“Bil-Labour Migration Policy qed nipproponu bidla sostanzjali fil-ħaddiema minn pajjiżi terzi” p2
to Malta!
This way for immigration pass
Meta nsemmu s-suġġett tal-ħaddiema, bla dubju titfaċċa l-mistoqsija illi ladarba l-Maltin u l-Għawdxin fis-suq tax-xogħol żdiedu, għalfejn għad hawn bżonn ta’ iktar barranin biex jaħdmu f’Malta?
It-tweġiba għal din il-mistoqsija nistgħu neħduha jekk inħarsu lejn id-djar tal-anzjani, sptarijiet u setturi oħra tal-ekonomija, fejn il-ħaddiema barranin qed jaqdu ħtiġijiet importanti f’oqsma bħal dawn, kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna imma wkoll għal benesseri taċ-ċittadin tagħna.
Ma’ dawn, irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li l-popolazzjoni Maltija qiegħda kull ma jmur tixjieħ u tgħix aktar, għalhekk il-bżonnijiet ta’ ħafna nies, partikolarment tal-anzjani se jibqgħu magħna u mhumiex se jgħibu kif ġieb u laħaq.
Dawn ir-realtajiet kollha flimkien jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ ħaddiema barranin għal ċertu xogħlijiet, anki għal dawk ix-xogħlijiet li l-ħaddiema Maltin ma tantx huma entużjasti li jidħlu għalihom.
Nirayl Grech
Omar Vella
Malta Labour Migration Policy: wara 300 sottomissjoni fil-konsultazzjoni pubblika, ikomplu l-laqgħat mal-imsieħba
Il-konsultazzjoni dwar il-Malta Labour Migration Policy ma waqfitx ma’ tmiem il-konsultazzjoni pubblika, li matulha saru aktar minn 300 sottomissjoni mill-pubbliku, iżda għadha għaddejja ma’ numru ta’ partijiet interessati. Imsieħba li qegħdin ikomplu jersqu ’l quddiem bl-ideat tagħhom, anke mill-esperjenza speċifika tagħhom f’numru ta’ setturi, biex din il-politika tkompli tissaħħaħ.
L-aħħar laqgħat, li jsegwu oħrajn fl-aħħar jiem, kienu ma’ rappreżentanti differenti mill-industrija tal-avjazzjoni u mal-Malta Football Players Association.
Laqgħat li dwarhom il-Ministru għallIntern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li l-pajjiż tmexxih ’il quddiem billi tagħraf iż-żminijiet u timplimenta l-bidliet li jagħtu r-riżultati fil-preżent u fil-ġejjieni u li xhieda ta’ dan hija l-Malta Labour Migration Policy.
“Kburin bl-avvanz ekonomiku li għamel pajjiżna u l-opportunitajiet li nħolqu flaħħar snin, li raw lill-Maltin jidħlu f’oqsma ġodda u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, illum irridu nagħmlu emfasi ikbar ukoll fuq il-produttività. Irridu nipproduċu iktar, jekk jista’ jkun b’inqas. Fil-każ tagħna, gwidati mill-fatt li għandna l-iktar ekonomija li qed tikber fl-Ewropa, mal-ħtieġa tat-tisħiħ fil-produttività
nistgħu u qed nenfasizzaw ukoll il-ħtieġa ta’ tisħiħ fid-drittijiet tal-ħaddiema u l-bżonn li jekk u meta jingħata permess għal iktar ħaddiema barranin dan isir biss b’mod li tgawdi s-soċjetà kollha.”
Kien għal dan il-għan li bħala gvern, poġġejna 32 rakkomandazzjoni ċara gwidati minn erba’ prinċipji ċari. L-imsieħba wieġbu billi kkontribwixxew b’mod pożittiv f’din il-konsultazzjoni, uħud minnhom b’dokumenti studjati li ġew preżentati f’għexieren ta’ laqgħat li saru dwar din il-politika.
Il-Ministru Byron Camilleri spjega li “Ħareġ ċar, kemm dan kien dokument li ntlaqa’ u kien apprezzat, filwaqt li min ġie jiddiskuti ġie bi proposti konkreti ta’ kif hu jibdel jew itejjeb ċerti rakkomandazzjonijiet. Bħala gvern għandna l-obbligu li d-deċiżjoni aħħarija tkun dik li filwaqt li toħloq bilanċ, tkun l-iktar waħda li tilħaq il-ġid komuni, dik li minnha tgawdi l-iktar is-soċjetà kollha kemm hi.”
Huwa kkonkluda li kif urejna s-sena li għaddiet, billi kienu kontrollati n-numri, fejn il-ħaddiema ġodda minn pajjiżi terzi kienu kkanċellati b’dawk li telqu u l-ekonomija baqgħet tikber b’saħħitha, issa rridu nkomplu nimplimentaw ilbidla li hemm bżonn.
Il-Bżonn ta’ Bidla
fil-Mudell Ekonomiku
- Mix-Shadow Minister għall-Intern u s-Sigurtа̀, Darren Carabott
Malta tinsab f’salib it-toroq. Il-Malta Labour Migration Policy, proposta reċentement, hija ammissjoni ċara mill-Gvern Laburista li l-mudell ekonomiku li introduċa f’pajjiżna matul l-aħħar għaxar snin qatt ma kienet sostenibbli. It-tkabbir u l-importazzjoni bla rażan tal-ħaddiema barranin mingħajr pjan strutturat wasslet għal pressjonijiet kbar fuq l-infrastruttura tagħna, is-servizzi pubbliċi, u l-kwalità tal-ħajja b’mod ġenerali. Din il-policy hi mossa reattiva – hu attentat tal-Gvern biex jindirizza din il-kwistjoni tat-tkabbir tal-popolazzjoni aktar milli strateġija ekonomika maħsuba sew.
Għal snin twal, l-amministrazzjoni Laburista kienet qed tiddependi fuq it-tkabbir talpopolazzjoni biex tagħti spinta artifiċjali lill-figuri ekonomiċi, mingħajr ma qieset l-impatt fit-tul. Ir-riżultat ta’ dan hija sistema tas-saħħa li tinsab taħt pressjoni, netwerk ta’ trasport pubbliku mgħobbi żżejjed, żieda fil-prezzijiet tad-djar, u tnaqqis fillivell tal-għixien għal ħafna nies. Minflok ma ħolqot ekonomija ta’ valur għoli, il-gvern għażel li jimporta ħaddiema b’inqas skills u kwalifiċi u li jitħallsu nqas, u b’hekk ħoloq ċiklu ekonomiku li jipprijoritizza l-kwantità fuq il-kwalità.
