L-ewwel persuna TURIST li mexa FL-ISPAZJU
Il-biljunarju tat-teknoloġija Jared Isaacman u tliet membri oħra tal-ekwipaġġ irnexxielhom imorru fl-ispazju. Tnejn minnhon, Issacman u persuna oħra rnexxielhom jimxu fl-ispazju.
Isaacman ħallas lil SpaceX somma kbira ta’ flus, għalkemm ma hemmx informazzjoni ta’ kemm hu l-ammont. Il-missjoni telqet minn Cape Canaveral fi Florida b’rokits l-aktar ‘il bogħod mid-dinja.
Il-mixjiet fl-ispazju huma kkunsidrati kwalunkwe attività li ssir barra vettura spazjali fl-ispazju. Tipikament, dawn isiru minn astronawti li jwettqu tiswijiet u esperimenti.
Il-missjoni spazjali privata kienet tinkludi erba’ persuni: Scott Poteet, eks pilota tat-Thunderbird tal-Air Force; l-inġiniera ta’ SpaceX Anna Menon u Sarah Gillis; flimkien ma' Isaacman. Dawn għaddew minn sentejn u nofs ta’ taħriġ intensiv qabel bdew il-vjaġġ fl-ispazju.
Il-mixjiet fl-ispazju huma perikolużi għall-astronawti, aħseb u ara għall-persuni. Huma meqjusa bħala waħda mill-aktar partijiet perikolużi tat-titjir spazjali. Dan għaliex il-bnedmin evolvew għall-kundizzjonijiet li hawn fid-dinja u mhux għall-ispazju.
Jared Isaacman dejjem ħolom li jmur fl-ispazju. Issa l-iskop li jmiss f'ħajtu hija li jgħin f'din il-missjoni biex jagħti xi ħaġa lura lid-dinja.
Tfal,
Din hija l-ewwel ħarġa "tal-GAZZETTA - MIT-TFAL GĦAT-TFAL".
L-iskop wara din il-GAZZETTA hu li ninkoraġġukom taqraw u wisq aktar taqraw il-gazzetta li ħafna sfortunatament jorbtuha ma' xi ħaġa "tal-passat".
Il-mixjiet fl-ispazju huma perikolużi għall-asaħseb u ara għall-persuni. Huma meqwaħda mill-aktar partijiet perikolużi spazjali. Dan għaliex il-bnedmin evolvew għall-kundizzjonijiet li hawn fid-dinja u mhux għall-ispazju.
Din hija gazzetta għalikom u minkom fejn intom se tkunu qed tiġu mitluba tgħinu finnisġa tagħha.
l-astronawt Taljan Luca Parmitano kien wara li l-elmu mtela bl-ilma.
L-analista tar-riskju u d-diżastri, Ilan Kelman hekk kif persuni mhux professjonisjagħmlu vjaġġi fl-ispazju, jista’ jkun fatalitajiet tul it-triq.
Il-GAZZETTA hija pubblikazzjoni li tolqot diversi temi kurrenti.
Ara paġna 5
Maltempati u Għargħar Madwar id-Dinja
Xita qawwija u uragani wasslu għal għargħar serju f’postijiet madwar id-dinja. Dan l-għargħar, li f’ċertu pajjiżi kien fatali, ġiegħel mijiet ta’ eluf ta’ nies jevakwaw minn djarhom
Is-sitwazzjoni tal-maltemp fl-Afrika Ċentrali u tal-Punent
Xita qawwija kkawżat għargħar madwar diversi pajjiżi fl-Afrika, inklużi n-Niġerja, iċ-Ċad, in-Niġer, u l-Mali. Kawża tal-għargħar mietu aktar minn 1,000 ruħ. Dan filwaqt li nqerdu eluf ta’ djar.
Ix-xita mill-maltempata wasslet għal għargħar f’ħafna nħawi tan-Niġerja.
F'Maiduguri, l-ilma tela' malajr, tant li madwar 40% tal-belt kienet tinsab taħt l-ilma. Madwar ir-reġjun, l-għargħar qerdu djar, toroq, u rziezet, u ħallew ħafna familji mingħajr ikel jew post fejn jgħixu.
