Xehda Għasel

Page 1

MARAPR 2016

LECRAE MOORE

“Jekk tidħol int kollha jitilqu!”

Intervista ma’ Bro. Jethro

Mużika Moderna tax-Xjuħ Ir-rivoluzzjoni mużikali ta’ Ziggy Stardust

L-Iskarsezza tal-Ilma

L-akbar problema ta’ għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi


David Bowie (1947-2016)

PRODUZZJONI SOCJETA TAD‑DUTTRINA NISRANIJA ‑ M.U.S.E.U.M. ALAN BONELLO  KURT MICELI  KONTRIBUTURI ROBERT ALOISIO  BERTRAM PORTELLI  KAROL DeBONO  MARK CARUANA  WARREN BUSUTTIL  CHRISTIAN BORG JEAN PAUL PARASCANDOLO  DARREL PACE  DANIEL MICALLEF  ANDREW BORG  NOEL VASSALLO  FRANKLIN BALZAN  NEIL AQUILINA  MARIA CACHIA  ADRIAN VELLA DISTRIBUZZJONI ROBERT MICALLEF  QARI TAL‑PROVI STEVEN MIFSUD

EDITURI JOSEPH BONNICI


F’din il‑ħarġa: Ftit ilu ltqajt ma’ xi ħadd li ġiet f’idejh kopja ta’ dan il-magazin u qalli kemm baqa’ impressjonat bih. Mhux talli għandu dehra li tiġbed imma fuq kollox irrimarkali kemm hu interessanti l-kontenut li ssib fih. Dan ma jiġix mix-xejn. Il-kontributuri kollha jagħmlu l-almu tagħhom biex, ħarġa wara l-oħra, jiktbu artikli li jinteressaw lilkom il-qarrejja. Wara li l-artikli jinkitbu, hemm tim sħiħ ta’ nies li jaqraw il-kontenut, jagħmlu xi bidliet fihom u mbagħad fl-aħħar jiġi ddisinjat sabiex jasal għandkom magazin talogħla kwalità. Madankollu jifdal biċċa xogħol oħra hekk kif joħroġ dan il-magazin, u din il-biċċa xogħol ma nistgħux nagħmluha aħna daqskemm tistgħu tagħmlu intom il-qarrejja ta’ Xehda Għasel. Xerrdu l-kelma. Uruh lil sħabkom. Ħafna jgħidu li ż-żgħażagħ tal-lum ma jħobbux jaqraw jew li m’għandhom kultura ta’ xejn. Uruhom li mhux vera. Uruhom li tħobbu taqraw! Imma mhux lesti li taqraw kollox. Tridu taqraw affarijiet interessanti u tridu magazin ta’ vera! Idħlu fil-paġna tagħna ta' Facebook u għidulna x’tixtiequ ssibu fil-ħarġiet li jmiss: artikli li tixtiequ ssibu, nies li tixtiequ taqraw dwarhom, passatempi li għandkom, websajts u logħob li tiltaqgħu magħhom, u l-bqija. Iktbulna ħalli tassew Xehda Għasel ikun il-magazin tagħkom. Il-paċi magħkom. ✖

LECRAE MOORE

2

IS-SUNETTI

4

“JEKK TIDĦOL INT, KOLLHA JITILQU!”

6

TA’ MIN HUMA?

9

ROBERT BADEN-POWELL

10

MINN HAWN U MINN HEMM

13

L-ISKARSEZZA TAL-ILMA

18

MUŻIKA MODERNA 20 TAX‑XJUĦ IT‑TIELET KMANDAMENT

22

DAK IL-BASKET ITQAL MINNEK!

25

DAWL TAD-DINJA

26

IR-RIVOLUZZJONI TAL-1917 FIR-RUSSJA 28

Poster UFFICCJU DISTRIBUZZJONI

GRAFIKA STAMPA

Blata l‑Bajda

VERITASPRESS Ħaż‑Żabbar

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS‑SOCJETA TAD‑DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL‑MARSA ABBONAMENT REGOLARI: €9 ABBONAMENT BIL‑POSTA: €12 PREZZ TA’ KOPJA: €2

www.facebook.com/xehda


LECRAE MOORE

y warren BUSUTTIL

Meta Lecrae kien għadu tifel żgħir, ġie abbandunat minn missieru u ommu. Nistgħu ngħidu li t‑trobbija tiegħu ħadha mingħand in‑nanna tiegħu li lilha kien jagħtiha kedda waħda wara l‑oħra. “F’ħajti ġġelidt biex jiena nagħti sens lil ħajti. Meta kont inħares lejn missieri kont ninduna li qatt ma kont se nkun l‑idolu tiegħu. L‑idolu tiegħu kien id‑droga, u kien jippreferiha iktar mit‑tifel uniku tiegħu”, hekk kien stqarr Lecrae Moore.

2   MARZU/APRIL 2016


Hu u jikber, iz‑zijiet tiegħu saru l‑idoli tiegħu. Kienu għadhom żgħar fl‑età. Iżda ta’ età żgħira kienu jafu t‑taħwid kollu li tista’ tobsor f’gangs u fit‑toroq. Lecrae xtaq li huwa jkun membru f’gang u allura tħabbeb ħafna ma’ sħab iz‑zijiet tiegħu. Iżda x‑xewqat tiegħu ma waslux sa hemm… ried li jkollu t‑tattoos li kellhom huma, xtaq li jżomm fuqu armi tan‑nar bħalhom, xtaq li jkun raġel li jbeżża’ lil dawk ta’ madwaru, raġel ta’ poter. Imma ta’ età żgħira huwa beda jinduna li kien hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajtu. Fittex li jkun dejjem kuntent imma fil‑poter, pjaċir, affarijiet li kien jixtri. Iżda dejjem baqa’ bħal donnu mingħajr kwiet ta’ xejn. Fl‑età ta’ sittax‑il sena sab ruħu fl‑inkwiet! Lejl minnhom il‑pulizija qabduh b’pussess ta’ droga. Arrestawh u żammewh maqful f’karozza tal‑pulizija jistenna li jiġi msakkar f’xi ħabs. Is‑surġent li arrestah mar ifittex fil‑karozza ta’ Lecrae biex jara xi jsib bħala evidenza. Imma dak li sab ħallieh bla kliem. Fil‑karozza tiegħu jsib Bibbja! Lecrae kien dejjem iżomm Bibbja miegħu bħala lucky‑charm. Xħin mar lura miblugħ talab spjegazzjoni ta’ dak li sab. Is‑surġent qallu, “Illum se neħilsek taħt kundizzjoni. Mur id‑dar, aqra dan il‑ktieb u ibda għixu.” Iżda ma tantx żammha kelmtu. Xħin wasal lura d‑dar ħieles, Lecrae qatta’ l‑Bibbja li kellu quddiem nanntu. Lecrae baqa’ għaddej b’din it‑tip ta’ ħajja minkejja t‑twissija li kien ingħata. Iżda darba minnhom sħabu stednuh biex jattendi konferenza mhux tas‑soltu. Ma ħassu komdu xejn għall‑bidu, imma l‑ħsieb li jista’ jiltaqa’

mat‑tfajliet u ma’ sħabu żammu. Iżda darba l‑kelma li kien sema’ laqtitu fil‑laħam il‑ħaj. Moore stqarr, “Huwa tkellem fuq il‑Passjoni ta’ Ġesù b’tant imħabba. Tkellem kif Kristu mgħobbi bis‑salib lejn il‑Golgota kien qiegħed jerfa’ fuq spallejh dak li lili kien tant iħammarli wiċċi u farrakni. Dan kollu għamlu bi mħabba għalija... iżda Hu rebaħ kollox. Rebaħ il‑mard, it‑tbatija u l‑mewt!” Dan il‑ħin stess huwa talab l‑ewwel talba ta’ ħajtu, “Ma rridx li ngħix iktar hekk. Ġesù jiddispjaċini.” U nfaqa’ jibki. Iżda ħajtu ma saritx kollha ward u żahar mal‑ewwel. Kellu ċertu

vojt f’ħajtu li ma setax isib irkaptu tiegħu. Kemm‑il darba talab lil Ġesù l‑għajnuna iżda bħal donnu kollox kien baqa’ sieket. Sakemm darba minnhom għadda mill‑ikbar esperjenza f’ħajtu. Inċident kbir tat‑traffiku! Il‑karozza li kien fiha nqalbet. Daret kemm‑il darba fit‑triq, tfarrket u l‑ħġieġ infaqa’ kollu. Iżda hu ħareġ mill‑karozza qawwi u sħiħ. “Inbdilt b’mod radikali. Indunajt li kont qed ngħix f’ħarba u f’gidba sakemm wasalt għand Ġesù u indunajt li dan kien bniedem

rivoluzzjonarju. Xtaqt li niltaqa’ miegħu. Xtaqt li ngħix miegħu u għalih. Nixtieq li nuri kemm dan huwa Alla li jagħti l‑veru sens.” Lecrae ħadem biex it‑talent tiegħu tal‑mużika u r‑Rap jgħaqqdu ma’ din il‑bidla li seħħet f’ħajtu. “Kont naħseb li Alla u r‑Rap ma jaqbdlux flimkien. Kont naħseb li Alla ma jaħmilx ir‑Rap. Iżda darba minnhom wieħed minn sħabi talabni biex nibda nirreppja fuq Alla. U hekk għamilt dak il‑ħin stess.” Fil‑weekends tiegħu Lecrae jagħmel numru ta’ kunċerti tar‑Rap, iżur il‑morda u jaħdem maż‑żgħażagħ

fl‑isptarijiet u l‑ħabsijiet. Fuq YouTube wieħed jista’ jsib numru ta’ videos tal‑mużika tiegħu tant li Vevo għażel xi diski minn tiegħu biex iżidhom fiċ‑channel ta’ YouTube. Ħajtu nbidlet wara ħafna intoppi u tħarbit. Jistqarr fi ftit kliem: “L‑imħabba li ma sibtx f’missieri, sibtha fir‑relazzjoni tiegħi ma’ Alla li skoprejtu ftit tard. Huwa ħabbni minkejja li kont naħseb li ħadd mhu qed iħobbni. Inħossni ffurtunat li għandi familja kbira li tirbaħ kull kredu, karnaġġjon u kulturi.” 3


Dawk minnkom li jistudjaw il‑letteratura, jafu li l‑kelma ‘sunett’ tirreferi għal għamla partikolari ta’ poeżija li fost karatteristiċi oħra, tkun magħmula minn erbatax‑il vers. Biss, illum se nitkellmu dwar tip ieħor ta’ sunett. Fl‑imgħoddi, aktar mil‑lum, fil‑ħin meta kienet tkun ħierġa l‑vara mill‑knisja f’jum il‑festa, kienu jintefgħu bċejjeċ ta’ karti mill‑kampnari, mill‑gallariji u minn postijiet oħra għolja b’kitba f’għamla ta’ poeżija dwar dik l‑okkażjoni partikolari. Dawn il‑kitbiet kienu jissejħu sunetti. Iżda ta’ min wieħed jgħid li dawn is‑sunetti ma kinux jinkitbu biss għall‑festi tal‑parroċċi tagħna.

