“Mhux kemm inkunu għexna snin li jgħodd, imma kemm inkunu tajna ħajja f’dawk is-snin.” – ABRAHAM LINCOLN IS-16-IL PRESIDENT AMERIKAN
“L-inkwiet tiegħi mhux jekk Alla hux fuq in-naħa tagħna, imma jekk aħna aħniex fuq in-naħa tiegħu. Għaliex Alla hu dejjem fis-sewwa.” – ABRAHAM LINCOLN IS-16-IL PRESIDENT AMERIKAN
ABRAHAM LINCOLN
“Min qed jaspira għall-ġenna jrid jitgħallem imur man-nies bil-ħlewwa.” – ABU BAKR MISSIER IL-MARA TAL-PROFETA MUHAMMED
“Jekk tixtieq il-barka ta’ Alla, kun ħanin mal-poplu tiegħu.” – ABU BAKR MISSIER IL-MARA TAL-PROFETA MUHAMMED
“L-atturi huma aġenti ta’ bidla. Film, dramm f’teatru, biċċa mużika, jew ktieb jistgħu jagħmlu differenza. Jistgħu jbiddlu d-dinja.” – ALAN RICKMAN ATTUR U DIRETTUR INGLIŻ
“Ħadd ma jinduna li bosta nies jaħlu enerġija tremenda biex ikunu normali.” – ALBERT CAMUS FILOSFU, AWTUR U ĠURNALIST FRANĊIŻ
“Timxix warajja; għax ma mmexxikx. Timxix quddiemi; għax ma nsegwikx. Iżda imxi maġenbi u nkunu ħbieb.” – ALBERT CAMUS FILOSFU, AWTUR U ĠURNALIST FRANĊIŻ
“Min ma jagħti xejn, ma għandu xejn. L-isfortuna mhix li ma tkunx maħbub, imma li ma tħobbx.” – ALBERT CAMUS FILOSFU, AWTUR U ĠURNALIST FRANĊIŻ
“Tifħir lil dak il-bniedem li għadda ħajtu jgħin lill-oħrajn, mhux maħkum mill-biża’, u li r-rabja u s-suppervja huma aljeni għalih.” – ALBERT EINSTEIN MAGĦRUF FOST L-AQWA XJENTISTI TA’ KULL ŻMIEN
“Min tilef il-kapaċità li jistagħġeb u li jibqa’ b’ħalqu miftuħ quddiem il-kobor tal-ħolqien, qisu wieħed mejjet. Għajnejh diġà magħluqa.” – ALBERT EINSTEIN MAGĦRUF FOST L-AQWA XJENTISTI TA’ KULL ŻMIEN
ALBERT EINSTEIN
“Taħdimx li tkun bniedem ta’ suċċess, imma bniedem ta’ valur.” – ALBERT EINSTEIN MAGĦRUF FOST L-AQWA XJENTISTI TA’ KULL ŻMIEN
“Mejda, siġġu, skutella frott u vjolin; x’għandu bżonn iktar il-bniedem biex ikun ferħan?” – ALBERT EINSTEIN MAGĦRUF FOST L-AQWA XJENTISTI TA’ KULL ŻMIEN
“Jien nitkellem ma’ kulħadd l-istess, kemm ma’ bniedem li jiġbor iż-żibel u kemm ma’ rettur ta’ università.” – ALBERT EINSTEIN MAGĦRUF FOST L-AQWA XJENTISTI TA’ KULL ŻMIEN
“L-iskop tal-ħajja umana hu li jservi, li juri kompassjoni u r-rieda li jgħin lil ħaddieħor.” – ALBERT SCHWEITZER FILOSFU, KITTIEB, TEOLOGU U REBBIEĦ TAL-PREMJU NOBEL GĦALL-PAĊI
“Reliġjon jew filosofija li mhix ibbażata fuq ir-rispett tal-ħajja mhix vera reliġjon jew filosofija.” – ALBERT SCHWEITZER FILOSFU, KITTIEB, TEOLOGU U REBBIEĦ TAL-PREMJU NOBEL GĦALL-PAĊI
