JANFRA 2016
Rolling… Action!
Ħarsa lejn il-films il-kbar tal-2016
Be Prepared!
75 sena mill-mewt ta’ Robert Baden-Powell
It-Telf tal-Bijodiversità Il-perikli marbuta mat-telf ta’ ħafna speċi
It-telf talBijodiversità PRODUZZJONI SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA - M.U.S.E.U.M. ALAN BONELLO KURT MICELI KONTRIBUTURI ROBERT ALOISIO BERTRAM PORTELLI KAROL DeBONO MARK CARUANA WARREN BUSUTTIL CHRISTIAN BORG JEAN PAUL PARASCANDOLO DARREL PACE DANIEL MICALLEF ANDREW BORG NOEL VASSALLO FRANKLIN BALZAN NEIL AQUILINA MARIA CACHIA ADRIAN VELLA DISTRIBUZZJONI ROBERT MICALLEF QARI TAL-PROVI STEVEN MIFSUD
EDITURI JOSEPH BONNICI
F’din il-ħarġa: Reġa’ wasal dak iż-żmien mistenni minn kulħadd! Mhux il-karnival. Le, dan jiġi eżatt wara. Qed nitkellem fuq ir-Randan. Forsi qed tgħid: “Hekka mistenni minn kulħadd, ukoll!” Sfortunatament għal ħafna r-Randan hu żmien li ma tantx iqanqal gost. Ħafna drabi moħħna mill-ewwel imur fuq il-penitenza, u biex ngħiduha kif inhi ħadd ma jieħu gost bil-penitenza. Allura għaliex kull sena jkun hemm min iħeġġiġna biex matul dawn il-jiem nagħmlu xi sagrifiċċju żgħir? Is-sagrifiċċju ma nagħmluhx għax nieħdu gost bih. Nagħmluh għax huwa ta' għajnuna għalina. Bħall-atleta li qabel kompetizzjoni, barra li ma jfalli qatt t-training, joqgħod attent x’jiekol u x’jagħmel ħalli dakinhar ikun fl-aħjar tiegħu. L-istess fil-ħajja tagħna, għandna bżonn it-training u li noqogħdu attenti x’nagħmlu ħalli, fil-mumenti tal-prova, inkunu fl-aħjar tagħna. Darba kien hemm żagħżugħ li mar iqerr għand San Josemaría Escrivá. Kien imħasseb ħafna għax ma setax jimxi ’l quddiem fil-ħajja Nisranija. Mal-ewwel tentazzjoni kien jispiċċa jaqa’. Escrivá dar fuqu u qallu: “Inti qatt għamilt xi sagrifiċċju żgħir tar-Randan?” Dak qallu li qatt ma ħadhom daqshekk bis-serjetà. Ilqaddis qallu li ma jistax jirbaħ affarijiet kbar, bħat-tentazzjonijiet, jekk qabel ma jkunx ipprova jirbaħ lilu nnfisu f’affarijiet iżgħar. Hekk għamel u ftit ftit beda jinduna kemm dak is-sagrifiċċju żgħir kien qed jagħmel differenza f’ħajtu. Il-paċi miegħek. ✖
META SE NIĊĊELEBRAW L-GĦID IL-KBIR?
2
ROLLING ACTION
4
IS-SENA VERA TAL-ĦAJJA
6 9
FL-AĦĦAR SABUH! BE PREPARED!
10
MINN HAWN U MINN HEMM
13
IT-TELF TALBIJODIVERSITÀ
18
MUŻIKA MODERNA 20 TAX-XJUĦ IT-TIENI KMANDAMENT
22
RIGAL LI TKUN ILEK TISTENNA
25
EWREKA: IN-NAR
26
L-OLOKAWST ILLUM…
28
Poster UFFICCJU DISTRIBUZZJONI
GRAFIKA STAMPA
Blata l-Bajda
VERITASPRESS Ħaż-Żabbar
ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, IL-MARSA ABBONAMENT REGOLARI: €9 ABBONAMENT BIL-POSTA: €12 PREZZ TA’ KOPJA: €2
www.facebook.com/xehda
Meta se niċċelebraw
y bertram PORTELLI
l-Għid il-Kbir? Żgur li ħadd minna ma jiftakar liż-żmien tar-Randan jibda fl-10 ta’ Frar, fil-festa tant importanti għalina l-Maltin tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. U dan bir-raġun, għaliex l-aħħar darba li r-Randan beda f’din il-ġurnata kien tmenin sena ilu! Barra minn hekk, żgur li lkoll indunajna li l-festa tal-Għid ġejja kmieni ħafna din is-sena għax fil-fatt se nkunu qed niċċelebraw din il-festa tant importanti għalina l-Insara l-Ħadd 27 ta’ Marzu! 2 JANNAR/FRAR 2016
Għalhekk, forsi jkun hawn min jistaqsi... kif ġieli niċċelebraw l-Għid lejn tmiem April u din is-sena qed niċċelebrawh kważi xahar qabel? Tajjeb li nkunu nafu li d-data tal-Għid tvarja minn sena għall-oħra u l-Għid jiġi ċċelebrat skont meta jiġi qamar kwinta fl-istaġun tarrebbiegħa, żmien ix-xahar ta’ Nisan, l-ewwel xahar filkalendarju Lhudi meta Ġesù għadda mill-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Ħa naraw pass pass kif inkunu nafu meta jkun se ċċelebrat l-Għid! Qabel nibdew, tajjeb li ngħidu li kien il-Konċilju ta’ Niċea tas-sena 325 li ddeċieda kif tiġi kkalkulata d-data ta’ din il-festa. Ir-rebbiegħa – li turi l-bidu ta’ ħajja ġdida - tibda fil-21 ta’ Marzu. Il-ġurnata tal-Għid tkun fl-ewwel jum tal-Ħadd, wara l-ewwel qamar kwinta li jiġi wara din il-ġurnata. Tħawwadt? Ħa nagħtik eżempju millġurnata tal-Għid ta’ din is-sena ħalli tifhem żgur. Mela, l-ewwel jum tar-rebbiegħa għal din is-sena se jkun it-Tnejn. Jumejn wara, l-Erbgħa 23 ta’ Marzu se jkun l-ewwel qamar kwinta tar-rebbiegħa. Għaldaqstant, l-Għid se jiġi ċċelebrat fl-ewwel Ħadd wara din id-data, jiġifieri fis-27 ta’ Marzu. Is-sena li ġejja, fl-2017, l-ewwel qamar kwinta tar-rebbiegħa se jkun it-Tlieta 11 t’April u għalhekk, is-sena li ġejja, l-Għid se jkun iċċelebrat il-Ħadd 16 t’April.
t’April, biż-żewġ dati inklużi. Dan għaliex il-qamar kwinta ma jiġix dejjem fl-istess ġurnata, sena wara l-oħra. Minħabba li l-Għid hija l-festa ewlenija tas-sena għalina l-Insara, għalhekk diversi festi jaħbtu skont meta jiġi l-Għid. Festi bħal Lapsi, l-Għid il-Ħamsin, il-festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus Christi) u oħrajn ivarjaw ukoll minn sena għall-oħra skont meta jkun ġej l-Għid.
Is-sena li għaddiet, il-Papa Franġisku ħareġ bil-proposta li tinstab data fissa li fiha jkun iċċelebrat l-Għid ta’ kull sena biex l-Insara kollha, mhux biss Kattoliċi, jiċċelebraw din il-festa tant importanti għalina l-Insara fl-istess jum. Fil-fatt bdew it-taħditiet bejn il-mexxejja differenti talKnejjes Insara biex jitkellmu dwar din il-possibiltà li l-Insara niċċelebraw ilkoll din il-festa tant importanti fl-istess jum. ✖
Għaldaqstant, il-ġurnata talfesta tal-Għid tista’ tvarja b’35 jum minħabba li l-Għid jista’ jiġi bejn it-22 ta’ Marzu u l-25 3
ROLLING
ACTION y warren BUSUTTIL
Is-sena 2016. Sena li se tkun mimlija b’films interessanti minn kull ġeneru. Sena li se tħallina nitpaxxew bi stejjer ġodda u sbieħ mimlija umoriżmu, azzjoni, storja u xi kultant demgħa wkoll. Wara li matul is-sena li għaddiet rajna diversi films kbar, din is-sena mistennija li tkun sena fejn fiha naraw karattri klassiċi fiċ-ċinematografija li jerġgħu jieħdu l-ħajja fi stejjer ġodda. Ħa nagħtu ħarsa ħafifa lejn l-aktar films mistennija ta’ din is-sena.
BATMAN V SUPERMAN: DAWN OF JUSTICE Filwaqt li Batman kien qiegħed jissuspetta dwar l-azzjonijiet ta’ Superman, id-dinja kienet imdendla tistenna u tara min huwa dan is-supereroj li għandha tafda fih it-tama tagħha. F’dan il-film, li mistenni joħroġ f’Marzu, se naraw kunflitt kbir bejn Batman u Superman, filwaqt li tinħoloq theddida ġdida kontrihom. Tgħid quddiem din it-theddida ġdida jirnexxilhom l-eroj jingħaqdu flimkien biex jiddefendu lid-dinja?
THE JUNGLE BOOK Film ieħor li se jeħodna ftit lura fl-istorja taċċinematogafija huwa The Jungle Book. Proprju l-istorja ta’ Mowgli li tmur lura għall-1967 meta Walt Disney ħarġet il-cartoon tagħha ta’ din l-istorja. Din is-sena se nerġgħu naraw l-avventura ta’ dan it-tfajjel orfni li jitrabba flimkien ma’ numru ta’ lupi, ors u pantera sewda.
4 JANNAR/FRAR 2016
ASSASSIN’S CREED U għal dawk li jħobbu l-logħba Assassin’s Creed, f’Diċembru, 20th Century Fox se tagħtina film marbut mal-istorja ta’ din il-logħba. Se nsegwu kif Callum Lynch (parti maħduma minn Michael Fassbender) jesperjenza avventura tal-antenat tiegħu Aguilar, li jmur lura għasseklu 15 ġewwa Spanja. Callum jiskopri li huwa parti minn soċjetà sigrieta bl-isem ‘Assassins’. Interessanti li parti minn dan il-film inħadmet f’pajjiżna stess fis-sena 2015 u allura ħafna huma dawk il-Maltin li qed jistennew li joħroġ dan il-film.
