Gwida għal min jgħallem

Page 1

għal min jgħallem

EDITORJAL:

Fejn hu Ġesù Kristu? LITURĠIJA:

M’aħniex friefet il-lejl RIFLESSJONI:

L-idoli ta’ dawk li jemmnu

IT-58 VOLUM  |  IT-TIENI ĦARĠA  |  MARZU - APRIL 2015


1.

Editorjal

Fejn hu Ġesù Kristu? Fr Carl Mario Sultana 2.

Il-Mixja Liturġika

M’aħniex friefet il-lejl Mariosa Micallef

7.

Minn Idejn l-Artist

Agħma jmexxi ’l-agħma Vince Mangani

10.

Riflessjoni

L-idoli ta’ dawk li jemmnu Alan Bonello

TIM EDITORJALI Joseph Bonnici, Alan Bonello u Kurt Miceli

12.

Steven Mifsud li kkoreġa t-test, lis-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għallkontribut u l-għajnuna li dejjem joffri u lill-kontributuri li b’sagrifiċċji personali għamlu din il-ħarġa possibbli.

14.

Din ir-rivista tista’ tinxtara mill-ħwienet ta’ Librerija Preca u Emmaus, minn Faith Hope and Charity fil-Belt Valletta u miċċentri kollha tal-M.U.S.E.U.M.

ABBONAMENTI

17.

20.

Romero: Edukatur u komunikatur Film

To Save a Life Żgħażagħ

Nitgħallmu nisimgħu Edward Wright

24.

GRAFIKA STAMPA Blata l-Bajda

Katekisti kbar

Kurt Miceli

€10 (Bl-Idejn)  €12 (Bil-Posta) €2 (Ħarġa waħda)

gwida@sdcmuseum.org

Tniġġis bil-kliem

Robert Aloisio

22.

SENA - 6 ĦARĠIET

Storja

Joseph Bonnici

DISTRIBUZZJONI

X’ħasra! Fr Hilary Tagliaferro osa.

HAJR LIL

Esperjenza

VERITASPRESS

Il-Katekisti Jistaqsu

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Anthony Dimech

Ħaż-Żabbar

26.

Atlas

Najn Mario Zerafa

għal min jgħallem Pubblikazzjoni tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M.

www.sdcmuseum.org

28.

Riżorsi

Mil-Librerija Karmenu Borg u Albert Mercieca


Editorjal

Fr Carl Mario Sultana

FEJN HU

Ġesù Kristu? Għadna kif iċċelebrajna l-Għid ta’ Ġesù; ġranet li fihom infakkru l-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Ġrajja li nfakkruha ta’ kull sena, u li ħafna drabi, aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed tkun imdawra minn ġrajjiet u stili ta’ ħajja li jgħattu jew idallmu xi ftit it-tifsira vera ta’ dawn il-ġrajjiet li aħna qegħdin infakkru: is-salvazzjoni tal-bnedmin kollha permezz ta’ Ġesù Kristu. Dan jiġri l-aktar meta nintilfu f’attivitajiet li huma marbutin mad-dinja materjalista, u li flok iressquna lejn dan l-akbar misteru tal-fidi tagħna, aktar ibegħduna jew itellfuna milli naħsbu fil-fond fuq it-tifsira vera tiegħu. Dawn il-ġranet ifakkruni b’mod speċjali f’metodu li kien jintuża filkatekeżi, u li kien jagħti importanza kbira lil dan il-misteru tal-Għid. Hawn qed nirreferi għall-metodu kerigmatiku. Dan il-metodu kien jintuża għall-katekeżi bejn l-1930

u l-1960. Għalkemm dan huwa żmien li huwa ferm ’il bogħod miżżmien li fih qegħdin ngħixu llum, kemm f’termini ta’ mentalità, ta’ teknoloġija, kif ukoll ta’ pedagoġija, xorta nħoss li għandna ħafna x’nitgħallmu minn dan il-moviment ta’ katekeżi kerigmatika. Għall-moviment ta’ katekeżi kerigmatika, Ġesù Kristu kellu dejjem il-post ċentrali. Kull tagħlim li kien isir permezz tal-katekeżi kerigmatika kien jibda u jintemm fil-Persuna ta’ Ġesù Kristu, il-Feddej tal-bniedem. Fil-fatt, il-katekeżi kerigmatika kienet ibbażata totalment fuq il-Kelma ta’ Alla li nsibuha fil-Kotba Mqaddsa. Mhux hekk biss, imma l-katekisti li kienu jużaw dan il-metodu kienu jenfasizzaw il-fatt li Ġesù Kristu huwa fiċ-ċentru billi jagħmlu referenza kontinwa għat-tlett ijiem imqaddsa tal-Għid. It-tlett ijiem imqaddsa

tal-Għid kienu meqjusa l-qofol talmissjoni ta’ Ġesù, kif fil-fatt huma. Allura t-tlett ijiem imqaddsa tal-Għid huma wkoll il-qalba tal-fidi tagħna. B’hekk il-katekeżi kerigmatika kienet tipproklama kontinwamnent l-aħbar it-tajba tal-passjoni, tal-mewt u tal-qawmien ta’ Ġesù bħala l-qofol tal-istorja tal-bniedem fejn Kristu huwa l-bidu l-ġdid. Kemm inħoss li għandna x’nitgħallmu minn din il-katekeżi kerigmatika! U dan irridu nagħmluh mhux billi nikkupjaw dak li kienu jagħmlu l-katekisti ta’ tmenin sena ilu. Jekk nagħmlu hekk, inkunu qed nippruvaw inkellmu lill-bniedem tal-lum fuq frekwenza żbaljata u żgur li ma nikkomunikawx tajjeb miegħu. Fl-istess waqt hemm bżonn li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed isir urġenti l-għan li npoġġu lil Ġesù Kristu mill-ġdid fiċ-ċentru talkatekeżi tagħna. 1


Il-Mixja Liturġika

Mariosa Micallef

M’aħniex friefet il-lejl Il-Knisja tuża s-sena liturġika sabiex tqaddes iż-żmien. Permezz tas-sena liturġika, is-salvazzjoni li ġab Kristu tkun ippreżentata lill-fidili sena wara l-oħra f’sekwenza effettiva li tipprovdi okkażjonijiet varji sabiex kull wieħed u waħda minna nkunu nistgħu nidħlu aktar fil-fond fl-esperjenza u r-relazzjoni tagħna ma’ Kristu. Għalhekk hemm żmien ta’ festa u ta’ sawm, ta’ penitenza u ta’ ferħ, kif ukoll żmien ta’ ndiema għal dnubietna u żmien fejn ikollna ċans li nduqu mill-glorja li għad trid tiġi. Dan iċ-ċiklu jistedinna biex ngħixu l-misteri Nsara b’mod aktar profond li jwasslu għal trasformazzjoni u tiġdid f’dak kollu li nagħmlu.1 Bl-istess mod, jekk lit-tfal jirnexxilna noħolqulhom parallel u taqbil mal-ħajja tagħhom u ma’ dik ta’ Kristu, huma jistgħu wkoll jikbru spiritwalment.

2


Q

egħdin fi żmien il-Għid. L-Għid hija l-akbar festa għalina l-Insara. Din il-festa niċċelebrawha għal ħamsin jum; huwa żmien li jiġi wara ġimgħat ta’ sawm u penitenza u nuqqas ta’ tiżjin. Nibdew staġun ġdid, żmien ta’ ħajja ġdida u ferħ. Inneħħu l-vjola u l-Knisja tilbes l-abjad u tiżżejjen b’abbundanza ta’ fjuri, kant, xemgħa u dawl. Huwa ferm importanti li mat-tfal nitkellmu fuq dan il-ferħ Nisrani li hu ħaġa waħda ma’ dan iż-żmien, iżda li rridu wkoll nibqgħu niċċelebrawh matul il-bqija tas-sena. It-tfal aktar ma jikbru aktar jitgħallmu jiddistingwu bejn il-ferħ u l-gost u l-pjaċir. Dawn tal-aħħar jgħaddu, iżda l-ferħ li jġib Ġesù jibqa’. Jekk ma nħajruhomx jgħixu dan il-ferħ għandna mnejn inkunu qegħdin inrawmu ‘friefet il-lejl’. Is-soċjetà li ngħixu fiha l-ħin kollu tirriklama modi differenti ta’ kif wieħed irid jgħix biex ikun ferħan, jgħaddi ftit żmien u tbiddel id-diska u tirriklama xi ħaġa oħra. Imma t-tfittxija dejjem qiegħda hemm. U l-messaġġ li suppost qegħdin ngħajtu aħna minn fuq il-bjut x’inhu? Min jaf kemm tkellimna dwar sagrifiċċju, penitenza u sawm matul ir-Randan. Dan huwa importanti ħafna, iżda r-Randan huwa staġun wieħed u mhux is-sena kollha. U l-bqija tas-sena, il-Knisja suppost twassal ħafna aktar il-messaġġ ta’ ferħ.

Papa Franġisku jgħid li qisna aħna l-Insara għandna marda li nibżgħu millferħ. Hu jgħid li ħafna jgħixu qishom il-ħin kollu f’funeral. U bħall-friefet illejl jippreferu d-dlam milli d-dawl li jġib miegħu l-ferħ. Fejn qiegħed Ġesù? Filġenna? Biex nużaw kliem il-Papa, aħna lit-tfal kemm inħajruhom jitkellmu ma’ Ġesù, kemm nuruhom b’konvinzjoni li Ġesù ma jabbandunaniex? Ikompli jgħid li l-ħajja Nisranija għandha tkun djalogu ma’ Ġesù, ma’ Ġesù li huwa dejjem preżenti kemm fil-problemi u fid-diffikultajiet, kif ukoll fl-affarijiet tajba li nagħmlu u ngħaddu minnhom.2 Iż-żmien tal-Għid huwa l-mod kif inNisrani għandu jgħix il-bqija ta’ ħajtu u dan huwa l-messaġġ li għandna ngħaddu b’qawwa kbira lit-tfal. Huwa żmien ta’ ferħ li jibqa’ anke meta ngħaddu minn mumenti ta’ diffikultà u niket. Ma għandniex inħallu l-biża’ tegħlibna. Il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù jurini li Alla jista’ kollox. Meta Ġesù deher lin-nisa u lill-ħbieb tiegħu, l-ewwel ma qalilhom kien “Tibżgħu xejn!”3 Ifakkarna wkoll fi kliem San Pawl li jisfidana u jistaqsina “Jekk Alla hu magħna min jista’ jkun kontra tagħna?”4 Irridu noqogħdu attenti li ma nwasslux xi messaġġ li jekk nemmnu ser ikollna xi ħajja li dejjem tidħkilna, iżda li f’mumenti diffiċli, Alla 3


M’aħniex friefet il-lejl

IN-NATURA UMANA TAGĦNA DEJJEM TFITTEX LI JKOLLNA PROVA ĊARA TA’ DAK LI NEMMNU. BĦAL TUMAS IRRIDU NARAW U MMISSU QABEL MA NEMMNU!

mhux ser jinsiena, ikun hemm biex jgħinna nimxu ’l quddiem. L-Għid niċċelebrawh fir-rebbiegħa, l-istaġun ta’ ħajja ġdida. Għalhekk irridu nħarsu madwarna b’lenti ġdida, naraw dak li hemm sabiħ, inkunu aktar pożittivi, napprezzaw dak li għandna, l-imħabba li nirċievu. Għalhekk, is-sena liturġika, birrepetizzjoni tagħha stess, sena wara l-oħra ssejħilna fuq kollox permezz tal-Kelma ta’ Alla, sakemm xi darba f’xi ħin nisimgħuha u tagħmlilna sens! Hija dik li tagħti sens lil ħajjitna u twassalna biex inkunu xhieda ta’ dak li nemmnu. Forsi ftit minna jibqgħu jissemmew bħal Madre Tereża, Ġwanni Pawlu II, Chiara Luce u eluf ta’ qaddisin oħra. Iżda żgur li mhux dawn biss huma dawk li taw xhieda ta’ dak li emmnu, fosthom ukoll aħna li nibqgħu niċċelebraw b’fidi l-kmand ta’ “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”5 Kull sena liturġika ssejħilna biex ngħixu l-glorja u l-passjoni ta’ Kristu. 4