is‑sunetti

y bertram PORTELLI

4   MARZU/APRIL 2016


X’inhuma s‑sunetti? Ħa mmorru lura għal drawwa li ilha ġejja minn żmien meta l‑Kavallieri tal‑Ordni ta’ San Ġwann kienu f’Malta. Meta xi Gran Mastru kien jieħu l‑pussess tal‑Imdina jew tal‑Birgu, inkella meta f’Malta kien jasal xi personaġġ importanti, kienu jintefgħu dawn is‑sunetti fuq il‑folol li kien ikun hemm preżenti għal dik l‑okkażjoni partikolari. B’mod partikolari sa żmien it‑Tieni Gwerra Dinjija, kienet xi ħaġa komuni f’Malta li meta jkun hemm xi okkażjoni speċjali jew inkella xi festa, kienu jiġu stampati xi karti li fuqhom kien ikun hemm kitba f’għamla ta’ poeżija bl‑għan li tfaħħar lil dak jew dik li f’ġieħu jew ġieħha tkun qed tiġi ċċelebrata l‑okkażjoni. L‑isem tal‑okkażjoni kien jitniżżel fuq il‑karti li fuqhom kien ikun hemm miktuba dawn is‑sunetti. Kienu jsiru diversi kopji ta’ dawn is‑sunetti li huma u jintefgħu mill‑għoli kienu joħolqu ambjent mill‑isbaħ fl‑okkażjoni ċċelebrata. Kif semmejna aktar ’il fuq, bosta drabi, dawn is‑sunetti kienu jitwaddbu minn fuq il‑bejt tal‑knisja, xi bejt għoli ieħor jew gallarija fil‑post fejn tkun qiegħda ssir l‑okkażjoni. Biss, minħabba li fl‑imgħoddi ftit kienu jkunu n‑nies li kienu jafu jiktbu u jaqraw, dawn is‑sunetti ma tantx kienu jiġu apprezzati u ma tantx kienu jinqraw.

diversi stamperiji u bdiet tiżdied l‑istampa ta’ kotba, gazzetti u l‑bqija. Minn dak iż‑żmien ’il quddiem, is‑sunetti wkoll żdiedu bil‑kbir. L‑aktar popolari kienu dawk tal‑festi, tal‑okkażjonijiet tal‑bliet u l‑irħula, inkella sunetti ta’ xi okkażjoni speċjali għall‑parroċċa. Iżda l‑kitba tas‑sunetti ma kinitx limitata biss għall‑okkażjonijiet tal‑Knisja. Bħala eżempju ta’ dan nistgħu nsemmu l‑fatt li qabel ma t‑Teatru Rjal iġġarraf fil‑gwerra, ta’ spiss kienu jitqassmu sunetti ta’ tifħir għal tenur, sopran jew xi kantanti famużi. Drabi oħra, is‑sunetti kienu jintużaw ukoll bħala kritika jew protesta.

L‑aktar perjodu popolari tas‑sunetti kien mill‑aħħar terz tas‑seklu dsatax sas‑snin tletin tas‑seklu għoxrin, l‑aktar fil‑bliet u l‑irħula l‑antiki fejn hemm il‑festi u l‑fratellanzi bi tradizzjoni twila. F’okkażjonijiet speċjali, dawn is‑sunetti kienu jitqassmu minflok jitwaddbu u xi drabi kienu jkunu wkoll stampati fuq drapp bħas‑satin biex jinżammu bħala tifkira tal‑okkażjoni partikolari. F’xi djar antiki wieħed għadu jista’ jsib xi sunetti li kienu tqassmu fl‑imgħoddi. Dawn is‑sunetti jservu biex inkunu nistgħu nifhmu aħjar l‑iżvilupp tal‑letteratura u tad‑drawwiet folkloristiċi f’dan il‑perjodu partikolari tal‑istorja.

L‑Ingliżi f’Malta Is‑sunetti ħadu spinta ’l quddiem meta l‑Ingliżi ġew f’Malta u neħħew iċ‑ċensura li kien hemm fuq l‑istampa. B’riżultat ta’ din id‑deċiżjoni, bdew jinfetħu 5


Ftit mistoqsijiet

ta’ malajr:

» Età: 29 sena » Ikel favorit: Pizza » Sport favorit: Sport ma nsegwix, imma nipprova nagħmel jogging regolari, u kultant nilgħab xi logħba futbol » Kanzunetta favorita: Man in the Mirror ta’ Michael Jackson… il‑lyrics jogħġbuni ħafna » Grupp mużikali favorit: Queen ‑ aktar milli l‑membri tal‑grupp, li jogħġobni fil‑Queen huwa l‑livell għoli ta’ mużika » Ktieb favorit: The Screwtape Letters ta’ C.S. Lewis » Iddoqq xi strument? Kitarra, vjolin u pjanu

“ Jekk tidħol int, kollha jitilqu! ”

y jean paul PARASCANDALO

Bro. Jethro Bajada fejn kien 14‑il sena ilu? Min kien? X’kien jagħmel? Ta’ 15‑il sena kont fl‑aħħar sena tal‑iskola sekondarja. Żmien sabiħ ta’ ħafna ħolm u fl‑istess ħin ħafna inċertezza. Kont fuq ruħi, kummidjant u xi ftit imqareb, imma fl‑istess ħin ubbidjenti. Kellek xi esperjenzi partikolari li wassluk għad‑deċiżjoni li ħadt biex tidħol mal‑Kapuċċini? Jien kont dejjem viċin il‑Patrijiet Kapuċċini, però nemmen li kienet esperjenza ta’ pellegrinaġġ ta’ talb li kont mort fl‑2005, fejn skoprejt b’mod ġdid kemm hija sabiħa l‑ħajja tat‑talb u kif din taffettwa l‑ħajja ta’ kuljum. 6   MARZU/APRIL 2016

Kif għażilt l‑Ordni Kapuċċin? Minn fejn beda l‑kuntatt mal‑Kapuċċini? Nista’ ngħid li sa minn meta kont żgħir kont viċin il‑Kapuċċini; abbatini, ċentru taż‑żgħażagħ, quddies tal‑Ħadd, u għalhekk meta bdejt naħseb bis‑serjetà biex nidħol patri kienu l‑Kapuċċini fejn fittixt. Imbagħad wara żmien ta’ talb u riflessjoni għaraft li din kienet verament it‑triq għalija.

Kif ħaduha l‑membri tal‑familja u l‑ħbieb, meta raw din il‑bidla f’ħajtek? Tajjeb ħafna, speċjalment meta rawni li qed immur quddies kuljum, nitlob u nipprova ngħix ħajja tajba. Naħseb li sħabi kienu aktar sorpriżi minn tal‑familja. Aktar u aktar meta bdejt nitkellem ma’ sħabi li qed naħseb biex nidħol patri. Kienu jgħiduli: “Jekk tidħol int, kollha jitilqu!” Naħseb li dan hu frott ta’ kemm ma nafux il‑ħajja fil‑kunvent x’inhi.

San Franġisk, xi jfisser għalik? Għalija San Franġisk huwa eżempju ċar ta’ x’jiġri meta persuna tpoġġi ’l Alla fiċ‑ċentru tal‑ħajja tagħha. Alla fil‑ħajja tal‑bniedem jagħmel affarijiet eċċezzjonali. Ippruvaw u taraw…

X’kienet dik il‑ħaġa li wasslitek tagħmel din il‑bidla, pjuttost drastika? Kif diġà għedt kien pellegrinaġġ ta’ talb. Però ma’ dan inżid il‑figura ta’ patri Kapuċċin li kien ta’ ispirazzjoni kbira għalija. Kien dejjem jgħidli


biex nitlob ħafna għal esperjenza personali ta’ Alla… għalkemm ftit li xejn kont nifhmu, però dan beda jqajjem fija ħafna kurżità. U kienet din il‑kurżità li imbuttatni nieħu ċerti passi. Xi jżommok fil‑vokazzjoni tiegħek? S’issa ilni biss seba’ snin il‑kunvent. Dak li nħoss li żammni fil‑vokazzjoni, u li nemmen li se jżommni fiha għal ħajti kollha, huwa l‑għarfien li din hija s‑sejħa tiegħi. U għalhekk fiha biss nista’ nkun verament kuntent. Jien inħobb nagħti l‑eżempju tal‑furketta; jekk furketta tipprova tkun sikkina tkun frustrata hija stess għax ma tibdiex taqta’, kif ukoll tkun ta’ frustrazzjoni għal min jużaha! Il‑furketta biex tniggeż qiegħda u mhux biex taqta’, u jien twelidt biex inkun patri, u ma nistax inkun xi ħaġa oħra. Kien hemm xi persuni partikolari li ressquk aktar viċin biex sibt l‑iskop ta’ ħajtek? Wara li bdejt nitlob u nistaqsi dwar is‑sejħa tiegħi, kelli bżonn persuni

biex jgħinuni ħalli din is‑sejħa tiċċara f’moħħi u f’qalbi. Dawn kienu d‑direttur spiritwali, kif ukoll il‑grupp tal‑vokazzjonijiet li bdejt niffrekwenta. Xi tfisser il‑mużika għalik? Kif tuża l‑mużika fil‑ vokazzjoni tiegħek? Sa minn meta kont żgħir ħabbejt il‑mużika, għalkemm bdejt nistudja l‑pjanu ta’ 12‑il sena. Il‑mużika llum hija passatemp, kif ukoll dixxiplina għax xorta nipprova nistudja xi

ftit, kif ukoll nikteb xi kanzunetti għall‑quddies. Il‑mużika nużaha biex nanima quddies u adorazzjonijiet, kif ukoll kull fejn ikun hemm bżonn ta’ xi kanzunetta. B’liema mod, liema stil, liema metodu, l‑aktar li tħoss il‑preżenza ta’ Ġesù qribek fit‑talb tiegħek? It‑talb qisu mixja f’post li ftit għandna idea tiegħu... jiġu mumenti fejn it‑talb ikun faċli u mumenti oħra fejn ma nibda nifhem xejn. L‑aktar mod li nsib lili nnifsi nitlob bih u li nemmen li jħalli l‑frott huwa l‑qari tal‑Iskrittura u r‑riflessjoni fuq dak li nkun qrajt. Ir‑riflessjoni hija t‑tiftix ta’ dak li Alla qed jgħidli permezz ta’ dik il‑kelma partikolari. Għalhekk inħobb inżomm djarju fejn nikteb dak li nkun għaddej minnu fit‑talb. Taħseb li tlift affarijiet differenti minn ħajtek, wara li inti dħalt il‑kunvent? Meta kont għadni d‑dar żgur li kelli aktar ħin liberu kemm biex indoqq u naqra, kif ukoll biex niltaqa’ ma’ sħabi. Għalkemm jien konxju ta’ dan, però ma jiddispjaċinix li dħalt il‑kunvent 7


għax il‑ħajja hekk, titlef ħaġa u tirbaħ oħra. Issa li ninsab il‑kunvent inħoss li ggwadanjajt ħafna affarijiet. L‑aktar waħda li ngħożż hija kemm il‑ħajja ta’ patri tlaqqagħni ma’ nies differenti. Mill‑Facebook tidher li tipprova tittrażmetti l‑vokazzjoni tiegħek b’mod frisk. Kemm taħseb li hu importanti għall‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ li jaraw din l‑arja friska? ĦAFNA! Naħseb kollha kemm aħna nħossu li ħafna minn dak li hu qadim, ġeneralment narmuh għal dak li hu aktar modern u relevanti għalina. Fl‑istess ħin mhux il‑qadim kollu ħażin, mhux dak li qed ngħid. Imma nemmen bis‑sħiħ li l‑messaġġ tal‑Evanġelju jeħtieġ li nwassluh bl‑aktar mod attraenti. Il‑messaġġ ta’ Ġesù huwa messaġġ pożittiv u mimli ħajja, u jekk ma noqogħdux attenti u nibqgħu nippreżentawh bil‑mod kif dejjem sar, jidher outdated u ma jiġix milqugħ. U l‑istess il‑ħajja reliġjuża.