CAPTAIN AMERICA: CIVIL WAR Jekk forsi rajna kunflitt bejn Batman u Superman fil-film Dawn of Justice, f’Mejju se naraw firda oħra kbira bejn l-alleati Captain America u Iron Man, wara ndħil politiku fil-grupp Avengers. Mill-ġdid se nerġgħu naraw lill-atturi ċelebri Robert Downey Jr (Iron Man) u Chris Evans (Captain America) flimkien ma’ Paul Rudd (Ant-Man) u Tom Holland (Spider-Man). ZOOTOPIA Zootopia hu film animated, bi grafika tajba u bi storja mimlija avventura u umoriżmu. Hu mistenni li joħroġ fl-Amerika f’Marzu. F’Zootopia nsibu volpi u fenka li flimkien jaħdmu fil-korp tal-pulizija biex jaqbdu għedewwa komuni, u jżommu l-ordni fil-pajjiż kif inhu mistenni minnhom. Iżda x’jiġrilhom fejn fost l-oħrajn jiltaqgħu ma’ sloths li jaħdmu f’dipartimenti tal-Gvern filwaqt li jkollhom ġlieda kontra l-ħin? Nistiednek li tfittex it-trailers ta’ dan il-film li Walt Disney Productions ħarġu fuq iċ-channel tagħhom ta’ YouTube.
GHOSTBUSTERS Dan huwa film li se jġib il-memorja ta’ bosta minna li kienu jsegwu l-cartoons ta’ Ghostbusters, u l-film umoristiku li kien ħareġ fl-1984. Minkejja li huwa mistenni li joħroġ f’Lulju li ġej, l-istorja għadha mistura mill-ammiraturi tal-films. Fost l-atturi li se jieħdu sehem insibu lil Chris Hemsworth, Kristen Wiig, Melissa McCarthy u Kate McKinnon.
THE LEGEND OF TARZAN Wara l-animated film li kien ħareġ fl-1999 ta’ Tarzan, se jkollna film fuq leġġenda ġdida ta’ Tarzan. Wara li jkun beda ħajja ġdida fil-belt ta’ Londra, Tarzan - parti maħduma minn Alexander Skarsgard - jiġi mitlub biex imur lura lejn id-dar tiegħu, il-ġungla, biex jgħin fl-investigazzjoni ta’ attività mhux tas-soltu minn kumpanija tal-minjieri.
KUNG FU PANDA 3 Dan huwa film ieħor animated li żgur se jnissel tbissima fludjenza. Wara l-avventura ta’ Po fl-ewwel żewġ films tiegħu, naraw kif f’din l-istorja dan il-panda jsib lilu nnifsu wiċċ imb wiċċ ma’ żewġ theddidiet: waħda sopranaturali u oħra iktar viċin tad-dar u l-ħbieb tiegħu. Fost ħafna films oħrajn se nsibu wkoll il-karattri fkieren f’Teenage Mutant Ninja Turtles: Out of the Shadows, l-għasafar mimlija avventura f’Angry Birds, il-ħut interessanti u mqarbin fil-film Finding Dory, u annimali li jisfrattaw meta sidhom ma jkunux id-dar fil-film The Secret Life of Pets. Insibu wkoll il-kontinwazzjoni tal-istorja ta’ Ice Age fil-film Ice Age: Collision Course, Moana u The BFG (Big Friendly Giant). Bħassnin ta’ qabel, din is-sena se terġa’ toffrilna spettaklu sħiħ ta’ numru ta’ films. Sib iċ-ċans li ssegwi xi wieħed mit-trailers ta’ dawn il-films, u forsi ssegwi flimkien ma’ sħabek xi wieħed minnhom, ladarba joħroġ fis-swali taċ-ċinema. 5
Is-sens vera
tal-ħajja y jean paul PARASCANDALO
Ftit mistoqsijiet
ta’ malajr:
» Età: 29 sena. » Fejn toqgħod: Santa Venera, ma’ ommi minħabba l-assistenza li jkolli bżonn. » Passatempi: Kont nipprattika ħafna l-isport, imma nħobb ħafna ċ-ċinema, noħroġ ma’ sħabi u norganizza xi attivitajiet. » Ktieb favorit: Kotba storiċi, politiċi, soċjali u teoloġiċi, ta’ riċerka, b’kontenut fattwali. Kotba fizzjonali qatt ma kienu l-favoriti tiegħi. » Ikel favorit: Il-frott tal-baħar. Fil-qosor, min hu Bjorn Formosa? Persuna daqsxejn ikkumplikata, jew aħjar evolvejt matul iż-żmien. Differenti ħafna minn meta kelli 8, 10 snin. Kont persuna introvert ħafna, magħluq u mistħi; bilkemm nitkellem man-nies. Min-naħa l-oħra persuna determinata ħafna. Dejjem kelli ċerti objettivi f’moħħi u dejjem għamilt minn kollox biex nilħaq dak l-objettiv. Nipprova nitgħallem affarijiet li ma nafx. Spjegalna minn xiex hija kkawżata l-ALS. X’sintomi jkollok? Kieku nafu minn xiex hija kkawżata probabbli nsibu l-kura għaliha, imma ma nafux l-oriġini tal-marda. Bħalissa l-esperti qed jagħmlu r-riċerka biex jaraw minn fejn ġejja. 90% ta’ dawk li jbatu minnha m’hemmx raġunijiet għala għandhom din il-marda. 10% għandhom din il-marda minħabba li għandhom xi ħadd fil-familja li jbatu minnha. Is-sintomi jvarjaw skont f’liema fażi tkun waslet il-marda. Tibda billi jkollok twitches (moviment tal-muskoli taħt il-ġilda), imbagħad il-muskoli jibdew jaqbżu minn taħt il-ġilda. Uġigħ ma jkunx hemm. In-nervituri jibdew jibagħtu sinjali li l-muskoli jkunu qed jaqtgħu l-kuntatt man-nervituri. Dan hu proċess li jissejjaħ
6 JANNAR/FRAR 2016
Dinervazzjoni, u b’hekk tkun ikkawżata l-paraliżi. Sintomu ieħor hu d-dgħufija fil-muskoli: ma tkunx tiflaħ terfa’ saqajk jew idejk. Dawn huma żewġ indikazzjonijiet ċari tal-marda. Kemm ilek taf li għandek din il-kundizzjoni? Kif inbidel l-istil ta’ ħajtek? Kelli daqsxejn suspetti sentejn ilu, imma ma tajtx daqshekk kas għaliex l-effetti kienu rari ħafna. Bdejt insir aktar konxju minn Frar tas-sena li għaddiet. Id-dgħufija bdiet issir aktar evidenti. Bdejt inbati ħafna biex niġri u lanqas kont kapaċi nagħmel push-up waħda. Tlift is-saħħa f’idejja u f’saqajja; xi ħaġa li mhix fin-normalità tiegħi, aktar u aktar meta kont nipprattika l-isport u bdejt nara l-performance tiegħi sejra lura. Imbagħad f’Marzu għamilt it-testijiet tad-demm u kellimt lit-tobba. Bdejt nagħmel riċerka wkoll fl-internet biex insir naf aktar. F’Awwissu mbagħad irċevejt ir-riżultati li kelli din il-marda. Fl-ewwel ġimagħtejn għaddejt minn mumenti ta’ biża’. Qatt ma bsart li jien kelli nbati din il-marda.
Kont naħsibha bħala xi ħaġa tat-TV biss. Wara bdejt niġi f’tiegħi u għedt li hemm bżonn nagħmel xi ħaġa. Ridt li noħloq possibbiltà biex jien inkun ta’ fiduċja għalija nnifsi. Minn hemm ġiet l-idea li noħloq ilFondazzjoni biex ngħin lili nnifsi u lill-oħrajn li jbatu minnha. Fl-2014 bdiet l-idea tal-Ice Bucket Challenge. Fis-sajf tal-2015, f’Malta rajna ħafna vidjows ta’ nies, speċjalment fuq il-Facebook, jitfgħu barmil silġ fuqhom. Inti ħadt sehem ukoll? Kif irreaġixxejt meta sirt taf? Jien għall-ewwel kont naraha bħala xi ħaġa tad-daħq. Ma kontx ipparteċipajt għax ma tantx nemmen bihom dawn l-affarijiet. Imma eżattament sena wara li tnediet dilkampanja kont għamilt din l-isfida jien ukoll. Din kienet l-ewwel attività li għamilna bħala Fondazzjoni. Is-sapport li rċevejna minn dakinhar kien inkredibbli. Il-parteċipazzjoni wkoll kienet kbira u minn dakinhar komplejna bix-xogħol li għadu sejjer sal-lum.