Il-maltemp fl-Ewropa Ċentrali
Xita qawwija u għargħar wara l-Maltempata Boris
ikkawżaw problemi serji f’diversi pajjiżi fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant. Mill-inqas mietu mas-16-il persuna. L-aktar pajjiżi li sfaw milquta kienu r-Repubblika Ċeka, l-Awstrija, il-Polonja, l-Ungerija, u r-Rumanija. L-għargħar ġiegħel mijiet ta’ eluf ta’ nies jitilqu minn djarhom. Ix-xmajjar spiċċaw imfawwra, it-toroq mgħerrqin, u xi distretti huma kompletament mgħarrqa. F'xi postijiet, id-digi tkissru, u ħafna djar m'għandhomx elettriku jew ilma tax-xorb.
Xi ngħidu dwar il-Klima?
Sa issa għadu kmieni biex ngħidu x’sehem kellha l-kriżi tal-klima f’dawn il-maltempati. Minkejja dan ix-xjentisti ilhom snin iwissu li dinja qed tisħon u li kawża ta’ hekk qed twassal għal aktar maltempati, b’uħud minnhom aktar serji. Esperti tal-klima jgħidu li l-maltempati reċenti huma inkwetanti, iżda mhux sorprendenti.
Il-Paralimpjadi tas-Sajf ta' din is-sena f'Pariġi
afna nies jafu li l-Olimpjadi tas-sajf tal-2024 saru f’Pariġi f’Lulju. Minkejja dan, mhux kulħadd huwa konxju li ftit wara, bdew ilLogħob Paralimpiku tal-2024. Il-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi spiċċaw uffiċjalment nhar ilĦadd 8 ta’ Settembru.
Il-Paralimpjadi huma bħall-Olimpjadi, iżda fihom jieħdu sehem atleti li għandhom xi forma ta’ diżabilità. Id-diżabilitajiet jistgħu jinkludu problemi fil-muskoli, fil-mixi, kif ukoll dawk b’nuqqas ta’ vista, fost oħrajn. F’dan l-avveniment tal-isports, id-diżabilitajiet ġew imqassma f’10 gruppi kbar. L-għan kien li l-atleti setgħu jikkompetu ma’ atleti oħra li qegħdin jiffaċċjaw sfidi simili ta’ xulxin.
Fil-logħob ta’ din is-sena f’Pariġi, attendew mal-4,500 atleta minn madwar 170 nazzjon differenti. Huma kkompetew fi 22 sport imqassma f’aktar minn 549 avveniment differenti. Il-parteċipanti li kienu fis-siġġijiet tar-roti kkompetew fit-tennis, basketball, rugby, fencing, u sports oħra. Atleti għomja, jew dawk b'vista limitata ġrew tiġrijiet, ħadu sehem f’
kompetizzjoni bir-rota, lagħbu soccer (futbol), judo, u sports oħra.
Il-Logħob Paralimpiku ta’ din is-sena kienu tal-għaġeb u kien hemm ħafna stejjer sbieħ. Iċ-Ċina marret tajjeb ħafna fl-għawm.
F’diversi tiġrijiet, l-atleti Ċiniżi rebħu l-midalji kollha. Għat-tmien darba, il-kompetizzjoni tal-basketball intrebħet mit-tim tal-basketball tal-irġiel mill-Istati Uniti li kienu kollha fissiġġu tar-roti!
Bħal kull sena, il-Logħob Paralimpiku ta' din is-sena kien avveniment sportiv serju ħafna, b’atleti b’talent kbir.
Dan l-avveniment kellu wkoll għan ieħor, dik li jqajmu kuxjenza dwar l-aċċettazzjoni ta’ persuni b’diżabilità. Madwar 15% tan-nies fid-dinja għandhom xi tip ta' diżabilità.
Kont Taf...?
Din is-sena, minħabba li l-Olimpjadi u l-Paralimpiċi saru f’Pariġi, il-midalji kienu jinkludu biċċa metall żgħira ħafna mit-Torri Eiffel.
Ingredjenti:
1/4 tazza peanut butter kremuż
2 imgħaref għasel
1/4 kuċċarina kannella(cinnamon) mitħun
2 imgħaref chocolate cookies mfarrka f'biċċiet żgħar
4 slices ħobż whole wheat Banana waħda, imqatta' rqiqa
Metodu
Ħallat il-peanut butter, l-għasel u l-kannella, iżżid iċ-chocolate cookies. Ifrex it-taħlita fuq il-ħobż. Poġġi l-banana mqatta' rqiqa fuq 2 mis-slices tal-ħobż u għatti bil-bqija tal-ħobż. Jekk mixtieq, aqta' f'forom li tixtieq bl-użu ta' cookie cutters.