Il-Partit Nazzjonalista ilu jappella għal bidla fundamentali fil-mudell ekonomiku ta’ Malta—wieħed li jagħti prijorità lit-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni, u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema tagħna. Il-policy proposta mill-Gvern, minkejja li tirrikonoxxi l-problemi, għadha nieqsa minn viżjoni ċara dwar id-direzzjoni ekonomika ta’ Malta. Din il-policy tonqos milli tagħti tweġibiet għal mistoqsijiet kruċjali: Liema setturi ġodda se jinħolqu? Kif se jissaħħu l-industriji eżistenti? X’inhuma l-miri fit-tul għal-livelli tal-popolazzjoni u s-sostenibbiltà tas-suq tax-xogħol? U f’liema setturi se jinżammu milli jiġu ħaddiema barranin jaħdmu fihom?
Pjan ekonomiku serju m’għandux jirregola biss l-immigrazzjoni iżda għandu jipprovdi wkoll pjan b’direzzjoni għat-tkabbir ekonomiku. Il-Gvern għandu jistabbilixxi strateġija li ttejjeb niċeċ ekonomiċi eżistenti bħas-servizzi finanzjarji, it-teknoloġija, il-farmaċewtika, u l-avjazzjoni, filwaqt li jidentifika oqsma ġodda ta’ investiment li jżidu l-valur fl-ekonomija tagħna. Li tiddependi biss fuq influss kontinwu ta’ ħaddiema barranin mingħajr indikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq iwassal biss għal instabbiltà u tensjoni soċjali.
Barra minn hekk, il-Gvern għandu jiżgura li l-policies futuri dwar il-immigrazzjoni tax-xogħol ikunu bbażati fuq riċerka trasparenti tas-suq tax-xogħol. S’issa, l-amministrazzjoni Laburista naqset milli tippubblika studji komprensivi dwar iddomanda reali għal ħaddiema barranin
fis-setturi differenti:fejn hu l-Labour Market Research Study? Minflok, ġew maħruġa permessi tax-xogħol bl-addoċċ mingħajr pjan. Il-Partit Nazzjonalista ilu jsejjaħ għallpubblikazzjoni tal-Labour Market Research Study, li għandu jkun dokument essenzjali li jipprovdi analiżi bbażata fuq data dwar ittendenzi tal-impjiegi u l-ħtiġijiet futuri talforza tax-xogħol.
Lil hinn mill-kwistjonijiet ekonomiċi, ilpolicy tal-Gvern tqajjem ukoll mistoqsijiet dwar l-infurzar u r-regolamentazzjoni. Matul l-aħħar għaxar snin, rajna abbużi fissuq tax-xogħol Malti, inkluż kundizzjonijiet tax-xogħol sfruttanti u skandli ta’ traffikar uman. Il-Gvern għandu jiżgura mhux biss li l-ħaddiema li jidħlu huma tassew meħtieġa, iżda wkoll li jimplimenta mekkaniżmi ta’ infurzar stretti biex jipproteġi lill-impjegati kollha—kemm dawk lokali kif ukoll dawk barranin.
Viżjoni fit-tul teħtieġ aktar minn politika reattiva. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni għal din il-politika tant kruċjali kien qasir b’mod inaċċettabbli, li jirrifletti Gvern f’paniku aktar milli wieħed li għandu kontroll tassitwazzjoni. Il-Partit Nazzjonalista jappella għal proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ u serju li jinvolvi l-partijiet kollha interessati, fosthom dawk tas-setturi ekonomiċi, l-imsieħba soċjali, u s-soċjetà ċivili. Ilmudell ekonomiku ta’ Malta għandu jevolvi biex jindirizza l-isfidi tal-futur, u jiżgura li l-forza tax-xogħol tagħna tkun ippreparata għal impjiegi ta’ valur għoli u sostenibbli, minflok ma tkompli tiddependi fuq ċiklu ta’ ħaddiema minn barra.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ impenjat favur direzzjoni ekonomika ġdida għal Malta—waħda li tpoġġi l-kwalità qabel ilkwantità, il-prosperità fit-tul qabel short term measures, u s-sostenibbiltà qabel ittkabbir artifiċjali. Pajjiżna jixraqlu mudell ekonomiku strutturat u b’viżjoni li tassew jibbenefika liċ-ċittadini Maltin kollha u jiżgura livell għoli ta’ għixien għallġenerazzjonijiet futuri.
“BŻONN TA’ POLITIKA BILANĊJATA
LI TAPPOĠĠJA DIN L-INDUSTRIJA”
L-MDA dwar il-Labour Migration Policy
Il-Malta Development Association (MDA), l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, ġiet imwaqqfa fis-sena 2017, u kienet tifforma parti mill-Fondazzjoni tal-Proprjetà Maltija, li hija inizjattiva mwaqqfa fis-settur pubbliku-privat, bl-għan li tkun vuċi għal dawk l-iżvilupptauri Maltin biex tinżamm kemm jista’ jkun l-identità Maltija, u biex Malta titpoġġa bħala destinazzjoni ta’ għażla meta wieħed jagħżel biex jixtri proprjetà fil-Mediterran.
L-Assoċċazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi tara li tqarreb flimkien il-maġġoranza tal-iżviluppaturi tal-binjiet, aġenti tal-bejgħ tal-bini u l-proprjetà, dawk involuti finnegozju, u dawk oħra interessati taħt kappa waħda biex ikunu qawwa u forza waħda u jkompli jkabbru l-iżvilupp ta’ dan is-settur tant importanti għall-ekonomija Maltija. Hija għalhekk tqarreb ukoll dawn l-iżviluppaturi malawtoritajiet relevanti u wkoll konsumaturi, u dan isir permezz ta’ inizjattivi u attivitajiet li jippromwovu żvilupp responsabbli u dritt tal-pussess tal-iżvilupp f’Malta permezz ta’ leġiżlazzjoni, programmi edukattivi, u wkoll opportunitajiet professjonali.
Din l-Assoċjazzjoni Maltija tmexxi ’l quddiem irresponsabbiltà u żvilupp sostenibbli li joħloq xogħlijiet u benefiċċji għall-komunità, liema komunità jgħixu u jaħdmu fiha l-membri kollha tagħha. Din l-Assoċjazzjoni tat reviżjoni tal-politika tal-immigrazzjoni fejn jidħol l-impjieg, u permezz ta’ dokument taw l-opinjoni tagħhom dwar il-proposti u r-rakkkommandazzjonijiet.
Fosthom huma qalu li, ladarba jiġu hawnhekk ħaddiema li jilħqu l-potenzjal tagħhom, u wkoll ikunu mxew mad-diversi kriterji fuq il-post tax-xogħol tagħhom, il-permess tax-xogħol għandu jiġi estiż b’mod ċert, u dan jippromwovi kemm integrazzjoni u s-sens li inti tappartjeni għal xi ħaġa u hemm skop. Semmew ukoll il-fatt li meta eżempju l-visas ma jiġux imġedda jew miċħuda mingħajr ġustifikazzjoni valida, dan żgur li se joħloq inċertezzi, kemm fost il-ħaddiema u anke f’min qed jimpjega.