Bl-istess mod, il-ħajja tagħna u tat-tfal hija mżewqa minn żmien ta’ glorja u suċċess u minn żmien ta’ diżappunti, tradimenti u weġgħat. Il-formazzjoni tas-sena liturġika tgħin sabiex dawn l-okkażjonijiet jiffurmawni, tgħinni biex minkejja l-waqgħat, ir-relazzjoni tiegħi ma’ Ġesù tissaħħaħ, filwaqt li tissaħħaħ ukoll ir-relazzjoni tiegħi mal-oħrajn. IT-TIENI ĦADD TAL-GĦID ĠW 20, 19-31 L-ewwel ħaġa ninnutaw li l-Ħdud insejħulhom ‘tal-Għid’ u mhux ‘wara l-Għid’ minħabba li, kif semmejna, din hija festa waħda. F’dan il-Ħadd niċċelebraw il-festa tal-Ħniena Divina, imma wkoll niċċelebraw b’mod jew ieħor lilna nfusna, minħabba li f’Tumas nistgħu faċilment inpoġġu lilna stess. Kemm-il darba t-tfal jistaqsuna nispjegaw b’mod konkret dak li aħna nemmnu. In-natura umana tagħna dejjem tfittex li jkollna prova ċara ta’ dak li nemmnu. Bħal

Tumas irridu naraw u mmissu qabel ma nemmnu! Imma dan mhux dejjem possibbli, u Ġesù jsejħilna hienja li nemmnu mingħajr ma naraw. Allura jekk fin-natura tagħna hemm dan ilbżonn li jkollna prova ta’ dak li nemmnu, kif nistgħu naslu li naċċettaw dak li ma nistgħux nippruvaw? F’dawn il-ġimgħat li ġejjin il-Knisja tagħtina l-opportunità biex mat-tfal nitkellmu aktar dwar itTielet Persuna tat-Trinità. Matul is-sena nitkellmu ħafna dwar Alla l-Missier u Alla l-Iben, imma ftit li xejn dwar Alla l-Ispirtu s-Santu. Għalhekk dan huwa żmien li għandna niddedikawh għallIspirtu s-Santu, “il-Mulej li jagħti l-ħajja”. Fl-istess ħin għandna noqogħdu attenti ħafna li dejjem inwasslu t-twemmin li, għalkemm Tliet Persuni, huma Alla wieħed u mhux li wieħed aħjar mill-ieħor! L-Ispirtu s-Santu huwa dak li “jqajjem fina l-fidi u jagħtina ħajja ġdida”6 u li “jġedded il-wiċċ tal-art”.7 L-Evanġelju tal-lum isemmi wkoll ilpaċi u l-maħfra. Nitkellmu dwar jekk aħna aħniex nies li nġibu l-paċi fid-dar,


Il-Mixja Liturġika

fl-iskola, mal-ħbieb. U bl-istess mod kemm aħna lesti li naħfru. Meta Tumas għaraf lil Ġesù, sejjaħlu “Sinjur tiegħi, Alla tiegħi”. Din hija frażi li ntennuha mal-konsagrazzjoni tal-ħobż u l-inbid għax nemmnu li dawn issa nbidlu fil-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Ma noħduhiex ‘for granted’ li anke t-tfal imdorrija jagħmlu dan. Infiehmu wkoll li dan huwa “misteru ta’ fidi” u għalkemm ma nistgħux naraw jew intiegħmu l-bidla li saret, aħna xorta nemmnu. Kif għidna, it-tfal ikunu jixtiequ prova. Nistgħu nfiehmu li aħna ma nistgħux naraw ir-riħ imma nafu li jeżisti u meta jonfoħ, għalkemm ma narawhx, naraw l-effett li jħalli. IT-TIELET ĦADD TAL-GĦID LQ. 24:35-48 Illum niltaqgħu mad-dixxipli li kienu fi triqthom lejn Emmaws u ltaqgħu ma’ Ġesù. Huma qegħdin jirrakkontaw xi ġralhom lil sħabhom. Ġesù jidher lill-Appostli u jiekol magħhom. Wara jsejħilhom xhieda tiegħu. Dan kollu nġedduh f’kull Ewkaristija. Ngħinu littfal jifhmu li għalkemm kull sagrament huwa rigal mingħand Alla, kull sagrament jistenna minna li ngħixuh. Fl-Ewkaristija aħna niltaqgħu bħala familja u nieklu flimkien. Fl-aħħar issaċerdot jgħidilna: “Morru fil-paċi ta’ Kristu”. Dan il-kliem ifakkarna li bħaddixxipli, aħna mibgħuta biex inkunu xhieda ta’ Kristu. Niddiskutu kif nistgħu nkunu xhieda fil-ħajja ta’ kuljum. F’dan il-kuntest ukoll, insibu l-ħin matul issena biex ftit ftit, inneħħu l-idea li aħna mmorru l-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd biex ma nagħmlux dnub! Nieħdu l-ħin biex nispjegaw ir-rit, naqsmu mat-tfal il-Kelma ta’ Alla u l-messaġġ li jgħodd

kemm għalihom u kemm għalina l-kbar. Il-mira tagħna għandha tkun li jaslu li jifhmu li l-quddiesa hija laqgħa ma’ dak li jħobbna u kif aħna naddottaw frażijiet ta’ sħabna u anke nimitawhom, il-quddiesa twassalna biex insiru nixbhu u nimitaw lillħabib tagħna Ġesù. IR-RABA’ ĦADD TAL-GĦID ĠW. 10:11-15 Dan huwa l-Ħadd fejn nisimgħu li Ġesù huwa r-ragħaj it-tajjeb. Ġesù jsostni li ragħaj ikun tajjeb minħabba r-relazzjoni li jkollu man-nagħaġ tiegħu. Ir-ragħaj it-tajjeb ikun jaf lin-nagħaġ tiegħu b’kuntrast marragħaj mikri li qiegħed hemm kemm jagħmel xogħlu. Biex tħobb trid tagħmel sagrifiċċju. Nistaqsu lit-tfal biex jagħtu eżempji meta xi ħadd għamel sagrifiċċju għalihom.

Imbagħad nistaqsu meta huma għamlu xi ħaġa għall-oħrajn. Nuru li kull darba li ċċaħħadna minn xi ħaġa, kull darba li qdejna lil xi ħadd, kull darba li qisna l-bżonnijiet ta’ ħaddieħor qabel ma qisna tagħna, inkunu qed nagħmlu bħar-ragħaj it-tajjeb. Ma’ tfal akbar nistgħu wkoll niddiskutu meta huma ħassew li Ġesù kien qiegħed imexxihom. X’jifhmu bil-frażi li r-ragħaj jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu? Bħala talba nistgħu ngħidu t-talba li hija attribwita lil San Injazju ta’ Loyola, Mulej, għallimni nkun ġeneruż: Naqdik kif jistħoqqlok, Nagħti bla ma nqis kemm jiswieli, Nissielet bla ma nagħti kas tal-ġrieħi, Nitħabat bla ma nfittex il-mistrieħ, Naħdem bla ma nistenna ebda ħlas Għajr li nkun naf li qed nagħmel irrieda tiegħek.

5


M’aħniex friefet il-lejl

IL-ĦAMES ĦADD TAL-GĦID ĠW. 15:1-8 Il-ġimgħa l-oħra kellna l-immaġini ta’ Ġesù bħala r-ragħaj it-tajjeb. Din il-ġimgħa għandna immaġini qawwija oħra. Ġesù huwa d-dielja u aħna l-friegħi. Jgħidilna li jekk nibqgħu miegħu nagħmlu ħafna frott. X’inhu dan il-frott? Kif nistgħu nibqgħu ma’ Ġesù? Biex nidħlu aktar fil-fond nistgħu l-ewwel nitkellmu dwar id-doni talIspirtu s-Santu8 u nkomplu biex nuru li min iħalli lill-Ispirtu s-Santu jaħdem fih, jagħmel ħafna frott.9 Niftakru wkoll li bidwi bil-għaqal jieħu ħsieb is-siġar u l-pjanti tiegħu, u minbarra ilma u sustanzi jara li jiżborhom u jneħħi l-friegħi mejtin. Nistaqsu lit-tfal, x’inhu dak li lilna qed jagħmilna dgħajfa u qed ifixkilna? X’hemm bżonn li niżbru?

REFERENZI: 1 Liturgical Year 2014-2015, Vol 4, Easter, edited Jennifer Gregory Miller and Darden Brock www.catholicculture.org 2 Papa Franġisku, Santa Marta, 25.04.2014, http://www.news.va/en/news/pope-francisthere-are-bat-like-christians-who-pre 3 Mattew 28:5,10 4 Rumani 8:31 5 Luqa 22:19 6 Katekiżmu tal-Knisja Kattolika 684 7 Salm 104:30 8 Iżaija 11:1 9 Galatin 5:22-23

6

IS-SITT ĦADD TAL-GĦID ĠW. 15:9-17 Ġesù jagħtina l-paċi, huwa r-ragħaj tagħna u jixtieq li nibqgħu miegħu bl-istess mod li l-friegħi jibqgħu mwaħħla mad-dielja. Alla jħobbna u jistenna li aħna nħobbu wkoll. L-ewwel nistaqsu lit-tfal kif iħossu li Alla jħobbhom (permezz tal-familja, ħbieb...), imbagħad nistaqsu kif aħna nuru l-imħabba tagħna lilloħrajn. IT-TLUGĦ FIS-SEMA TAL-MULEJ MK 16:15-20 It-tfal x’jaħsbu li tfisser “Morru fiddinja kollha, xandru l-Evanġelju”? Lil min kien qiegħed jibgħat biex ixandar l-Evanġelju? Lilna jibgħatna wkoll? Kif?

PENTEKOSTE ĠW. 20:19-23 Wara li Ġesù qam mill-mewt u deher lill-Appostli u lill-ħbieb tiegħu, l-ewwel kliem tiegħu kien ikun “il-paċi magħkom” jew “is-sliem għalikom”. Xi tfisser li jkollok il-paċi? Illum niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja. Illum festa kbira, illum il-birthday talKnisja. Nistaqsu lit-tfal, għalfejn jaħsbu li Ġesù bagħat lill-Ispirtu s-Santu? Aħna nirċevuh ukoll lill-Ispirtu s-Santu? Meta? Fil-birthday nirċievu r-rigali, x’rigali qiegħed jagħtina l-Ispirtu s-Santu? La llum qegħdin niċċelebraw, tajjeb li l-atmosfera tkun waħda ferrieħa. Jekk nistgħu niddekoraw il-kamra b’ilsna tan-nar u/jew drapp aħmar jew bżieżaq ħomor. Xi biċċa kejk tinżel tajba ma’ kulħadd ukoll!


Minn Idejn l-Artist

Vince Mangani

AGĦMA JMEXXI

‘L-AGĦMA

Pieter Bruegel il-Missier, Inħadmet fl-1568, illum tinsab fil-Museo Nazionale di Capodimonte, Napli

P

ieter Bruegel il-missier twieled madwar is-sena 1525 f’Zundert, l-Olanda, u miet fi Brussell fis-sena 1569. Pieter Bruegel il-Missier. Jissejjaħ hekk għax kellu tifel blistess isem, li wkoll kien pittur. Hu meqjus bħala l-akbar pittur Olandiż tas-seklu sittax, għalkemm ħadem l-aktar fi Brussell fejn kien mar jgħix. Hu magħruf għal żewġ affarijiet importanti: għax-xenarji sbieħ li ħoloq, fejn fihom jidhru n-nies komuni tar-raħal; u għall-fatt li kien joħroġ ipitter fil-beraħ, xi ħaġa ġdida għal żmienu għax l-artisti kienu jpittru, inkluż pajsaġġi, fl-istudjo tagħhom minn disinji li kienu jkunu għamlu qabel jew minn moħħhom. Għalhekk il-pajsaġġi tiegħu, l-aktar

It-tifel ta’ Pieter Bruegel il-Missier, magħruf bħala Pieter Bruegel iż-żgħir, madwar is-sena 1600 ħadem fuq kopja akbar ta’ din il-pittura.