“Titħassarx lil min miet, imma tħassar lil min għandu ħaj u fuq kollox, lil dawk li jgħixu mingħajr imħabba.” – ALBUS DUMBELDORE KARATTRU FITTIZJU F’SERJE TA’ KOTBA (Harry Potter)
“Il-kliem, fl-opinjoni fqira tiegħi, hu l-aqwa forma ta’ maġija: għandu l-kapaċità li jweġġa’ u l-kapaċità li jfejjaq.” – ALBUS DUMBELDORE KARATTRU FITTIZJU F’SERJE TA’ KOTBA (Harry Potter)
“M’hemm xejn impossibli għal wieħed li jipprova.” – ALESSANDRU L-KBIR RE TAL-MAĊEDONJA U MEXXEJ MILITARI
“Idfnu ’l ġismi, tibnu l-ebda monument, ħallu jdejja barra ħalli d-dinja tagħraf li l-bniedem li rebaħ id-dinja ma kellu xejn f’idejh meta miet.” – ALESSANDRU L-KBIR RE TAL-MAĊEDONJA U MEXXEJ MILITARI
ALESSANDRU L-KBIR
“L-inkwiet huwa l-agħar velenu għall-istonku.” – ALFRED NOBEL XJENTIST, INĠINIER U FILANTROPU SVEDIŻ
“Jekk ikolli elf idea u toħroġ waħda tajba, jien sodisfatt.” – ALFRED NOBEL XJENTIST, INĠINIER U FILANTROPU SVEDIŻ
“Ir-rispett lejk innifsek mingħajr ir-rispett lejn l-oħrajn hu bħal djamant li qatt ma jinħareġ fid-dawl tax-xemx.” – ALFRED NOBEL XJENTIST, INĠINIER U FILANTROPU SVEDIŻ
ALFRED NOBEL
“L-arloġġ qiegħed jiġri. Ħu li tista’ mil-lum. Il-ħin ma jistenna lil ħadd. Ilbieraħ parti mill-istorja. Għada misteru. Illum rigal.” – ALICE MORSE EARLE STORIKA U AWTRIĊI AMERIKANA
“Aħjar ma jkolli xejn milli nkun giddieb.” – ALICIA KEYS KANTANTA AMERIKANA
“Tista’ tagħti mingħajr ma’ tħobb, imma ma tistax tħobb mingħajr ma tagħti.” – AMY BEATRICE CARMICHAEL MISSJUNARJA IRLANDIŻA ĠEWWA L-INDJA
“Is-suċċess huwa marbut mal-fidi. Imma l-fidi tiġi l-ewwel.” – ANDREA BOCELLI TENUR TALJAN
“Tfajla tqila daħlet l-isptar minħabba uġigħ żgħir fl-imsaren. Meta t-trattament spiċċa, it-tobba ssuġġerewlha li tabborti lit-tarbija, qalulha li din kienet ‘l-aħjar soluzzjoni’ għaliex it-tarbija kienet se titwieled b’xi diżabbiltà, iżda din it-tfalja għaqlija ddeċidiet li ma tagħmilx abort, u welldet lit-tarbija. Dik it-tfajla hi ommi u jien it-tarbija.” – ANDREA BOCELLI TENUR TALJAN
ANDREA BOCELLI
“Naħseb li ħadd ma jista’ jagħmel xi ħaġa mingħajr l-għajnuna u r-rieda ta’ Alla.” – ANDREA BOCELLI TENUR TALJAN
“Il-kliem huwa ġebel, il-kliem jista’ jinbidel f’bullets. Irridu niżnu kull kelma li ngħidu u nwaqqfu dan ir-riħ tal-mibegħda, li hu tassew atroċi, u li tħossu jonfoħ sew madwarek. Għaliex l-ieħor huwa differenti minni? L-ieħor mhuwa ħadd ħlief jien stess fil-mera.” – ANDREA CAMILLERI AWTUR U DIRETTUR TALJAN