Ikel San u Lokali għat-Tfal: Il-Pass għal Ħajja Aktar Sabiħa
L-Importanza tal-Ikel San fit-Tfulija
It-tfulija hija żmien essenzjali għall-iżvilupp tal-moħħ u tal-ġisem. Dak li t-tfal jieklu jista’ jagħmel differenza kbira fil-benesseri tagħhom mhux biss f’żgħożithom iżda wkoll matul ħajjithom kollha. Jekk nibdew nagħżlu l-ikel b'saħħtu minn età bikrija, insaħħu s-sistema immunitarja u nżommu l-mard ‘il bogħod.
Il-ħut lokali, pereżempju, huwa eżempju ta’ ikel li sfortunatament ma tantx jittiekel fost it-tfal Maltin, u din hija problema li rridu nindirizzaw. Il-konsum ta' ħut frisk minn ibħra Maltin jista' jkollu effetti kbar pożittivi fuq is-saħħa, kemm għall-ġisem kif ukoll għall-moħħ. Huwa sors rikk ta' proteini, vitamini, u aċidi grassi Omega-3, li huma essenzjali għall-iżvilupp tat-tfal.
Vantaġġ li ngħixu fuq gżira
Għalina l-Maltin, li ngħixu fuq gżira mdawra bil-baħar, għandna vantaġġ kbir fejn jidħol l-aċċess għal ħut frisk u prodotti lokali oħra. Il-fatt li għandna distanza qasira bejn il-qabda tal-ħut mill-baħar tagħna u l-mejda tal-ikel ifisser li l-prodotti tagħna jżommu l-valur nutrittiv tagħhom aħjar minn dawk impurtati.
Meta l-ikel jittiekel friski, dan ikollu inqas preservattivi u m'għandux bżonn jivvjaġġa għal ħinijiet twal, li jfisser li t-tfal qed jieklu ikel aktar bnin u għani f’nutrijenti essenzjali. Din ir-riżorsa għandna nieħdu vantaġġ minnha, speċjalment meta niġu għallikel tat-tfal tagħna.
Il-Mard u l-Prevenzjoni Permezz tal-Ikel San
L-ikel tajjeb mhux biss joffri enerġija u nutrijenti, iżda jista’ jkun ukoll il-mod kif nevitaw ħafna problemi tas-saħħa fil-futur. Permezz ta' dieta b'saħħitha u bilanċjata, nistgħu nżommu 'l bogħod mard bħad-dijabete, l-obeżità u l-pressjoni għolja.
Dawn il-kundizzjonijiet qegħdin dejjem jiżdiedu f’pajjiżna, anke fost it-tfal.
F’dawn l-aħħar jiem, il-Gvern Malti nieda konsultazzjoni pubblika għall-istrateġija nazzjonali tal-ikel għall-ħames snin li ġejjin.
Din l-istrateġija għandha l-għan li tipprovdi gwida ċara biex inżidu l-konsum tal-ikel bnin u nindirizzaw l-kwistjonijiet ta’ mard relatat mad-dieta.
Il-fatt li qed niffokaw fuq l-edukazzjoni fit-tfal huwa pass kruċjali, għax huma t-tfal tal-lum li se jkunu l-adulti ta’ għada u l-għarfien li jiksbu issa jista' jkollu impatt kbir fuq is-soċjetà kollha.
Il-Ħut: Riżorsa Prezzjuża ta' Nutrijenti
Hemm diversi tipi ta' ħut li jistgħu jitgawdew f'Malta, bħal-lampuki, kavalli, u t-tonn, fost oħrajn.
Dawn l-ispeċi mhux biss huma friski u lokalment disponibbli, iżda huma wkoll sorsi kbar ta' nutrijenti essenzjali.
Il-ħut huwa magħruf għar-riżervi tiegħu ta’ proteini ta’ kwalità għolja, ħadid, vitamini B, u Omega-3, li jgħinu biex jiżviluppaw moħħ b'saħħtu u qalb b'saħħitha.
L-aċidi grassi Omega-3 huma par-
tikolarment importanti għat-tfal għax jgħinu biex isaħħu l-funzjonijiet talmoħħ u jgħinu fit-tagħlim u l-konċentrazzjoni fl-iskola. Jista’ wkoll jgħin biex inaqqas ir-riskju ta' kundizzjonijiet bħal mard tal-qalb u dijabete fit-tul. Għalhekk, il-ħut lokali għandu jkun parti integrali mill-ikel tat-tfal, kemm għall-benefiċċji immedjati kif ukoll għall-futur tagħhom.