7


Minn Idejn l-Artist

dawk li pinġa fl-aħħar ħames snin ta’ ħajtu, jidhru daqshekk reali u sbieħ. Il-pitturi tiegħu jirriflettu mhux biss il-ħajja komuni iżda wkoll il-preokkupazzjonijiet reliġjużi u morali ta’ żmienu. Inħajjarkom tfittxu dwar Pieter u taraw ix-xogħlijiet profondi li għandu. Din is-sena, il-ħsieb hu li nippreżentaw pitturi li jieħdu l-parabboli bħala suġġett tagħhom. Illum ser nitkellmu dwar pittura interessanti ħafna u suġġett li ma tantx iltqajt miegħu. Fil-fatt iben Pieter, li kif diġà semmejna kien jismu Pieter ukoll, għamel ukoll kopja tagħha kważi perfetta. Din hija l-parabbola ta’ vers wieħed li jsemmi San Mattew f’kapitlu 15, vers 14: “… jekk agħma jmexxi lil agħma ieħor, it-tnejn jaqgħu ġolħofra.” Kif tistgħu tindunaw middata, tpittret sena qabel miet. Kif qegħdin naraw, il-pittura tirrappreżenta linja waħda ta’ sitt irġiel mexjin mix-xellug għallemin tal-pittura. Jidhru foqra u lebsin imċerċrin. B’xi mod u kif jistgħu, jidhru qed iżommu ma’ ta’ qabilhom, min b’idejh u min bil-bastun li għandu f’idu. Iżda l-ewwel tnejn jidhru li diġà tfixklu u t-tielet wieħed wasal biex! Litteralment, l-ewwel wieħed waqa’ fil-ħofra, u ta’ warajh jidher qed jaqa’ fuqu. U l-ħofra aktarx kienet tinkludi, barra imbarazz, il-post fejn kien jinżel id-drenaġġ! 8

Interessanti hu l-fatt li jekk niflu sewwa, Pieter jippreżenta tipi differenti ta’ agħma fl-uċuħ talirġiel. Fi żmienu, il-pitturi kienu jippreżentaw lill-agħma b’għajnejh magħluqa. Mentri l-għajn osservatriċi ta’ Pieter tixhed differenti. Min jifhem, identifika li, eżempju, ir-raba’ wieħed mixxellug qed isofri mill-katarretti u ta’ warajh minn tip ta’ leukaemia tal-għajnejn. Ta’ quddiemu għandu għajnejh maqlugħin, forsi f’xi ġlieda jew kastig. X’qed tirrappreżenta din il-pittura? Hemm xi rabta simbolika mattwemmin? Interessanti nkunu nafu li fi żmien Bruegel, Brussell kienet taħt ilħakma Spanjola. Sena qabel din il-pittura, id-Duka ta’ Alba kien ġie bit-truppi tiegħu għal missjoni speċifika: li jeqred l-eretiċi talOlanda, jiġifieri l-Protestanti kollha li kien hemm fil-belt. Erbgħa u tmenin persuna ġew maqtula, waqt li 1,500 ġew arrestati. Il-knisja, li tidher fil-bogħod, tgħaqqad kollox. Dawk kollha li ma jagħtux importanza lillknisja huma għomja, u mingħajr tmexxija u direzzjoni jispiċċaw fil-ħofra, jiġifieri jaqgħu fil-baxx u l-ħama. Mingħajr Alla, il-bniedem iħossu waħdu, ma jafx fejn ikun sejjer u jispiċċa fir-rovina. Tajjeb ngħidu li fi żmienu kien jeżisti egoiżmu sfrenat fin-nies kollha, kemm fost in-nobbli u kif

ukoll fost in-nies sempliċi. Forsi Pieter stess kellu din il-biża’ li ma jkunx miexi fit-triq it-tajba, u għalhekk hu stess ikun agħma. Ma nafux fiċ-ċert jekk Pieter kienx Kattoliku jew Kalvinist. Hu x’inhu, jekk kien Kattoliku kien kritiku ħafna tal-Knisja li kien iħaddan. Hemm min interpreta li l-knisja li tidher fil-bogħod tirrappreżenta lil dawk il-qassisin jew patrijiet li bil-mod kif kienu qed jgħixu kienu bħal għomja jmexxu lill-għomja.


X’JGĦALLIMNA KRISTU? AĦSEB: U jien quddiem din il-pittura? Jien agħma? Lil min qed inħalli jmexxini? X’inhuma l-prinċipji li jmexxuni? Qed inkun xejn ta’ xkiel għal dawk li suppost qed immexxi fil-katekeżi?

Ħsieb meħud mill-ktieb ta’ San Ġorġ Preca: Gwida għal Ulied il-Bnedmin fit-Triq tal-Paċi nru 82

Int min int, indokra bl-akbar diliġenza għajnejk, jekk ma tridx titlef ruħek u tara dak li ma tkunx trid tara wara mewtek. Nota: Hu impossibbli li tara l-ġmiel ta’ Alla jekk għajnejk ma tgħakkishomx kontinwament minn persuni jew minn oġġetti li fuqhom qalbek tfittex il-mistrieħ jew li jkunu jogħġbuk fil-gost tal-ħars. 9


Riflessjoni

Alan Bonello

L-IDOLI TA’ DAWK LI JEMMNU Mhux l-idoli kollha statwi tad-deheb. X’uħud minnhom inviżibbli għal għajnejna. Jafu jinħbewlna b’tali mod li ma nindunawx li nħikmna minnhom. Quddiem dawn l-idoli rridu nammettu li mhux darba jew tnejn waqajna għalihom. Għax l-idoli tagħna mhux bħall-għoġol tad-deheb jew xi figura oħra, u anqas xi oġġett li qisu mingħajru ħajjitna tkun vojta. L-idoli tagħna ma nistgħux narawhom b’għajnejna għax bejtu ġo qalbna.

10

Madankollu jekk nagħmlu eżami ċkejken tal-kuxjenza tagħna nindunaw li dawn l-idoli tassew għandna minnhom. Għalkemm jafu jidhru f’ħafna forom differenti, imma l-għeruq dejjem l-istess – il-biżgħa. Biżgħa minn dak li ma nifhmux, min dak li hu ġdid u fuq kollox minn dak li hu differenti. Imma ovvjament ħafna drabi ma nammettux li dan tagħna huwa biżgħa għax jilbsilna kostum li joqgħodlu sew sew, u bih jidher li hu xi ħaġa nobbli, kważi

missjoni fis-servizz tal-Imgħallem wieħed tal-bnedmin. Għax il-ħażin għandu ħabta jilbsilna ta’ ħaruf ġwejjed biex inħossuna aħjar meta nħalluh jidħol għandna. U l-verità hi li aħna, dan l-idolu, inħalluh jidħol, u nħalluh jidħol sa ġewwa. Ħafna drabi dan l-idolu jinħbielna wara l-fervur għall-verità u akkaniżmu sfrenat biex niddefendu l-morali nisranija. Iżda fl-istess ħin ma nindunaw li aktar qed naħlu ħin


“BEWARE. ANGER, FEAR, AGGRESSION. THE DARK SIDE ARE THEY. ONCE YOU START DOWN THE DARK PATH, FOREVER WILL IT DOMINATE YOUR DESTINY.” nippuntaw lejn il-ħażin milli nitkellmu fuq it-tajjeb. U hawn li nistgħu nindunaw li dan tagħna hu idolu u mhux spirtu ta’ Alla. Meta nkunu maħkuma minn dan l-idolu, fil-posts tagħna fuq il-facebook, fi kliemna meta nkunu qed naqsmu opinjoni u fil-ħafna opportunitajiet oħra li Alla jlaqqagħna magħhom, flok ngħidu kelma ta’ ġid nispiċċaw ingergru, nikkritikaw u nintilfu f’argumenti sħan qisu d-dinja waslet fl-aħħar u din tagħna hi kruċjata qaddisa. Il-biżgħa jista’ jħalli dan l-effett fuqna. Nibdew naraw id-dinja f’dawl differenti, jew aħjar f’dell! Jekk inħallu l-biżgħa, fil-forom kollha tiegħu, jaħkimna, nibdew nitifu d-dawl tal-ħajja u kull fejn inħarsu naraw biss dlam u dellijiet. Fl-ewwel episodju mis-serje Star Wars insibu diskursata bejn iċ-ċkejken Anakin Skywalker u Yoda, mgħallem talOrdni tal-Jedi. Fiha Yoda juri li jekk dan it-tifel se jħalli l-biżgħa jaħkmu, ħajtu se tieħu direzzjoni negattiva.

Yoda jgħidlu: “Fear is the path to the dark side. Fear leads to anger. Anger leads to hate. Hate leads to suffering. I sense much fear in you.” Fil-fatt Anakin jispiċċa jitlef il-battalja tiegħu mal-biżgħa iżda fi tmiem is-serje naraw kif ibnu jirbaħ il-qawwiet tal-ħażen propju għax jitlaq il-biżgħa. Din ma tkunx missjoni faċli għalih imma meta jaċċetta d-direzzjoni ta’ Yoda jagħraf jitbiegħed ftit ftit mill-biżgħa u jinfetaħ għat-tama. Yoda jgħidlu: “Beware. Anger, fear, aggression. The dark side are they. Once you start down the dark path, forever will it dominate your destiny.” Ejjew aħna nieħdu paġna minn dal-film ta’ fantaxjenza imma li kultant jitkellem fuq id-dinja tagħna wkoll. Ejjew ma nħallux il-biżgħa jiddominana. Irridu nkunu nies li kapaċi naraw id-dawl għax inkella ma nistgħu qatt inwassluh lill-oħrajn. Għalkemm il-katekeżi ma nistgħux inqabbluha ma’ xi salesperson li

lest jgħid kollox biex ibigħ il-prodott tiegħu, iżda bħala katekisti nistgħu nitgħallmu ftit minn salesperson. għax qed nippromwovu messaġġ ferm akbar minn kull prodott. Ejjew noqogħdu attenti li ma nkunux qisna salesperson li flok jitkellem fuq ilkwalitajiet tal-prodott tiegħu jispiċċa jqatta’ ħinu jmaqdar dak tal-oħrajn. Alla għoġbu jafdana b’missjoni kbira li nwasslu l-Kelma tiegħu, l-Aħbar it-Tajba. Ejjew din l-aħbar tajba nwassluha bħala aħbar tajba. Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ta’ ferħ u ta’ tama kbira. Ħadd m’għandu bżonna ngħidulu l-affarijiet koroh li jiġru fid-dinja. Għandna biżżejjed postijiet fejn nisimgħu aħbarijiet koroh. Il-kmandament tal-Mulej għalina huwa: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba…” Ejjew naqdu lil xulxin billi nkunu tassew dixxipli ta’ din l-Aħbar u mhux biss bi kliemna imma aktar minn hekk b’ħajjitna nkunu tassew xhieda ta’ din l-Aħbar. 11


Minn Passjoni għal Missjoni

Fr Hilary Tagliaferro osa

X’ĦASRA! RIFLESSJONIJIET FUQ IL-VALURI TAL-ISPORTS U L-VANĠELU

H

ija verament ħasra li t-tfal tagħna jqattgħu ftit ħin l-iskola u f’ċentri ta’ formazzjoni meta tqabblu ma’ dak li konna nqattgħu aħna fi tfulitna u ma’ dak li jqattgħu tfal oħra fid-dinja tagħna. U minħabba dan in-nuqqas ta’ ħin u ħwejjeġ oħra, l-isports, l-arti, il-mużika u d-drama ħadu daqqa kbira fl-iskejjel primarji tagħna. Id-daqqa ħaduha prinċipalment it-tfal li qed jikbru f’żgħażagħ li ma jħobbux il-qari, l-isports, il-mużika u l-arti. Għalihom hemm biss il-homework biex jgħaddu mill-eżami, iċ-chatting u l-Facebook. Minkejja li llum l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika huma ppreparati wisq aħjar, u għandna aktar faċilitajiet sportivi aktar milli qatt kellna qabel, naqas il-ħin sostanzjalment li fih it-tfal jistgħu jilagħbu jew jitħarrgu, ilkompetizzjonijiet tal-futbol bejn l-iskejjel spiċċaw, kif ukoll il-hikes, l-atletika u l-Isports Day annwali bejn l-iskejjel.