Nafu wkoll li waqqaft Fondazzjoni bl-isem ta’ ALS Malta. X’inhu l-iskop tagħha? Aħna għandna 3 skopijiet prinċipali. Inżidu l-għarfien dwar il-marda. Din hija marda li ilha teżisti anki f’Malta għal snin kbar u warrabnieha f’ġenb. Ridna li din il-marda nitfgħuha fuq il-mappa tas-settur mediku f’pajjiżna. Irnexxielna imma għad baqa’ xi jsir. Irridu li ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jbatu minn din ilkundizzjoni. Sfortunatament isservizzi offruti ma tantx huma adegwati; huma limitati. L-aktar importanti imma hu li naħdmu biex jinġabru fondi biex tiżdied ir-riċerka dwar il-marda u b’hekk forsi xi darba tinstab xi kura għal din il-marda. Aħna rridu nagħmlu ħilitna kollha biex neqirdu din il-marda minn wiċċ id-dinja. X’għajnuna toffri l-Fondazzjoni lill-individwu li jbati minn din il-kundizzjoni? Il-Fondazzjoni tagħna hija pjuttost ġdida. Aħna limitati 7
ħafna imma f’dawn l-aħħar 6 xhur għamilna passi ta’ ġgant. Illum noffru servizz ta’ fiżjoterapija fuq bażi kontinwa, żewġ sessjonijiet ta’ terapija fil-ġimgħa minn persuni speċjalizzati, terapija f’pools b’ċerta temperatura u servizz ukoll ta’ eżerċizzji. Dawn jgħinu ħafna biex il-pazjent jibqa’ mobbli, ma jintelaqx u b’hekk inkunu wkoll qed innaqqsu l-progress tal-marda, biex kemm jista’ jkun wieħed jgħix aktar. Għamilna wkoll kuntratti ma’ kumpaniji Amerikani fuq servizzi ta’ teknoloġija li tgħinek tikkomunika bil-movimenti ta’ għajnejk. Din il-marda tipparalizzalek anki l-vuċi allura anki l-mezz ta’ komunikazzjoni jkun affettwat. Permezz ta’ kompjuter speċjalizzat wieħed ikun jista’ jibqa’ jikkomunika. Għal quddiem qed naħsbu biex intejbu s-servizz ta’ wheelchairs apposta għal min ibati din il-marda. Nixtiequ wkoll li noffru servizzi ta’ care workers għal dawk li jbatu minn din il-marda. F’ċerta fażi
tal-marda l-pazjent ikollu bżonn superviżjoni l-ħin kollu. X’għajnuniet tingħataw minn għaqdiet lokali u kif ukoll internazzjonali? Bdejna nissieħbu ma’ alleanzi barra minn Malta u anki ma’ fondazzjonijiet ta’ mard ġenetiku f’Malta. S’issa l-iktar fondi li jiġu huma dawk mill-fund raising li nagħmlu, kif ukoll millCommunity Chest Fund. Aħna nixtiequ li naħdmu aktar biex inġibu aktar fondi marbuta malmarda mill-Unjoni Ewropea. Kemm qegħdin membri f’din il-Fondazzjoni? Fl-ewwel xahar konna diġà għaqqadna 100 persuna u llum għandna aktar minn 300 persuna bħala membri. Hu numru kbir ħafna għaż-żmien qasir li ilna miftuħin. Jien ma nafx kemm fadalli ngħix, allura nixtieq li nkun moħħni mistrieħ biex dak li ħdimt għalih jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.
PHOTO: OMAR CAMILLERI (DOI)
8 JANNAR/FRAR 2016
Kif ħassejtek meta rbaħt il-Midalja għall-Qadi tarRepubblika mill-President ta’ Malta? Hu premju li naċċettah b’ċertu ferħ u sodisfazzjon. Però żgur li mhux l-għan prinċipali tiegħi. Nirringrazzja lill-President li kellha l-pjaċir li tagħtini dan l-unur. Kif kont għedt dakinhar fil-gazzetti, l-ikbar premju jkun dakinhar li tinstab il-kura għal din il-marda. Xi jfisser Alla għalik? Għandu post f’ħajtek? Jien m’iniex l-iktar persuna reliġjuża. Però nemmen f’Alla u nemmen li jekk nippruvaw nimxu fit-triq it-tajba ħajjitna tkun differenti. Naħseb li l-qalba tal-kmandamenti hi li nirrispettaw lil dawk ta’ madwarna biexx kif nagħmlu aħna mal-oħrajn, l-oħrajn jagħmlu hekk magħna. Nirrispetta lil kull min għandu opinjoni differenti, anki dik reliġjuża. Nemmen ukoll ħafna fil-messaġġi li għandha l-Bibbja. Hemm ħafna eżempji ċari ta’ kif wieħed għandu jgħix man-nies ta’ madwaru. X’messaġġ tgħaddi lit-tfal u ż-żgħażagħ li jaqraw din irrivista? Kulħadd ifittex is-sens talħajja. Fil-ħajja dejjem għandek tfittex li tagħmel dak li jagħmlek kuntent. L-iktar ħaġa li tagħmilni kuntent hi li nara lil dawk ta’ madwari bid-daħqa fuq wiċċhom. Ħaġa oħra hi dwar kemm nagħtu prijoritajiet lill-affarijiet. Ħafna drabi ninkwetaw b’affarijiet żgħar meta fil-ħajja jista’ jkollna ħafna affarijiet oħra diffiċli. Tajjeb li ninvestu l-enerġija tagħna biex nagħmlu d-dinja aħjar.
ime T Machine y karol paul DE BONO
FL-AĦĦAR
SABUH!
Iva tafux! Tgħidx kemm kienu ilhom ifittxuh! X’inhu? Mela m’intomx tgħixu f’dinja jew? Sabu l-qabar ta’ Tutankhamun! U kif ma tafux min kien Tutankhamun? Ara, ejjew miegħi ħalli mmorru sal-Eġittu! Kif żgur tafu, l-art tal-Eġittu kienet għal mijiet ta’ snin maħkuma minn dinastiji kbar ta’ bosta rejiet, jew faragħuni, li xi wħud minnhom għadhom jisemmew illum. Fost dawn il-faragħuni nsibu lil Tutankhamun. Dan aktarx kien wieħed mill-iktar rejiet Eġizzjani li laħqu ta’ età żgħira. Fil-fatt, għalkemm ħadd ma jaf biċ-ċert, dan tela’ fit-tmexxija tal-pajjiż meta kellu biss disa’ snin. Immaġina ftit, ta’ disa’ snin trid tmexxi poplu daqstant numeruż. Iżda ma tantx dam imexxi, għaliex miet ta’ madwar sbatax-il sena. Madankollu, minn dokumenti li nstabu dwar it-tmexxija tiegħu, nafu li dan reġa’ ta importanza lir-reliġjon l-antika li missieru kien abbandunaha. Nafu wkoll li kien miżżewweġ. U wieħed mill-affarijiet li l-iktar baqa’ jissemma kien il-qabar li bena sabiex jindifen fih hu. Dan il-qabar huwa l-unika wieħed li nstab fl-istat oriġinali. L-oqbra tal-faragħuni l-oħrajn kollha ġew misruqa minn kull ħaġa li kien hemm fihom. Fl-1907, l-arkeologu Ingliż Edward Russell Ayrton kien imqabbad minn ċertu Theodore Davis biex jagħmel espedizzjoni fil-‘Valley of the Kings’. Ayrton sab ħofra mimlija affarijiet li kienu mmarkati bħala ta’ Tutankhamun, li dak iż-żmien kien għadu ma jaf bih ħadd. Theodore Davis kien ħabbar li kien sab il-qabar ta’ dan il-Faragħun. Iżda wara studju li sar fuq dawn l-oġġetti, ġie konkluż li għalkemm kien tassew li dawk
l-oġġetti ntużaw fil-funeral ta’ Tutankhamun, il-ħofra li sab Ayrton ma kinitx il-qabar tiegħu. Ċertu Herbert Winlock iddeċieda li jaħdem ma’ Ingliż ieħor Howard Carter u bl-għajnuna finanzjarja ta’ Lord Carnavorn, fl-1914 bdew iħaffru viċin il-ħofra li sab Ayrton. Għal seba’ snin sħaħ ma sabu xejn. Iżda f’Novembru tal-1922 instab il-bieb tal-veru qabar ta’ Tutankhamun. Tliet ġimgħat wara nstab it-tieni bieb. Meta Carter fetaħ dan il-bieb u xegħel xemgħa biex jara x’kien hemm, huwa u ta’ madwaru baqgħu mbellhin bil-kwantità ta’ statwi tad-deheb u oġġetti oħrajn li sabu. Tistgħu taħsbu x’kien hemm… Carter u sħabu damu tliet xhur joħorġu l-oġġetti ftit ftit minn hemm ġew! Iżda l-kbir kien għadu ġej… kien imiss li jiftħu l-kamra fejn kien hemm il-ġisem ibbalzmat tal-Faragħun. Din il-kamra nfetħet fis-16 ta’ Frar 1923 quddiem numru mdaqqas ta’ nies. Kulħadd baqa’ skantat b’kemm kienet iddekorata l-kamra, u bil-valur kbir tal-oġġetti li kien fiha. Ovvjament, l-iktar li ġibed l-għajn kien is-sarkofagu, jew it-tebut li fih kien hemm il-mumja ta’ Tutankhamun. Dan is-sarkofagu huwa proprjament magħmul minn tliet sarkofagi ġo xulxin, kollha miksija
bid-deheb. Dan kollu jixhed kemm l-Eġizzjani kellhom rispett lejn il-mexxejja tagħhom, kif ukoll it-twemmin qawwi li kellhom filħajja ta’ wara l-mewt. Tagħlima ċkejkna minn dan kollu hija din. Li kieku Howard Cater qata’ qalbu f’dawk is-seba’ snin iħaffer u ma jsib xejn, kieku llum ma konniex nkunu nafu b’dan il-Faragħun li permezz tal-qabar tiegħu d-dinja saret taf ħafna iktar fuq l-istorja tar-rejiet Eġizzjani. U inti, kemm taqta’ qalbek malajr meta tibda tipprova xi ħaġa u ma jirnexxilekx? Matul din is-sena pprova kun kuraġġuż. Dak li tibda, agħmel ħiltek biex tlestih! Is-sena t-tajba! ✖
9
ROBERT BADEN-POWELL: 75 SENA MINN MEWTU
BE PREPARED! y robert ALOISIO
It-8 ta’ Jannar li għadda kien il-75 anniversarju mill-mewt tal-fundatur tal-Iscouts, Robert Baden-Powell. Robert BadenPowell (1857-1941) kien Ġeneral Ingliż li l-ewwel li sar magħruf kien bħala l-“eroj tal-assedju ta’ Mafeking” matul il-Gwerra talBoeri fl-Afrika t’Isfel fi tmiem isseklu dsatax. Iżda l-iktar li baqa’ msemmi kien bħala l-fundatur tal-moviment tal-Iscouts u edukatur ta’ ħila. TFULIJA Robert Stephenson Smyth Baden-Powell twieled f’Paddington f’Londra fit-22 ta’ Frar 1857. Missieru kien ir-Reverendu Baden Powell, qassis taċ-Church of England u Professur tal-Matematika fl-Università ta’ Oxford. IrReverendu kien teologu moħħu miftuħ u favur it-teorija talevoluzzjoni ta’ Darwin. Kien iżżewweġ tliet darbiet u b’kollox kellu erbatax-il tifel. Robert Stephenson, li d-dar kienu jsejħulu Stevie, kien ibnu millaħħar żwieġ, dak ma’ Henrietta Grace Smyth, li kienet 28 sena 10 JANNAR/FRAR 2016