Iżidu wkoll li impjieg għal tal-anqas sena jibbenefikaw minnu kemm il-ħaddiema u anke min iħaddem, għax meta impjieg jieqaf ħesrem minn sid jew min qed jimpjega, dan jirriżulta f’penali li jaffettwaw lil kull min hu involut. Huma tal-fehma wkoll li l-perjodu tax-xogħol għandu jiġi mġedded għal sentejn, u dan mhux f’Malta biss, iżda, b’mod universali.
il-karriera tagħhom, jew li qed ifittxu li jikbru f’dan ilqasam fil-gżejjer Maltin.
Għalhekk, mhux il-pagi fissi l-aktar li wieħed irid jikkonċentra, imma li minflok, huwa aktar importanti li joħloq ambjent kreattiv li jagħti spazju li wieħed jista’ jintegra fih u tkompli tiżviluppa. Mela individwu għandu jingħata l-opportunità li jingħata ċans b’paga aktar flessibbli, u dan żgur li ser jiġbed aktar nies u jinkoraġġixxihom biex jersqu lejn Malta u jikkontribwixxu għall-ekonomija billi jinvestu fi proġetti aktar fit-tul.
Rakkommandazzjoni oħra mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi hija li jsiru korsijiet ta’ integrazzjoni, u dan qabel il-ħaddiema jkunu waslu f’Malta u hekk anke jintrebaħ il-ħin. Huma żiedu wkoll kjarifikazzjoni dwar is-skill pass, li diġà tinkludi taħriġ kulturali. Għalhekk jeħtieġ ukoll li jkun hemm dawn il-korsijiet li jiġu offruti b’aktar prezzijiet raġonevoli, b’tul li huwa sensibbli, u fuq kollox huwa kruċjali li dawk kwalifikati
li jgħallmu dawn il-korsijiet ikollhom aċċess aktar faċli.
L-Assoċjazzjoni tispjega wkoll li dawk l-individwi li qed ifittxu li jiftħu u jinvestu f’negozju ġdid hawnhekk jistgħu jkunu restritti, potenzjalment tiġi mfixkla l-innovazzjoni u anke opportunitajiet biex wieħed ikompli jiżviluppa. Irridu għalhekk inżommu f’moħħna li n-negozji li jkunu għadhom kif bdew illum, jistgħu jkunu n-negozji tal-futur.
Fost ir-rakkomandazzjonijiet oħra li l-Assoċċjzzjoni Maltija għall-Iżvilupp tat ir-reviżjoni tagħna qalet ukoll li jeħtieġ li jkun hemm implimentazzjoni tajba, u dan iseħħ billi jiġi offrut taħriġ u sapport tajjeb lil dawn ilħaddiema u n-negozjanti li ser jinvestu f’Malta. Iżżid ukoll li huma wkoll tal-idea li dawk li huma kandidati li jinsabu diġà f’Malta, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw il-possibiltà li joħorġu permess temporanju tax-xogħol, sakemm l-applikazzjoni tagħhom tiġi proċessata.
Din l-assoċċazzjoni tat ukoll l-opinjoni tagħha dwar l-introduzzjoni ta' rati minimi ta' terminazzjoni li tista' tkun sproporzjonata u toffri żvantaġġ lil setturi oħra bħalma huma dawk tal-ospitalità u l-kostruzzjoni, u li dawn imsemmija hawn għandhom rata għolja ta’ ħaddiema li jiġu hawnhekk, u allura jeħtieġ isiru xi aġġustamenti.
Ġew diskussi wkoll il-pagi f’dan is-settur, għax aktar mill-bżonn li jkun hemm pagi fissi li jridu jiġu applikati għal kulħadd, ikun aktar jagħmel sens jekk il-pagi jkunu skont l-individwu, u għalhekk skont il-potenzjal tiegħu, għax inkella li jkun qed jiġri hu li tkun qed tillimita ħafna l-opportunitajiet għal dawk l-individwi li għandhom abilitajiet kbar, jew għal dawk li għadhom qed jibdew
Għalhekk, l-għanijiet huma li jinħarġu aktar gwidi ċara, u jiġu evitati kumplessitajiet legali. Iżidu wkoll juru l-opinjoni tagħhom dwar il-kwota ta’ kemm wieħed huma meħtieġ, u li wieħed għandu aktar jiffoka fuq flessibilità meta naraw il-bżonnijiet ta’ din l-industrija.
L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi tisħaq ukoll li l-irwol tal-ħaddiema barranin f’Malta fl-iżvilupp talbinjiet u fis-settur tal-kostruzzjoni hija issa kritika, u għalhekk hemm bżonn politika ta’ immigrazzjoni bilanċjata li tissaportja din l-industrija, filwaqt li tiżgura trattament ġust mal-ħaddiema u proċess amministrattiv aktar effiċjenti.
Il-Malta Development Association (MDA), toffri żvilupp għal aktar policies ta’ immigrazzjoni ġusti u sostenibbli, imma li fl-istess ħin tinkoraġġixxi li jkunu aktar prattiċi, u għalhekk soluzzjonijiet aktar amikevoli fejn jidħol in-negozju. Kultant iżda jiġri li dawn il-bidliet ikunu riskjużi għax joffru aktar barrieri li mhux neċessarji u tnaqqas il-kompetizzjoni f’Malta. Sistema aktar flessibbli, trasparenti u mmaniġġjata b’mod tajjeb hija għalhekk bżonjuża biex tagħti sapport lilt-tkabbir ekonomiku, stabilità industrijali u integrazzjoni bejn il-ħaddiema, filwaqt li nibqgħu nżommu f’moħħna l-viżjoni ta’ Malta fit-tul u għassnin li ġejjin. (Envision 2050).
IR-RIŻULTATI TAT-TURIŻMU FL-2024
Din il-kolonna ilha tipprovdi analiżi perjodika varji dwar ir-riżultati tat-turiżmu. Issa li għandna d-dejta kollha għall-2024, nemmen li dan huwa ż-żmien it-tajjeb biex nieħdu rendikont tas-sitwazzjoni, b'analiżi tad-dejta oġġettiva reali.
Huwa ovvju li l-wasliet tat-turisti żdiedu bil-kbir f’dawn l-aħħar snin. Kif jidher hawn taħt l-ammont ta’ turisti li ġew Malta żdied b’madwar 30% mil-livelli tal-wasla tatturisti fl-2019. Madwar żewġ terzi ta’ din iż-żieda ta’ 30% seħħet f’sena waħda, speċifikament fl-2024.