12


Dan jgħodd mhux biss għall-isports imma għas-suġġetti l-oħra li semmejna. Meta żżid li ħafna drabi meta jmorru lura d-dar it-tfal ma jsibu lil ħadd għax il-ġenituri jaħdmu t-tnejn u jintefgħu jiċċettjaw fuq il-kompjuter, il-qagħda tiggrava. U t-tfal tagħna qed jikbru f’ħajja sedentarja u mhux ta’ b’xejn li huma fost l-eħxen jew l-aktar obeżi fl-Ewropa. Imma żgur li m’għandniex naqtgħu qalbna, irridu nagħmlu minn kollox biex f’qagħdiet u ċirkostanzi bħal dawn insibu kif innisslu fit-tfal ilpassjoni għal-logħob fl-eżerċizzju fiżiku. Il-passjoni għal-logħob hija finnatura ta’ kull tifel imma altru jilgħab bil-Playstation jew bit-tablet, u altru jagħmel logħba futbol! U l-għalliem irid juri d-differenza kbira li hemm bejniethom u juri l-vantaġġi u s-sbuħija li fiha logħba futbol u kull attività fiżika li għandha element ta’ logħob fiha. Għax fil-logħob joħroġ il-karattru tal-individwu, jekk ma jkunx imxekkel minn xi inibizzjoni. Għalhekk ilġenituri tat-tfal, l-għalliema u l-coaches għandhom iħallu lit-tfal jikkompetu weħidhom fil-logħob mingħajr inibizzjoni ta’ xejn. Ħa nsemmu wħud mill-vantaġġi tallogħob jew tal-attività fiżika: 1. Qed tħaddem il-ġisem u moħħok il-ħin kollu, fil-ġiri, fit-tqassim talballun, fil-ferħ li tagħmel xi azzjoni sabiħa, jew tilqa’ xi xutt (jekk inti gowler), jew tiskorja xi gowl! 2. Qed tagħmel ħbieb ma’ dawk li qed tilgħab. Ħafna li ma tkunx tafhom issir tafhom bil-logħob u waqt illogħob.

3. Tagħraf li fil-logħba tal-futbol għandek bżonn lil sħabek biex tiskurja jew sempliċement biex tilgħab għax waħdek ma tistax tilgħab! Titgħallem li fil-ħajja wkoll dejjem għandek bżonn ta’ ħaddieħor. 4. Titgħallem ukoll li għandek bżonn l-avversarju biex tilgħab u għalhekk trid tirrispettah ukoll u ma tumiljahx jekk tirbaħ, jew tiġġieled miegħu jekk qed jirbaħlek. 5. Fuq kollox hemm ir-regoli tal-logħba li trid toqgħod għalihom kemm fillogħob u kemm fil-ħajja ta’ kuljum. Fil-Vanġeli ma nsibu prattikament xejn fuq it-tfulija ta’ Ġesù ta’ Nazaret għaliex ma kinux qed jiktbu l-ħajja jew il-bijografija tiegħu. Però, f’dawk li nsejħulhom Apokrifi, insibu ħafna episodji ħelwin mill-ħajja ta’ Ġesù fi tfulitu li juru li kien iħobb jilgħab mattfal sħabu. Billi aħna nemmnu li Ġesù ma kienx l-Iben t’Alla biss imma wkoll bniedem bħalna, u trabba f’Nazaret bħal tfal oħra ta’ żmienu, nemmnu wkoll li kieku kien hemm il-ballun fi żmienu kien jilagħbu! Inħobb ngħid jien, li Alla kien qed jilgħab ukoll meta ħalaq id-dinja u għalhekk taha forma ta’ ballun biex ħalaq in-natura tal-bniedem li jħobb jilgħab ukoll. Il-logħob ma’ sħabu, ta’ tifel fittrobbija tiegħu, kif ukoll l-imħabba tal-ġenituri tiegħu, iffurmaw lil Ġesù f’persuna bilanċjata u b’karattru ħelu. Hekk jagħmel ukoll il-logħob fit-tfal li għandhom dritt għalih, u kemm ilġenituri kif ukoll l-għalliema għandhom jaraw li jkollhom. 13


Joseph Bonnici

TNIĠĠIS BIL-KLIEM Adattat għall-Malti minn Storie bellebuone ta’ Bruno Ferrero, Elledici.

Il-kliem baxx u ħażin ma jgħin xejn lir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin. Anzi, iressaqhom lejn konflitti u klima ta’ vulgarità. It-tfal u ż-żgħażagħ huma l-ewwel li jassorbu l-effett ta’ dan it-tniġġis tal-ambjent. Il-kliem baxx ma nsibuhx biss fost iż-żgħażagħ. Il-kliem maħmuġ

donnu sar parti mill-ħajja ta’ kuljum u tisimgħu f’bosta postijiet: fuq it-trasport pubbliku, fil-waiting rooms, fl-iskola u anke fil-postijiet tal-katekiżmu. Dun Claudio Sorgi jgħid hekk: ‘Għalija l-kliem ħażin ma jgħaddix u ma rridx nisimgħu. Imma xorta waħda jkolli nisimgħu bħal ħaddieħor. X’nagħmel? Nagħlaq

ħalqi? Niskot? Naħseb li l-isforz li għandu jsir huwa li neduka, li nispjega u li nifhem.’ Ir-relazzjoni trid tinbena fuq l-edukazzjoni. Il-kliem ħażin iniġġes il-komunikazzjoni. Il-fejqan tallingwaġġ jitlob xewqa għar-rispett lejn id-dinjità ta’ kull persuna, għallkwalità tajba ta’ relazzjonijiet bejn il-bnedmin u għal komunikazzjoni awtentika bejn il-persuni, lil hinn mill-anonimità u mill-egoiżmu. L-edukazzjoni, il-korteżija, il-manjieri tajba huma edukazzjoni għal-libertà, jiġifieri umanità li tesprimi ruħha kif xieraq, b’mod ħieles u responsabbli ma’ kulħadd, kull fejn tkun, fil-privat u fil-pubbliku. Fil-fidi Nisranija, il-korteżija u l-ġentilezza, l-edukazzjoni u l-manjieri tajba huma espressjoni talkmandament tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu. Huwa meħtieġ li naffrontaw it-tema tal-indafa fil-komunikazzjoni. Nistgħu nużaw dan ir-rakkont biex nagħmlu dan.

14


KELMA STRAMBA Luana kellha xagħarha iswed sabiħ bil-frenża u kienet tkun liebsa flokk aħmar. Bla dubju kienet l-iktar tifla edukata u ġentili tal-klassi. Kienet toqgħod bilqiegħda bi kwietha filklassi u tqiegħed idha quddiem ħalqha hi u tittewweb. Kienet dejjem attenta fil-lezzjoni u malli tara l-kap tal-iskola kienet issellmilha fil-pront. Ġurnata minnhom, Raissa, it-tifla ta’ ħdejha, iddeċidiet li tibdel ir-refill talpinna li kienet qiegħda ċċallas waqt li kienet qed tikteb. U hemm bdiet l-istorja! Il-pinna ħarbet minn id Raissa u żellġet disinn oriġinali fuq il-flokk ta’ Luana. Luana qamet f’daqqa u għajtet: ‘Konkupixxenza!’ ‘O!’ għajtu l-oħrajn. BHIMA FEROĊI Mirjam, l-għalliema bjonda tal-klassi, ħarset lejha maħsuda u iktar kompliet tistagħġeb meta lil Raissa bdiet taraha tinbidel: xagħarha waqaf qisu xewk, ħalqha nfetaħ u dehru fih snien kbar u ppuntati, id-dwiefer ta’ jdejha twalu bħal ta’ tigra. Luana twerwret. Raissa qabżet fuqha. Bdew jitqallbu mal-art, jaqilbu bankijiet u basktijiet. Meta l-għalliema rnexxielha tifridhom, Luana kellha girfa kbira fuq wiċċha. Raissa kienet reġgħet saret it-tifla tassoltu, imma f’għajnejha kienet tixgħel qilla mhix tas-soltu.

‘Ġibuli d-djarju! It-tnejn li intom!’ għajtet l-għalliema. ‘Hi bdiet!’ għajtet Raissa. Luana nfexxet tibki, waqt li għafset maktur ikkulurit mal-ferita ta’ wiċċha. ‘Għajritni…’ kompliet Raissa. ‘Tgħidhiex!’ qatgħetilha kliemha l-għalliema. Beżgħet li jiġri xi seħer ieħor. Luana reġgħet lura d-dar imdejqa. Sħabha skartawha qisha kellha l-pesta. Kienet ħarġitilha dik il-kelma u Raissa, minn tifla kwieta u mbaċċa, kienet inbidlet f’bhima feroċi. ‘Sirt saħħara,’ ħasbet Luana. ‘Sibt kelma maġika.’ Ħassitha mbeżżgħa, imma xi ftit kuntenta wkoll. IŻ-ŻRINĠ Id-dar ġabet ruħha bħas-soltu: kienet biss ftit iktar siekta u attenta hi u tagħmel ix-xogħol tal-iskola. Meta waslet lura d-dar mix-xogħol, ommha ma sabithiex quddiem it-televixin bħas-soltu. Bisitha u staqsietha: ‘Kif għamiltha dik il-girfa f’wiċċek?’ ‘Dik mhi xejn. Waqt il-ġinnastika ħbatt wiċċi ma’ tarf ta’ kaxxa.’ ‘Oqgħod attenta. Xi ħin se tweġġa’ tabilħaqq.’ ‘Ħalli f’idi, ma!’ Waqt l-ikel, saret il-mistoqsija fatali. Missierha, wara li ħadu s-soppa, ħares lejn bintu u staqsieha: ‘Kif mort illum l-iskola?’ Luana ħarset lejn il-platt. ‘Tajjeb...,’ lissnet minn taħt l-ilsien.

Ħuha Maurizio, ta’ sena iżgħar minnha, wieġeb: ‘Kellha ġlieda ma’ Raissa, fliskola! U l-għalliema kitbitilha nota fiddjarju!’ Ħaddejn Luana saru ħomor peprin. Qamet f’daqqa, għajnejha jibbru u, qisha se tibda tellieqa, stirat ruħha u qaltlu: ‘Konkupixxenza!’ ‘O!’ għajtu ommha u missierha f’daqqa. It-tbissima malizzjuża ta’ Maurizio ntfiet. Wiċċu xegħel u l-kulur tiegħu sar ħadrani. Qabżulu għajnejh u beda jiċkien quddiem kulħadd. Idejh u saqajh ċkienu u minn fommu ħarġet biss l-għajta: ‘Krakra!’ Maurizio kien inbidel fi żrinġ! Beda jaqbeż fuq il-mejda u niżel fl-iskutella tal-kunserva. Tela’ fuq ras Luana, qabdilha ma’ xagħarha waqt li bdiet tgħajjat kemm tiflaħ. L-omm u l-missier baqgħu ċċassati. F’daqqa waħda waqaf kollox. Maurizio reġa’ sar it-tifel ta’ qabel u Luana kkalmat. ‘It-tnejn li intom morru orqdu u llejla m’hemmx televixin għalikom! Isa!’ għajjat missierhom. It-tnejn telqu b’geddum sal-art. Maurizio ħares lejn oħtu b’ħarsa ta’ qilla. ‘Tpattiha qares, ja saħħara!’ Luana kienet qed tħossha inkwetata minħabba dak li ġara imma wkoll kuntenta bil-qawwa maġika li kienet qed tħoss ġewwa fiha. ‘Tabilħaqq sirt saħħara!’ ĦANŻIR BIL-BASKET Il-jum ta’ wara beda bħas-soltu. Waqt ilkolazzjon, Maurizio qabad iħares bl-ikrah 15


lejn oħtu. Luana għolliet spallejha. Kienet qed tħossha ħafna aqwa minnu. Għall-ewwel darba, qabdet il-basket u ħarġet tiġri mid-dar mingħajr ma sellmet lil ommha, li baqgħet tħares miblugħa! Telgħet fuq il-karozza tal-linja u daħlet fir-rassa. Waħda mara ftit qawwija rifsitha u, kontra dak li kienet tagħmel is-soltu, Luana ħasset fiha spirtu vendikattiv u għajtet: ‘Konkupixxenza!’ Hi u tgħid dan il-kliem, ħassitha nieżla lejn l-art. Sabet li kienet fuq erba’ saqajn, qalb is-saqajn tan-nies.