8   MARZU/APRIL 2016

Tħoss li n‑nies japprezzaw u jifhmu l‑vokazzjonijiet reliġjużi bħalma qed tħaddan int? Naħseb issib kull tip ta’ nies; dawk li jemmnu fil‑valur tal‑ħajja reliġjuża u oħrajn li jarawha ħela ta’ opportunità. Però fil‑maġġoranza nsib li meta verament jifhmu li l‑ħajja reliġjuża hija bis‑sens daqs kull ħajja oħra, imbagħad ħafna japprezzawha ferm aktar. Kif qegħdin tippreparaw biex bħala komunità tgħixu l‑ispirtu tar‑Randan f’din is‑Sena tal‑Ħniena? Ir‑Randan huwa żmien qawwi ħafna għalina l‑Insara. Aħna nippruvaw ngħixu dak li tistedinna l‑Knisja għalih: sawm, talb u karità. Però, peress li l‑ħajja tagħna diġà tikkonsisti f’talb, sawm u karità, allura l‑aktar li nippruvaw huwa li nagħmlu dak li qegħdin nagħmlu b’aktar impenn. Flimkien ma’ dan kollu se nkunu qed norganizzaw live‑in għaż‑żgħażagħ għal żmien ir‑Randan kif ukoll inkunu attivi f’eżerċizzi diversi.

X’messaġġ tixtieq twassal lill‑qarrejja tagħna? Tieqfu qatt toħolmu... għax min jieqaf joħlom imut. Il‑ħajja hija sabiħa minkejja l‑ħafna diffikultajiet li nsibu ma’ wiċċna. Importanti niftakru li persentaġġ kbir mill‑ħajja nagħmluh aħna. Jekk ta’ kuljum se niekol il‑junk food u ma norqodx biżżejjed, inkun qed nirriskja li ’l quddiem ikolli problemi ta’ saħħa, u jekk bil‑maqlub niekol tajjeb u nistrieħ kemm għandi bżonn, il‑probabbiltà hija li se ngawdi saħħa aħjar. Bl‑istess raġunament inħeġġiġkom biex tinvestu fl‑adolexxenza u ż‑żgħożija tagħkom billi tistudjaw, tqattgħu biżżejjed ħin ma’ tal‑familja u mal‑ħbieb, tinvestu l‑ħin fil‑passatempi u t‑talenti tagħkom ‑ u kif semmejt kemm‑il darba, nitolbu – biex ’il quddiem issibu bagalja mimlija biex tkunu tistgħu tgħixu l‑vokazzjoni differenti tagħkom fl‑aħjar mod possibbli... AWGURI! ✖


ime T Machine y karol paul DE BONO

TA’ MIN HUMA? Qatt ġejtu f’sitwazzjoni fejn taraw xi żewġ persuni jargumentaw fuq xi oġġett jew ħaġ’oħra li jkunu qed jargumentaw fuq ta’ min hi? Forsi xi spazju għall-parking talkarozza, jew xi oġġett ieħor… waqt li t-tnejn ikunu qed jargumentaw, dawn ikunu jafu li bis-sewwa jew bid-dnewwa, xi ħadd minnhom irid iċedi. Hekk ġralhom ir-Renju Unit u l-Arġentina fl-1982, meta l-Arġentina invadiet il-Falkland Islands jew l-Islas Malivans blIspanjol, li kienu jagħmlu parti mirRenju Unit minħabba li huma viċin ħafna tal-Arġentina! Iżda, x’inhi eżatt l-istorja wara dawn il-gżejjer? Il-Falkland Islands huma grupp ta’ gżejjer ċkejkna li jinsabu sewwasew lejn ix-Xlokk tal-Arġentina fl-Oċean Atlantiku. Għal 150 sena, dawn il-gżejjer kienu kolonja Ingliża, jiġifieri bħalma kienet Malta qabel ma ħadna l-Indipendenza fl-1964. Min-naħa tagħha, l-Arġentina dejjem tgħid li dawn il-gżejjer ħadithom bħala wirt mingħand l-Ispanjoli fis-snin 1800. Nhar it-2 ta’ April 1982, l-armata Arġentina invadiet dawn il-gżejjer u fi ftit sigħat ħadet taħt idejha l-kontroll assolut tal-gżejjer. Il-ftit suldati Ingliżi li kien hemm

stazzjonati fuq il-gżejjer, ma setgħu jagħmlu xejn kontra l-qawwa tal-armata Arġentina li kienet waslet fuq ix-xtut talgżejjer, determinata li tieħu u żżomm taħt idejha l-kontroll tagħhom! Il-gvern tal-Arġentina ħaseb li ir-Renju Unit mhux ser joqgħod jiġġieled għal ftit gżejjer żgħar li apparti li kienu jinsabu ’l bogħod mill-Ingilterra, bilkemm kienu jabitaw fihom 1,800 ruħ! Iżda għarralhom! Il-Prim Ministru Ingliż ta’ dak iż-żmien, Margaret Thatcher, sostniet li minkejja li huma ftit, l-abitanti tal-Falklands huma Ingliżi tassew, għalhekk jixirqilhom kull protezzjoni. Kien għalhekk li l-gvern Ingliż bagħat task force biex terġa’ tirbaħ il-gżejjer. Din it-task force kienet tinkludi 28,000 suldat u ‘l fuq minn 100 vapur u vvjaġġat għal iktar minn 8,000 mil, millIngilterra sa dawn il-gżejjer. L-armata Arġentina kellha inqas

minn nofs dawn l-ammonti ta’ suldati u vapuri. Il-gwerra qasira għal dawn il-gżejjer damet biss ftit xhur. Infatti l-Ingliżi reġgħu ħadu kontroll sħiħ tal-gżejjer fl-14 ta’ Ġunju tal-istess sena. Iżda, minkejja dan, ’il fuq minn 1000 suldat, bejn Ingliżi u Arġentini, tilfu ħajjithom. Minn dakinhar ’il quddiem, għalkemm l-Arġentina għadha ssostni li dawn il-gżejjer huma tagħha bi dritt, qatt ma reġa’ nqala’ kunflitt ieħor bħal dan. Fl-2013, il-poplu tal-Falklands ġie msejjaħ biex jipparteċipa f’referendum biex jagħżel jibqax bħala territorju Ingliż jew inkella jgħaddix f’idejn il-gvern tal-Arġentina. 99.8% tal-poplu qabel li jibqgħu taħt l-Ingliżi. L-aħħar kelma… kull kunflitt ikollu konsegwenzi koroh, anki l-iċken nuqqas ta’ ftehim ma’ sħabek jew ma’ xi familjari tiegħek. Allura l-aqwa ħaġa hi li meta jkun hemm dawn id-ddifferenzi nippruvaw insolvuhom bil-kwiet! ✖

9


ROBERT BADEN-

POWELL [1857‑1941] y robert ALOISIO

Robert Baden‑Powell kien Ġeneral Ingliż li l‑ewwel li sar magħruf kien bħala l‑‘Eroj tal‑Assedju ta’ Mafeking’ matul il‑Gwerra tal‑Boeri fl‑Afrika t’Isfel fi tmiem is‑seklu dsatax. Iżda l‑iktar li baqa’ msemmi kien bħala l‑fundatur tal‑moviment tal‑Iscouts u edukatur ta’ ħila. Immaġinazzjoni u avventura Baden‑Powell ried li t‑tfal jitilgħu “ferriħin u ferħanin kemm jista’ jkun”. Fl‑1902 kien qal, “F’din il‑ħajja wieħed irid jieħu gost kemm jista’... għax jekk wieħed ikun ferħan, ikollu l‑qawwa fih li jagħmel lil ta’ madwaru ferħanin. Waħda mill‑innovazzjonijiet tal‑iscouting kienet li jiggwida l‑immaġinazzjoni tat‑tfal u x‑xewqa tagħhom għall‑avventura. Baden‑Powell poġġa enfasi speċjali fuq l‑avventura biex jinkoraġġixxi ż‑żgħażagħ ikabbru l‑esperjenzi tagħhom. Li kien jonqsu kien sistema. Ernest Thompson Seton ipprovdielu 10   MARZU/APRIL 2016

dak li kien ilu jfittex bil‑ktejjeb tiegħu The Birch Bark Roll of the Woodcraft Indians. Seton kien bagħatlu kopja fl‑1906 u Baden‑Powell kien impressjona ruħu ferm bl‑iskema ta’ attivitajiet li Seton kien ivvinta marbuta mal‑ħajja fil‑kamp. Laqtitu wkoll is‑sistema ta’ badges marbuta ma’ attivitajiet varji fil‑kamp li adotta wkoll għalih kif adotta wkoll l‑użu ta’ totem bħal annimal jew għasfur li jidentifika kull scout patrol. “Il‑muftieħ għal edukazzjoni li tirnexxi mhix l‑iktar f’li tgħallem lill‑istudent daqskemm li twasslu li jitgħallem hu nnifsu. Montessori wriet bil‑provi li meta tinkoraġġixxi lit‑tifel fix‑xewqat naturali tiegħu, minflok ma tipprova tgħallmu dak li inti taħseb li għandu jagħmel, inti tkun tista’ tedukah fuq bażi iktar soda u fit‑tul.” Baden‑Powell kien sar japprezza ferm il‑filosofija u l‑metodi tat‑tabiba Taljana Maria Montessori. Kien qara wkoll

diversi kotba ta’ ħafna awturi oħrajn dwar l‑edukazzjoni taż‑żgħażagħ hu u jipprepara għall‑Iscouts. Beda bil‑kitbiet tal‑filosfu Grieg tal‑qedem Epittetu u tal‑istoriku Ruman Titu Livju, u mbagħad għadda għall‑pedagoġisti Pestalozzi u Friedrich Ludwig Jahn. Huwa kien esplora wkoll metodi differenti ta’ kif teduka t‑tfal fi tribujiet Afrikani, studja l‑Bushido tal‑Ġappuniżi u l‑metodi ta’ John Pounds. Kif rajna, għamel ukoll tiegħu ċerti metodi u ideat ta’ William Smith, Ernest Thompson Seton u Dan Beard. “Be prepared” Baden‑Powell ried li l‑iscouters ikollhom il‑ħila “jaqraw il‑karattru u hekk jiġbdu simpatija”. Kien jisħaq fuq “il‑valur tal‑paċenzja u l‑karattru ferrieħi; id‑dover li tagħti minn ħinek u mill‑pjaċir tiegħek biex tgħin lil pajjiżek u lil niesek; u t‑tifsira tal‑motto tagħna ‘Kun preparat’.”


