bajda (tista tuża wkoll tajjar)

● Waħħal għajnejn tal-plastik u boċċa bħala imnieħer.

● Żejjen il-barnuża kif trid

● Waħħal żigarella biex tkun tista’ ddendilha.

Dawk li għandhom inqas

minn 16-il sena ma jistgħux jużaw il-pjattaformi tal-midja soċjali

Il-midja soċjali saret popolari ma’ bosta anke magħkom it-tfal. Minkejja dan l-Awstralja ma’ taqbilx li tfal tamparkom jew ftit ikbar jużaw il-midja soċjali. Minħabba din ir-raġuni, il-Parlament Awstraljan għadda liġi li tfal taħt is-16-il

sena ma jagħmlux użu millmidja soċjali. Minn riċerka li għamilna, sibna li din il-liġi mhux se tidħol fis-seħħ qabel sena oħra u li kull min jipprova jikser xi regola, jista’ jeħel multa sa $50. Allura tfal intom li tużaw it-teknoloġija u l-midja soċ-

jali, forsi b’xi wħud jużaw iktar minn oħrajn, x’taħsbu fuq dan kollu?

Aħna nemmnu li fil-ħajja rridu nsibu ftit tal-ħin għal kollox u li kulħadd għandu jillimita ruħu biex kemm jista’ jkun ma’ jgħix biss fuq il-midja soċjali.

Fl-20 ta’ Novembru ta’ din is-sena, ġrat xi ħaġa li żgur mhux forsi jekk ma smajthux, jien u ngħidilkom se tidħku. Waqt esebizzjoni tal-irkant kien hemm banana imwaħħla bit-tape mal-ħajt u permezz tal-irkant inbigħet $6.2 miljun. Din ħoloqha l-artist Taljan Maurizio Cattelan. Fi ftit kliem ħalli ma nħaw-

wadkomx huwa qal li din it-tip ta’ arti għalih kellha messaġġ u li dan il-messaġġ hu li fil-ħajja għandna nagħtu valur lil kull oġġett, anke sempliċiment banana

Li ma taqtgħux kemm kienet tiswa l-banana li twaħħlet bit-tape? Minn riċerka li għamilt skoprejt il-banana kienet inxtrat aktar kmieni dakinhar għal 35 ċenteżmi biss

Avventuri Etiċi fid-Dinja Diġitali

L-etika tat-teknoloġija hija sett ta’ prinċipji li jistgħu jintużaw biex jirregolaw it-teknoloġija.

Kun ċittadin diġitali tajjeb

Bħal l-ħajja reali, għandna nkunu ġentili u utli għal oħrajn meta nużaw it-teknoloġija.

Irrispetta l-Privatezza

Huwa importanti li ma taqsamx informazzjoni personali onlajn. Irrispetta l-spazji diġitali tal-oħrajn.

Itlob permess

Dejjem itlob permess qabel tuża l-kompjuter, tablet jew game console ta’ xi ħadd ieħor.

Kun Onest

L-onestà hija essenzjali. Jekk tagħmel żball online, ammetti u minnhu titgħallem. Il- duċja hija bħal superpotenza!

Hate

Ibbilanċja l-ħin li tqatta online

L-istess bħalma meta nibbilanċjaw il-ħin tal-logħob u l-homework, huwa importanti li tibbilanċja l-ħin li tqatta online ma’ attivitajiet oħra.

Uża t-teknoloġija għat-tajjeb

It-teknoloġija tista’ tkun forza għall-ġid.

Użaha biex tikkonnettja mal-ħbieb, titgħallem a arijiet ġodda, u biex nagħmlu d-dinja post aħjar.

Irraporta s-cyberbullying

Jekk tara lil xi ħadd li mhux qed ikun ġentili online, irrapportah lil xi ħadd tal- duċja tiegħek. Aħna lkoll eroj kontra s-cyberbullying!

THAT MOVES WORK DO

FLORINDA CAMILLERI Dance Artist

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.