iżgħar minnu. Meta t-tifel kien għad għandu tliet snin, missieru miet b’attakk f’qalbu fl-età ta’ 63 sena, lejlet dibattitu storiku fuq l-evoluzzjoni f’Oxford. Hekk, Robert spiċċa trabba minn ommu, mara b’saħħitha, determinata li wliedha kollha jirnexxu. Fl-1933, l-istess Robert ammetta li s-suċċess tiegħu jafu lilha. Wara li attenda Rose Hill School, f’Tunbridge Wells, Robert rebaħ borża ta’ studju f’Charterhouse, skola pubblika prestiġjuża. L-ewwel ħiliet marbutin mal-iscouting kisibhom bl-avventuri u bit-tisjir filforesta fejn kien jevita li jiltaqa’ mal-għalliema tiegħu għax dik iż-żona kienet strictly out-ofbounds. Tgħallem ukoll idoqq ilpjanu u l-vjolin, kien ipinġi b’idejh it-tnejn, u kien iħobb id-drama. Il-vaganzi kien iqattagħhom f’yachting u canoeing ma’ ħutu. IL-KARRIERA MILITARI, ANKE F’MALTA Ta’ 19-il sena, R.S.S. BadenPowell, kif issa beda jsejjaħ lilu nnifsu, ingħaqad mar-riġment
tal-Armata Brittanika, it-13th Hussars fl-Indja bil-grad ta’ Logutenent. Huwa żied il-ħiliet militari tiegħu fost iż-Żulu flAfrika t’Isfel, fejn kien mibgħut, u hemm ġie msemmi b’tifħir u ma damx ma sar Maġġur. Baden-Powell sar Segretarju Militari u senior Aide-de-camp tal-Commander-in-Chief u Gvernatur ta’ Malta, Sir Henry Augustus Smyth, li kien jiġi zijuh. Huwa ntbagħat Malta għal tliet snin, fejn ħadem ukoll bħala intelligence officer għall-Mediterran għad-Direttur tal-Intelliġenza Militari. Spiss kien jivvjaġġa, taparsi wieħed li jikkollezzjona l-friefet, u qalb it-tpinġijiet tal-ġwienaħ talfriefet kien iħażżeż pjanijiet ta’ installazzjonijiet militari. Baden-Powell reġa’ lura l-Afrika fl-1896, u ħa sehem fi gwerra biex isalva ħaddiema tal-British South Africa Company li kienu taħt assedju f’Bulawayo, firRodeżja (Żimbabwe). Din għalih kienet esperjenza formattiva mhux biss għax fiha mexxa missjonijiet ta’ rikonjizzjoni
(reconnaissance) f’territorju tal-għadu, iżda wkoll għax ħafna mill-ideat tiegħu fuq l-Iscouts twieldu hawn. Kien hawn li sar ħabib tal-Amerikan Frederick Russell Burnham, li introduċieh għall-istejjer tal-American Old West u l-woodcraft u kien hawn li libes għall-ewwel darba l-kappell u l-maktur sinonimi mal-Iscouts. Ta’ 40 sena sar l-iżgħar Kurunell tal-Armata Ingliża u beda jmexxi l-5th Dragoon Guards fl-Indja. Ftit snin wara, kiteb manwal żgħir blisem Aids to Scouting, lezzjonijiet li kien tgħallem mingħand Burnham, biex jgħin fit-taħriġ tar-rekluti. B’dal-ktejjeb u b’metodi oħra ried iħarriġhom jaħsbu b’mod independenti, jieħdu inizjattiva, u jibqgħu ħajjin fil-foresta. L-ASSEDJU TA’ MAFEKING Baden-Powell mar lura l-Afrika t’Isfel qabel it-Tieni Gwerra tal-Boeri. Huwa kien fil-belt ta’ Mafeking meta din ġiet ċirkundata mill-armata tal-Boeri li xi drabi kellha 8,000 suldat iktar millIngliżi. Huwa kien il-garrison commander waqt l-Assedju ta’ Mafeking, li dam għaddej seba’ xhur. L-Ingliżi baqgħu jirreżistu grazzi għall-makakkerija ta’ Baden-Powell. Huwa għamel minefields finti u s-suldati kienu taparsi jevitaw barbed wire, li ma kienx hemm, huma u jiċċaqilqu bejn it-trunċieri. Matul l-Assedju, il-Mafeking Cadet Corps iffurmat minn subien taħt l-età li setgħu jiġġieldu, kienu jwasslu l-messaġġi, jgħinu flisptarijiet u l-bqija. Baden-Powell kien impressjona ruħu bil-kuraġġ li dawn urew fit-twettiq tad-doveri tagħhom u iktar tard użahom bħala object lesson fl-ewwel kapitlu tal-ktieb Scouting for
Boys. L-assedju ntemm fis-16 ta’ Mejju 1900 u Baden-Powell laħaq Ġeneral Maġġur, u sar eroj nazzjonali. Fl-1910, il-Logutenent-Ġenerali Baden-Powell irtira mill-Armata, hemm min jgħid fuq il-parir tar-Re Dwardu VII li qallu li jkun qed jaqdi aħjar lill-pajjiż jekk jippromwovi l-iscouting. IL-BIDU TAL-ISCOUTING Kien fl-1885 li Robert BadenPowell beda jiġbor materjal għal ktieb fuq army scouting. Meta dan ħareġ, erba’ snin wara, sar wieħed mill-aktar kotba li kienu mibjugħin. Numru ta’ nies jaħdmu mat-tfal u ż-żgħażagħ intlaqtu mill-ideat ta’ dal-ktieb u ħajru lil BadenPowell jikteb verżjoni għat-tfal subien. Huwa kien jammira l-Boys Brigade mwaqqfa fl1883 fi Glasgow minn William Smith, imma kienet iddejqu l-enfasi li kienet issir fuq id-drill u n-nuqqas ta’ attenzjoni għalliżvilupp tal-moħħ u l-karattru.
ġej min-nuqqas ta’ ikel, djar bla iġjene, u postijiet tax-xogħol perikolużi. Iżda daqstant ieħor kienet tinkwetah is-saħħa mentali. Fid-diskorsi tiegħu, speċjalment wara l-Gwerra tal-Boeri, BadenPowell tkellem ħafna fuq hekk: “Naħseb xi ħaġa tista’ ssir biex il-moħħ tal-Boy Scout jiġi żviluppat billi jżid il-ħila li josserva, u jitgħallem jinnota d-dettalji... Taħriġ preliminari f’din il-linja jista’ jinkludi li jinnota u jiftakar dettalji fuq barranin, xi jkun hemm fil-vetrini tal-ħwienet, kif jidhru t-toroq, eċċ. Dan mhux biss jistimula l-intelliġenza tal-Boy Scout, iżda jagħmlu pront biex jaqra l-karattru u s-sentimenti, u hekk jgħinu jkun iktar solidali ma’ ħutu l-bnedmin l-oħra.”
Baden-Powell kien sar jimpurtah ħafna mill-ġid tan-nazzjon, b’mod speċjali taż-żgħażagħ. Hemm min jgħid li s-saħħa dgħajfa taż-żgħażagħ li ppruvaw jidħlu fl-armata matul il-Gwerra talBoeri kienet raġuni ewlenija għaliex huwa beda l-Iscouts. Tnejn biss minn kull disa’ żgħażagħ li vvolontarjaw li jidħlu flarmata kienu f’saħħithom. Dan kien 11
Wara li ra diversi skemi li kien hemm, fosthom l-ideat ta’ Ernest Thompson Seton fuq camping u woodcraft, u esplora forom edukattivi differenti, f’Awwissu 1907 mexxa l-famuż “Brownsea Island Experimental Camp”. Baden-Powell ried jittestja l-ideat li kien ilu jaħdem fuqhom għallBoy Scouts. Fl-1 ta’ Mejju 1908 ħareġ il-ktieb popolari tiegħu Scouting for Boys u mill-ewwel bdew jiġu ffurmati t-troupes. Il-ktieb ġibed ukoll l-interess ta’ ħafna tfajliet. F’Settembru ta’ dik is-sena, fi Crystal Palace sar l-ewwel rally kbir b’iktar minn 10,000 Boy Scout u numru ta’ Girls Scouts. Iżda għal dawn Baden-Powell ried jagħmel organizzazzjoni separata u sejħilhom Girl Guides bil-ħsieb li jsiru “ommijiet aħjar u gwidi aħjar għall-ġenerazzjoni li ġejja”, għalkemm riedhom “partners u comrades u mhux pupi.” NAGĦMLU T-TAJJEB Sa mill-1908, huwa kiteb hekk fil-Liġi tal-Iscouts: “Dmir taliscout huwa li jkun utli u jgħin lill-oħrajn. Id-dmir qabel kollox, anke jekk ikollu jiċċaħħad millpjaċir, mill-kumdità u mis-sigurtà biex iwettqu. Meta jiġi f’diffikultà biex ikun jaf liema minn żewġ affarijiet irid jagħżel, irid jistaqsi lilu nnifsu, “Liema hu d-dmir tiegħi?” jiġifieri “X’inhu l-aħjar għall-oħrajn?” u jagħżel dak. Irid ikun ippreparat (“Be Prepared”) f’kull ħin li jsalva ħajja, jew li jgħin
persuni feruti. U jrid jagħmel mill-aħjar li jista’ li jaqdi lil xi ħadd kuljum. Scout huwa ħabib ta’ kulħadd, u kull scout ieħor iqisu bħala ħuh, hi x’inhi l-klassi soċjali tiegħu. Għalhekk jekk scout jiltaqa’ ma’ scout ieħor, anke jekk ma kienx jafu qabel, irid ikellmu, u jgħinu bi kwalunkwe mod, billi jgħinu jwettaq id-dmir li qed jagħmel, jew jagħtih x’jiekol,
jew safejn ikun possibbli, kull ħaġa li jkollu bżonn. Scout m’għandu qatt ikun snob. Snob huwa xi ħadd li jħares ’l isfel lejn xi ħadd għax ifqar minnu, jew ikun fqir u jistmerr lil xi ħadd għax sinjur. Scout jaċċetta lil ħaddieħor kif inhu, u jmur miegħu mill-aħjar li jista’.” Il-kunċett ta’ tajjeb li kellu BadenPowell kien marbut ħaġa waħda mal-kunċett ta’ dmir, speċjalment lejn pajjiżek u l-mexxejja tiegħu. Is-sens ta’ dover u l-patrijottiżmu kienu ċentrali fil-viżjoni tiegħu daqskemm kienet il-ħniena lejn l-oħrajn. Tal-iscouts huma mħeġġa jitbissmu u jsaffru, ikunu ħbieb mal-annimali u jkunu ġentili. (Ikompli fil-ħarġa li jmiss)
12 JANNAR/FRAR 2016
minn hawn
u minn hemm
Alan Rickman Min jaf kemm minnkom ma kontux taħmluh meta konna narawh bħala Severus Snape fis-serje Harry Potter! Iżda fl-aħħar żgur li dawwarna l-opinjoni tagħna fuqu. Oħrajn ta’ ċerta età jiftakruh fil-parti tax-Sheriff of Nottingham jeħodha kontra Robin Hood, fil-film Robin Hood: Prince of Thieves, jew t-terrorist Hans Gruber kontra d-Detective John McClane f’Die Hard! L-attur Alan Rickman, li ħalliena iktar kmieni din is-sena wara ġlieda mal-marda tal-kanċer, huwa magħruf għall-personalitajiet “ħżiena” li jinterpreta fil-films. Tant hu hekk li darba stqarr, “I am the character you are not supposed to like.” F’Awwissu li għadda kien magħruf li kien qed ibati minn kanċer fil-pancreas (frixa), li wasslu biex fl-14 ta’ Jannar 2016 imut imdawwar millfamiljari u l-ħbieb. Kwotazzjoni famuża tiegħu li tħallina naħsbu hi: “Film, dramm teatrali, kompożizzjoni ta’ mużika u ktieb jistgħu jagħmlu differenza kbira. Jistgħu jbiddlu d-dinja.” Żgur li bil-karattru tiegħu tal-Professur Severus Snape fis-serje Harry Potter għallimna li rridu noqgħodu attenti kif niġġudkaw lil xi ħadd għax dak li deher fil-bidu bħala għalliem iebes u probabbilment ħażin kien fil-fatt bniedem li dejjem ipprova jagħmel l-aħjar li setgħa u tassew kien eroj moħbi għall-eroj tas-serje.
