#1 “Mhux kemm inkunu għexna snin li jgħodd, imma kemm inkunu tajna ħajja f’dawk is-snin.” – ABRAHAM LINCOLN
#2 “L-inkwiet tiegħi mhux jekk Alla
hux fuq in-naħa tagħna, imma jekk aħna aħniex fuq in-naħa tiegħu. Għaliex Alla hu dejjem fis-sewwa.” – ABRAHAM LINCOLN
ABRAHAM LINCOLN [1809 - 1865] avukat u serva bħala s-sittax-il President tal-Istati Uniti tal-Amerika
ABRAHAM LINCOLN
#3 “Min qed jaspira għall-ġenna jrid
jitgħallem imur man-nies bil-ħlewwa.” – ABU BAKR
#4 “Jekk tixtieq il-barka ta’ Alla, kun ħanin mal-poplu tiegħu.” – ABU BAKR
#5 “L-atturi huma aġenti ta’ bidla.
Film, dramm f’teatru, biċċa mużika, jew ktieb jistgħu jagħmlu differenza. Jistgħu jbiddlu d-dinja.” – ALAN RICKMAN
ABU BAKR [ċ.573 - 634] missier il-mara tal-Profeta Muhammad u magħruf bl-isem ta’ Abū Bakr al-Siddīq.
ALAN RICKMAN [1946 - 2016] attur Ingliż u direttur ta’ diversi fi lms. Ħadem il-parti ta’ Severus Snape fis-serje ta’ films ta’ Harry Potter.
#6 “Ħadd ma jinduna li bosta nies jaħlu
enerġija tremenda biex ikunu normali.” – ALBERT CAMUS
#7 “Timxix warajja; għax ma mmexxikx. Timxix quddiemi; għax ma nsegwikx. Iżda imxi maġenbi u nkunu ħbieb.” – ALBERT CAMUS
#8 “Min ma jagħti xejn, ma għandu xejn. L-isfortuna mhix li ma tkunx maħbub, imma li ma tħobbx.” – ALBERT CAMUS
ALBERT CAMUS [1913 - 1960] fi losfu, awtur u ġurnalist Franċiż. Rebbieħ tal-Premju Nobel tal-Letteratura fl -1957.
#9 “Tifħir lil dak il-bniedem li għadda ħajtu jgħin lill-oħrajn, mhux maħkum mill-biża’, u li r-rabja u s-suppervja huma aljeni għalih.” – ALBERT EINSTEIN
#10 “Min tilef il-kapaċità li jistagħġeb u li jibqa’ b’ħalqu miftuħ quddiem ilkobor tal-ħolqien, qisu wieħed mejjet. Għajnejh diġà magħluqa.” – ALBERT EINSTEIN
ALBERT EINSTEIN [1879 - 1955] żviluppa t-Teorija tar-Relattività u magħruf fost l-aqwa xjentisti ta’ kull żmien
ALBERT EINSTEIN
#11 “L-iskop tal-ħajja umana hu li jservi, li juri kompassjoni u r-rieda li jgħin lil ħaddieħor.” – ALBERT SCHWEITZER
#12 “Reliġjon jew filosofija li mhix
ibbażata fuq ir-rispett tal-ħajja mhix vera reliġjon jew filosofija.” – ALBERT SCHWEITZER
#13 “Titħassarx lil min miet, imma
tħassar lil min għandu ħaj u fuq kollox, lil dawk li jgħixu mingħajr imħabba.” – ALBUS DUMBELDORE ALBERT SCHWEITZER [1875 - 1965] fi losfu, kittieb, teologu u rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi fl -1952.
ALBUS DUMBELDORE karattru fi ttizju fi s-serje ta’ kotba u fi lms ta’ Harry Potter miktuba minn J.K. Rowling.