Ħassitha stramba, ippruvat titkellem imma ħsejjes oħra ħarġu minn ħalqha! Waħda mara għajtet: ‘Hawn ħanżir fil-karozza!’

Wieħed xwejjaħ li niżel mill-karozza magħha ħares lejha bi tbissima. ‘Stramba l-biċċa, hux?’ qaltlu Luana. ‘Tabilħaqq!’

Tifel ċkejken għajjat: ‘Hawn ħanżir bil-basket tad-ditta!’ Fi ftit sekondi nqala’ pandemonju sħiħ! ‘Tal-imġienen!’ ‘Itfgħuh barra!’ ‘X’għarukaża!’ Luana, mibdula f’ħanżir, bdiet tipprova tiżgiċċa d-daqqiet ta’ sieq li bdew jagħtuha n-nies. Malli waqfet il-karozza, ġriet ’l isfel b’kemm kellha saħħa. Malli misset l-art reġgħet saret tifla normali. ‘Uff!’ tniehdet.

‘Kollu minħabba kelma waħda!’ kompliet Luana, ftit imħawda. ‘Hemm kelmiet li għandhom qawwa kbira,’ qalilha x-xwejjaħ. ‘Jibdlu l-bnedmin f’annimali koroh. Min jiskoprihom ikollu qawwa tal-biża!’. ‘U kif tista’ ma tużax din il-qawwa?’ staqsietu Luana. ‘Trid titgħallem ma tgħidhomx ... anke jekk diffiċli ħafna!’ weġibha x-xwejjaħ. ‘Grazzi!’ wieġbet Luana.

GĦAD-DISKUSSJONI Luana tiskopri kelma li ma tafx xi tfisser, imma li sserviha f’mumenti ta’ rabja biex tesprimi d-diżappunt tagħha. Toħroġ in-naħa ħażina tagħha permezz ta’ din il-kelma. Dil-kelma tibdel lil seħbitha f’bhima feroċi, lil ħuha fi żrinġ ardit u lilha nnifisha f’qażquż. It-tfal jafu li jeżistu kelmiet li jibdlu lil min jismagħhom u lil min jgħidhom għallagħar. Huma kelmiet li jniġġsu l-komunikazzjoni bejn il-bnedmin, iħammġu u jirritaw. MISTOQSIJIET: » Fl-opinjoni tagħkom, għalfejn nitkellmu ħażin? » Għalfejn xi nies jieħdu gost joffendu? » Hemm kliem li jibdlu lil min jgħidhom f’ħanżir? » Kif nistgħu nevitawhom dal-kelmiet? » Dejjem veru li kelma ħażina ‘taħrablek’? Hija skuża tajba din? » Nistgħu nikkontrollaw kliemna? Ġieli ppruvajtu żżommu kontroll? » Għalfejn trid tagħmel sforz kbir biex tikkontrolla? 16


Robert Aloisio

ROMERO:

EDUKATUR U KOMUNIKATUR Oscar Romero kien Arċisqof ta’ San Salvador, il-belt kapitali ta’ wieħed milliżgħar stati fl-Amerika Ċentrali. Kien inqatel waqt li kien qed iqaddes fl-24 ta’ Marzu 1980 minn skwadra tal-mewt wara li kien ilu tliet snin jikkundanna l-inġustizzji soċjali u l-vjolenza minn fuq il-pulptu u fuq ir-radju. Dak iżżmien kien hemm għaddejja gwerra ċivili mill-aktar imdemmija fil-pajjiż li damet sejra tnax-il sena u ħalliet warajha 80,000 ruħ maqtula. Fl-

Amerka Latina, id-devozzjoni kbira lejn Romero wasslet biex ħafna bdew isejħulu “San Romero de América”. Iżda ħafna oħrajn madwar id-dinja kienu ħerqanin li jaraw lil Romero ddikjarat qaddis malajr kemm jista’ jkun. Din ix-xewqa se tinqata’ fit-23 ta’ Mejju ta’ din issena meta ssir il-beatifikazzjoni ta’ Romero, sinjal b’saħħtu ta’ tama għall-foqra u għal dawk kollha li jaħdmu favur il-ġustizzja soċjali.

Óscar Romero sar magħruf f’ħajtu mhux għax kien Papa jew kardinal, jew għax kien Arċisqof ta’ djoċesi importanti, iżda għall-kelma qawwija tiegħu li tmiss il-qlub u tniggeż il-kuxjenzi. Il-Katidral kien il-post primarju tal-attività ta’ Romero. Meta jersaq lejn l-altar, Romero kien jidher bħal mibdul. Kien jinħass sikur u kien jipprietka b’forza u b’awtorità. Ma kontx tixba’ tisimgħu jitkellem għal sigħat sħaħ u lanqas kont titlef mill-attenzjoni. Kien iżomm lin-nies imsammrin. U meta kien jieqaf jitkellem, kien ikun eżawrit. L-OMELIJA: IL-KELMA T’ALLA F’ĦAJJET IL-POPLU Il-kelma ta’ Romero kienet tkun mistennija. Il-kelma “homilia” saret

waħda komuni fost is-Salvadoreni. Romero kien tassew artist f’li jagħti l-ħajja lill-Kelma miktuba elfejn sena ilu u jagħmilha attwali u rilevanti għas-sitwazzjoni li kienu jgħixu n-nies li kellu quddiemu. “Il-Kelma… trid tkun kelma li toħroġ mill-Kelma eterna antika ta’ Alla, iżda li tmiss il-feriti tal-lum, l-inġustizzji tal-lum, il-vittmi tal-lum, u dan hu li jikkawża l-problemi.”1 Huwa kellu sengħa kif jaqbad l-aħbar tal-mument, kif għamel meta indirizza għall-ewwel darba lin-nazzjon fil-quddiesa talfuneral ta’ sieħbu Rutilio Grande, li nqatel biss ġimgħa wara li Romero ħa l-pussess tal-Katidral. Il-Kelma t’Alla f’fomm Romero kienet dawl tal-verità li jdawwal l-istorja partikulari u konkreta ta’ El Salvador li lilhom kien jipprietka: “Predikazzjoni li tqajjem, predikazzjoni li ddawwal, bħal meta tixgħel id-dawl u tqajjem u ddejjaq lil min ikun rieqed, hekk hi l-predikazzjoni ta’ Kristu… Naturalment, predikazzjoni bħal din se tidħol f’konflitt, se tħassar l-hekk imsejjaħ prestiġju, se tiddisturba, u se tkun ippersegwitata. Ma tistax tmur tajjeb mas-setgħat tad-dlamijiet u d-dnub.”2 17


Katekisti Kbar

nanalizzawha, aħna niċċelebrawha, aħna ninkarnawha, u rridu nagħmluha ħajjitna.”6 “Ma nistgħux nifirdu l-Kelma t’Alla mir-realtà storika li fiha tiġi mħabbra. Dik ma tkunx Kelma t’Alla. Il-Bibbja tkun biss ktieb tal-istorja tajjeb fil-librerija tagħna.”7

Romero kien jieħu saħħtu mill-fatt li l-predikazzjoni tiegħu kienet tmiss il-ħajjiet tal-foqra u talimwarrbin. F’April 1978 ikkummenta b’tenerezza kbira, “Ilbieraħ meta żort [ir-raħal ta’] Dulce Nombre de Maria, u l-campesinos3 qaluli kif jisimgħu kliemi, kliem li jfarraġhom, li jagħtihom tama u appoġġ, kienu se jbikkuni, u ngħid ma’ Kristu, ‘Infaħħrek, Missier, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċċkejknin’.” Għal Romero, il-kelma ma kinitx xi ħaġa li tibqa’ fis-sħab jew fuq l-artali miksija bl-inċens. Il-Kelma riedet taqta’ fil-laħam il-ħaj, fl-istorja reali tal-bnedmin, tiftaħ il-feriti infettati bin-nuqqas ta’ verità: “Jekk tipprova tipprietka bla ma tirreferi għall-istorja li fiha qiegħed tipprietka, ma tkunx qed tipprietka l-Vanġelu. Ħafna forsi jħobbu predikazzjoni tant spiritwalistika li ma tiskomodax lill-midinbin u ma 18

ssejjaħx idolatru lil dawk li jinżlu għarkupptejhom quddiem il-flus u l-poter. Predikazzjoni li ma tgħid xejn fuq l-ambjent tad-dnub li fuqu qed jirrifletti l-Vanġelu, mhijiex Vanġelu.”4 KATEKIST U EVANĠELIZZATUR Darba xi ħadd qal lil Romero li meta jisma’ l-omeliji tiegħu kien ikun qisu qed jisma’ kors universitarju, u Romero wieġbu b’umiltà, “Qatt ma kelli f’moħħi xi ħaġa hekk, iżda biss li nkun sempliċi katekist, evanġelizzatur tal-poplu, xejn iktar.”5 Nistgħu naħsbu li s-snin bikrin ta’ Romero bħala student, speċi ta’ book worm tat-teoloġija, bħal qatgħuh mir-realtà li fiha kien jgħix. Iżda fil-fatt, dan għen biex il-predikazzjoni tiegħu jkollha għeruqha fi studju profond talIskrittura u f’analiżi soċjali bla heda. “Tħalluhomx jgħidu li aħna ma naqrawx il-Bibbja,” darba qal. “Aħna mhux biss naqrawha, aħna

Il-parir ta’ Romero jibqa’ validu għal kull min irid jagħmel omelija tajba: “Jien nistudja l-Kelma t’Alla li tkun se tinqara l-Ħadd. Inħares madwari, lejn niesi. Nuża din il-Kelma biex nitfa’ dawl fuq dak li nkun imdawwal bih… Naturalment, l-idoli u l-idolatri ta’ din id-dinja jirritaw ruħhom b’din ilKelma, u jixtiequ jneħħuha, isikktuha, joqtluha. Ħalli jsir dak li Alla jixtieq, iżda l-Kelma t’Alla, kif qal San Pawl, mhijiex marbuta.”8 Kienu omeliji studjati imma fl-istess ħin omeliji li jifhimhom kulħadd. Illingwaġġ ta’ Romero kien ċar ħafna, ma kienx iħalli lok għal interpretazzjonijiet differenti. Kull argument kien jaffrontah u jesponih b’mod sistematiku. Fil-mod kif jargumenta, Romero kien Tomista loġiku bi ħsieb rigoruż, iżda fl-istess ħin kien emottiv u passjonali ħafna. Kienet taħlita straordinarja li misset ir-ruħ popolari. OMELIJA FL-AĦBARIJIET Romero kien jaf li l-ewwel vittma taloligarkija vjolenti kienet il-verità, u għalhekk ried li l-pulptu tiegħu jservi ta’ mikrofonu għal dawk li ma kellhomx leħen: “Dawn l-omeliji jippruvaw ikunu l-vuċi tal-poplu. Jippruvaw ikunu l-vuċi ta’ min m’għandux vuċi. U għalhekk, bla dubju, ma jogħġbux lil dawk li għandhom wisq vuċi. Din il-vuċi fqira


ssib l-eku tagħha f’dawk li jħobbu l-verità u li tassew iħobbu lill-poplu għażiż tagħna.”9 Il-predikazzjoni ta’ Romero kienet speċi ta’ graffiti talVanġelu, li pprovdiet forum għall-foqra biex jgħidu l-verità tagħhom lid-dinja. Bħala parti mill-omelija tal-Ħadd, Romero kien jinkludi taqsima li hu kien isejħilha “Acontecimientos de la semana”, Ġrajjiet tal-Ġimgħa, li fihom kien jgħid xi jkun ġara fil-pajjiż u flarċidjoċesi, fil-ġimgħa li tkun għadha kif għaddiet. Kienet opportunità għal aħbarijiet veri, il-verità li kellu jkun jaf il-poplu kollu. Kien jikkummenta fuq ilġrajjiet differenti tal-organizzazzjonijiet popolari, il-laqgħat tal-komunitajiet Insara di base, laqgħat ta’ qassisin u reliġjużi, u ż-żjajjar ta’ gruppi barranin li kienu jmorru El Salvador biex juru solidarjetà.