13
Alan Rickman (1946 - 2016)
minn hawn u minn hemm y NEIL aquilina
Ħamrija, tajn, silġ, trab, titjir, għadajjar… dan kollu jikkaratterizza l-isport tar-Rally fejn karozzi jtellqu f’toroq apposta misjuqa minn driver u co-driver li jagħtih il-pariri minn fejn jgħaddi. U proprju dan kollu tista’ tagħmlu f’din il-logħba, Dirt Rally fejn inti tieħu l-kontroll ta’ karozza tar-Rally, li tkun immodifikata għal dan it-tip ta’ sewqan, kollha riklami u sponsors u titlaq issuq. Ix-xenarji huma varji: deżert, muntanji, silġ, xita, foresti, toroq bit-tarmak u oħrajn bil-ħamrija u anke ssuq billejl jew filgħodu. Tista’ tagħżel minn 39 tip ta’ karozza li ilhom jintużaw fir-Rally għal dawn l-aħħar 50 sena bħallMini Cooper S u Lancina Fulvia HF (1960s); FIAT 131 Abarth u Ford Escort MK II (1970s) u oħrajn iktar moderni bħas-Subaru Impreza, Ford Focus, Volkswagen Polo u Mitsubishi Lancer EVO X. Mela jekk inti dilettant tat-tlielaq tal-karozzi jew tal-karozzi antiki, nissuġġerilek din il-logħba, għax apparti l-gameplay tagħha talġenn, il-ħoss tal-magni tal-karozzi huwa sabiħ immens. Taħsbek qed issuq il-karozza ta’ vera!
Il-Ġublew tal-Ħniena Naħseb issa ltqajtu xi darba jew oħra ma’ din l-istampa. Dan hu l-logo tal-Ġublew Straordinarju li l-Papa fetaħ għas-Sena tal-Ħniena. Forsi mal-ewwel daqqa t’għajn jidher ftit stramb imma tassew dan il-logo għandu ħsieb sabiħ. Fr Marko Ivan Rupnik huwa ġiżwita u artist magħruf għal ħafna mużajċi moderni f’Santwarji millisbaħ. Fost l-opri tiegħu nsibu l-mużajk ġdid li hemm fil-faċċata tas-Santwarju ta’ Pinu, Għawdex. L-istil tal-logo jfakkarna fl-ikoni tal-Lvant u l-kuluri li għażel għandhom tifsira kbira fid-dinja tal-Ikoni. Ilfiguri huma sempliċi ħafna u għalkemm ma jesprimux emozzjonijiet bħalma ħafna minna mdorrijin naraw f’pitturi moderni, il-logo jwasslilna messaġġ millisbaħ. Fil-logo naraw lil Ġesù bħala r-ragħaj it-tajjeb li jfittex in-nagħġa l-mitlufa imma f’dan il-logo, Rupnik jagħżel li jpinġi lil Adam flok in-nagħġa. Adam li fil-Ġenesi naqraw li jaħrab minn Alla, jissimbolizza lilna li f’ħajjitna sikwit nitilfu t-triq. Il-ħarsa hija l-ispirazzjoni ċentrali wara dan il-logo u għalhekk naraw li l-għajn
16 JANNAR/FRAR 2016
il-leminija fil-figura ta’ Ġesù u dik xellugija ta’ Adam jifformaw għajn waħda. Il-ħsieb tal-artist hu li jurina kif Ġesù fil-ħniena tiegħu jiġi jerfagħna fil-mumenti diffiċli u jekk inħalluh jerfagħna, aħna nibdew naraw l-affarijiet b’mod differenti. Il-ħniena ta’ Alla tikkonvertina u nibdew naraw kif jara Alla. Dan Rupnik jipprova jurih fl-għajn komuni bejn Ġesù u Adam.
y FRANKLIN balzan
Ma tantx nistgħu ngħidu li kien hemm innovazzjonijiet fitteknoloġija għal dawk li huma neqsin mill-vista f’dawn l-aħħar 15-il sena. Eric Ju Yoon Kim kien miexi fil-kulleġġ fl-Università ta’ Washington, meta lemaħ xi ħaġa li ispiratu għal bidla. Student li kien nieqes mill-vista daħal għal laqgħa tal-grupp ta’ Kim bi ktieb enormi u tqil. Din kienet il-Bibbja tradotta fil-braille - iżda kienet biss wieħed minn 23 volum, kollha ħoxnin u tqal! Għal min ma jafx, il-braille huwa alfabett għal dawk li huma neqsin middawl u li wieħed imiss b’idejh ittri li jaqbżu ’l barra biex ikun jista’ jaqra. Meta ra hekk Kim baqa’ mħasseb kif ma kienx jeżisti apparat diġitali biex jgħin lil dawn in-nies li huma neqsin mid-dawl biex jaqraw il-braille mingħajr ma jkollhom iġorru magħhom daqstant kotba tqal u ħoxnin. Huwa ħaseb li għandu jkun hawn apparat għal qari diġitali, forsi bħall-braille fuq iPad. B’sorpriża għal Kim, huwa skopra li apparat bħal dan ma kienx jeżisti. Kien b’din l-ispirazzjoni li Eric Ju Yoon Kim waqqaf il-kumpanija Dot Inc, kumpanija li tispeċjalizza fl-innovazzjonijiet teknoloġiċi għall-għomja u għal dawk neqsin mid-dawl. Il-missjoni tagħha hija li tiżdied l-aċċessibilità
għall-braille u l-litteriżmu u biex titnaqqas id-diskriminazzjoni inviżibbli kontra persuni għomja. L-aħħar prodott tagħha huwa d-Dot, li huwa smartwatch sabiħ li jikkonverti t-testi, emails, notifiki, u anki ebooks, fil-braille. Id-differenza bejn dan l-arloġġ u arloġġi oħra li jinsabu fuq is-suq maħsuba għan-nies neqsin mid-dawl hija li ħafna minn dawn l-arloġġi jiddependu mis-smigħ biex jittrażmettu l-informazzjoni lill-persuna li ma tarax. Madankollu dan ma tantx huwa utli f’sitwazzjonijiet fejn pereżempju hemm avvenimenti pubbliċi jew matul laqgħat, għalhekk din il-kumpanija bidlet kompletament l-approach tagħha. Meta messaġġ jidħol fuq ilmobile, l-arloġġ (Dot) li jkun imqabbad mal-mobile, jibda jivvibra u fuq il-wiċċ tal-arloġġ jipproduċu 4 karattri braille kull darba. Meta ma jkunx hemm messaġġ jew notifikazzjonijiet oħra l-arloġġ juri l-ħin fil-braille. Il-kumpanija tixtieq toħloq moduli oħra li jkunu installati f’postijiet pubbliċi bħall-bus
stops, stazzjonijiet tal-metro, ajruporti, u postijiet oħra. Dan biex ikompli jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni għal persuni bla dawl. Iżda l-innovazzjonijiet braille ta’ din il-kumpanija ma jfissru xejn jekk ir-rata tallitteriżmu tal-braille jibqa’ fejn hu. ll-Federazzjoni Nazzjonali għall-Għomja tirrapporta li 10% biss tal-istudenti għomja fl-Istati Uniti qed jiġu mgħallma l-braille fl-iskejjel. Minħabba f’hekk il-kumpanija qiegħda wkoll tiżviluppa metodi biex tgħin lill-għomja jitgħallmu l-braille. Wieħed minn dawn il-metodi huwa application li taqra l-ittri filwaqt li l-bniedem nieqes mill-vista jkun jista’ jaqra l-braille minn fuq id-Dot, biex b’hekk ikun jista’ jitgħallem ilbraille iktar malajr. Jidher ukoll li l-kumpanija Dot qiegħda tiżviluppa dik li hi qed issejjaħ Dot Pad, li għandha tkun iPad li tkun kapaċi turi d-display tagħha fil-braille. Żgur li dawn l-avvanzi u l-ideat ser ikunu utli għal min għandu bżonnhom! 17
y christian BORG
It-telf talBijodiversità Severn Cullis-Suzuki fl-età ta’ tnax-il sena sammret id-dinja f’diskors li tat f’laqgħa kbira tal-Ġnus Magħquda li saret ġewwa Rio fl-1992. Wieħed mis-suġġetti ttrattati kien it-telf tal-bijodiversità, jiġifieri l-estinzjoni ta’ diversi speċi. F’dan id-diskors semmiet b’diqa li tixtieq turi l-annimali li qed jgħixu fi żmienna lil uliedha. Ħafna jsostnu li llum qed ngħixu s-sitt estinzjoni tal-massa. Ma nistgħux ngħidu li estinzjoni tal-massa hija ħażina għax li kieku ma kenitx estinzjoni
tal-massa, kieku ħadd minna mhu qed jaqra dan l-artiklu għax kieku għadna f’dinja b’xi dinosawru jgħarrex u mammiferi żgħar jistaħbew ġo xi toqba. Però f’din l-estinzjoni tal-massa hemm xi ħaġa differenti milloħrajn ta’ qabilha. Filwaqt li fl-ewwel ħamsa dejjem kienet xi proċess naturali, din id-darba hija kkawżata minn speċi li dehret fuq din l-art mal-200,000 sena ilu, aħna l-bnedmin. Din tgħabbina b’responsabbiltà kbira biex nieħdu ħsieb il-ħolqien.