Meta l-istampa tirrapporta dwar in-nefqa tat-turisti, tibqa’ tirrapporta ċifri nominali. Huwa pjuttost ovvju li ċifri ta' nefqa nominali bħal dawn jiżdiedu speċjalment f'perjodi ta' inflazzjoni, peress li t-turisti jkollhom jonfqu aktar għal kwalunkwe servizz.
Madankollu, ikun aħjar li jiġi eliminat l-effett inflazzjonarju billi d-dħul jiġi bażat mill-ġdid għal perjodu qabel perjodu inflazzjonarju. Huwa għalhekk li nirrapporta kontinwament dħul reali bbażat fuq illivelli tal-2019. Kif jidher hawn taħt, in-nefqa reali żdiedet b’madwar 28% sal-aħħar tal-2024 mil-livelli reġistrati fl2019.
Dan ifisser li filwaqt li l-wasliet tat-turisti żdiedu b’madwar 30% mil-livelli rreġistrati fl-2019, in-nefqa reali żdiedet bi 28% għall-istess perjodu. Jekk iż-żieda finnefqa hija inqas miż-żieda fil-wasliet tat-turisti, in-nefqa medja għal kull turist x'aktarx tonqos aktar milli tikber.
Fil-fatt kif muri hawn taħt, in-nefqa reali medja għal kull turist kienet taħt il-livell tal-2019 kemm għall-2023 kif ukoll għall-2024. Waqt li ntqal hekk, in-nefqa medja għal kull turist uriet xi titjib marġinali fl-2024 fuq l-2023.
Wieħed irid jiftakar li l-Istrateġija Nazzjonali tat-Turiżmu ta’ Malta għall-2021-2030 enfasizzat l-importanza li jiġu
attirati turisti ta’ valur għoli billi tissaħħaħ il-kwalità talprodott turistiku u tiffoka fuq is-sostenibbiltà. S'issa jidher li dan ma ntlaħaqx. Ġibna aktar turisti, iżda mhux bilfors turisti ta’ valur ogħla. Huwa importanti li niftakru punt li ħafna drabi jiġi injorat - it-turiżmu jiġi bl-ispejjeż tiegħu. Dawn l-ispejjeż jinkludu:
• Żvilupp żejjed u tensjoni infrastrutturali evidenzjati minn konġestjoni tat-traffiku, ġestjoni tal-iskart u żvilupp żejjed, li jwasslu għal żieda fin-nefqa pubblika fuq l-infrastruttura u d-degradazzjoni ambjentali;
• Limitazzjonijiet tal-forza tax-xogħol hekk kif bejn l-2010 u l-2019, in-numru ta’ ċittadini Maltin impjegati fis-settur tat-turiżmu naqas minn 7,974 għal 5,964. Dan it-tnaqqis jeħtieġ l-ingaġġ ta’ aktar ħaddiema barranin, li jista’ jżid l-ispejjeż operattivi għan-negozji minħabba r-reklutaġġ, it-taħriġ u l-ispejjeż potenzjali tad-djar, minbarra li għal darb’oħra jżid aktar pressjoni fuq l-infrastruttura tal-pajjiż. Sal-2019, madwar 60% tal-forza tax-xogħol tat-turiżmu f’Malta kienet magħmula minn ċittadini barranin;
• Sfidi ambjentali u urbani li jaffettwaw il-prodott ġenerali ta' kwalità tat-turiżmu. Żieda kbira fil-wasliet tat-turisti għandha t-tendenza li tnaqqas il-kwalità tal-ħajja għarresidenti iżda wkoll tiskoraġġixxi turisti ta’ valur għoli, li huwa kuntrarju għal dak li qed nippruvaw niksbu.
Bħala konklużjoni, il-ħtieġa li tinbena u timplimenta b’mod effettiv strateġija tat-turiżmu li effettivament tagħti aktar importanza lin-nefqa reali tat-turiżmu bħala KPI ewlieni, aktar milli l-wasliet tat-turisti, tkun l-ewwel pass li tassew għandna l-intenzjoni li nkejlu l-kwalità fuq il-kwantità.
Permezz tad-dokument tagħha Rediscover li l-Malta Chamber ppubblikat fl-2021, kienet artikolat strateġija komprensiva tat-turiżmu mmirata biex tattira turisti
ta’ valur ogħla bbażata fuq is-sostenibbiltà, it-titjib tal-kwalità u approċċ olistiku għall-iżvilupp turistiku. Dan id-dokument jiddeskrivi l-ħtieġa li tinbena offerta turistika bbażata fuq esperjenzi awtentiċi u assi kulturali uniċi li jiddistingwu lil Malta minn destinazzjonijiet oħra, iħeġġu lill-operaturi turistiċi jadottaw teknoloġiji diġitali u prattiċi innovattivi u jsaħħu l-qafas regolatorju talindustrija tat-turiżmu, fost proposti oħra.
Lura fl-2021 meta ġie ppubblikat dan id-dokument, l-industrija tat-turiżmu kienet qed titħabat biex toħroġ mill-kriżi tal-Covid. Kieku aħna, bħala pajjiż, adottajna mentalità ta' kwalità l-ewwel allura, konna nħallsu lilna nfusna ħafna riżultati mhux mixtieqa relatati mannuqqasijiet infrastrutturali.
Issa li aħna aktar konxji tal-konsegwenzi tat-turiżmu żejjed, u mhux taħt pressjoni biex inġibu lura t-turisti kif konna dak iż-żmien, għandna nkunu nistgħu napprezzaw aħjar is-sustanza ta’ dak id-dokument u nimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Mill-ekonomista SILVAN MIFSUD
PJAN SOĊJALI GĦALL-FAMILJA
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal qed jintensifika l-ħidma sabiex iħejji l-Pjan Soċjali għall-Familji għas-snin illi ġejjin.
Fil-fatt diġa saret laqgħa mal-istakeholders kollha involuti, u li jinkludu professjonisti mill-qasam soċjali, tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tax-xogħol, fost oħrajn.
Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, qed jiġu esplorati aktar ideat u prijoritajiet illi jistgħu jagħtu spinta lill-familji Maltin u Għawdxin. Dawn id-diskussjonijiet qed isiru sabiex jirriflettu l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji fis-setturi kollha.
Ħafna mid-dibbatitu qed jevolvi ma’ realtajiet li jolqtu lill-familji, bħall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, il-leave maternali u paternali, kif ukoll sitwazzjonijiet li jinvolvu familji vulnerabbli u li jeħtieġu għajnuna.