“Iżda meta tiġi biex tgħallem dawn l‑affarijiet malajr se ssib (sakemm m’intix diġà xi anġlu lest) li inti nnifsek għadek titħabat biex tiksibhom. Trid tkun ‘ippreparat’ int stess għad‑diżappunti fil‑bidu, għalkemm se ssib li ħafna drabi dawn jingħelbu minn suċċessi li ma tkunx qed tistenna.

edukattiv ta’ Baden‑Powell flimkien mal‑interess tiegħu fit‑taħriġ ta’ ċittadinanza attiva, l‑enfasi tiegħu fuq il‑karattru, l‑apprezzament tal‑ġmiel tan‑natura, u s‑servizz lill‑oħrajn, kienu jappellaw ħafna għal kapijiet ta’ skola progressivi ta’ żmienu. Ħsibijiet bħal dawn ġew esperimentati wkoll fl‑Indja minn edukaturi bħal Leonard

tar‑reliġjon Nisranija fil‑ħajja ta’ kuljum, u mhux biss nhar ta’ Ħadd.” Fl‑Iscout Promise insibu li l‑Iscout irid iwettaq “dmiru lejn Alla”. Fl‑1926, huwa stqarr li r‑reliġjon hija “fattur fundamentali tal‑iscouting”. Meta darba staqsewh, “fiex tidħol ir‑reliġjon fl‑iscouting?”, weġibhom li “r‑reliġjon m’għandhiex bżonn ‘tidħol’, għax diġà qiegħda ġewwa!

Elmhirst u Rabindranath Tagore. Dawn użaw l‑iscouting u l‑woodcraft biex jedukaw lit‑tfal tal‑irħula jsiru konxji tal‑ambjent naturali li kienu mdawrin bih.

M’hemmx lat reliġjuż tal‑Iscouts u lat li mhuwiex. Kollox hu bbażat fuq ir‑reliġjon, jiġifieri li wieħed jagħraf lil Alla u jaqdih.”

Trid tkun mill‑ewwel ‘ippreparat’ li titlob lit‑tfal jikkonċentraw moħħhom, u jekk it‑tagħlim tiegħek tinkwadrah b’dal‑mod, naħseb ftit ukoll diżappunti. Tistenniex mit‑tfal li joqogħdu wisq attenti fuq suġġett wieħed għal ħin twil ħafna sakemm ma tkunx edukajthom jagħmlu hekk. Trid tiltaqa’ magħhom nofs triq, u ma ttihomx doża ta’ xarba waħda fit‑tul. Iridu jduqu daqsxejn minn waħda, imbagħad daqsxejn minn oħra, u ftit ftit iżżid sakemm issir tazza… Li tagħmel il‑moħħ dispost għar‑rieda huwa wieħed mill‑iktar punti importanti fit‑taħriġ tagħna. Għalhekk kuljum tagħmel tajjeb taħseb minn qabel xi trid tgħid fuq is‑suġġett, u mbagħad toħorġu ftit ftit kuljum, kif jiġi ċ‑ċans – fil‑camp fire, jew fl‑intervalli tal‑logħob u l‑prattika, u mhux f’diskors wieħed twil ippreparat... Biex taħkem lit‑tfal trid issir ħabib tagħhom; imma tgħaġġilx iżżejjed fil‑bidu biex tikseb dil‑ħakma; l‑ewwel iridu jegħlbu l‑mistħija li jkollhom minnek.” Baden‑Powell ma kienx jaħmel it‑tagħlim bl‑amment, li tipprova timbulma l‑informazzjoni f’moħħ iż‑żgħar u tagħtihom ideat astratti li mhumiex prattiċi. Dan l‑approċċ

Il‑Fidi f’Alla Meta ġie biex joħloq l‑Iscouts, Baden‑Powell ried bis‑saħħa li Alla u t‑twemmin Nisrani jkollhom post f’dan il‑moviment. Fi Scouting for Boys kiteb, “Nimmiraw għall‑prattika

Fl‑Ewwel World Scout Jamboree f’Londra tal‑1920, il‑Ġiżwita Franċiż Jacques Sevin, il‑Belġjan Jean Corbisier u l‑Konti Taljan Mario di Carpegna ddeċidew li joħolqu umbrella internazzjonali għall‑Catholic Boy Scouts. Papa Benedittu XV appoġġja din 11


l‑idea u sentejn wara l‑Catholic Boy Scouts mill‑Arġentina, Awstrija, Belġju, Ċilì, Ekwador, Franza, Italja, Lussemburgu, Polonja, Spanja u Ungerija ħolqu din l‑organizzazzjoni. Ir‑regoli tagħha ġew approvati mill‑Papa fl‑istess sena. Fl‑1933, Baden‑Powell kellu udjenza privata ma’ Papa Piju XI li hu wkoll kellu għal qalbu l‑moviment tal‑Iscouts. Papa Franġisku u l‑Iscouts Fit‑13 ta’ Ġunju 2015, mitt elf żagħżugħ tal‑Associazione Guide e Scouts Cattolici Italiani

(AGESCI) imlew Pjazza San Pietru fil‑Vatikan u kellhom laqgħa sabiħa ma’ Papa Franġisku li qal hekk fuq l‑Iscouts Kattoliċi, “Nitlobkom, ibnu l‑pontijiet f’soċjetà li mdorrija ttella’ l‑ħitan! Assoċjazzjonijiet bħal tagħkom huma prezzjużi għall‑Knisja, li l‑Ispirtu s‑Santu joħloq biex jevanġelizza l‑ambjenti u l‑oqsma kollha. Għalhekk jiena ċert li l‑AGESCI tista’ tiġġenera ħeġġa evanġelika friska fil‑Knisja u ħila ġdida għal djalogu mas‑soċjetà”. 12   MARZU/APRIL 2016

Il-Papa qal li l‑iscouting għandu kontribut importanti x’jagħti lill‑familji fl‑edukazzjoni taż‑żgħar u taż‑żgħażagħ. Il‑ġenituri jafdaw lil uliedhom mal‑iscouts Kattoliċi “għax jemmnu fit‑tjubija u l‑għerf tal‑metodu tal‑Iscouts, mibni fuq valuri umani kbar, fuq il‑kuntatt man‑natura, fuq ir‑reliġjożità u l‑fidi f’Alla, metodu li eduka l‑persuni biex ikunu liberi u responsabbli… Il‑familji jafdaw lill‑Iscouts, tiddiżappuntawhomx, la lilhom u lanqas lill‑Knisja! Nittama li tibqgħu tħossukom parti mill‑komunità kbira Nisranija”.

Franġisku faħħar lill‑Iscouts għal “sessjonijiet ta’ taħriġ għall‑Iscout leaders fuq il‑Bibbja, billi jużaw metodi ġodda billi jqabblu l‑esperjenzi tal‑ħajja mal‑Messaġġ tal‑Vanġelu.” “Nifirħilkom għal dawn l‑inizjattivi kbar u nispera li dawn ma jkunux biss mumenti sporadiċi iżda huma parti minn programm kostanti u mifrux ta’ taħriġ li jidħol fil‑fond fit‑tessut tal‑assoċjazzjoni biex hekk il‑Vanġelu jkun jista’ jgħaddi u

jġib bidla fil‑ħajja.” “Tikkuntentawx ruħkom, għalhekk, li tkunu sempliċiment preżenza dekorattivi nhar ta’ Ħadd u fl‑okkażjonijiet il‑kbar”. “L‑Iscouts Kattoliċi huma fost l‑iktar li jinvestu fil‑qasam tal‑ispiritwalità u l‑edukazzjoni fil‑fidi. Iżda jonqos ħafna xi jsir biex il‑leaders kollha jifhmu l‑importanza ta’ dan u jagħmlu l‑aqwa minnu.” Baden‑Powell u Malta Bir‑rabtiet antiki li Baden‑Powell kellu ma’ Malta u l‑ħafna ħbieb Maltin li kellu, kien minn ewl id‑dinja li The Scout Association of Malta tkun l‑ewwel fergħa barranija tal‑British Association. Kien biss ftit wara l‑kamp storiku ta’ Brownsea Island ta’ Awwissu 1907 li l‑Iscouts bdew ukoll f’Malta. L‑Assoċjazzjoni Maltija applikat biex tkun membru ta’ dik Brittanika fid‑9 ta’ Novembru 1908 u ġiet uffiċjalment aċċettata sena wara. Baden‑Powell żar Malta f’diversi okkażjonijiet u l‑Iscouts Maltin kienu għal qalbu ħafna, tant li sakemm dam ħaj kitbilhom spiss u kien ifaħħar “il‑progress fl‑effiċjenza u fl‑ispirtu tal‑Boy Scouts f’Malta”. Huwa baqa’ jżur diversi drabi Malta u biċċa mill‑qamar il‑għasel tiegħu ma’ Lady Olave qattgħu wkoll fil‑gżejjer tagħna. Proprju ftit qabel miet, fil‑21 ta’ Lulju 1940, Baden‑Powell kiteb dik li probabbilment kienet l‑aħħar ittra li kiteb. Minn Paxtu fil‑Kenja, huwa kiteb hekk lill‑Iscouts Maltin: “Nifraħ lill‑ħbieb antiki tiegħi, il‑Maltin għall‑mod kuraġġuż li bih sfidaw l‑ibbumbardjar infernali tat‑Taljani... Għandhom l‑ispirtu tal‑qlubija u tal‑paċenzja li jgħinhom jiffaċċjaw il‑periklu bi tbissima u jaslu għal tmiem rebbieħ…”


minn hawn

u minn hemm

Manuel Neuer

y NEIL aquilina

Schalke 04 u Bayern Munich… dawn huma ż‑żewġ klabbs li s’issa l‑gowlkiper famuż Ġermaniż Manuel Neuer lagħab magħom fil‑karriera kalċistika tiegħu. Dawk minnkom dilettanti tal‑futbol smajtu b’dan il‑gowlkiper, twil, kwiet, u li ilu għal dawn l‑aħħar ħames snin jieħu ħsieb il‑lasta tat‑tim famuż Ġermaniż Bayern Munich u anke tat‑tim Nazzjonali Ġermaniż.

Tazza Ġermaniża (darbtejn ma’ Bayern Munich u darba ma’ Schalke 04) Super Cup Ġermaniża UEFA Champions League UEFA Super Cup FIFA Club World Cup, dawn kollha ma’ Bayern Munich

Għandu wkoll l‑unur ta’ Rebbieħ tat‑Tazza tad‑Dinja mat‑tim Ġermaniż fl‑2014.

Fil‑fatt fl‑2011 hu kkompeta fi program televiżiv Wer wird Millionär? (Who wants to be a millionaire?) u rebaħ €500,000 li tahom kollha għall‑karità.

Tul il‑karriera tiegħu Neuer, li għandu 30 sena, rebaħ dawn l‑unuri: Bundesliga (tliet darbiet ma’ Bayern Munich)

Neuer huwa Nisrani Kattoliku u jgħin ħafna lill‑organizzazzjoni tal‑Knisja f’Gelsenkirchen (il‑belt fejn twieled u trabba) li taħdem kontra l‑faqar tat‑tfal

Tajjeb li jekk għall‑inqas lil Neuer mhux se nixbhuh fil‑karriera kalċistika tiegħu, nistgħu nixbhuh b’xi mod fl‑imħabba u l‑karità lejn l‑oħrajn.

fil‑Ġermanja. Tant għandu għal qalbu din il‑missjoni, jiġifieri li jnaqqas il‑faqar tat‑tfal, li waqqaf il‑Fondazzjoni Manuel Neuer għat‑Tfal li proprju tiġbor fondi b’dan l‑iskop.