L-użu tal-art ta’ foresti għallbini jew il-biedja qed iwassal li xi annimali jitilfu l-abitat (iddar) fejn jgħixu. Il-bidla fil-klima wkoll tista’ tkun kawża ta’ telf tal-bijodiversità. Minħabba bidla fil-klima, dan l-aħħar snin ġieli nstabu polar bears mgħerrqin minħabba li dawn ma sabux silġ fuq xiex jitilgħu u kellhom jgħumu għal sigħat twal. Fil-Laqgħa talĠnus Magħquda li saret ġewwa Pariġi s-sena l-oħra l-pajjiżi qablu li jikkontrollaw l-emissjonijiet taddiossidu tal-karbonju (CO2) biex ma jħallux it-temperatura taddinja taqbeż il-1.5 gradi Celsius. Problema kbira li naqset ħafna l-bijodiversità hija l-kaċċa illegali. Ħafna iljunfanti u rinoċerontijiet bdew jinqatlu biex jittiħdilhom il-qrun. F’dawn l-aħħar snin sar sforz biex jiġi kkontrollat il-qtil u l-bejgħ illegali ta’ dawn il-qrejjen li wassal lil dawn l-annimali qrib ħafna tal-estinzjoni. Intużat tattika fejn nies professjonali raqdu lill-annimal u qatgħulu l-qrun, biex dawn ma jinqatlux
18 JANNAR/FRAR 2016
għall-qrun. Dan wassal biex illum in-numru tal-iljunfanti fl-Afrika reġa’ beda jiżdied. Sitwazzjoni simili narawha fit-tonn, fejn sajd insostenibbli naqqas ħafna l-popolazzjoni tat-tonn. Però l-kwota li tpoġġiet dawn l-aħħar snin biex ma jinqabdux ammonti eċċessivi ta’ tonn waslet biex ilpopolazzjoni tat-tonn fis-selvaġġ terġa’ tibda tiżdied. Tajjeb nifhmu li l-ebda annimal ma jgħix waħdu, imma l-annimali kollha jiddependu minn xulxin. Ir-relazzjoni tagħhom tvarja minn relazzjoni ta’ priża u predatur bħall-iljun u ċ-ċerva, jew għax l-annimal ibiddel l-abitat li jgħix fih bħall-beaver li jaqta’ s-siġar u jifforma l-ilqugħ tal-ilma u l-għadajjar. Insibu relazzjonijiet oħra fejn annimali jgħinu lil xulxin bħall-għasfur oxpecker u ż-żebra. L-għasfur joqgħod fuq iż-żebra u jiekol xi qurdien u insetti oħra, b’hekk filwaqt li l-għasfur qed jieħu ikla minn fuq dahar iż-żebra, jeħles liż-żebra minn insetti antipatiċi li joqogħdu jixorbulha demmha. Dan il-bilanċ talannimali bejniethom fin-natura jiġi mfixkel meta annimal aljen, jiġifieri annimal li ma jkunx jgħix
fil-post, jiġi introdott. Eżempju riċenti li żgur smajna bih huwa meta f’Malta daħal il-bumunqar u beda jeqred il-palm. Meta neqirdu xi annimal nistgħu niżbilanċjaw din is-sistema wkoll. Ħafna jaħsbu li jekk noqtlu x-sharks, nirriskjaw li jkollna predaturi li aktar diffiċli nikkontrollawhom bħal bram aktar perikoluż. Il-biedja hija sistema fejn wieħed ikabbar ħafna millistess ħaġa. Din fiha nnifisha tnaqqas il-bijodiversità. Però llum il-ġurnata nistgħu naffaċċjaw problema oħra li thedded il-bijodiversità, jiġifieri l-genetically modifield organisms (GMOs). GMOs huma annimali, pjanti jew organiżmi oħra li jkunu mbagħbsin ġenetikament. Pereżempju l-patata tiġi mbagħbsa biex ikollha iktar lamtu (starch). Hemm biża’ li l-GMOs jistgħu jħallu impatt negattiv fuq is-saħħa talbniedem u li jistgħu joħolqu faqar ġdid fejn il-ħaxix li qed jitkabbar ikun imbagħbas biex ma jagħmilx
żerriegħa ħalli l-bidwi jkollu bilfors jixtri mill-kumpanija li tipproduċih ta’ kull sena. Barra minn hekk hemm il-biża’ wkoll li dawn il-GMOs jaħarbu fisselvaġġ u jikkompetu mal-pjanti jew annimali fis-selvaġġ, tant li jwassluhom għall-estinzjoni. Imma għalfejn għandna noqogħdu nħabblu rasna jekk xi speċi ta’ annimal ma tibqax teżisti? Il-Papa Franġisku jagħtina xi ideat fil-Laudato Si’. Kull annimal u pjanta għandhom valur għall-ekosistema, jiġifieri hemm pjanti u annimali oħra li jiddependu minnha. Xi annimali u pjanti jista’ jkollhom ukoll valur kulturali. Illum nużaw mas-70,000 speċi ta’ pjanti għall-mediċina tradizzjonali u moderna, bil-possibbiltà li nsibu fejqan għall-mard fosthom ilkanċer minn pjanti li għadna ma studjajniex biżżejjed fuqhom. Barra minn hekk, bijodiversità għolja tassigura aktar is-sigurtà tal-ikel. Pereżempju jekk għandi għalqa b’elf tadama u sieħbi għandu għalqa bi 300 tadama, bi 300 ħassa, b’200 patata u b’200 basla, u ġiet marda li qatlet it-tadam, huwa sieħbi li għandu iktar bijodiversità li ser jkollu platt mimli fuq il-mejda! ✖ 19
MUŻIKA MODERNA TAX-XJUĦ y MARK caruana
X’JAGĦMEL KANZUNETTA TAL-WIDNA? Ejjew nibdew mill-ewwel mingħajr ħafna introduzzjonijiet. Kulħadd sema’ bil-Coldplay. Għandhom diski tal-widna u jtellgħu kunċerti sbieħ. Għal xi raġuni, diski bħal “Paradise”, “Sky full of Stars” u “Yellow”, kollha jdoqqu qanpiena f’widnejna, filwaqt li “See you soon”, “Violet Hill” u “Death and All his Friends” forsi huma xi ftit inqas familjari, sakemm ma tqisx lilek innifsek bħala segwaċi ddedikat tal-band. L-ikbar raġuni wara din, bla dubju, hi l-promozzjoni li finalment għażlu li jagħtu lil dawk talewwel u mhux lil tal-aħħar. Però fattur kruċjali wara dan
20 JANNAR/FRAR 2016
kollu hu għas-sempliċi raguni li dawk tal-ewwel huma aktar sempliċi bħala siltiet mużikali. Meta qed ngħid sempliċi, jiġifieri li s-sekwenza tal-kordi hija aktar sempliċi. Il-Coldplay meta ġew biex jikkomponu d-diska qabdu erba’ kordi kollox, l-aktar ħamsa, u kulma jiktbu, jiktbuh fuqhom. X’jagħmel kanzunetta tinstema’ tal-widna, jew kif jgħidu bl-Ingliż “catchy”? Diffiċli ħafna li nkunu nafu r-risposta, u fil-verità din hija xi ħaġa kumplessa u li tinkludi ħafna fatturi. Madankollu, parti mill-ispjegazzjoni għalfejn kanzunetta tolqotna millewwel jew le, hi skont kemm il-kanzunetta tinstema’ familjari f’widnejna. Xi drabi nisimgħu
silta li tant tkun familjari li kważi minn qabel ma jindaqqu l-kordi nkunu nafu xi jmiss. Hemm pataflun kanzunetti simili, b’kordi sempliċi u repetittivi; u minkejja li dan il-fatt donnu jrendihom bħala xi ftit medjokri, xorta waħda huma sbieħ biex tismagħhom. Inkun qed nigdeb jekk ngħid li dan biss hu li jagħmel kanzunetta waħda talwidna, u żgur li t-tip ta’ melodija, strumenti u kordi jaffettwaw. Però l-impatt li dan il-fenomenu għandu huwa kbir ħafna. Innutaw ftit. Min jaf kemm-il darba kien hemm kanzunetta li xħin smajtha għall-ewwel darba ma laqtitekx, jekk mhux dejqitek ukoll. Dan sakemm terġa’