B’kollox dan il-pjan għandu erba’ prijoritajiet ewle-
nin, ewwel waħda tkun marbuta mal-Ġustizzja Soċjali għall-Familji sabiex jissaħħaħ l-appoġġ u servizzi adegwati lill-familji f’sitwazzjonijiet żvantaġġati. Aktar minn hekk familji b'membri li għandhom bżonnijiet speċifiċi jingħataw appoġġ addizzjonali.
Prijorita’ oħra hija li jitrawwem ambjent familjari pożittiv li jgħin lill-individwi jimmaniġġjaw aħjar l-istress talħajja permezz ta’ kumdità, gwida u saħħa kostanti.
It-tisħiħ tal-għarfien u l-ħiliet huwa qasam ieħor strumentali sabiex il-familji kollha ikollhom aċċess għall-op-
portunitajiet ugwali. Dan filwaqt li qed issir sforz kolletiv sabiex ikun hemm titjib tar-Rata ta’ Fertilità ta’ Malta, b’rispett lejn id-diversi fatturi soċjo-ekonomiċi li jinfluwenzaw l-ippjanar tal-familja
Din l-istrateġija se tkun qed tara illi tippromwovi l-benessri, filwaqt illi tilqa’ l-isfidi attwali u futuri, permezz ta’ pjan li jistabbilixxi pedament sod għat-trawwim ta' komunitajiet aktar b'saħħithom.
43,000
TAGĦMEL UŻU MIS-SERVIZZ
TAD-DIER, FL-2024
€1.6 MILJUN
F'PAGI MOGĦTIJA
LURA LILL-ĦADDIEMA
44 KUMPANIJA
INVESTIGATA FUQ NUQQAS
TA' KONFORMITÀ MAL-LIĠI
TAL-FOOD COURIERS RAPPORT ANNWALI DIER
IT-TKABBIR EKONOMIKU
TA’ MALTA F’PARAGUN MA’ STATI MEMBRI OĦRA TAL-UE
Malta wriet reżiljenza ekonomika u tkabbir straordinarju f’dawn l-aħħar snin, u tispikka fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE). Skont id-dejta ta’ Eurostat, bejn Jannar u Marzu 2024, il-Prodott Domestiku Gross (GDP) ta’ Malta żdied b’1.3% meta mqabbel mal-kwart preċedenti, li kien l-ogħla rata ta’ tkabbir fost is-27 stat membru tal-UE. Wara Malta, Ċipru rreġistra tkabbir ta’ 1.2%, segwit mill-Kroazja b’1%. Ir-rata medja ta’ tkabbir tal-UE matul dan il-perjodu kienet ta’ 0.3%.
Biex tkompli tikkonferma s-saħħa ekonomika tagħha, Malta rreġistrat tkabbir tal-GDP ta’ 5.6% fl-2023, prinċipalment immexxi millesportazzjoni netta. Dan il-wirja b’saħħtu huwa notevoli meta wieħed iqis l-isfidi ekonomiċi globali kkawżati millpandemija tal-COVID-19.
Inizjattivi tal-Gvern matul u wara l-COVID-19
Il-miżuri proattivi tal-gvern Malti waqt u wara l-pandemija tal-COVID-19 kellhom
rwol kruċjali biex isostnu u jsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż. Inizjattivi ewlenin jinkludu:
Pjan ta’ Rkupru Ekonomiku (Ġunju 2020)
Wara t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija, il-gvern nieda pjan ta’ rkupru fit-8 ta’ Ġunju 2020, iffukat fuq tliet pilastri prinċipali:
Inċentivi għall-konsum domestiku: Miżuri biex jistimulaw l-infiq lokali u jappoġġjaw in-negozji.
Appoġġ lin-negozji: Għajnuna finanzjarja
u inċentivi biex in-negozji jkomplu joperaw u jipproteġu l-impjiegi.
Investiment fl-infrastruttura: Investimenti strateġiċi biex jitjieb l-infrastruttura u jiġi ppromoss tkabbir ekonomiku fit-tul.
Skema tas-Suppliment tal-Pagi
Biex titnaqqas il-qgħad matul ilpandemija, il-gvern implimenta skema ta’ suppliment tal-pagi, li żgurat li n-negozji setgħu jżommu lill-impjegati tagħhom minkejja t-tfixkil ekonomiku.
Stabbilizzazzjoni tal-Prezzijiet talEnerġija. Il-gvern intervjena biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija fil-livelli tal-2020, u b’hekk illimita l-inflazzjoni. Fl-2022, irrata tal-inflazzjoni ta’ Malta kienet 6.1%, inqas mill-maġġoranza tal-istati membri tal-UE, parzjalment minħabba din l-intervent.
Strateġija Nazzjonali Post-Pandemika (Ġunju 2021)
Tnediet strateġija komprensiva biex jiġu indirizzati l-isfidi imposti mill-pandemija,
MARIO FAVA PRESIDENT AKL
bil-pjan li tiġi implimentata fi żmien tliet snin. L-għan kien li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ infrastruttura u servizzi essenzjali bħall-ikel, l-ilma, l-enerġija, is-saħħa u l-konnettività diġitali.
Impatt fuq il-Fiduċja Pubblika u l-Prospetti Ekonomiċi
Dawn l-inizjattivi stabilizzaw l-ekonomija ta’ Malta u żiedu l-fiduċja pubblika fost il-Maltin. Ir-rispons rapidu u effettiv tal-gvern għas-sfidi ekonomiċi talpandemija reġa’ ta sens ta’ sigurtà kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji. Barra minn hekk, il-prestazzjoni ekonomika impressjonanti ta’ Malta meta mqabbla ma’ stati membri oħra tal-UE saħħet is-sens ta’ kburija nazzjonali u fiduċja flimmaniġġjar ekonomiku tal-pajjiż.
Paragun tal-Ekonomija ta’ Malta: Qabel l-2013 vs. Wara l-2013
L-ekonomija ta’ Malta esperjenzat
trasformazzjoni sinifikanti mill-2013 ’l hawn, immexxija minn politiki strateġiċi, bidliet fl-istruttura ekonomika, u reżiljenza qawwija għal sfidi globali bħall-pandemija tal-COVID-19.
L-Ekonomija ta’ Malta Qabel l-2013: Stabbiltà iżda Tkabbir Modest
Qabel l-2013, l-ekonomija kienet stabbli iżda kiber f’ritmu aktar kajman. Karatteristiċi ewlenin tal-ekonomija pre2013: Tkabbir ekonomiku aktar bil-mod: Bejn l-2008 u l-2012, Malta kellha rata medja ta’ tkabbir tal-GDP ta’ 1.9% fis-sena. Rata ta’ qgħad ogħla: Fl-2012, il-qgħad kien madwar 6.4%, ogħla milli hu llum. Dipendenza fuq setturi tradizzjonali: Bħall-manifattura, it-tbaħħir u t-turiżmu. Sfidi fiskali u defiċit: Il-gvern kellu defiċit baġitarju konsistenti u livelli ogħla ta’ dejn pubbliku. Investiment barrani aktar baxx: L-investiment dirett barrani (FDI) kien inqas robust, u l-industriji tatteknoloġija, il-fintech u l-iGaming kienu għadhom fl-istadji bikrin.