13


Manuel

Neuer



minn hawn u minn hemm y adrian VELLA y adrian VELLA

y NEIL aquilina

Fajjarlu daqqtejn! Min jaf kemm-il darba użajna jew smajna l-espressjoni “Fajjarlu daqqtejn”. Ilverb fajjar hu verament interessanti. Żgur li qatt ma jgħaddilek minn moħħok li dan il-verb ġej mill-kelma Ingliża fire. Bir-raġun tistaqsi, x’għandu x’jaqsam in-nar ma’ li tagħti daqqtejn tajba?

Naħseb ġieli smajtu b’Guitar Hero u Rock Band. Amplitude hija simili tagħhom fejn inti tieħu post id‑DJ u ddoqq id‑diski skont in‑noti li jkun imiss. Fiha diversi livelli ta’ diffikultà u l‑mużika li ddoqq hija ħafna differenti minn Guitar Hero u Rock Band. Fil‑fatt il‑mużika hija kollha elettronika, bħal Dub‑Step, Techno, Dance, eċċ. Għandek l‑opportunità wkoll li tirranġa l‑mużika kif trid inti (mix) u tista’ tingħaqad ma’ plejers oħrajn onlajn biex iddoqqu t‑tracks flimkien u jkollkom il‑bonuses. Mela jekk tħobb il‑logħob u l‑mużika moderna, din żgur li hija logħba għalik u għal sħabek!

Meta Malta kienet għadha taħt il-ħakma Ingliża, is-suldati Ingliżi spiss kienu jitħarrġu biex ikunu dejjem lesti f’każ

ta’ gwerra. Bħala parti mittaħriġ tagħhom spiss kien ikollhom jisparaw xi kanun jew xi arma tan-nar. Dak li kien jagħti l-ordni kien jerfa’ idu, jiftaħ ħanġra daqsiex u jgħajjat “Fire” u mal-kelma jniżżel idu b'saħħa bħala sinjal biex jisparaw. Il-Maltin maż-żmien osservaw dan ilġest tas-suldati u applikawh għal meta xi ħadd ifajjar xi daqqa lil ħaddieħor. Tiskanta kif aħna l-Maltin kapaċi nibdlu t-tifsir tal-kliem!

il-mistoqsija oħt il-għerf

X’għandi nikteb, xama’ jew xemgħa? Wisq probabbli intom u taqraw ġieli rajtu ż-żewġ verżjonijiet miktubin. Fil-fatt it-tnejn huma tajbin iżda għalkemm jinstemgħu l-istess ma għandhomx l-istess tifsira. Il-kelma xama’ tirreferi għal materja prima li tiġi magħmula min-naħal. Dik li bl-Ingliż tissejjaħ “wax”. Hekk aħna ngħidu: In-naħal jipproduċi l-għasel u x-xama’. Il-kelma xemgħa tirreferi għall-oġġett magħmul biex idawwal mill-istess xama’. Dik li bl-Ingliż tissejjaħ “Candle”. Hekk aħna ngħidu: Is-sagristan xegħel ix-xemgħa ta’ fuq l-artal.

16   MARZU/APRIL 2016


y FRANKLIN balzan

Lazz jinqafel

waħdu

Sintendi, meta jkollok saqajk fiż‑żarbun jista’ jkun li l‑lazz ikun issikkat jew maħlul wisq u allura ser ikun hemm buttuni mal‑ġenb tas‑slipper li minnhom tkun tista’ tissettja kemm tixtieq il‑lazz issikkat. Huwa maħsub li l‑ewwel slippers b’din it‑teknoloġija ser ikunu fuq is‑suq fis‑sajf li ġej, għalkemm il‑prezz tagħhom għadu mhux magħruf.

X’innovazzjoni jista’ wieħed jistenna f’żarbun? Forsi nistgħu nimmaġinaw nies itiru permezz ta’ jets fiż‑żraben tagħhom jew żraben li jittajru fl‑arja, imma ma hemmx għalfejn inħallu l‑immaġinazzjoni tiġri tant bina meta r‑realtà hija tant differenti. Il‑kumpanija tan‑Nike ħarġet b’idea ġdida li twaħħal f’mudelli tas‑slippers tagħha dak li hi qed isejjaħ HyperAdapt Nike 1.0. Din is‑sistema se tkun l‑ewwel żarbun reali li jimplimenta lazz b’teknoloġija adattiva u li awtomatikament xħin iddaħħal saqajk fiż‑żarbun, is‑slipper jissikka ma’ saqajk.

Din it‑teknoloġija ser tkun qed taħdem permezz ta’ sensors li ser ikunu preżenti fil‑qiegħ taż‑żarbun u li meta jintmissu, jagħtu sinjal biex il‑lazz jissikka.

In‑Nike għadhom qegħdin jistudjaw avvanzi f’din it‑teknoloġija bil‑għan li fi prodotti futuri s‑sensors ikunu kapaċi jifhmu aħjar il‑bżonnijiet tas‑sieq u jaddattaw it‑tensjoni fil‑lazz skont il‑bżonn.

Qisek ċaqlembuta Qatt xi ħadd qallek, “Oqgħod daqsxejn kwiet, qisek ċaqlembuta”? Il-kelma ċaqlembuta tintuża għal xi ħadd li m’għandux kwiet f’ġismu fejn il-ħin kollu jitbandal u jiċċaqlaq. Tista’ tintuża wkoll għal xi oġġett li ma jkunx sod bħal ngħidu aħna jkun hemm siġġu li jkun jitbandal u nirreferu għalih billi ngħidu, “Dan is-siġġu qisu ċaqlembuta”.

Iżda x’inhi eżatt iċ-ċaqlembuta? Din hija logħba fejn żewġt itfal ipoġġu fit-truf ta’ tavla talinjam u jgħollu lil xulxin bil-piż tagħhom. Bl-Ingliż din tissejjaħ ”See Saw”.

17


L‑iskarsezza tal‑ilma y christian BORG

Il‑klima Mediterranja hija kkaratterizzata minn sajf sħun u xott ħafna, u xitwa li mhix kiesħa esaġerata. F’dawn l‑aħħar xhur ġejna aktar konxji kemm f’Malta qed inbatu minn skarsezza kbira ta’ ilma hekk kif kellna xahrejn mill‑aktar xotti f’dawn l‑aħħar snin. L‑iskarsezza tal‑ilma mhix biss problema ta’ Malta imma hija problema dinjija speċjalment f’pajjiżi fqar, però mhux biss. Kalifornja ilha dawn l‑aħħar erba’ snin tbati minn nuqqas kbir ta’ ilma, fejn 40% tal‑bdiewa kellhom jieqfu minn xogħolhom. Il‑problema ta’ nuqqas ta’ ilma hija direttament relatata mas‑sigurtà tal‑ikel, fil‑fatt ħafna diġà qed ibassru li dan is‑sajf il‑prezz tal‑frott u l‑ħxejjex ser ikun ogħla. Biex tkompli tgħaxxaq, minħabba t‑temp bnazzi li ħafna drabi jagħmel fuq pajjiżi bi klima Mediterranja, dawn il‑pajjiżi jkollhom ammont kbir ta’ turisti li jkomplu jżidu d‑domanda fuq l‑ilma. Biex nieħdu idea, 18   MARZU/APRIL 2016

huwa kkalkulat li f’Malta jiġu aktar minn miljun u nofs turist fis‑sena. Barra mit‑turiżmu, l‑ilma jintuża wkoll fid‑djar, fl‑industrija u fl‑agrikoltura. F’Malta l‑ilma nġibuh minn żewġ għejun. Mill‑ilma baħar permezz tar‑reverse osmosis u mill‑ħażna tal‑ilma tal‑pjan. L‑ilma tal‑pjan jew l‑aquifer huwa ħażna ta’ ilma ħelu fil‑blat li jżomm fuq l‑ilma baħar jew fuq is‑saff tat‑tafal. Dan l‑ilma nġibuh billi nħaffru

toqob fil‑blat (boreholes). Il‑problema b’dan l‑ilma hija li qed intellgħu ħafna iktar ilma minn kemm nifilħu. Dan qed iwassal li l‑ilma baħar qed jispiċċa jitħallat mal‑ilma ħelu, u l‑ilma li jittella’ jkun wisq mielaħ biex jintuża kif inhu għax‑xorb jew għat‑tisqija! Barra minn hekk, użu eċċessiv ta’ fertilizzant qed iwassal biex l‑ilma qed ikollu livell eċċessiv ta’ nitrat. Jekk ilma b’livell għoli ta’ nitrat jintuża għat‑tisqija jaħraq il‑pjanti, jiġifieri l‑pjanti qishom jinxfu u jmutu.


Tista’ tirraġuna u tgħid, “m’hemmx ir‑reverse osmosis, il‑baħar mhux ser jispiċċa!” Dan hu raġunament zopp għax ir‑reverse osmosis huwa proċess li juża ħafna enerġija, fil‑fatt aktar minn 3% tal‑elettriku pproduċut f’Malta jintuża fl‑impjanti tar‑reverse osmosis. Il‑Papa fl‑enċiklika Laudato Si jgħidilna li l‑aċċess għall‑ilma nadif u tajjeb għax‑xorb huwa dritt fundamentali tal‑bniedem, allura ma nistgħux naħlu l‑ilma bl‑addoċċ imbagħad induru fuq ir‑reverse osmosis u ngħidu min għandu jħallas u min m’għandux joqgħod. Importanti ħafna li għalkemm għandna t‑teknoloġija, meta niġu biex nippjanaw xi soluzzjoni, naħsbuha sew. Fi żmien ir‑Russja Komunista, il‑Komunisti kienu għamlu pjan kif rotot tax‑xmajjar li jagħtu għall‑Baħar Aral iċaqalquhom biex jilħqu aktar art u jipproduċu ħafna aktar qoton, u allura jkabbru l‑ekonomija. Din l‑għadira li qabel kienet ir‑raba’ l‑akbar fid‑dinja, illum hija biss 10% ta’ dak li darba kienet. Ħafna jsemmu li bħalissa l‑gwerer qed isiru kawża taż‑żejt, imma l‑gwerer fil‑ġejjieni ser ikunu kawża ta’ ġlied fuq l‑ilma. Insomma, biex inkunu eżatti, diġà kellna każi

fejn kien hemm ġlied u tensjoni minħabba l‑ilma. Fl‑1964, is‑Sirja kellha pjan li ċċaqlaq ir‑rotta ta’ xi xmajjar li kienu jwasslu l‑ilma fl‑Għadira tal‑Galilija. Dan kien inaqqas l‑ammont ta’ ilma fl‑Għadira tal‑Galilija. Dan kien wieħed mill‑fatturi li wassal għall‑gwerra ta’ sitt ijiem bejn Iżrael u s‑Sirja.

fl‑agrikoltura. L‑użu ta’ dan l‑ilma, barra li għandu l‑vantaġġ li qed nużaw ilma li konna qed narmuh il‑baħar, għandu l‑vantaġġ ukoll li bidwi li jsaqqi bih inaqqas l‑ispejjeż tal‑fertilizzant minħabba li jkun irid jagħti anqas fertilizzant għax l‑ilma ttrattat tad‑drenaġġ diġà jkun fih nutrijenti importanti biex jikbru l‑frott u l‑ħxejjex.