tismagħha għat-tieni u t-tielet darba, u bħal donnu tintebaħ bis-sabiħ tagħha. Li jkun ġara biss hu, li aktar ma tismagħha, aktar tkun saret familjari għal widnejk, u moħħok ikun diġà tgħallimha u jkun jaf xi jmiss. Dan il-fenomenu japplika mhux għal kanzunetti individwali biss, imma wkoll għal stili sħaħ ta’ mużika; mużika li għall-bidu tibda tqabbadna wġigħ ta’ ras, u wara nibdew ninġibdu lejha – mużika elaborata bħall-Opera, il-Jazz, kif ukoll dik Psikadelika. Hemm min biż-żmien vera jsir iħobb dawn l-istili. Ħafna oħrajn jintefgħu mill-ewwel fuq dawk li hu sempliċi u jdoqqilhom għal widnejhom. Fis-sebgħinijiet nibet stil li jaqdi proprju dan il-bżonn. Rock sempliċi għaż-żgħażagħ: il-Punk Rock. PUNK ROCK The Beatles infirdu! Id-dinja mużika tas-snin sittin spiċċat b’din l-aħbar tiġri fuq fomm kulħadd. L-aħbar ħarġet fl-1970, hekk kif Paul McCartney telaq mill-grupp, u xahar wara ħarġu l-aħħar album tagħhom “Let it Be”. Wara li seħħ dan, kull membru beda karriera għal rasu; kollha karrieri ta’ suċċess, fejn fl-ewwel sena tagħhom bħala individwi kienu diġà ħarġu diski famużi bħal “Imagine”, “Happy Christmas (War is Over)”, “Maybe I’m Amazed” u “My Sweet Lord”. U hekk bdew issebgħinijiet! Splużjoni ta’ bands ġodda u stili ġodda. Fost l-aktar stili influwenti li nħoloq f’dan iż-żmien partikolari kien hemm il-Punk Rock. Il-Punk Rock huwa stil ta’ Rock pjuttost sempliċi u mgħaġġel fir-ritmu. Il-membri ribellużi ta’ band Punk ma kienx hemm għalfejn li jkollhom talent ta’ barra min hawn. Id-drummer idoqq beat minimalistiku ħafna,
il-bassist noti bażiċi u repetittivi, il-kitarrist l-istess erba’ kordi bid-distortion, u kważi dejjem idoqq ’l isfel (downstrokes), filwaqt li l-kantant ikanta jgħajjat b’lirika ribelluża kontra l-gvern u kull forma t’istituzzjoni. IlPunk Rock nistgħu ngħid li kien twaqqaf b’risposta għal ħafna Rock sofistikat u kkumplikat li kien beda ħiereġ, b’ħafna solos tal-kitarra twal u tqal. Ħareġ ukoll bi tweġiba għall-moviment tal-Hippies, li fil-fatt kienu jqisuh ridikolu. Ħafna jqisu li l-ewwel band talPunk Rock kienet The Ramones, li bdiet fl-1974. L-aktar diska li baqgħu magħrufin għaliha kienet “Blitzkrieg Bop”. Matul iż-żmien komplew ifaqqsu aktar bands, li sfortunatament ħafna minnhom ma tantx nistgħu nsejħulhom eżemplari. Fost l-aktar famużi nsibu s-Sex Pistols, The Stranglers, The Clash, Blink-182, The Offspring, u l-mużiċist eċċentriku, Iggy Pop. Aktar riċenti fiż-żmien insibu l-Green Day, b’diski famużi bħal “Basket Case”, “Boulevard of Broken Dreams” u “American Idiot”. ALTERNATIVE ROCK L-istorja dejjem tirrepeti ruħha, u fil-fatt l-istess Punk Rock reġa’ nqasam u żviluppa fi stili ġodda.
M’għandniex ċans naraw l-istili interessanti kollha li ħarġu millPunk Rock, però żgur ma nistgħux inħallu barra stil partikolari li ddomina l-mużika moderna li mdorrijin nisimgħu. Coldplay, 30 Seconds to Mars, Radiohead, R.E.M., Foo Fighters, Kings of Leon, The White Stripes, The Killers, Franz Ferdinand, Red Hot Chilly Peppers, My Chemical Romance, Snow Patrol… (tistgħu tieqfu ftit, ħalli tieħdu nifs) Nirvana, The Verve, Mumford & Sons, OneRepublic, The Smashing Pumpkins, The Smiths, U2… dawn kollha huma bands li jdoqqu Alternative Rock. Għalfejn “Alternative”? Dan għaliex, bħall-Punk Rock, dan l-istil kien qed joffri alternattiva għal min ma xtaqx jisma’ jew idoqq dak ir-Rock tradizzjonali u popolari. L-ironija l-kbira hi li r-Rock għadu popolari llum il-ġurnata grazzi għall-Alternative Rock, li għadu jindaqq. Kważi tad-daħk li llum jekk tixtieq tisma’ Rock li mhux popolari, ikollok issib alternattiva għall-Alternative Rock. Jekk Alla jrid fil-ħarġa li jmiss ser nitkellmu fuq tip ieħor ta’ Rock li twieled fis-sebgħinijiet; Rock li kien l-istrument ewlieni li bih il-mibki David Bowie wera lid-dinja kollha l-ġenjalità tiegħu: Glam Rock! ✖ 21
y JOSEPH bonnici
It-Tieni Kmandament SSEMMINIX GĦAL XEJN B’XEJN
Mhux 99 kienu l-ismijiet ta’ Allah?
Sakemm Abdul ma jolqotx subgħajh u jivvinta xi tnejn ġodda! GULP!
ĦADDIED
IL-MIXJA Il-Kruċjati kienu jmorru lejn Ġerusalemm bl-għajta talbattalja: Alla jrid hekk! Fuq iċċintorini tas-suldati ta’ Hitler, fitTieni Gwerra Dinjija, kien hemm minqux: Alla huwa magħna! Il-kaliffi moderni tat-terrur isemmu l-Gwerra Qaddisa, KURŻITÀ Il-Lhud ma kinux jissograw isemmu l-isem t’Alla. Kienu jibżgħu li l-għedewwa jibdew jużawh u jmaqdruh. Kien jista’ jsemmih biss il-Qassis il-Kbir, darba fis-sena, f’Jum il22 JANNAR/FRAR 2016
il-Ġiħad, f’isem Allah. Hemm min jeħodha m’Alla minħabba l-maltemp jew minħabba xi inċident. Jew waqt xi logħba, inkella minħabba xi eżami! Jew juża isem Alla għalxejn hu u jitkellem, jidħak jew jistagħġeb! Juża isem Alla għal dak li hu serju jew bla sens, fir-rabja jew
Maħfra, il-Jom Kippur. Waqt li kien ikun qed ilissen dan l-isem fil-qalba tat-tempju, kienu jindaqqu t-trombi barra biex ħadd ma jkun jista’ jisma’ l-kelma!
b’injoranza. Imma Alla tassew għandu x’jaqsam ma’ rebħa fuq l-għedewwa jew ma’ xi tip ta’ sfortuna? Spiss jintuża ismu fejn m’għandux għalfejn ikun użat. Gwerra qaddisa hija dagħwa. Hija dagħwa daqs dik li tinstema’ meta tiġri xi ħaġa ħażina u jeħel hu.
Fil-kampijiet talkonċentrament tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-Lhud kienu jersqu għall-mewt bl-istqarrija: ‘Isma’ ja Iżrael, Jaħwè hu Elohim, Jaħwè hu wieħed’.
IL-KODIĊI L-ĠDID Melun għoġbitu l-idea li l-isem t’Alla jkun meqjum bi mħabba kbira. Ifittex fil-Bibbja u jsib paġna qawwija ħafna, speċjalment għal żmienna. Il-ħajja tal-Lhud kienet iebsa. Fil-kamp kienu jgħixu jum wara jum, daqqa minn fuq u daqqa minn taħt. Kultant kien jidher xi għadu, ġieli kien ikun hemm xi ħruq jew xi ġlieda bla mistennija. Hekk kif ġara meta kien hemm ġlieda bejn żagħżugħ li kellu ommu Lhudija u missieru Eġizzjan u Lhudi pur. NAVIGAZZJONI SATELLITARI Ġe jixgħel il-kompjuter u jfittex it-tweġibiet għal ċerti mistoqsijiet: L-importanza tal-isem Fil-kultura tal-Lvant l-isem ifisser il-persuna u juri l-missjoni tagħha: Mosè jfisser ‘salvat mill-għarqa’, Gabrijel ifisser ‘Alla huwa qawwi’, Iżrael juri ‘dak li tqabad ma’ Alla’ u Ġesù jfisser ‘Alla jsalva’. L-isem t’Alla, Jahweh L-erba’ ittri fil-Lhudi li jfissru l-isem t’Alla huma YHWH. Jidhru 6828 darba fitTestment il-Qadim. Ħadd ma seta’ jlissinhom. Ir-rabbini żiedu l-vokali tal-isem Adonaj, li jfisser Sinjur, u b’hekk l-isem sar Yehowah. Biex ma jlissnux l-isem, il-Lhud kienu jużaw ismijiet oħra bħal ‘Il-Qaddis’, ‘Il-Ħallieq’, ‘L-Għoli’ u ‘l-Isem’.
Kienu ilhom imqabbdin f’xulxin. U daqqa jitlewmu b’kelma, daqqa b’ħarsa u daqqa bis-skiet tagħhom. Sakemm darba s-sitwazzjoni saret gravi ħafna u ż-żagħżugħ ta’ razza mħallta nstema’ jidgħi waqt il-ġlied ta’ bejniethom. Il-ġirien intefgħu fuqhom biex jifirduhom. Kif waqqfuhom riedu jagħtu lezzjoni lil dak li kien semma’ l-isem t’Alla b’disprezz. Qabduh u ħaduh quddiem Mosè, l-imħallef ewlieni. Il-ħati kien ikkundannat għall-mewt bit-tħaġġir. Il-kamp kollu ħareġ biex jara dan il-kastig aħrax. Il-ħati temm ħajtu taħt id-daqqiet tal-ġebel. Il-Lhud ħaduha l-lezzjoni. Mal-isem t’Alla ma tiċċajtax. Imma Alla ma jivvendikax ruħu b’dal-mod tagħna l-bnedmin. Madankollu, huwa daqstant ta’ min jistmerr l-attitudni ta’ min jabbuża mill-ħniena t’Alla u juża dan l-isem bi tmaqdir u disprezz. Ikun qed ibaxxi lilu nnifsu bħal dak li spiċċa mal-art, mgħaffeġ taħt il-ġebel.