#14 “Il-kliem, fl-opinjoni fqira tiegħi,
hu l-aqwa forma ta’ maġija: għandu l-kapaċità li jweġġa’ u l-kapaċità li jfejjaq.” – ALBUS DUMBELDORE
#15 “M’hemm xejn impossibli għal wieħed li jipprova.” – ALESSANDRU L-KBIR
#16 “Idfnu ’l ġismi, tibnu l-ebda monument, ħallu jdejja barra ħalli d-dinja tagħraf li l-bniedem li rebaħ id-dinja ma kellu xejn f’idejh meta miet.” – ALESSANDRU L-KBIR ALESSANDRU L-KBIR [356qK - 323qK] sultan tal-Maċedonja u magħruf għat-tmexxija militari tiegħu li waslitu għal diversi rebħiet fi l-Balkani.
ALESSANDRU L-KBIR
#17 “L-inkwiet huwa l-agħar velenu għall-istonku.” – ALFRED NOBEL
#18 “Jekk ikolli elf idea u toħroġ waħda tajba, jien sodisfatt.” – ALFRED NOBEL
#19 “Ir-rispett lejk innifsek mingħajr ir-rispett lejn l-oħrajn hu bħal djamant li qatt ma jinħareġ fid-dawl tax-xemx.” – ALFRED NOBEL
ALFRED NOBEL [1833 - 1896] xjentist Svediż, inġinier. Magħruf għall-invenzjoni tad-dynamite u l-ħolqien tal-Premju Nobel.
ALFRED NOBEL
#20 “L-arloġġ qiegħed jiġri. Ħu li tista’ mil-lum. Il-ħin ma jistenna lil ħadd. Ilbieraħ parti mill-istorja. Għada misteru. Illum rigal.” – ALICE MORSE EARLE
#21 “Tista’ tagħti mingħajr ma’ tħobb, imma ma tistax tħobb mingħajr ma tagħti.” – AMY BEATRICE CARMICHAEL
ALICE MORSE EARLE [1851 - 1911] storika u awtriċi Amerikana, Massachusetts. Kitbet fuq il-ħajja soċjali u kolonjali fl -Amerika.
AMY BEATRICE CARMICHAEL [1867 - 1951] missjunarja Irlandiża ġewwa l-Indja. F’55 sena ta’ ħajja missjunarja waqqfet diversi missjonijiet u orfanatrofj i ġewwa Dohnavur.
#22 “Is-suċċess huwa marbut mal-fidi. Imma l-fidi tiġi l-ewwel.” – ANDREA BOCELLI
#23 “Tfajla tqila daħlet l-isptar minħabba uġigħ żgħir fl-imsaren. Meta t-trattament spiċċa, it-tobba ssuġġerewlha li tabborti lit-tarbija, qalulha li din kienet ‘l-aħjar soluzzjoni’ għaliex it-tarbija kienet se titwieled b’xi diżabbiltà, iżda din it-tfalja għaqlija ddeċidiet li ma tagħmilx abort, u welldet lit-tarbija. Dik it-tfajla hi ommi u jien it-tarbija.” – ANDREA BOCELLI
ANDREA BOCELLI [1958] tenur tal-opra Taljan. Ta’ ħames xhur instab li kellu glaucoma u tilef id-dawl t’għajnejh fl-età ta’ tnax-il sena.
ANDREA BOCELLI
#24 “Naħseb li ħadd ma jista’ jagħmel xi ħaġa mingħajr l-għajnuna u r-rieda ta’ Alla.” – ANDREA BOCELLI
#25 “Il-kliem huwa ġebel, il-kliem jista’
jinbidel f’bullets. Irridu niżnu kull kelma li ngħidu u nwaqqfu dan ir-riħ talmibegħda, li hu tassew atroċi, u li tħossu jonfoħ sew madwarek. Għaliex l-ieħor huwa differenti minni? L-ieħor mhuwa ħadd ħlief jien stess fil-mera.” – ANDREA CAMILLERI
ANDREA CAMILLERI [1925 - 2019] awtur Sqalli tas-serje popolari L-Ispettur Montalbano