Il-Responsabbiltà tat-Tfal biex ikunu ta’ Eżempju
Mhux biss huma l-ġenituri u l-għalliema li għandhom ir-rwol biex jgħallmu lit-tfal dwar l-importanza tal-ikel san, iżda t-tfal stess jistgħu jkunu ta' eżempju pożittiv għall-adulti.
Meta t-tfal jibdew jieklu ikel san, bħal ħut u ħaxix, jistgħu jispiraw lill-ġenituri u sħabhom biex jieklu ikel bnin.
Pereżempju, jekk it-tfal jitolbu għal platt tal-ħut minflok ikel moqli, dan jista' jkun sinjal b’saħħtu biex il-familja kollha tibda titmexxa lejn stil ta’ ħajja aktar san. It-tfal jistgħu jagħmlu differenza billi jagħmlu għażliet tajbin fit-tuck shops tal-iskola jew anke waqt l-ikliet tal-familja.
Jekk idaħħlu fid-dieta tagħhom snacks bnini bħal frott u ħaxix, u jagħmlu l-attivitajiet fiżiċi parti regolari minn ħajjithom, huma jistgħu joħolqu drawwiet pożittivi li jaffettwaw mhux biss lilhom infushom iżda wkoll lil dawk madwarhom.
L-Ikel Mhux Kulma Jgħodd: L-Eżerċizzju huwa Parti Essenzjali wkoll
L-ikel san hu biss parti minn ħajja bilanċjata. L-eżerċizzju fiżiku huwa es-
senzjali wkoll, speċjalment għat-tfal. Jgħinhom mhux biss biex iżommu l-piż tagħhom f’livelli b’saħħtu iżda wkoll biex itejbu l-qalb, il-muskoli, u l-benesseri mentali tagħhom. Flimkien ma' dieta sana, l-eżerċizzju fiżiku regolari jista’ jwassal għal ħajja itwal u aktar attiva.
Aktar ħin barra jilagħbu sports jew sempliċement jimirħu fid-dawl taxxemx jista’ jgħin lit-tfal jiksbu d-doża tagħhom ta’ vitamina D naturali u jgħin fil-kostruzzjoni tal-għadam b’saħħtu. Għalhekk, il-messaġġ għall-familji huwa ċar: ma nistgħux nikkonċentraw biss fuq dak li npoġġu fuq il-platt, iżda wkoll fuq kif it-tfal iqattgħu l-ħin liberu tagħhom, maqtugħin mit-teknoloġija u
ffukati fuq l-iżvog soċjali u fiżiku.
L-Aħjar Modi kif Tgħin lil Uliedek Jieklu b’Saħħithom
Hawn huma xi suġġerimenti biex jgħinu lil uliedek jieklu aħjar:
1. Agħżel l-ħut lokali: Iftaħ diskussjoni madwar il-mejda dwar il-benefiċċji li jiġu mill-konsum tal-ħut lokali. Ippruvaw varjetajiet differenti u inċentivaw lill-familja biex jesperimentaw.
2. Kun kreattiv bit-tisjir: It-tfal għandhom ikunu interessati fl-ikel. Il-ħut jista' jiġi ppreparat b’diversi modi—fil-forn, griljat, jew mixwi. Bi ftit kreattività, ittfal jafu jinteressaw aktar f’varjetà ta’
ikel, forsi anki mingħajr ma jindunaw b’dak li qegħdin jieklu.
3. Eżempju personali: Bħala adulti, nagħmlu dak li ngħidu. Jekk it-tfal jaraw lill-ġenituri jieklu ħut frisk u frott tal-baħar, ikun hemm aktar ċans li jsegwu l-istess drawwiet.
4. Il-ħin tal-ikla jkun ħin ta’ kwalità: L-ikel għandu jkun żmien fejn il-familja tinġabar flimkien, tiddiskuti, u tgawdi ħin ta’ kwalità fil-kumpanija ta’ xulxin. L-għażliet b'saħħithom għandhom isiru parti integrali tal-ikla tal-familja.
5. Involvi lit-tfal fit-tisjir: Tfal li jkollhom opportunità jipparteċipaw fit-tisjir ikunu aktar interessati biex jieklu dak li jkunu ħejjew huma stess.