Offerta speċjali qabel

il-pubblikazzjoni

€17 PREZZ ORDINARJU: €20

Parti oħra kienet tkun iddedikata għat-traġedji li seħħew fil-ġimgħa ta’ qabel: l-għejbien ta’ persuni, nies jintefgħu l-ħabs inġustament, u kważi dejjem, aħbarijiet ta’ qtil millhekk imsejħa forzi tas-sigurtà. Għal ħafna kienet biss il-vuċi ta’ Monseñor li setgħet tiġi fdata li qiegħda tgħid il-verità fuq x’kien qed jiġri fil-pajjiż. Fl-1989, id-Dumnikani Irlandiżi Brian Pierce u Jim Barnett ħadu sehem fit-tifkira annwali tal-martirju ta’ Romero fit-toroq ta’ San Salvador. Pierce jirrakkonta10 li huma u mexjin fil-belt ma’ eluf ta’ dimostranti, beda jara żgħażagħ jinqatgħu mill-folla u jpinġu graffiti mal-ħitan ta’ bini pubbliku. Uħud minnhom kienu protesti soċjali, ħafna drabi ismijiet ta’ ħbieb mejta jew li għebu, u warajhom il-kelma “Presente!”

Suldati armati sa snienhom kienu għassa tagħhom, u f’ċerti punti strateġiċi tul it-triq, is-suldati kienu qed jiffilmjaw liddimostranti. Pierce jgħid li ftit ftit beda jifhem li dawn il-graffiti kienu fil-fatt il-gazzetta tal-foqra f’pajjiż fejn il-libertà tal-espressjoni kienet ikkontrollata ferm mill-oligarkija appoġġjata mill-Armata u mill-gvern tal-Istati Uniti. REFERENZI: 1 Omelija, 12 ta’ Diċembru 1977 2 Omelija, 22 ta’ Jannar 1978 3 Bdiewa foqra 4 Omelija, 18 ta’ Frar 1979 5 Omelija, 15 ta’ Ottubru 1978 6 Omelija, 11 ta’ Novembru 1979 7 Omelija, 27 ta’ Novembru 1977 8 Omelija, 20 ta’ Awwissu 1978 9 Omelija, 29 ta’ Lulju, 1979 10 Brian J. Pierce OP, Oscar Romero – the preacher, CatholicIreland.net, 30 ta’ Novembru 1999.

L-awtur ta’ dan l-artiklu, Robert Aloisio, se joħroġ ktieb f’Mejju li ġej blisem “Qatlu lill-Arċisqof – il-ġrajja vera ta’ Oscar Romero”. Wieħed jista’ jakkwista dan il-ktieb millħwienet tal-kotba ewlenin. 19


Film

Kurt Miceli

20


Jake Taylor u Roger Dawson kienu ħbieb sa minn ċkunithom. Minkejja d-differenza evidenti fil-lewn tal-ġilda tagħhom huma kienu jieħdu pjaċir flimkien. Darba waħda inċident jaqleb il-ħajja ta’ Roger ta’ taħt fuq. Hekk kif jgħaddi ż-żmien Jake isir l-iktar żagħżugħ popolari, ikollu l-iktar tfajla attraenti u jkun ukoll l-istilla tat-tim tal-basketball. Jirnexxilu jikseb borża ta’ studju fil-kulleġġ li dejjem ħolom li jattendi b’konsegwenza li lil sieħbu Roger jagħtih il-ġenb. Tant hu hekk li Roger jispiċċa emarġinat minn kulħadd. Jum minnhom Roger jitfaċċa l-iskola u bħas-soltu ħadd ma jagħti kasu. Din id-darba huwa jkun determinat li din il-ħaġa tinbidel. Tant ikun xeba’ mis-sitwazzjoni li jkun qiegħed fiha li joħroġ pistola u jtemm ħajtu kiesaħ u biered quddiem kulħadd. Minkejja l-ħasda tal-mument, donnu ħadd ma jagħti importanza partikolari lil dan l-inċident ħlief persuna waħda. Lil Jake din il-ħaġa ġġiegħlu jfittex ir-raġuni għal dan kollu.

Matul dan iż-żmien ta’ tiftix interjuri, Jake jinduna b’żagħżugħ ieħor ‘differenti’ li ħbiebu jieħdu pjaċir jaqbdu miegħu. L-għażla li jkollu jagħmel Jake hija jippruvax jgħinu jew jinjorah kif kien għamel lil Roger. Bl-għajnuna ta’ grupp nisrani Jake isib mezz kif itaffi l-ħtija li jkun qed iħoss iżda wkoll li jagħmel xi ħaġa lil min ikun fil-bżonn. Hija interessanti l-mod kif il-membri tal-grupp nisrani jiġu murija mid-direttur. Minflok ma juża l-idea tipika ta’ grupp magħmul minn qaddisin mexjin fl-art, huwa juri propja l-oppost. Fil-fatt hija l-ipokresija li tirrenja fosthom. Iżżgħażagħ li jattendu dan il-grupp huma l-ewwel nies li ma jagħtux kas dak li jgħidilhom min imexxi l-grupp u wisq inqas ta’ xulxin. Għal persuna ġenwina bħal Jake, din il-ħaġa tbiegħdu mill-grupp u l-Knisja. Iżda Jake jirnexxilu jegħleb din il-ħaġa minħabba l-għatx li kellu li jiskopri r-rieda t’Alla għalih.

Iżda tgħid ikun lest li jissagrifika l-popolarità u l-ħolm tiegħu? Il-produttur tal-film Jim Britts, millesperjenza tiegħu fil-ħidma bħala youth pastor fehem li ċ-ċinema huwa mod qawwi kif tinfluenza liż-żgħazagħ. Għalhekk ħass il-ħtieġa li jikteb l-istorja To Save a Life biex jagħti dawl fuq sitwazzjonijiet li jgħaddu minnhom iż-żgħażagħ. Għalkemm il-film huwa miżgħud b’numru ta’ temi attwali fosthom il-possibiltà tad-divorzju, xorb eċċessiv, tqala mhux mixtieqa, abort u mutilazzjoni, l-għan ċar tad-direttur huwa li jwasslu messaġġ qawwi ta’ fidi u tama. Fi żmien fejn messaġġi negattivi donnhom jagħmlu iktar ħoss minn dawk li huma pożittivi, dan il-film jirnexxilu jwassal b’mod ċar li l-fidi u l-imħabba lejn l-oħrajn tbiddel lin-nies, imqar lilek innifsek. Hija sabiħa ferm ittalba ta’ Jake f’mument diffiċli: “Mulej, ma nafx x’għandi nagħmel iżda għinni biex nagħmel it-tajjeb!”

21


Fr Reuben Gauci

NITGĦALLMU

NISIMGĦU Il-ministeru maż-żgħażagħ huwa dejjem mogħti importanza fid-diskorsi tal-Papiet b’mod speċjali permezz tal-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ li sa mill-1987 ġew iċċelebrati fil-Knisja kemm b’mod nazzjonali u kif ukoll internazzjonali. F’dawn il-messaġġi joħorġu elementi b’mod partikolari dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-Knisja u fis-soċjetà, għaliex jinħtieġ li huma stess ikunu xandara u xhieda tal-Evanġelju ta’ Kristu. Fl-Eżortazzjoni Appostolika ‘Il-Ferħ tal-Vanġelu’, il-Papa Franġisku jinnota l-bidliet soċjali li biddlu l-mod ta’ kif il-persuni fis-soċjetajiet differenti jirrelataw bejniethom u sfortunatament “fl-istrutturi eżistenti ż-żgħażagħ spiss mhumiex isibu tweġibiet għad-diffikultajiet, il-ħtiġijiet, il-problematiċi u l-ġrieħi tagħhom”. Bħala adulti ma konniex kapaċi naddattaw għal dawn il-bidliet soċjali u ma smajniex b’mod tajjeb liż-żgħażagħ jesprimu l-bżonnijiet tagħhom biex nifhmu x’inhu għaddej u b’hekk inwasslu l-Aħbar it-Tajba b’mod imġedded. Ikun hemm drabi fejn frott 22

l-esperjenza tagħna mħallta ma’ prużunzjoni żejda, naħsbu li aħna nkunu nafu l-bżonnijiet taż-żgħażagħ u għalhekk nagħtuhom dak li rridu aħna, aktar milli huma verament għandhom bżonn. Meta nieqfu u nisimgħu b’mod attiv lill-persuna nkunu qed nagħtuha l-akbar rigal li għandna - il-ħin tagħna. Din l-attitudni ta’ smigħ u attenzjoni hija fundamentali fil-missjoni tagħna li nissapportjaw lil dawn l-adolexxenti u ż-żgħażagħ biex jikbru fil-fidi tagħhom. Il-ħajja mgħaġġla u mimlija impenji ma tgħinx biex nieqfu u nisimgħu, u għalhekk tajjeb li kontinwament neżaminaw ftit lilna nfusna fuq dan. Il-Papa jikteb li “aħna l-adulti nħossuha iebsa nisimgħuhom bissabar, nifhmu x’inhu jħassibhom u x’inhuma jitolbu, u nitgħallmu niddjalogaw magħhom fil-lingwaġġ li huma jifhmu.” Il-lingwaġġ verbali u nonverbali ta’ bejnietna huwa l-mod kif nikkomunikaw u nirrelataw. U dan nitgħallmuh minn xulxin billi nkunu preżenti għal xulxin, aktar milli f’xi skema minn xi ktieb.

Għalhekk dan huwa proċess ta’ konverżjoni li rridu ngħaddu minnu aħna b’mod kontinwu. Huwa proċess edukattiv fejn jien nagħraf li jien għandi x’nitgħallem mingħand l-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Huma mhumiex biss l-oġġett tal-missjoni tagħna imma huma jgħallmuna wkoll kif il-ħajja qed tiżviluppa llum, b’mod partikolari permezz tallingwaġġ. Irridu noqogħdu attenti li ma nippretendux li huma jitgħallmu l-lingwaġġ tagħna mingħajr ma aħna nippruvaw nitgħallmu tagħhom. Xi snin ilu, il-fatt li persuna kellha xi ministeru fil-Knisja bħal qassis, katekista u soċju tal-Mużew, probabbilment kienet persuna li awtomatikament kienet afdata. Din ma nistgħux ngħiduha għal żmienna minħabba diversi raġunijiet, fost l-oħrajn minħabba l-isfiduċja b’mod ġenerali f’kull istituzzjoni. Il-fiduċja saret kwalità li trid tiġi żviluppata fuq livell personali. Dan il-proċess jieħu ħafna żmien u huwa delikat, jiddependi ħafna mill-bagalja talpassat li jkunu qed iġorru l-persuni. B’ħafna paċenzja wieħed irid ikun


preżenti għal dawn iż-żgħażagħ, biex forsi maż-żmien, dak li jkun jiftaħ il-ktieb ta’ ħajtu wara li jkun ittestja lill-persuna. Kemm huwa importanti għalhekk li l-ħin li aħna nagħmlu mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ waqt xi logħba futbol, waqt li qegħdin fuq il-bank, waqt li qed jitkellmu fuq xi logħba tal-kompjuter jew fuq ilmużika preferita tagħhom, mhuwiex ħin mitluf imma huwa turija li aħna jinteressana minnhom u lesti li nkunu ta’ sapport għalihom. Irridu nħallu l-Ispirtu jaħdem fina. Huwa “jiftaħ toroq ġodda f’sintonija ma’ dak li huma jistennew u mat-tiftix tagħhom għal spiritwalità profonda u għal sens ta’ appartenenza iktar konkret.” Dan qed isir permezz ta’ għaqdiet u movimenti magħmula l-aktar miż-żgħażagħ u li l-Papa qed jistedinna sabiex naċċettawhom bħala l-espressjoni u l-azzjoni talIspirtu s-Santu fil-Knisja u fid-dinja.

Jista’ jkun li xi drabi nħarsu lejn dawn l-għaqdiet, speċjalment dawk immexxija miż-żgħażagħ stess, bħala dgħajfin jew li mhumiex kapaċi joffru esperjenza ta’ fidi Nisranija solida. Imma jalla li ma nkunux ta’ tfixkil għall-Ispirtu ta’ Alla li għandu toroq isbaħ u mimlija b’aktar ħajja minn dawk tagħna. Forsi anke l-forom ta’ kif nesprimu l-fidi tagħna jew kif nikbru fil-fidi tagħna jkunu differenti fil-ħajja tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Ma nkunux pronti li niġġudikaw b’mod negattiv fuq is-sempliċi ħsieb li dak li qed isir huwa differenti minn dak li konna nagħmlu aħna u mhux qed nifhmu. Jalla jkollna l-paċenzja li nieqfu u nifhmu l-ħsieb wara metodi ġodda ta’ kif wieħed jitgħallem u jikber fil-fidi tiegħu. Rajt kontribut kbir minn persuni adulti, anke anzjani, li kellhom il-paċenzja u l-umiltà li jbiddlu l-ħsieb tagħhom u jakkumpanjaw lil dawn il-persuni iżgħar minnhom b’mod imġedded.