It-Trasformazzjoni Ekonomika Wara l-2013
Minn wara l-2013, Malta esperjenzat tkabbir rapidu, diversifikazzjoni, u suq tax-xogħol aktar b’saħħtu. Titjib ewlenin wara l-2013: Tkabbir ekonomiku ogħla: Bejn l-2014 u l-2019, it-tkabbir tal-GDP kien bejn 6-7% fis-sena. Fl-2023, Malta kellha l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-UE (5.6%).
Qgħad aktar baxx: L-inqas livell fl-istorja, taħt il-4%. Diversifikazzjoni ekonomika: Settur tal-iGaming, servizzi finanzjarji, fintech, avjazzjoni u innovazzjoni diġitali kibru b’rata mgħaġġla. Baġits b’surplus: Bejn l-2016 u l-2019, Malta kellha surplus baġitarju, kuntrarju għad-defiċits pre2013.
Pagi ogħla u kwalità tal-ħajja aħjar: L-industriji b’saħħithom bħall-finanzi u l-logħob onlajn offrew pagi kompetittivi. Paragun tar-Reżiljenza Ekonomika: Qabel l-2013 vs. Wara l-COVID-19
Il-mod kif Malta ħadet ħsieb il-kriżi talCOVID-19 juri l-qawwa ekonomika wara l-2013.
R eżiljenza wara l-COVID (2020-2024):
Il-gvern stabilizza l-prezzijiet tal-enerġija biex jillimita l-inflazzjoni.
L-iskemi tas-suppliment tal-pagi salvaw eluf ta’ impjiegi.
Fl-2023, it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta (5.6%) kien wieħed mill-ogħla fl-Ewropa.
Konklużjoni: Malta Ekonomikament Aktar B’saħħitha u Reżiljenti
L-ekonomija ta’ Malta llum hija ħafna iktar b’saħħitha u dinamika minn qabel l-2013. B’rekords ta’ tkabbir qawwi, qgħad baxx, u setturi diversifikati, Malta qed tkompli tispikka fl-UE bħala pajjiż b’viżjoni ekonomika ċara u politika finanzjarja stabbli.
QBIL WIESGĦA MAL-PRINĊIPJU
TAL-LABOUR MIGRATION POLICY
… dikussjoni pożittiva mill-istakeholders
Il-politika dwar il-migrazzjoni talħaddiema magħrufa bħala l-Malta Labour Migration Policy jidher li qanqlet interess qawwi, fejn sar magħruf li daħlu aktar minn 300 sottomissjoni għand il-Gvern. Din ilkonsultazzjoni pubblika saret qabel ma din il-policy tiġi diskussa fil-Parlament fejn sussegwentement issir liġi.
Mill-konsultazzjoni li saret, jidher li kien hemm qbil vast dwar il-prinċipji li joħorġu minn din il-politika, li juru l-ħtieġa kbira li kien hemm għal riforma bħal din f’dak li jirrigwardja l-mod kif u kemm jidħlu ħaddiema minn pajjiżi terzi f’pajjiżna. Dan kollu se jwassal għal aktar stabbiltà fis-suq tax-xogħol.
F’dan l-isfond, ittella’ l-programm ta’ diskussjoni “Dossier” fil-bini tal-General Workers’ Union, liema programm tratta proprju dan is-suġġett. F’din iddiskussjoni, li kienet iffaċilitata millKap Eżekuttiv tal-Union Print Omar Vella, ħadu sehem diversi stakeholders ewlenin fl-industrija u anke korpi kostitwiti, li jinkludu l-General Workers’ Union, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) u l-Assoċjazzjoni tat-Temping u Outsourcing Agencies (AFTA).
Il-parteċipanti f’din id-diskussjoni filwaqt li qablu fil-prinċipju dwar l-għanijiet li hemm wara din il-politika, xi wħud urew li kellhom riservi f’xi rakkomandazzjonijiet li saru fejn anke taw il-fehma tagħhom ta’ x’jixtiequ mill-perspettiva tagħhom li tinkludi din ir-riforma.
Ħareġ ċar li l-ħaddiema barranin f’pajjiżna hawn bżonnhom filwaqt li l-pajjiż għandu jindirizza l-problema tad-demografija. Minbarra dan, ġiet enfasizzata wkoll l-importanza tal-iskills card biex jiġi assigurat li l-ħaddiema barranin ikollhom il-kwalifiki meħtieġa.
Fost osservazzjonijiet oħra kien hemm illi din ir-riforma se tgħin biex jonqos l-abbuż jew l-isfruttament ta’ dawn il-ħaddiema, se tgħolli l-istandards ta’ min jimpjega u anke tgħin biex titjieb il-kwalità tan-nies li jidħlu jaħdmu f’pajjiżna.
“Il-GWU kellha sehem attiv fil-proċess ta’ konsultazzjoni” - Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU
Fil-kummenti tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja saħaq li l-unjin ilha sa minn meta bdew jiġu l-ħaddiema barranin f’pajjiżna
involuta fil-ħarsien tal-kundizzjonijiet tagħhom. Dan għaliex il-unjin dejjem emmnet li l-ħaddiema huma ugwali, ġejjin minn fejn ġejjin.
Is-Sur Bugeja enfasizza li l-unjin ma temminx li s-suq għandu jitħalla jsuq imma li jkun hemm regolamenti u parametri li jipproteġu sew lill-ħaddiema kif ukoll lill-employers ġenwini. Il-GWU minbarra li tat sehma fil-proċess ta’ konsultazzjoni, fliet ukoll x’kienu qed jgħidu l-imsieħba soċjali oħra.
Huwa ħeġġeġ biex l-affarijiet ma jkunux ibbażati biss fuq il-paga imma għandhom ikunu mistħarrġa wkoll affarijiet oħra li jinkludu l-housing u l-kirjiet, fejn hawn ukoll wieħed irid jara x’qed jiġri f’dan ir-rigward.
Dwar il-ħaddiema tal-pjattaforma, isSegretarju Ġenerali tal-GWU staqsa wkoll jekk dawn għandhomx dħul diċenti garantit minn min iħaddimhom biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità f’pajjiżna. Il-GWU kienet voċifera biex jonqos l-abbuż fuq il-ħaddiema minn pajjiżi terzi.