Konklużjoni
Filwaqt li nkomplu b’diversi kampanji ta’ edukazzjoni dwar l-importanza ta’ għażla ta’ ikel san u bnin, irridu niftakru li l-ewwel passi lejn ħajja aktar sana jibdew mid-dar. Il-konsum tal-ħut lokali, flimkien ma’ dieta bilanċjata u eżerċizzju regolari, jista’ jgħin biex ittfal tagħna jikbru b’saħħithom u kuntenti.
L-importanza tal-edukazzjoni fit-tfal dwar il-benefiċċji tal-ikel san hija xi ħaġa li trid tkun prijorità. Kull wieħed minna, kemm it-tfal kif ukoll l-adulti, jista’ jagħmel id-differenza billi jagħmel għażliet tajba fuq il-platt u barra minnu.
X’inhu s-Cyberbullting? Huwa meta xi ħadd juża t-teknoloġija biex ripetutament u intenzjonalment jagħmel il-ħsara lil ħaddieħor online.
TA’ CYBERBULLYING
FASTIDJU
Tibgħat messaġġi jew theddid.
ESKLUŻJONI
Tħalli lil xi ħadd barra online intenzjonalment.
CYBERSTALKING
Monitoraġġ kontinwament u fastidju lil xi ħadd online.
Bidliet f’daqqa fil-burdata jew fl-imġieba.
EVITAZZJONI
Ma tkunx trid tuża xi apparat jew il-midja soċjali.
FLAMING
Tpoġġija kummenti li jweġġgħu f'fora pubbliċi.
Taqsam l-informazzjoni personali ta’ xi ħadd mingħajr permess.
Is-cyberbullying jista’ jaffettwa l-marki u kif tmur fl-iskola. TNAQQIS FIL-MARKI
X’TAGĦMEL JEKK TKUN CYBERBULLIED
TKELLEM MA’ XI ĦADD Aqsam is-sentimenti tiegħek ma' adult li tafdaħ.
AĦSEB QABEL TIKTEB POST
Ikkonsidra kif il-kliem tiegħek jista’ jaffettwa lil oħrajn.
IBBLOKJA U R-RAPPORTA Ibblokja l-bully u rrapporta l-inċident lill-pjattaforma. Żomm screenshots jew messaġġi bħala prova.
KUN ĊITTADIN DIĠITALI TAJJEB
IRRISPETTA LPRIVATEZZA TA’
ĦADDIEHOR Taqsamx informazzjoni personali mingħajr permess.
APPOĠĠ
Agħti appoġġ lill-ħbieb li ġew bullied online.
L-Esperjenza Edukattiva Mtejba bil-Fondi Ewropej
L-istudenti u l-edukaturi kollha reġgħu lura għal sena oħra akkademika. Tarġa oħra fl-iżvilupp tagħhom u fil-karriera tagħhom, li nawguraw li tkun esperjenza li tkabbarhom u tmexxihom ‘il quddiem f’ħajjithom.
L-esperjenza edukattiva hija fundamentali għall-istudenti, għaliex dak li jiżirgħu llum jaħsduh għada u pitgħada, fil-linja li jiddeċiedu li jaqbdu. Għal pajjiżna dan hu fattur bil-wisq iktar importanti milli għal pajjiżi oħra, minħabba li r-riżorsi tagħna huma fil-ħiliet ta’ kull wieħed u waħda minna, li jridu jitrawmu minn età żgħira u jkomplu tul ħajjitna kollha. Hu għalhekk li kemm il-gvern u kemm l-Unjoni Ewropea jinvestu b’mod sinifikanti fis-settur edukattiv, li minnu jiddependu l-preżent u l-futur tal-ekonomija u tas-soċjetà. Fl-aħħar 20 sena, kemm ilna Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, il-fondi Ewropej kellhom sehem ewlieni fit-titjib tas-settur edukattiv f’Malta u Għawdex, fejn jidħlu l-infrastruttura, it-teknoloġija, il-programmi u l-metodi ta’ tagħlim, kemm għall-istudenti u kemm għall-edukaturi.
Infrastruttura Mtejba
It-titjib u l-iżvilupp tas-settur edukattiv jinħtieġu investiment fil-faċilitajiet infrastrutturali, kemm
dawk ġodda u kemm dawk eżistenti, biex jingħataw ambjent modern ta’ tagħlim li jaqdi l-ħtiġijiet tal-istudenti u l-edukaturi kollha. Il-fondi tal-Unjoni Ewropea kellhom sehem importanti f’dan l-investiment matul is-snin.