F’Malta, 40% tal‑ilma li nipproduċu jintuża fl‑agrikoltura. Għalhekk illum għandna numru ta’ riċerkaturi li qed jistudjaw il‑possibbiltà li ilma tad‑drenaġġ jiġi ttrattat permezz ta’ batterji u membrani u possibbilment anke pjanti biex dan l‑ilma jilħaq kwalità tajba sabiex jintuża

Il‑Papa jkompli jgħidilna li għalkemm it‑teknoloġija tgħinna nnaqqsu l‑impatt ta’ din il‑problema tan‑nuqqas ta’ ilma, jeħtieġ li nagħmlu bidliet fil‑mod kif ngħixu, billi l‑ewwel u qabel kollox niġu konxji tal‑problema u t‑tieni nnaqqsu l‑ħela u l‑użu żejjed ta’ ilma. ✖

19


MUŻIKA MODERNA TAX‑XJUĦ y MARK caruana

ZIGGY STARDUST David, żagħżugħ Ingliż ta’ 15‑il sena, spiċċa fi ġlieda taħraq mal‑ħabib tiegħu George minħabba tfajla. Waqt li kienu l‑iskola, George fajjarlu daqqa ta’ ponn u weġġgħu serjament f’għajnejh. Wara erba’ xhur sħaħ ta’ trattamenti l‑isptar, it‑tobba qalu lill‑povru David li ma setgħux ifejqulu għajnejh għalkollox, u kellu jibqa’ bid‑difett fil‑pupilla t’għajnejh. David Bowie kiber u sar wieħed mill‑aqwa artisti mużikali. Id‑dinja tista’ tibqa’ ssemmih għall‑vuċi tiegħu, jew għan‑numru ta’ strumenti li kien jaf idoqq, jew saħansitra għall‑kostumi partikolari li kien jilbes fuq il‑palk. Tista’ tibqa’ ssemmih għad‑diski originali u tal‑widna li kiteb. Però żgur li l‑aktar kwalità li kienet tispikka fih kienet il‑kreattività tiegħu. Naħseb ma kienx jiflaħ jagħmel l‑istess ħaġa darbtejn. Kien kontinwament joħloq identità ġdida tiegħu nnifsu, bi stil ġdid fid‑dehra tiegħu kif ukoll fl‑istil tal‑mużika. Saħansitra kien ħoloq karattru ġdid għalih innifsu, fejn beda jkanta taħt l‑isem ta’ Ziggy Stardust. Fil‑fatt xi wħud kienu jirreferu għalih bħala l‑kamaleonte, għax kien kapaċi jaddatta ruħu maż‑żminijiet. Hawn min itenni li Bowie stess kien dak li jbiddel il‑kultura fil‑mużika, aktar milli jaddatta għaliha. 20   MARZU/APRIL 2016

Tista’ tgħid li kien all‑rounder. Sa anke fil‑films iddeffes b’xi mod. Rwol li baqa’ magħruf għalih kien dak tax‑xjentist Nikola Tesla, fil‑film The Prestige tal‑2006 ta’ Christopher Nolan. Sfortunatament l‑istess sens ta’ kreattività u esperimentazzjoni

wasslitu wkoll biex għamel affarijiet li ma kinux daqstant eżemplari. Meta l‑bniedem ma jagħrafx il‑limitu ta’ sa fejn għandu jasal, ħafna drabi jispiċċa jagħżaq. Minkejja dan kollu, bit‑tajjeb u l‑ħażin, lejn l‑aħħar ta’ ħajtu, wara 18‑il xahar jissielet mal‑marda tal‑kanċer,


ħbiebu stqarru li hu ma beżax mill‑mewt u sab ħafna komfort fir‑reliġjon. F’għeluq sninu, fit‑8 ta’ Jannar 2016, David Bowie ħareġ l‑aħħar album tiegħu. Jumejn wara miet. Mis‑27 album li ħareġ Ziggy Stardust, 11 minnhom telgħu fil‑quċċata taċ‑charts, u disa’ minnhom ġew iddikjarati bħala platinum albums. Interessanti l‑fatt li tnejn mill‑album covers iddisinjahom il‑ħabib tiegħu George, li kien fajjarlu d‑daqqa ta’ ponn. Almenu kienu reġgħu għamlu ħbieb. Fost l‑aktar diski famużi ta’ David Bowie nsibu dawn: Space Oddity, Let’s Dance, Starman, Heroes, Life on Mars, Ashes to Ashes, The Man Who Sold the World, Changes u Under Pressure, li kiteb flimkien mal‑band Queen. Jekk hemm xi waħda minn dawn li għadek ma smajthiex, mur ismagħha. Jekk ma taf l‑ebda waħda minnhom, agħmel pjaċir lilek innifsek, ieqaf isma’ lil Rihanna u ’l Taylor Swift, u ddedika ftit ħin biex issir kemxejn iktar familjari ma’ dan il‑ġeneru tal‑mużika. Kemm tmur lura ħarira iktar minn erbgħin sena, u tisma’ l‑mużika li Bowie kien pijunier tagħha: il‑Glam Rock. GLAM ROCK L‑ewwel ħaġa li tolqotna f’dan l‑istil partikolari ta’ Rock huwa l‑mod ta’ kif jilbsu l‑mużiċisti. Ħwejjeġ ikkuluriti, qalziet issikkat, żaqqhom nofsha mikxufa, make‑up ma’ wiċċhom, u xagħar twil u mberfel. Il‑membri ta’ band tipika talistil Glam Rock aktar jilbsu ta’ nisa’ milli ta’ rġiel. Ilum ma niskantawx wisq jekk naraw raġel b’xagħru twil, speċjalment jekk ikun rocker. Però għal dak iż‑żmien kienet xi ħaġa ġdida u pjuttost stramba, u n‑nies ma setgħux jifhmu għalfejn raġel

għandu jkollu hairstyle ta’ mara. Biex ngħiduha kif inhi, kienu jilbsu hekk biex jattiraw l‑attenzjoni tal‑pubbliku. Interessanti li bħalma difett fl‑għajnejn wassal biex Roy Orbison jilbes nuċċali tax‑xemx biex jaħbih, l‑istess ċirkostanza wasslet biex David Bowie jinqeda bid‑difett bħala fattur partikolari fid‑dehra tiegħu; u t‑tnejn li huma għamlu dan minħabba l‑pubbliku. Bħala stil mużikali, il‑Glam Rock kien Rock ordinarju, b’ritmu ftit partikolari, u ftit tlaqqit minn ġeneri oħra iktar antiki. Il‑kantant kien juża vuċi relattivament irqiqa, u waqt il‑kunċerti, hu u l‑membri l‑oħra kienu jagħtu importanza kbira lejn is‑sens ta’ spettaklu, aktar milli joqogħdu jdoqqu biss. Forsi biex wieħed jifhem id‑differenza ta’ dan l‑istil minn stili oħra hu li jaqbad u jisma’ diska. Żewġ diski famużi huma School’s Out ta’ Alice Cooper u Hot Love ta’ T.

Rex. Il‑grupp T. Rex kien l‑ewwel band tal‑Glam Rock, bil‑frontman famuż tagħhom, Marc Bolan. Fil‑bidu tas‑sebgħinijiet kien hemm numru ta’ gruppi u mużiċisti li ħaddnu dan l‑istil, bħalma huma Roxy Music, Mott the Hoople, Slade, Lou Reed, u kif semmejna diġà, David Bowie. Il‑Glam Rock ma tantx irnexxielu jsaddad wisq u nistgħu ngħidu kellu ħajja qasira. Kif għaddew ftit snin, kien beda jitlef il‑popolarità tiegħu. Minkejja dan kollu, kellu importanza kbira fl‑istorja tal‑mużika minħabba l‑influwenza li ħalla warajh. Il‑mużika li kitbu Queen, Led Zeppelin, Rod Steward, Elton John, Def Leppard, Kiss, Guns N Roses, u The Darkness hija influwenzata b’mod qawwi mill‑Glam Rock. U jekk forsi ma tinnota ebda similarità fl‑istil tal‑mużika, biżżejjed jekk tħares lejn il‑gosti partikolari fl‑ilbies tagħhom u x‑xagħar imqanfed qisu riħ isfel. ✖ 21


y JOSEPH bonnici

It‑Tielet Kmandament LA TĦALLINIX BARRA MINN ĦAJTEK

Għalija l-Ħadd huwa ġurnata qaddisa! Inqum tard, naqra l-gazzetta għall-kwiet, niekol kemm niflaħ. Waranofsinhar nintefa’ nara t-TV u filgħaxija nara niltaqax ma’ sħabi mmorru nieħdu xi ħaġa...

Hekka Jum il-Mulej ukoll!

HEMM XI FESTA MINGĦAJR ALLA? Il‑festa tfisser xalar! Il‑festa tfisser rebħa fuq il‑ġimgħa tal‑istudju u tax‑xogħol biex nintilef minn sensija u niddamdam! Il‑festa tfisser ħarba biex nintelaq fil‑ġenna tal‑alkoħol, tal‑ġiri, ta’ dak kollu li jagħmilni ferħan, tal‑partiti tal‑futbol, tal‑linji twal ta’ karozzi mwaħħla fit‑traffiku! Hekk tfisser il‑vaganza tal‑Ħadd għal ħafna fostna. U wara li tgħaddi jibqgħu b’togħma ħażina għax tilfu ċ‑ċans li jgawdu ġurnata tabilħaqq speċjali! 22   MARZU/APRIL 2016

Jekk il‑jum tal‑Ħadd qed iwassal għal dan, xi ħaġa mhix sewwa! Il‑festa vera hija xi ħaġa oħra. Almenu hekk hi għal Alla, li ħasibha għalina, iktar milli għalih! Wieħed biżżejjed iġib quddiem għajnejh li l‑festa mhix ‘ngħix il‑lejl’ u ‘nitlef il‑jum’. Imma hija użu tajjeb tal‑ħin tal‑mistrieħ għalija u għall‑oħrajn. Niftakru kif għex is‑Sibt Ġesù nnifsu. Naraw kif ta bidu għall‑festa tal‑Ħadd, il‑jum tal‑qawmien nhar l‑Għid il‑Kbir. Kienet ġurnata straordinarja!