Madanakollu jekk ma jkollniex din l-attitudni nistgħu nagħmlu ħafna ħsara. Personalment naħseb li adult li jaf sewwa kif jaqdi l-ministeru maż-żgħażagħ għandu ħafna x’joffri f’dawn l-għaqdiet u f’ambjenti oħra. Dawn l-attitudnijiet huma importanti ħafna biex noħolqu ambjent miftuħ fejn inħallu l-Ispirtu ta’ Alla jifforma l-persuni li mexjin il-vjaġġ ta’ ħajjithom. Kull persuna li tagħraf is-sejħa ta’ Alla li taħdem maladolexxenti u ż-żgħażagħ għandha missjoni importanti ħafna biex f’dan iż-żmien li joffri ħafna sfidi jkollha l-paċenzja li bħal Ġesù mad-dixxipli ta’ Emmaws timxi magħhom anke l-vjaġġ fid-direzzjoni ta’ Emmaws. Pass pass għinhom jifhmu l-ġrajjiet tal-istorja tas-salvazzjoni fid-dawl aktar wiesa’ tal-pjan sabiħ ta’ Alla li huwa mħabba. Inkomplu npoġġu lilna nfusna fi ħdan Alla u nafdawlu din il-mixja li qed nagħmlu maladolexxenti u ż-żgħażagħ. 23


Il-Katekisti Jistaqsu

Anthony Dimech

IL-MISTOQSIJA OĦT IL-GĦERF

Jekk il-fidi hi ferħ, għalfejn ħafna mill-pitturi juruna lil Ġesù dejjem serju u mdejjaq?

Jekk wieħed josserva sew il-kwadri, l-affreski u l-ikoni orjentali li fihom hemm rappreżentat Ġesù Kristu, mal-ewwel daqqa t’għajn nindunaw li m’hemm l-ebda kwadru fejn niltaqgħu ma’ Ġesù ferħan, jew qiegħed jidħak jew qed jiċċajta maddixxipli u l-appostli tiegħu, forsi waqt xi ikla jew waqt xi passiġġata qalb ir-raba’. Madanakollu, fl-ikonografija Nisranija, għandna diversi pitturi u affreski fejn Ġesù hu muri msallab fuq is-salib, sofferenti, imdejjaq, qed jegħreq l-għaraq tad-demm jew inkella qed jirrabja mal-bejjiegħa fit-tempju. Allura, forsi xi tfal, meta jaraw dawn il-pitturi, jistgħu jistaqsuna, “Ġesù qatt ma kien ikun ferħan?” 24

Il-Vanġelu jkellimna fuq il-ferħ ta’ Ġesù u fuq il-ferħ li jkollhom dawk li jimxu warajh. Sa minn qabel twelidu, Ġesù nissel il-ferħ fl-oħrajn. Kien għadu f’ġuf Marija Santissima meta qanqal ferħ fi Ġwanni l-Battista li kien għadu f’ġuf ommu Eliżabetta: “Malli semgħet it-tislima ta’ Marija, Eliżabetta, qabżet it-tarbija f’ġufha, u mtliet Eliżabetta bl-Ispirtu s-Santu...... Għax, ara, mindu wasal leħen ittislima tiegħek f’widnejja, qabżet bilferħ it-tarbija f’ġufi” (Lq. 1:41-44). Meta t-72 dixxiplu “reġgħu lura ferħanin” għal dak li kienu wettqu permezz tat-tagħlim u l-mirakli, Ġesù qalilhom: “Imma mhux b’dan għandkom tifirħu, li l-ispirti joqogħdu

taħtkom, iżda ifirħu li ismijietkom miktuba fis-smewwiet.” Dak il-ħin stess li kien qed ikellimhom, Ġesù kien imqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, li żammejt dawn il-ħwejjeġ moħbija lill-għorrief u lid-dehnin, u għarrafthom liż-żgħar” (Lq. 10:17-22). Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, waqt l-aħħar ċena, qabel ma ħa l-passjoni u l-mewt, Ġesù jitkellem fuq il-ferħ kbir li kien qed iħoss u jkun irid jikkomunikah lill-appostli li kellu madwaru malmejda. Qalilhom hekk: “Bħalma ħabbni Missieri, jien ukoll ħabbejtkom. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, tibqgħu flimħabba tiegħi, bħalma jien ħarist


il-kmandamenti tiegħu, u nibqa’ flimħabba tiegħu. Għidtilkom dan biex ilferħ tiegħi jkun fikom, u l-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġw. 15:9-11). Imbagħad fit-talb waqt l-aħħar ċena, Ġesù reġa’ tkellem fuq il-ferħ: “.... u dan qiegħed ngħidu fid-dinja biex ikollhom fihom il-milja tal-ferħ tiegħi” (Ġw. 17:13). IS-SIGRIET TAL-FERĦ FI KRISTU Minn dawn il-kwotazzjonijiet li għadna kemm semmejna, nindunaw millewwel li Kristu kellu fih il-ferħ veru – il-ferħ fil-milja kollha tiegħu. Dan il-ferħ kien fi Kristu anke fil-mumenti meta hu kien jidher li kien imdejjaq u li kien qed jipprepara ruħu għallpassjoni u l-mewt, waqt l-aħħar ċena. Il-ferħ tiegħu għandu l-għeruq fil-qalb tiegħu, fir-relazzjoni tal-għaġeb li hu kellu mal-Missier. Fih kien hemm ferħ kbir għaliex Hu kien jemmen li Hu u l-Missier huma ħaġa waħda, magħqudin bejniethom b’imħabba tal-għaġeb. Fit-trasfigurazzjoni, fuq ilmuntanja, jinstema’ l-leħen tal-Missier jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu” (Mt. 17:5). Bejn Ġesù u l-Missier hemm rabta tal-għaġeb. Ġesù jixtieq biss li, wara li jkun wettaq ir-rieda ta’ Missieru, jerġa’ jingħaqad miegħu: “Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja; issa nitlaq id-dinja u nerġa’ mmur għand il-Missier” (Ġw. 16:28). Ġesù ma jżommx dan il-ferħ għalih, imma jrid jagħtih lil dawk kollha li jimxu warajh. Hu ferħ differenti mill-ferħ li taf tagħti d-dinja. Il-ferħ tad-dinja jispiċċa wara ftit u xi kultant iħalli togħma morra f’dak li jkun. Ilferħ li jagħti Ġesù jibqa’ għal dejjem u ħadd mhu se jeħodilna dan il-ferħ.

Kien għalhekk li ħafna martri marru jiltaqgħu mal-mewt bid-daħka fuq fommhom – mhux daħka talboloh, imma daħka ta’ min hu mimli bi Kristu. Hu ferħ li jitnissel mir-relazzjoni tagħna ma’ Kristu u Kristu hu dak li jagħtina l-veru ferħ: “S’issa għadkom ma tlabtu xejn f’ismi; itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġw. 16:24). San Tumas minn Akwinu jagħmel distinzjoni bejn il-ferħ ta’ din id-dinja li jispiċċa wara ftit u l-ferħ li jagħtina Kristu. Hu jsejjaħ il-ferħ ta’ din iddinja bħala “ferħ imperfett” filwaqt li l-ferħ li jagħtina Kristu hu “ferħ perfett”, ferħ li jibqa’ għal dejjem, ferħ li jagħtihulna biss Ġesù. Hu l-ferħ li jitnissel mill-barkiet jew millbeatitudnijiet. San Mattew, meta jirreferi għall-beatitudnijiet, juża l-kelma “Imberkin”, filwaqt li San Luqa juża l-kelma “Henjin”. IT-TBATIJA Persuna li qiegħda tbati, tista’ tkun ferħana? Xi kultant niltaqgħu ma’ diversi esperjenzi, fejn wieħed jiltaqa’ ma’ persuni li qegħdin ibatu minħabba mard jew xi sitwazzjoni oħra, u dan ikollhom ċertu ferħ li mhux faċli li wieħed jiddeskrivih.

Dawn minflok jiddispraw minħabba s-sitwazzjoni li jkunu jinsabu fiha, issib li f’qalbhom għandhom paċi kbira u f’ta’ madwarhom inisslu ferħ u paċi. Dan hu hekk għaliex dawn ilpersuni jkollhom fihom lil Ġesù. Min għandu lil Ġesù għandu kollox. Nirritorna għall-mistoqsija li bdejna biha: Jista’ wieħed ipinġi lil Kristu ferħan, la kien mimli bil-veru ferħ u kien magħqud mal-Missier? Hi biċċa xogħol xi ftit diffiċli għaliex trid tkun ippreżentata r-relazzjoni intima li hemm bejn Ġesù u Alla l-Missier, li hi s-sors li minnu jitnissel il-ferħ veru. Jekk wieħed jirnexxilu jippreżenta lil Ġesù mimli ferħ veru, din tkun biss tpinġija ta’ verità kbira – id-dell ħdejn id-dawl veru. Il-veru pittur ta’ Ġesù mimli ferħ hu kull wieħed minna li jipprova, filħajja tiegħu ta’ kuljum, jgħix mimli bil-veru ferħ – ferħ li jitnissel millimħabba li wieħed ikollu lejn Ġesù u dan il-ferħ jgħaddih lill-oħrajn, għax il-veru ferħ jittieħed. Infittxu lil Ġesù ħalli jagħtina l-ferħ veru. “La taħbix wiċċek minni, la twarrabx bil-herra l-qaddej tiegħek. Inti l-għajnuna tiegħi; tħallinix u titlaqnix, Alla tassalvazzjoni tiegħi” (Salm 27:9). 25


Atlas

Mario Zerafa

NAJN

L-umanità kbira ta’ Ġesù tidher b’mod ċar meta waqt li kien dieħel ġewwa r-raħal ta’ Najn fil-Galilea jiltaqa’ ma’ purċissjoni funebri. Din żgur li ma kinitx l-ewwel darba li Ġesù ltaqa’ ma’ funeral imma l-omm tibki wara l-ġisem mejjet ta’ binha qanqal lil Ġesù biex iwaqqaf il-purċissjoni u jqajjem lil dak iżżagħżugħ mill-mewt.

tfisser sabiħa, jew aħjar ‘grazzjuża’, u dan għall-fatt li r-raħal huwa mdawwar b’xeni naturali mill-isbaħ. Jekk tħares ’il fuq, ftit ’il bogħod tista’ tara l-muntanja Tabor bis-silġ fil-quċċata li fix-xemx jibda jirrifletti u jsaħħar lil kull min jarah. Filwaqt li jekk titfa’ ħarstek ’l isfel tinduna li Najn hija mdawra b’widien u għelieqi l-ġmiel tagħhom.