Is-Sur Bugeja saħaq ukol li din il-politika għandha tittieħed ukoll fil-kuntest talviżjoni Malta 2050, u dan għaliex kollox jinkwadra flimkien biex naraw fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż. “Li hu żgur hu li l-ħaddiema barranin hawn bżonnhom. Xi ħaġa oħra li rridu nindirizzaw hija l-problema tad-demografija,” huwa żied jgħid.
Dwar il-kwistjoni tal-abbuż tal-ħaddiema, is-Sur Bugeja semma każijiet fejn impjegat jitħalla jaħdem għal perjodu qasir f’dak il-post tax-xogħol, jitkeċċa u jġibu lil xi ħadd ieħor minħabba “li kien hemm il-commissions”. Jew agħar minn hekk, jitwaqqaf ħaddiem u dan ma jingħatawx il-formula ta’ tmiem l-impjieg (termination form) biex jerġa’ japplika.
“Kien hawn nies daħlu b’mod legali hawn Malta imma minħabba li l-kuntratt tal-impjieg tagħhom ġie terminat spiċċaw hawn illegalment. Ejja ntuhom ċans tal-inqas darba biex jirregolarizzaw ruħhom. Mingħajr il-ħaddiema barranin l-ekonomija tistaġna. Hemm setturi li mhux se jgħaddu mingħajrhom.”
Is-Sur Bugeja sostna wkoll li d-dinja tax-xogħol qiegħda tinbidel b’pass tant mgħaġġel u l-kambjament li jrid isir fuq il-postijiet tax-xogħol, marbut mattaħriġ, il-policy tidħol f’aktar dettall
dwarha.
Hawn enfasizza li t-taħriġ huwa essenzjali f’kull livell u f’kull qasam għax tkun qiegħed iżżid il-valur u l-kompetenzi tiegħek. Huwa temm l-intervent tiegħu billi saħaq li rridu nkunu preparati għattibdil li qed isir.
Fl-intervent tiegħu f’isem l-AFTA, Daniel Coppini qal li l-Assoċjazzjoni li huwa jirrappreżenta twaqqfet f’Ottubru li għadda, ftit xhur wara li ddaħħlet fisseħħ il-liġi biex ikunu liċenzjati l-aġenziji tax-xogħol magħrufa bħala t-temping agencies.
“Ħdimna għal dawn il-liċenzji. B’din ir-riforma nikkalulkaw li diġà nħarġu 100 liċenzja. B’dan il-pass, ħadna enerġija friska ġdida. L-Assoċjazzjoni tirrappreżenta l-maġġoranza vasta ta’ dawn l-aġenziji, ‘il fuq minn 40,000 impjegat,” qal is-Sur Coppini.
Huwa rrikonoxxa wkoll li jista’ jkun hemm min għadu qiegħed jabbuża, ta’ min pereżempju jimpjega aktar minn 100 ħaddiem u liċenzja għad m’għandhomx.
Qal li “bħala Assoċjazzjoni nieħdu azzjoni fuqhom. Nirrapportaw kull fejn ikun hemm bżonn.”
Għaldaqstant, kompla jgħid is-Sur Coppini, il-migration policy kien hemm bżonnha, u li meta wieħed jifli sew irrakkomandazzjonijiet li saru, tirrealizza li ħafna mill-oġġezzjonijiet huma simili ħafna. “Nieħdu pjaċir li meta ġie ppreżentat id-dokument ma sibniex politikanti biss imma anke l-awturi taddokument li involvew ruħhom sew fiddiskussjoni.”
“Dan huwa dokument li mhux se jbiddel ix-xogħol mil-lum għal għada imma se jgħolli l-istandards ta’ min jimpjega,” tenna jgħid is-Sur Coppini. Mistoqsi dwar il-fatt li qed ikun propost li għandu jkun hemm aktar trasparenza fil-mod kif dawn il-ħaddiema jirċievu s-salarju tagħha, huwa saħaq li kull min iħaddem għandu relazzjoni mal-bank tiegħu. Qal li javviċinawh diversi persuni biex jingħataw ukoll pariri legali f’dan irrigward.
“Irridu nindirizzaw ir-realtajiet talindustrija” - Christina Galea, ACE
Christina Galea, bħala rappreżentanta tal-ACE, saħqet li hija rat l-industrija tinbidel f’dawn l-aħħar 20 sena. Iddeskriviet bħala xi ħaġa pożittiva l-fatt li llum għandna realtà fejn l-istudenti qed ikollhom opportunitajiet mal-ewwel fl-oqsma tal-istudji tagħhom.
“Tradizzjonalment il-waiters fir-ristoranti kienu jkunu rġiel tal-familja li jmorru jagħmlu xogħol part-time. In-nisa kienu jaħdmu fil-house-keeping. L-industrija tagħna bdiet tesperjenza l-bżonn li nħarsu aktar lejn il-barranin biex jiġu jaħdmu f’din l-industrija. Din ir-realtà nħolqot għaliex l-ekonomija kibret.
“Din iġġib magħha ħafna sfidi li rridu naħdmu biex l-implikazzjonijiet ta’ dan l-iżvilupp ma jkollux impatt negattiv fuq il-poplu. Nixtiequ naraw policies bħal dawn jgħinuna ntejbu l-kwalità tannies li jidħlu f’pajjiżna. Irridu fuq kollox nindirizzaw ir-realtajiet tal-industrija,” tenniet Galea.
Mistoqsija dwar il-kwoti ta’ ħaddiema, hija qalet li l-Assoċjazzjoni temmen li l-kwoti kif ġew proposti għandhom ikunu bbażati fuq id-daqs tan-negozju.
Din ir-riforma għandha l-għan li tippromwovi l-istabbiltà fis-suq tax-xogħol. Għalhekk tikkastiga l-attitudni ta’ min jemmen li jista’ jġib ħaddiema barranin kemm jiflaħ mingħajr ma jinvesti l-ewwel f’inizjattivi li jżidu l-produzzjoni u jinċentivaw l-investiment fil-ħiliet.
“Però nemmnu li tkun aktar effiċjenti jekk il-kwoti jirriflettu r-realtajiet ta’ kull industrija.
Dak huwa fattur li nemmnu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biex tiġi indirizzata l-kwota għar-realtajiet tannegozji.” Dwar l-Iskills Pass, Galea qalet li bħala Assoċjazzjoni fil-prinċipju jaqblu magħha iżda jaraw li jista’ jkun hemm lok ta’ aktar titjib f’dan ir-rigward. B’dan ilmod ikun żgurat li ma jintilfx il-potenzjal sħiħ ta’ dawn il-ħaddiema.