NAVIGAZZJONI SATELLITARI Min ivvinta l‑jum tal‑mistrieħ? Il‑Babiloniżi u r‑Rumani kienu vvintaw il‑ġranet ‘Iva’ u l‑ġranet ‘Le’, ‘fasti’ u ‘nefasti’, is‑sbieħ u l‑koroh! L‑ewwel jum ta’ mistrieħ kien ġie żviluppat ftit ftit fil‑poplu Lhudi u sar liġi fi żmien Mosè. Jaħbat mas‑seba’ jum, meta Alla ‘straħ’ fil‑ħolqien, wara li kien ħoloq is‑sema, l‑art u l‑baħar b’dak kollu li hemm fihom. Għall‑ewwel darba, kull min jaħdem, persuni jew annimali, ħielsa jew ilsiera, bdew jieqfu mill‑ħidma tagħhom, mill‑Ġimgħa


filgħaxija sas‑Sibt filgħaxija (il‑Lhud kienu jikkalkulaw il‑ġurnata minn tlugħ ix‑xemx sa ieħor). Ħadd qabel ma kienet ġietu f’moħħu li jagħti ġurnata ta’ mistrieħ lill‑iskjavi. Xi tfisser il‑kelma Sibt? Il‑kelma Ebrajka sabbat (is‑Sibt) ġejja mill‑verb sabat u tfisser ‘tieqaf mix‑xogħol’, ‘tistrieħ’. U minn fejn ġej il‑mistrieħ tal‑Ħadd? Il‑Ħadd huwa l‑jum li fih l‑ewwel Insara bdew jiċċelebraw il‑qawmien tal‑Mulej Ġesù billi jiltaqgħu għall‑Ewkaristija. Jitkellem dwar dan il‑kittieb tal‑ktieb tal‑Apokalissi li juri l‑Ħadd bħala Jum il‑Mulej. Fil‑Latin dan kien jissejjaħ ‘dominicus dies’, li tfisser il‑ġurnata tas‑Sinjur. Hu għalhekk li bit‑Taljan dan jissejjaħ Domenica. Għandu xi konnessjoni n‑numru sebgħa mas‑Sibt? Fuq in‑numru sebgħa, il‑Lhud kienu ħolqu festi oħra. Kull seba’ snin, l‑art ma kinitx tinħadem biex tkun tista’ tistrieħ. Wara kull seba’ snin għal seba’ darbiet u għalhekk, fil‑ħamsin sena, kien jiġi ċċelebrat ġublew, żmien speċjali ta’ festa, mistrieħ u maħfra. Jobel kien il‑qarn ta’ muntun li bih kienu jdoqqu u jħabbru l‑festi tal‑Lhud.

IL‑KODIĊI L‑ĠDID Melun isib li l‑Lhud kienu jafu jiċċelebraw sewwa! Kienu jiċċelebraw fil‑kumpanija tal‑oħrajn. L‑Għid: Festa tassew kbira! Iktar ma beda jgħaddi ż‑żmien, il‑Lhud fl‑Eġittu kienu qed jiġu maħqura. Kienu qed jieklu inqas u jaħdmu iktar, fuq ordni tal‑Faragħun. Din kienet riċetta li ftit ftit kienet se teqred kull forza li kellhom dawn il‑ħaddiema importati mill‑Palestina. Mosè, il‑mexxej tagħhom, fehem li kien wasal il‑waqt li jeħles għal dejjem il‑poplu minn ħajja ta’ skjavitù. Alla qallu x’kellu jagħmel. In‑nies, fi żmien daqshekk ikrah u mudlam, tistenna xi strajk ġenerali jew ribelljoni kontra l‑Faragħun. Imma Alla jistedinhom jagħmlu festa. Il‑festa tfisser ‘passaġġ’, biex turi x’kellu jiġri: il‑passaġġ tal‑Mulej maġenb il‑poplu tiegħu. Waqt li x‑xemx nieżla u l‑Eġizzjani qed jonogħsu, il‑Lhud jieklu l‑ħaruf mixwi, bil‑ħobż bla ħmira u l‑ħaxix morr. Jieklu bil‑ħatfa, qishom iridu jaqbdu l‑ferrovija li jmiss, moħħhom mistrieħ li Alla se jħarishom minn dak li se jiġri fuq l‑Eġittu. Minn dakinhar ’il quddiem, il‑jum tal‑Għid kellu jibqa’ memorjal, tifkira għall‑poplu Lhudi ta’ dak kollu li Alla għamel magħhom. Sal‑ġurnata tal‑lum, il‑missirijiet jirrakkontaw dak kollu li Alla wettaq mal‑poplu Lhudi waqt l‑ikla li jagħmlu kull sena fil‑familja biex jiffesteġġjaw l‑Għid tal‑Lhud mill‑Eġittu għall‑ħelsien.

23


L‑Għid kien l‑ikbar festa għal‑Lhud. Kienu jġeddu fih id‑drawwa l‑qadima tar‑ragħajja tal‑qedem li joffru l‑ewwel ħrief fir‑rebbiegħa. Imma kien ukoll it‑tifkira tal‑ħruġ tagħhom mill‑Eġittu. Il‑ħaruf kien wieħed mill‑annimali preferuti fl‑offerti lil Alla. Min

kellu l‑imrieħel kien ikun moħħu mistrieħ li dejjem se jsib suf, ħalib u laħam. L‑Evanġelista San Ġwann jippreżenta lil Ġesù bħala l‑Ħaruf tal‑Għid. Il‑memorjal jew tifkira jerġa’ jnissel l‑entużjażmu tal‑bidu. L‑anniversarju

huwa għajxien mill‑ġdid ta’ okkażjoni li hija importanti u li tnissel ferħ. Il‑familja hija l‑post fejn issir il‑festa tal‑Għid. Il‑komunità tal‑familja tagħmel il‑festa isbaħ fil‑kumpanija ta’ nies li nġabru biex ifaħħru lil Alla.

MINI‑KWIZZ Is‑Sibt, il‑Lhud jiftakru 1. fl‑għoti tal‑Għaxar Kmandamenti lil Mosè 2. fl‑Inawgurazzjoni tat‑Tempju ta’ Ġerusalemm 3. fil‑ħelsien tal‑poplu mill‑jasar fl‑Eġittu Fil‑parabboli tal‑festi, Ġesù jistieden 1. lis‑sinjuri biss 2. lill‑aħjar nies 3. lil kulħadd, bla distinzjoni L‑ewwel Insara kienu jiċċelebraw l‑Ewkaristija 1. fl‑ewwel jum ta’ wara s‑Sibt 2. is‑Sibt 3. kuljum Għall‑Insara, il‑Ħadd huwa 1. jum bħall‑oħrajn 2. jum il‑Qawmien ta’ Ġesù 3. is‑seba’ jum tal‑ġimgħa

MIEGĦEK DEJJEM FESTA Mulej, ikolli ġenn biex jiġi l‑Ħadd: Bla skola, bla homework, bla testijiet. Fl‑aħħar ikolli ġurnata għalija, biex ma nagħmel xejn!

Għandi dritt nistrieħ. Imma tad‑dar iriduni nagħmel Dak li nagħmel is‑soltu. Anzi, iżidu biċċa xogħol oħra!

24   MARZU/APRIL 2016

Iriduni mmur il‑Quddiesa, Anke jekk ma jkollix aptit. U jien naf kif inhi kollha, U ma niħux pjaċir. Aħjar siegħa fuq il‑kompjuter! Illum nagħmilha: nibqa’ d‑dar il‑ġurnata kollha! Addijo l‑Ħadd u addijo l‑Quddiesa! Imma tiskanta! Ġietni x‑xewqa li nitlob.

Naħseb niżbalja naħseb hekk. X’festa hi jekk inwarrab lilek? Inwarrbek mill‑ġurnata tiegħi, Mill‑ħsibijiet tiegħi u mill‑ferħ tiegħi. Le, se mmur! Immur ningħaqad ma’ sħabi u l‑bqija tal‑Insara. Żgur li siegħa miegħek tagħtini l‑qawwa Biex ngħix ġimgħa sħiħa fil‑ferħ!


y MARIA cachia

Dak il‑basket itqal minnek! Għalkemm issa għaddew ftit tas‑snin mhux ħażin, għadni niftakar lil ommi tgħidli, “Dak il‑basket itqal minnek” hekk kif inkun sejra għall‑iskola, u kien ikollha raġun. Ta’ kuljum kont inġorr dan l‑imbierek basket fuq dahri mimli kotba, karti, fajls... Illum nammetti li kelli naqra tort għaliex ma tantx kont nagħmel użu mil‑lockers li kienet ipprovditilna l‑iskola biex ma niħdux l‑affarijiet kollha tal‑iskola magħna d‑dar. Ridt inġorr kollox fuq dahri għaliex kont nibża’ li ser ninsa xi ħaġa warajja. Ġurnata wara oħra ġġorr dak il‑basket ma kinitx faċli, anki jekk kont nagħmel sforz kbir. Fil‑fatt, hekk kif kienet tispiċċa l‑iskola kont nieħu r‑ruħ għax kont naf li ommi kienet qed tkun qed tistennieni wara l‑grada tal‑iskola biex teħodli l‑basket u ġġorru hi. Mument li ma ninsa qatt għax stajt niġri, naqbeż u nittanta lit‑tfal l‑oħra jimxuha lura d‑dar. Illum, inħares lura lejn dan il‑perjodu f’ħajti, nistaqsi lili nnifsi għalfejn ridt inġorr dak il‑piż kollu fuq dahri. Forsi għax kont rasi iebsa jew għax ma emmintx f’dak li kienu jgħiduli l‑għalliema jew ommi stess. Kemm kien ikun aħjar kieku smajt minnhom, żgur kont nagħmel parti ikbar minn tfuliti libera minn dak it‑toqol. Kemm hu ikrah li nkunu mtaqqlin f’ħajjitna hux? Iktar u iktar jekk ma nkunux nafu kif ser neħilsu minnu jew agħar minn hekk għax tant ikollna rasna iebsa li rridu nippruvaw insolvu u nħollu dak

it‑toqol waħedna. Għalkemm mhux tul ħajjitna kollha ser inġorru dan il‑basket, iżda jekk inkunu sinċieri magħna nfusna xorta waħda nibqgħu nġorru xi tip ta’ toqol f’ħajjitna, forsi xi ħsibijiet tqal jew xi azzjoni ħażina li nkunu għamilna u ma nistgħux ninsewha, jew xi esperjenzi oħra fil‑passat li weġġgħuna u ħallew marki negattivi fuqna bħal esperjenzi ta’ rabja, konfużjoni, stress, disprament, falliment fost oħrajn. Esperjenzi li kulħadd b’xi mod jew ieħor jgħaddi minnhom u li flok nitgħallmu u neħilsu minnhom inħalluhom marbutin magħna tul ħajjitna kollha. F’mumenti bħal dawn faċli nfittxu biex inġorru t‑toqol tagħna aħna stess, ma nfittxux għajnuna iżda bil‑kontra nippruvaw insolvuha aħna. Imma s‑sabiħ f’din il‑ħajja hu

li l‑Mulej jgħidlek dal‑kliem, “La tibżax, għax miegħek jien! La titħassibx, għax Alla tiegħek jien! Jiena nwettqek, jiena ngħinek; inwieżnek bil‑leminija rebbieħa tiegħi” (Iż. 41,10). Ejjew nistaqsu u nirriflettu fuq dan il‑vers f’dawn il‑jiem li ġejjin. Inħallu lil Alla jmexxina u jwettaq il‑pjan tiegħu għalina u meta niltaqgħu ma’ xi toqol nitgħallmu nitilquh f’idejH u ma naqtgħux qalbna. Imnalla aktar ’il quddiem f’ħajti tgħallimt ma nkunx wisq rasi iebsa u ppruvajt nitlaq dan it‑toqol f’idejh bħalma kont nagħmel fi tfuliti u nagħti l‑basket tal‑iskola lil ommi biex inkun nista’ ngħix il‑vera libertà. Issa li kbirt jien għalliema, u navża lill‑istudenti biex jieħdu ħsieb u ma jġorrux wisq affarijiet fil‑basket tagħhom! ✖ 25


y andrew BORG TAZIA hall

Kull nhar ta’ Sibt konna niftiehmu jien u xi ħbieb oħra biex immorru nqerru. Konna nerħulha lejn l-Istitut ta’ Fra Diegu, għax kien ikun hemm Dun Ġorġ. Ħafna nies kienu jiġu għandu biex iqerru u jieħdu xi parir fuq kull tip ta’ problemi u diffikultajiet. Dun Ġorġ ma kienx jonqos milli jagħtihom parir tajjeb u xi kelma ta’ ġid. Kien jaf imur ma’ kulħadd….. kemm mal-kbar u anki maż-żgħar. Wara konna noqogħdu nitolbu ftit. Imma xi drabi kien jara x’jinqala’ biex minflok nitolbu, erħilna ngħaddu l-kummenti u nitbissmu minn taħt... bħal meta ġie jqerr Wenzu!