Nistgħu nsemmu l-bini tal-Iskola Sekondarja Tal-Ħandaq, Kulleġġ San Injazju, u dik tal-Mosta, Kulleġġ Maria Reġina, b’faċilitajiet addattati għal żmienna li jagħtu ambjent modern għat-tagħlim.
Fl-MCAST u l-Università wkoll saru investimenti ta’ miljuni kbar ta’ ewro fi proġetti infrastrutturali, tagħmir u għodda diġitali.
Iktar riċenti, b’fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza nbniet l-iskola primarja l-ġdida fl-Imsida li għadha kemm fetħet din is-sena. Din l-iskola hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha li nbniet b’sistemi li ma jniġġsux, bħall-insulazzjoni u l-ġbir tal-ilma tax-xita li jista’ jintuża. Sistemi bħal dawn intużaw ukoll fl-iskejjel Primarji ta’ Ħal Għaxaq u tan-Nadur, li b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro setgħu jsiru effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
It-Teknoloġija fl-Iskejjel
L-użu tat-teknoloġija fil-ħajja ta’ kuljum, illum sar bżonn. Iktar u iktar għall-istudenti, it-teknoloġija hija
l-futur tagħhom u għalhekk jinħtieġ li jkollhom l-għodda diġitali u teknoloġiċi meħtieġa għall-ħajja li se jgħixu fiha għada.
Sa mill-2019, il-fondi tal-Unjoni Ewropea ntużaw biex jingħataw 11il elf tablet lill-istudenti tas-snin 4, 5 u 6 fl-iskejjel f’Malta u f’Għawdex. B’hekk, l-istudenti f’dawn is-snin, bla distinzjoni, jingħataw għodda siewja għall-iżvilupp edukattiv tagħhom. It-tablets waħidhom ma jwasslu mkien u għalhekk inħolqu l-programmi tas-software li jagħtu esperjenza edukattiva aħjar lill-istudenti u l-għodda meħtieġa għat-tagħlim lil iktar minn 2,000 edukatur.
Dan diġà kien pass importanti ‘l quddiem. Sar iktar importanti u essenzjali fil-pandemija tal- COVID-19, għaliex l-istudenti setgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom barra mill-iskola b’inqas tfixkil.
L-Edukazzjoni Vokazzjonali u l-Iżvilupp tal-Ħiliet
Permezz tal-proġett estensiv INVEST, ġew mgħammra 80 laboratorju fi 13-il skola sekondarja differenti f’Malta u Għawdex, biex l-istudenti li jagħżlu dawn is-suġġetti jkollhom l-ambjent u l-faċilitajiet addattati għall-istudju, il-prattika u t-tħejjija meħtieġa għall-karrieri futuri tagħhom. L-eżempji ta’ hawn fuq juru l-effetti pożittivi li jistgħu jħallu l-fondi tal-Unjoni Ewropea f’dan is-settur hekk importanti għal pajjiżna.
Ir-riżorsi tagħna huma fil-ħiliet ta’ kull wieħed u waħda minna, li bil-fondi Ewropej ikomplu jissaħħu biex jiġu offruti opportunitajiet ta’ tagħlim bħalma huma l-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ u Boroż ta’ Studju għal korsijiet fil-livell terzjarju.
Għal iktar informazzjoni dwar il-fondi Ewropej u opportunitajiet marbuta magħhom, tista’ tidħol fis-sit elettroniku ta’ Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) - sem.gov.mt, iċċempel 2779 7300 jew tibgħat email - info.sem@gov. mt.
Il-fondi tal-Unjoni Ewropea servew ukoll biex jiġu introdotti mill-ġdid is-suġġetti Vokazzjonali u ta’ Taħriġ (VET) fl-iskejjel sekondarji. Malta bbenefikat minn dawn il-fondi biex jintramaw laboratorji bit-tagħmir meħtieġ għat-tagħlim u għall-prattika tas-suġġetti vokazzjonali, bħalma huma l-Agrikoltura, l-Inġinerija, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni, ixXagħar u s-Sbuħija, is-Saħħa u l-Kura Soċjali, l-Ospitalità, il-Media, in-Negozju, il-Ħwejjeġ u l-Moda.