“L-industrija tal-ospitalità rridu nkomplu ninvestu fiha” - Andrei Imbroll, MHRA
Andrei Imbroll, membru fil-Kunsill talMHRA, qal li llum il-ġurnata, l-industrija tal-ospitalità tista’ tgħid hija l-unika industrija li qiegħda taffaċċja r-rekwiżiti tal-iskills pass. Huwa ddikjara li jemmen li din l-industrija se tibqa’ hawn fit-tul u għaldaqstant irridu nkomplu ninvestu fiha.
Kompla jgħid li: “jekk xi ħadd irid TCN jiġi jaħdem hawn qed iħares lejn spiża ta’ madwar €2,000 biex dan ikun jista’ sempliċiment jieħu ċans għall-proċess. Dan meta ma tqisx l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż inizjali sakemm isib ix-xogħol, fost oħrajn. Irridu nħarsu f’dan ir-rigward u varji dettalji oħra,” qal is-Sur Imbroll.
“Aħna naqblu totalment li kellha ssir din il-politika u naraw li hemm bżonn li l-ħaddiema li jiġu Malta jkollhom kwalità ta’ ħajja tajba għalihom u li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies lokali. Biex dan isir, din il-policy trid tieħu konsiderazzjoni ta’ policies oħra - fosthom tal-housing u
tat-turiżmu - biex tassew tkun politika effettiva fuq bażi long term.”
“Waħda mir-rakkomandazzjonijiet hi li tgħolli l-prezz meta int tapplika l-ewwel darba għax-xogħol. Nafu xi trid tilħaq biha, u l-għan aħħari naqblu miegħu, imma din se jkollha l-effett li aħna nixtiequ, jew ħaddiem li għandu ċertu ħiliet jgħidlek li hi għalja wisq u għalhekk jispiċċa jmur f’pajjiż ieħor?,” kompla jistaqsi s-Sur Imbroll.
Min-naħa l-oħra huwa rrikonoxxa li l-għan aħħari wara r-rakkomandazzjonijiet li ressaq il-Gvern f’din il-politika huwa tajjeb. Qal li l-aktar li rridu noqogħdu attenti huwa li ma nżidux saffi ta’ burokrazija. “L-iskills pass, l-għan warajha huwa tajjeb imma t-taħriġ li qed jingħataw huwa ffukat u jolqot dak li għandu bżonn?
Housekeeper, maintanance, front office, it-taħriġ li qed jieħu huwa adatt?.”
Tkellem ukoll dwar il-bżonn ta’ aktar involviment min-naħa tal-industriji. “L-industrija trid tkun ħafna aktar involuta fit-taħriġ tal-impjegati jekk irridu li niksbu l-għan li l-impjegati jilħqu ċertu livell.”
Dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, is-Sur Imbroll qal li din trid tintuża biex titjieb il-produttività u l-kwalità tar-riżorsi umani. Aktar milli jikkompetu ma’ xulxin, għandhom ikunu kumplimentari għal xulxin għaliex fl-aħħar mill-aħħar b’dan il-mod tkun qiegħda titjieb l-esperjenza tal-klijent.
X’inhuma l-prinċipji ewlenin wara din irriforma?
L-erba’ prinċipji li jsawru din ir-riforma huma l-istabbiltà, id-drittijiet tal-
ħaddiema, il-fatt li jiġu biss ħaddiema fejn hemm bżonn u l-enfasi fuq ittaħriġ. Minn dawn il-prinċipji joħorġu 32 rakkomandazzjoni.
Waħda mir-rakkomandazzjonijiet hi li biex jiġu inkoraġġit aktar persuni jibqgħu fl-impjieg, il-perjodu ta’ tiġdid jiġi estiż minn sena għal sentejn, sakemm ħaddiem minn pajjiż terz jingħata kuntratt validu għal perjodu ta’ mhux inqas minn sentejn.
Se jkun hemm ukoll l-obbligu li l-pagi ta’ dawn il-ħaddiema imorru direttament fil-bank u dan bil-għan li jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġu mħarsa skont il-kuntratt.
STABBILTÀ
Din ir-riforma għandha l-għan li tippromwovi l-istabbiltà fis-suq taxxogħol. Għalhekk tikkastiga l-attitudni ta’ min jemmen li jista’ jġib ħaddiema barranin kemm jiflaħ mingħajr ma jinvesti l-ewwel f’inizjattivi li jżidu l-produzzjoni u jinċentivaw l-investiment fil-ħiliet.
Fuq kollox hija riforma li temmen f’min juri l-impenn li jifhem u jħaddan il-ħajja Maltija u għalhekk qed ikunu proposti sistemi li jwasslu biex min iħaddem ikun jaqbillu jżomm f’Malta ħaddiema li diġà għandu.
DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA
Bil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema jgawdi kulħadd. Għalhekk qed tkun proposta riforma aktar iebsa ma’ min ma jħarisx id-drittijiet tal-ħaddiema u jikkuntenta biss bil-minimu għax jemmen li minflok dak li għandu jista’
jaqbad u jġib ħaddiem iġib ieħor.
Din hi attitudni li tista’ tolqot b’mod negattiv lill-ħaddiem Malti. Fl-aħħar snin il-ħaddiem Malti mexa ’l quddiem u progressa. Bl-enfasi fuq id-drittijiet mhux biss il-ħaddiem ikollu d-dinjità tiegħu, iżda jkun assigurat li ma jkunx hawn kompetizzjoni inġusta fis-suq tax-xogħol.
KONTROLL, BIEX JIĠU FEJN HEMM BŻONN BISS
Se jkun assigurat li l-ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu biss f’setturi fejn il-pajjiż għandu bżonn. Fil-fatt, ir-riforma tagħmel numru ta’ eċċezzjonijiet f’setturi kruċjali bħas-saħħa u l-kura tal-anzjani. Iżda, hemm oqsma oħra fejn id-deċiżjonijiet jridu jittieħdu kontinwament billi tkun analizzata s-sitwazzjoni b’mod kontinwu. Il-Gvern diġà wera li ma jiddejaqx jagħmel dan, bil-mod kif irregola l-food couriers u x-xufiera tal-y-plates.
INVESTIMENT FIL-ĦILIET
Biex is-suq tax-xogħol jaħdem b’mod effiċjenti u ġust, irid ikun hemm enfasi dwar il-ħiliet. Hekk il-pajjiż ikun aktar produttiv, il-ħaddiema jkunu ta’ aktar kwalità u konsegwenza ta’ hekk tinħoloq aktar stabbiltà għax min iħaddem jibża’ iktar għall-investiment ili jkun hemm fit-taħriġ fejn jenfasizza iktar il-kwalità u mhux in-numri.
Għalhekk, hawn ukoll ir-riforma tinċentiva u tippremja lil min jagħżel din it-triq, filwaqt li l-introduzzjoni tal-iskills card fis-settur tat-turiżmu se tkun estiża għal setturi oħra.