Tinsiex tgħidlu kemm qbadt miegħi lbieraħ xħin tkun qed tqerr…

... jiddispjaċini li għidtlek le bi dnubieti, mil-lum ’il quddiem...

Fl-isem tal-Missier...

26   MARZU/APRIL 2016

Iskot... għax se taqsamni bid-daħk

Kemm għandu xi jqerr Wenzu llum!


Wenz... imissek tibda ssum ftit. Is-sawm tajjeb għar-ruħ u għall-ġisem!

Sinjur, is-sawm mhux tajjeb għalija!! Jekk insum, biddebbulizza li taqbadni nibda nara l-istilel u jħossni ħażin!

Għaddew xi tliet xhur, u lil Wenzu konna ilna ma narawh. Bħas-soltu konna qegħdin nitkellmu fuq iz-zuntier tal-knisja, u Dun Ġorġ li kien għadu kif lesta mill-qrar u kien sejjer jagħmel xi qadja. F’daqqa waħda resaq lejna wieħed li kien qisu jaf lil Dun Ġorġ sew. Jien m'għaraftux u naħseb anqas Dun Ġorġ mill-bixra ta' wiċċu….. sakemm beda jitkellem u mill-vuċi indunajna min kien! Wenzu!

Hawn Wenz! Kemm ilni ma narak! Kif inbdilt! Iva Sinjur! Mort għand it-tabib u sabli z-zokkor! Ordnali biex ma nikolx ħafna... u la għaġin u lanqas ħobż ma nista’ niekol.

Taraw kif il-bniedem għal ħajtu jagħmel kollox, imma għall-Ġenna jibża’ jagħmel l-inqas sagrifiċċju!

27


Ir‑Rivoluzzjonijiet tal‑1917 fir‑Russja Ħafna nies kienu għadhom jiftakru r‑rivoluzzjoni tal‑1905, fejn madwar 200,000 persuna, ħaddiema flimkien mal‑familjari tagħhom, imxew lejn il‑Winter Palace, ir‑residenza tal‑Kżar, jitolbu kundizzjonijiet aħjar. Dakinhar l‑armata fetħet in‑nar fuq id‑dimostranti, u għadd kbir tilfu ħajjithom. Madwar il‑pajjiż kollu ħafna nies qamu kontra l‑Imperatur. Fl‑1917 ħafna kienu tilfu l‑fiduċja fil‑Kżar Nicholas II. Il‑korruzzjoni fil‑gvern kienet rampanti; l‑ekonomija tal‑pajjiż kienet għadha lura, u l‑qagħda soċjali ta’ ħafna kienet imwiegħra. Barra minn hekk, l‑involviment tar‑Russja fl‑Ewwel Gwerra, xejn ma niżel tajjeb ma’ ħafna. Fit‑8 ta’ Marzu bdiet l‑ewwel rivoluzzjoni, b’għadd kbir ta’ nies jinżlu fit‑toroq tal‑belt kapitali

28   MARZU/APRIL 2016

y NOEL vassallo

Petrograd (St Petersburg), jgħajtu għall‑ħobż. Għadd ta’ ħaddiema tal‑fabbriki ħarġu fuq strajk u ngħaqdu magħhom. Fil‑11 tax‑xahar, it‑truppi tal‑belt fetħu n‑nar u qatlu għadd ta’ dimostranti.

il‑Parlament ħoloq gvern proviżorju, b’George Lvov bħala Prim Ministru. Fis‑sajf tal‑istess sena, wara protesta fil‑belt kapitali, minn ħaddiema u suldati, Lvov irriżenja u floku intgħażel Alexander Kerensky.

Riġment wara riġment, iżda, kienu issa qegħdin iduru favur id‑dimostranti.

Ta’ min jgħid iżda li l‑poter ma kienx kollu f’idejn il‑gvern proviżorju. Il‑poter kien maqsum mal‑Petrograd Soviet, jiġifieri l‑korp rappreżentattiv tal‑ħaddiema u s‑suldati ta’ dik l‑istess belt, wieħed mill‑ħafna kunsilli tal‑ħaddiema li bdew jidhru

Fil‑15 tax‑xahar, il‑Kżar Nicholas abdika; dan kien mingħalih li se jilħaq ħuh Michael (1878‑1918), imma dan irrifjuta. Għalhekk IL ‑PROTAGON

ISTI

sky: r Keren ru tal-gvern e d n a x Ale inist Prim M It-tieni su rju Rus proviżo tard n: u aktar ista ir Leni u m k i i t d i l a l o p V un zjonarju ar-Russja Kom z u l o v i R t mexxej l-ewwel ma’ tsky: i ħadem ra l o r u T k i t n i l o m po Le ata l-ħa zjonarju Rivoluz ndatur tal-arm fu Lenin u


madwar il‑pajjiż (il‑kelma soviet tfisser kunsill). F’April 1917, Vladimir Lenin, membru tal‑partit rivoluzzjonarju Bolxevista wasal lura Petrograd mill‑eżilju; il‑ħsieb tiegħu kien li jħejji rivoluzzjoni tal‑ħaddiema. L‑għajta kienet “Paċi, art u ħobż.” Fl‑istess xahar, il‑gazzetta Pravda (The Truth) tenniet l‑insistenza ta’ Lenin li jitwarrab il‑gvern, u jseħħ l‑irtirar tat‑truppi Russi mill‑gwerra. Il‑gvern proviżorju kompla jiddgħajjef meta l‑Kap Kmandant tal‑armata, il‑Ġeneral Lavr Kornilov ħejja kolp ta’ stat li iżda ma rnexxiex. F’Ottubru, Lenin, li għal xi żmien kien ħarab u mar il‑Fillandja minħabba li Kerensky qiesu bħala xi spija Ġermaniż, reġa’ lura lejn Petrograd. Huwa kien jemmen li issa l‑poplu kien imħejji għal rivoluzzjoni oħra. F’laqgħa sigrieta bejn il‑mexxejja tal‑partit, Lenin kkonvinċa lil sħabu bil‑kelma persważiva tiegħu. Il‑vot li ttieħed wera dan biċ‑ċar. Lenin ħalla l‑organizzazzjoni militari f’idejn Leon Trotsky. Fil‑lejl ta’ bejn is‑6 u s‑7 ta’ Novembru, ir‑rivoluzzjonarji okkupaw postijiet importanti fil‑belt, bħalma

IL‑BOLXEVISTI Il‑Bolxevisti kien wieħed mill‑fazzjonijiet li ħarġu mir‑Russian Social Democratic Workers’ Party, meta dan inqasam fl‑1903. Il‑Bolxevisti (kelma li tfisser maġġoranza), immexxija minn Vladimir Lenin, kienu jemmnu bis‑sħiħ fir‑rivoluzzjoni, billi jinvolvu b’mod speċjali l‑klassi ta’ isfel u l‑fqar, fosthom il‑bdiewa. Min‑naħa l‑oħra, il‑Menxevisti (kelma li tfisser minoranza) kienu iktar moderati u kienu jsostnu li rivoluzzjoni ma setgħetx issir sakemm il‑pajjiż ma jkun industrijalizzat. huma l‑istazzjonijiet, il‑banek u l‑uffiċini tal‑posta. Fis‑7 ta’ Novembru, il‑Winter Palace, is‑sede tal‑gvern proviżorju kien meħud. Lenin sar il‑mexxej tar‑Russja. Fit‑8 ta’ Marzu, il‑Partit Bolxevista bidel ismu għal dak

Komunista. Tlett ijiem wara, il‑belt kapitali, minn Petrograd saret Moska. Sa minn kmieni f’din it‑tmexxija, kien hemm ħafna li bdew juru nuqqas ta’ qbil għal din it‑tmexxija. L‑oppożizzjoni (imsejħa l‑Bojod) kienet tikkonsisti fir‑Rivoluzzjonarji Soċjali, il‑Menxevisti u uffiċjali ta’ żmien il‑Kżar. Kien hemm drabi fejn l‑ostilità lejn il‑gvern dehret bl‑armi. F’nofs l‑1918 faqqgħet gwerra ċivili; l‑Armata l‑Ħamra fuq naħa, u fuq l‑oħra, l‑Armata l‑Bajda, b’din tal‑aħħar tkun megħjuna minn pajjiżi oħra, fosthom l‑Istati Uniti, l‑Ingilterra u Franza. Din il‑gwerra damet sejra tliet snin, bil‑Bolxevisti joħorġu rebbieħa. Fl‑1922 twaqqfet l‑Unjoni Sovjetika (bl‑Ingliż magħrufa wkoll bħala Union of Soviet Socialist Republics, U.S.S.R.)


varjeta` Fl‑20 ta’ Marzu 1999, Bertrand Piccard u Brian Jones kienu l‑ewwel persuni li daru d‑dinja permezz ta’ hot air balloon. Kienu ilhom li telqu mit‑3 ta’ Marzu u baqgħu għaddejjin bla ma waqfu għal 26, 500 mil.

Marzu Fis‑17 ta’ Marzu 461, miet San Patrizju. Din id‑data hija l‑festa tiegħu li tiġi ċċelebrata fl‑Irlanda fejn ħadem u xerred il‑fidi Nisranija.

Kelb?

Fil‑25 ta’ Marzu 1807, il‑Parlament Ingliż abolixxa l‑kummerċ tal‑iskjavi.

Ċajta Kultant

Raġel li ma tantx jifhem fl‑annimali kien qed jitkellem ma’ sieħbu. “Il‑ġimgħa li għaddiet kont miexi bil‑pet tiegħi u attakkani kelb tal‑bulldog irrabjat!”

“U kif irnexxielek teħlisha?” “Il‑pet tiegħi dar għalih u kielu!” “Mela x’pet għandek?” Jien insejjaħlu doggy, imma fl‑Afrika jgħidulu ljun!

Żewġ Baqriet

Żewġ baqriet iltaqgħu f’għalqa. L‑ewwel baqra: Muu! It‑tieni baqra: Kull meta niltaqgħu teħodli l‑kelma minn ħalqi!

April Fit‑8 t’April 1460, twieled Ponce de Leon, l‑esploratur Spanjol li qatta’ ħafna minn ħajtu jfittex il‑Funtana taż‑Żgħożija.

Fl‑20 t’April 1841, kienet ippubblikata l‑istorja Murders in the Rue Morgue ta’ Edgar Allen Poe. Hija meqjusa bħala l‑ewwel storja tad‑detectives.

Fit‑22 t’April 1994, ġewwa d‑Danimarka saret lollipop li kienet tiżen madwar 1,300 kilogramma!

fittixna fuq Facebook

www.fb.com/xehda


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.