Najn huwa wieħed mill-ftit irħula Lhud li matul is-sekli żamm l-isem tiegħu intatt. Il-kelma Najn aktarx li

Kif għedna, Najn tinsab fil-Galilea u hija madwar erbatax-il kilometru ’l bogħod minn Nazaret. Għalkemm

26

l-Evanġelji jsemmu lil Najn darba biss, fl-episodju tal-qawmien tattifel tal-armla, l-istudjużi huma tal-fehma li Ġesù kien familjari sew mal-post u li probabbli żar dan irraħal kemm-il darba. L-Isqof ta’ Ċesarija Ewsebju (ċ. 253-339 wK) jsemmi dan ir-raħal fil-kitbiet tiegħu u jidher li sa dak iż-żmien ġewwa r-raħal kien hemm xi tip ta’ kappella ċkejkna biex tfakkar il-miraklu ta’ Ġesù. L-istess raħal jerġa’ jsemmih San


Ġlormu (347-420 wK) ftit tas-snin wara. Il-pellegrina Egaria li żaret l-Art Imqaddsa madwar is-sena 380 wK, ħalliet miktub li f’Najn daħlet fid-dar tal-armla li l-Insara tal-post kienu biddluha fi knisja ċkejkna. Nafu mill-iskavi li saru li fi żmien il-kruċjati, jiġifieri fis-seklu ħdax jew tnax, inbniet knisja kbira li din iġġarrfet meta l-Kruċjati ħallew l-Art Imqaddsa. Imbagħad għal mijiet ta’ snin il-post ġie mirbuħ millGħarab li użaw xi fdalijiet mill-knisja l-imwaqqgħa u bnew moskea. Fl-1660 patri Franċiż ħallielna miktub kif meta wera x-xewqa li jidħol fir-raħal biex iżur il-post, innies daru miegħu bħal-leopardi u hu beża’ jidħol u telaq ’l hemm. Biss milli jidher is-sitwazzjoni nbidlet maż-żmien u fl-1880 il-Franġiskani xtraw il-biċċa art fejn kien hemm il-knisja l-qadima u bl-għajnuna ta’ xi Musulmani fil-qrib bnew knisja rettangolari vera sempliċi. Minn ġewwa l-knisja hija fqira minn kull tiżjin jew arkitettura u fiha biss żewġ kwadri li t-tnejn li huma juru l-miraklu tat-tfajjel imqajjem millmewt. Billi preżentement m’hemmx Insara f’Najn, il-knisja ġeneralment tkun imsakkra u ċ-ċavetta tinsab għand il-patrijiet Franġiskani ta’ fuq il-Muntanja Tabor li kif għedna mhix daqshekk ’il bogħod minn Najn. It-tiftix arkeoloġiku riċenti madwar il-belt ikkonferma dak li bosta studjużi kienu ilhom isostnu,

jiġifieri li Najn ma kellha ebda swar jew ħajt imdawwar magħha bħala mezz ta’ difiża. Dan allura jeskludi l-fatt li Najn kellha mina jew bieb biex tidħol ġewwa fiha. Din l-iskoperta tikkontradixxi xi ftit l-evanġelista li jsostni li l-miraklu seħħ ħdejn il-bieb tal-belt. Jista’ jkun li l-evanġelista tfixkel u ħaseb li l-irħula kollha Lhud kellhom bieb jew mina. Studjużi oħra jgħidu sempliċiment li l-miraklu seħħ bejn żewġ ħitan kbar u għoljin jixbhu lill-bieb. Hu x’inhu, dan hu dettall wisq żgħir biex ibiddel l-essenza u l-messaġġ tal-istorja u t-tagħlima l-kbira tal-imħabba u l-kompassjoni li Ġesù għandu lejn il-bniedem li qed ibati.

KANA

NAJN

MAGDALA

ĠERIKO TIMNA BETANJA

MASADA

27


Riżorsi

MIL-LIBRERIJA

Karmenu Borg

Faith in Fakes: Travels in Hyperreality – Umberto Eco Wieħed mill-akbar pjaċiri li nieħu personalment huwa meta naqra xi kitba tal-awtur u filosofu Taljan Umberto Eco. Forsi bosta semgħu ismu mill-ktieb Il Nome della Rosa li fis-snin tmenin kien sar film b’Sean Connery bħala l-attur prinċipali. Iżda maż-żmien Eco ppubblika numru ta’ kotba li fl-opinjoni tiegħi huma minjiera ta’ tagħrif dwar suġġetti oskuri mħallta b’sens ta’ umoriżmu u frażijiet li f’moħħok ipoġġulek bħal stampa ċara. Ngħid għalija l-favorit huwa Il Penodolo di Foucault, ġrajja f’forma ta’ rumanz li turi r-ridikulaġni tal-famużi teoriji ta’ kospirazzjonijiet li llum saru tant popolari speċjalment fuq l-internet.

Iżda fil-librerija tagħna għandna volum ta’ dan l-awtur jismu Faith in Fakes: Travels in Hyperreality. Huwa ġabra ta’ kitbiet f’forma ta’ essays li Eco kkompona bejn nofs is-snin sebgħin u nofs is-snin disgħin. Hawnhekk naraw kummentarji dwar l-ossessjoni fuq il-kultura Amerikana, il-proliferazzjoni ta’ setet u l-ossessjoni fuq dak li Eco jsejjaħlu l-Medju Evu l-ġdid. Essenzjalment Eco joffri kritika tad-dinja ta’ madwaru b’kummentarji li xi wħud jidhru li llum għadda żmienhom bħal meta jitkellem fuq il-Brigate Rosse u l-Gwerra l-Bierda, affarijiet

iżda li min għandu ’l fuq minn erbgħin sena jiftakarhom iseħħu. Forsi wieħed mill-aktar kummenti memorabbli f’dan il-ktieb huwa dwar San Tumas ta’ Akwinu meta jgħid li l-akbar inġustizzja li qatt saret ma’ San Tumas t’Akwinu kienet meta ġie ddikjarat qaddis. Dan għaliex il-kobor ta’ Akwinu bħala t-teologu u l-filosofu li ta sisien hekk qawwija fil-mod kif il-Punent jaħseb u jemmen, ġie oskurat minn San Tumas il-qaddis li jagħmel il-mirakli u jedifikana bi ħwejjeġ straordinarji. Din il-kwotazzjoni tiġbor fiha dak kollu li Eco jrid iwassal, essenzjalment it-tiftix tal-verità lil hinn mil-leġġendi u l-ħrejjef.

A HISTORY OF PHILOSOPHY – FREDERICK COPLESTON U la qegħdin fl-isfond tal-filosofija, insemmi d-disa’ volumi ta Frederick Copleston, A History of Philosophy. F’din il-kollezzjoni ssib l-istorja talFilosofija Oċċidentali, mill-bidu nett sas-seklu għoxrin. Personalment għoġobni ħafna l-volum li jitkellem dwar il-filosofi Ġermaniżi tas-seklu dsatax.

Id-deskrizzjonijiet li Copleston jagħti ta’ Ficthe u sħabu l-filosofi Romantiċi, u speċjalment tal-filosofu preferit tiegħi Nietzsche, huma imprezzabbli. Barra dawn il-volumi, Copleston kien ħareġ ukoll volum dwar il-filosofija Russa. Hawnhekk naraw diskussjoni interessanti dwar il-filosofi li ħarġu

minn dan il-pajjiż li darba Winston Churchill kien iddeskrivieh bħala ‘An enigma wrapped in a riddle’. Dik li tissejjaħ ir-ruħ Russa toħroġ millħidmiet ta’ dawn il-ħassieba mibnija mir-reliġjon Ortodossa u l-laqgħa tal-kultura Russa Ortodossa mal-ħsieb tal-Punent.

Christianity meets Modern Pagans – Peter Kreeft U l-aħħar ktieb li sejjer niddeskrivi huwa Christianity meets Modern Pagans ta’ Peter Kreeft. Kreeft hu filosofu Kattoliku Amerikan li minn xogħlu jidher li huwa influwenzat millkitba u l-ħsieb ta’ San Tumas t’Akwinu. Iżda f’dan il-ktieb huwa jieħu l-kitbiet ta’ Blaise Pascal, speċjalment il-famużi Pensées (ħsibijiet), u jużahom bħala 28

apoloġija għall-fidi Kattolika. Pascal kien xjenzjat magħruf li kien kiteb ftit ħsibijiet dwar il-fidi Nisranija miġbura fl-hekk imsejħa Pensées. Kreeft jispjegahom u jadattahom. Naħseb li bħala introduzzjoni għall-filosofija, speċjalment għal min bħali huwa novizz f’dan is-suġġett, dan il-ktieb jaf ikun bidu tajjeb.

Għal aktar informazzjoni żur

www.sdclibrary.org


ĊENTRU TAR-RIŻORSI

Albert Mercieca SEGRETARJAT GĦALL-KATEKEŻI, L-ISTITUT KATTOLIKU, FURJANA

THE LION, THE WITCH & THE WARDROBE EPISCOPAL MEDIA CENTRE, 2003

Immaġina li sibt passaġġ sigriet li jwasslek f’art ’il bogħod – art mimlija misteri u fantasija. Din il-fantasija ssir avventura fantastika f’dan il-film – l-ewwel mill-ħrejjef ta’ C. S. Lewis. Erbat itfal jgħaddu minn gwardarobba u jiskopru r-renju ta’ Narnia, art fejn l-annimali jitkellmu u bi kreaturi mitoloġici. Iżda seħer ta’ saħħara tefa’ lil Narnia f’xitwa eterna. Bil-biża’ li profezija antika kienet se titwettaq u li dawk it-tfal kienu l-magħżula ta’ Narnia, is-saħħara tidħaq b’ħuhom iż-żgħir biex jittradixxi l-familja tiegħu. Issa, Aslan, iljun nobbli u r-re tal-foresta, hu seta’ jgħinhom jirbħu lis-saħħara, iġibu lura r-rebbiegħa lejn Narnia u jiksbu d-dritt tagħhom għat-tron. (DVD – 00062)  95 MINUTA

Ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru tar-Riżorsi tas-Segretarjat għall-Katekeżi

A WALK TO REMEMBER

OF GODS AND MEN

UNCONDITIONAL

Storja bbażata fuq il-ħajja talpatrijiet Ċisterċensi ta’ Tibhirine fl-Alġerija mis-sena 1993 sa ma kienu maħtufa fl-1996. L-istorja tiżvolġi madwar tmien patrijiet Insara Franċiżi li kienu jgħixu f’armonija sħiħa ma’ ħuthom Misilmin. Meta mument minnhom xi ħaddiema barranin kienu mmassakrati minn fundamentalisti Iżlamiċi, il-biża’ nxterdet ma’ dawk l-inħawi. L-armata offriet il-protezzjoni lil dawn il-patrijiiet, iżda huma rrifjutaw. Jitilqu minn hemm jew le? Għalkemm kuljum l-inkwiet kien qed jiżdied, bdew jindunaw li ma kellhom l-ebda għażla oħra għajr li jibqgħu hemm... jiġri x’jiġri.

Samantha Crawford tgħix ħajja tal-istejjer: miżżewġa u kuntenta, tgħix f’razzett fejn iżżomm iż-żiemel favorit tagħha, u l-istejjer li kienet tisma’ u tpinġi sa minn meta kienet għadha tifla kienu ppubblikati b’suċċess. Meta r-raġel tagħha jinqatel f’att ta’ vjolenza, Sam titlef kull ħajra li tgħix. Iżda laqgħa ma’ żewġt itfal f’waqt diffiċli ta’ mewt, twassalha biex terġa’ tingħaqad ma’ ħabib antik tagħha. Ibbażat fuq ġrajjiet veri.

SONY, 2011

WARNER BROS, 2001

Jamie kienet il-persuna l-aktar improbabbli li Landon kien ser jasal ikellem. Bint ministru Baptist, serja, konservattiva u kalma – u ma kien jimpurtaha minn xejn. Landon, l-oppost. Bla kont, buruż, bla pjan għall-ġejjieni u bla fiduċja fih innifsu. B’kastig għal ċajta li Landon għamel lil student ġdid, kien mogħti li jgħallem student żgħir u jieħu sehem fir-reċta tal-iskola. Biż-żufjett ta’ sħabu u kontra x-xewqa ta’ Jamie, sar iħobb lil bint il-ministru. Flimkien sabu l-mument biex jesperimentaw fuq dak kollu li kienu jemmnu fih, fuq kollox il-qawwa tal-imħabba u l-fidi biex tbiddel u tagħmel il-ħajja ta’ min li tgħixha.

AUTHENTIC, 2013

( DVD - 00737)  92 MINUTA

(DVD – 00252)  123 MINUTA (DVD – 00738)  102 MINUTI

OTTUBRU-MEJJU FILGĦODU FILGĦAXIJA

It-Tnejn 9:00 - 12:00 Magħluq

ĠUNJU-SETTEMBRU FILGĦODU 9:00 - 12:00 FILGĦAXIJA Magħluq

It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis Il-Ġimgħa 9:00 - 12:00 9:00 - 12:00 Magħluq 9:00 - 12:00 17:30 - 19:30 Magħluq 17:30 - 19:30 Magħluq Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq Magħluq Magħluq

9:00 - 12:00 Magħluq


Magazin bil-Malti għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti Għal aktar informazzjoni ibagħtulna email fuq gwida@sdcmuseum.org

www.facebook.com/xehda


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.