Allah Dan hu l-isem t’Alla fl-Iżlam. Il-Koran fih diversi listi ta’ ismijiet oħra għal Alla bħal ‘IlPerfett’, ‘Il-Ħallieq’, ‘L-Etern’ u ‘is-Sovran’. Waħda milliktar stqarrijiet komuni fost il-Musulmani hija ‘Allah hu Akbar’ li tfisser Alla hu kbir. Ħasra li hija użata wkoll minn persuni li jwettqu atroċitajiet kbar fi żminijietna! 23
MILL-ISTORJA Fil-bidu tal-Knisja, ilpersekuturi tal-Insara kienu jiġu mġiegħla jidgħu bl-isem t’Alla jew ta’ Ġesù Kristu. Anke l-Isqof ta’ Smirna, Polikarpu, kien meħud quddiem il-mexxej tal-belt bil-kmand: ‘Aħlef quddiem Ċesare: każbar lil Kristu u neħilsuk!’
Polikarpu wieġeb: ‘Ili 86 sena naqdi lil Kristu, u qatt ma naqasni minn xejn. Kif nista’ noffendi lis-sultan u s-salvatur tiegħi?’ Ipprefera jkun maqtul milli jiċħad lil dak li ħabb. Kienet is-sena 155 wara Kristu.
MINI-KWIZZ 1. L-isem Jaħwè jfisser: a. Alla hu kbir b. Jien dak li jien ċ. Alla jirbaħ dejjem 2. Fit-Testment il-Qadim, min kien ikażbar l-isem t’Alla: a. Kien jitkeċċa fid-deżert b. Kien jiġi msallab ċ. Kien jiġi mħaġġar 3. Seta’ jsemmi l-isem ta’ Jaħwè biss: a. Il-qassis il-kbir b. Il-profeta ċ. Is-sultan
PITSTOP: NIFRAĦLEK, MULEJ! Meta nisma’ lil min joffendik, Mulej, naħseb: ‘Inti tassew qawwi, O Alla! Ismek hu kbir fuq l-art kollha. Għamiltna fuq xbieha tiegħek, anke jekk kont taf li se nonqsuk.’ Meta nisma’ lil min joffendi lis-sema u lil min jgħammar fih, nistqarr: ‘Inti tal-għaġeb, Mulej! żejjint is-sema bil-kwiekeb, imlejtu bil-pjaneti u l-galassji.
24 JANNAR/FRAR 2016
Aħna mlejnieh b’satelliti artifiċjali, u li mhux dejjem jaħdmu sew.’ Meta niltaqa’ ma’ min jissogra jmaqdar ismek, nibda nitlob: ‘Tassew ma jafx x’inhu jgħid. Fejn issib missier daqshekk twajjeb, daqshekk attent u lest biex jismagħna? Inti tassew kbir, O Sinjur, u kbir hu ismek fuq l-art kollha. Nifraħlek, Mulej!’
Rigal li tkun
y MARIA cachia
ilek tistenna!
M'ilniex wisq li rċivejna xi rigal jew tnejn fi żmien il-Milied. Ħerqanin biex naraw x’ser naqilgħu, forsi xi oġġett li nkunu ilna nistennew xhur sħaħ u nitfgħu xi botta lil dawk l-aktar qrib tagħna biex nuruwhom x’nixtiequ.
Niftakarni meta kont ħafna iżgħar kont immur ħdejn issiġra tal-Milied biex noqgħod niċċekkja kemm għandi rigali u nipprova naqta’ x’inhuma. Iżda bix-xewqa kont nibqa’ għax ħadd ma kien jgħidli xi xtrali. Issa għaddew xi snin minn dak iż-żmien u xi ftit ta’ kurżità għadha taqbadni u anki xi botta ’l hemm u ’l hawn għadni nitfa’! Allura kont eċitata ħafna meta wasal dakinhar tal-Milied u sar il-ħin biex niftħu r-rigali. Fost ir-rigali li qlajt kien hemm wieħed partikolari li nibqa’ niftakru żgur. Ġara li hekk kif kelli r-rigal f’idi bdejt nipprova naqta’ x’seta’ kien. Kienet kaxxa tawwalija miksija b’karta sabiħa tal-Milied. Bdejt niftħu bil-mod il-mod u sa fl-aħħar ninduna li kienet Jewellery box! “Mmmm…
ma kienx ir-rigal li kont qed nistenna”, għedt f’qalbi u ħassejtni xi ftit diżappuntata dak il-ħin, għalkemm lil min tahuli ma wrejtux għax mhux etikett!
Iżda s-sorpriża għadha ġejja, għax hekk kif ftaħt il-kaxxa nsib li fiha kien hemm kaxxa oħra żgħira żgħira moħbija qalb ħafna biċċiet tad-drapp. Ftaħt niġri l-kaxxa ż-żgħira u minn ġo fiha ħareġ ċurkett sabiħ forma ta’ salib, li tant kont ili nixtieq. Tbissima kbira kelli fuq wiċċi tant li lanqas stajt nemmen li r-rigal li kont ili nistenna issa wasal u qiegħed quddiemi. Mingħajr telf ta’ żmien ilbistu u ġieni bl-eżatt! Imma importanti ħafna li ma nħossux dan l-entużjażmu u l-ferħ meta nirċievu xi rigal sabiħ biss. Kultant ma napprezzawx biżżejjed rigal ferm akbar li rċevejnieh mingħand dak li l-aktar li jħobbna, is-Sinjur Alla. Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann naqraw, "Għax Alla hekk ħabb liddinja, li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” Rigal li jibqa’ jagħti! Tana lil Ibnu
bħala rigal u meta naċċettawh jagħtina l-ħajja ta’ dejjem! Ħafna huma dawk in-nies li aċċettaw bil-ferħa dan ir-rigal tant kbir u ħajjithom inbidlet. Dan kien l-ikbar rigal mhux għalihom biss imma għad-dinja kollha. Forsi, dak il-ħin, meta Ġesù kien imsallab fuq is-salib, ħadd ma seta’ jifhem għala kellu jgħaddi minn dik il-passjoni kerha, b’tant tbatija u disprezz. Forsi dak il-ħin ir-rigal kien jidher ikrah u ddiżappunta lil dawk li kienu jħobbuh. Iżda r-rigal kien għadu mhux mikxuf. Kellhom jgħaddu xi jiem sakemm dak li ġara fuq is-salib beda jagħmel sens għal dawk li tant kienu jħobbuh. Hemmhekk ħafna nies fiehmu għala kellu jgħaddi minn dan kollu, bħala sinjal ta’ fejn lest li jasal Alla għalina.
Issa f’idejna. Nistgħu nitfgħu dan ir-rigal mal-ħafna rigali li nirċievu l-ħin kollu u ninsewhom, jew inkella nistgħu ngħożżu dan l-akbar rigal u nħalluh jibqa’ jagħtina sorpriża wara l-oħra sakemm insiru dak li Alla dejjem xtaqna li nkunu, l-aħjar li nistgħu nkunu! ✖ 25
ewreka: in-nar
IN-NAR hu forza qawwija ħafna fin-natura. Jista’ jeqridlek kulma għandek f’inqas minn siegħa u foresta sħiħa jista’ jġibha rmied. L-armi li jissejħu ‘tan-nar’ u l-isplussivi joqtlu eluf ta’ nies kull sena. Imma fl-istess waqt, in-nar lill-bniedem jista’ jgħinu ħafna. Bih kellna l-ewwel mod kif nistgħu nġorru ftit dawl u sħana. Mingħajru la stajna nsajru, la nagħtu forma lill-metall, la nagħmlu l-fuħħar, la jkollna bricks, la nużaw karozzi u lanqas inħaddmu power station.
IMMA X’INHU N-NAR? Kulħadd jaf kif jidher jew jinħass in-nar, imma dan x’inhu sewwasew? Is-soltu, in-nar jiġi
meta jkun hemm reazzjoni bejn l-ossiġnu fl-arja u xi forma ta’ fuel. Imma fuels bħall-injam u d-diesel ma jaqbdux kif ġieb u laħaq sempliċiment għax huma mdawrin bl-arja - biex il-fuel jaqbad, jeħtieġ li jisħon biżżejjed.
Il-proċess biex jaqbad l-injam hu pjuttost ikkumplikat. Meta l-injam jilħaq temperatura ta’ 150 grad, dan jinbidel fi prodotti iktar sempliċi. Uħud minnhom huma gassijiet li aħna narawhom bħala duħħan. Meta d-dħaħen jilħqu temperatura ta’ 260 grad, dawn jaqbdu malossiġnu tal-arja u jiffurmaw fwar u gass ieħor jismu diossidu tal-karbonju (C02). Huwa dan il-proċess li jwassal biex jidher in-nar. Il-bqija tal-injam isir qisu faħam. Il-proċess biex il-faħam isir irmied iseħħ bil-mod ħafna u għalhekk meta nagħmlu barbikju, il-ġamar idum jikwi għal ħin twil. Meta fuel jaqbad, jarmi s-sħana u din l-istess sħana twassal biex iktar gassijiet joħorġu mill-fuel u allura l-fuel jibqa’
26 JANNAR/FRAR 2016
jaqbad. Iktar ma fuel isir gass malajr, ħafna drabi iktar ikun faċli biex jaqbad. Huwa biżżejjed pereżempju, li tagħmel spark ħdejn il-gass tal-kċina biex tixgħel fjamma u tibda ssajjar. SĦANA U KULUR Fl-istess waqt li jarmi s-sħana, il-gassijiet sħan jarmu d-dawl li narawh bħala l-fjamma. Ilkulur tal-fjamma jiddependi kemm mit-tip ta’ fuel u anki mittemperatura tal-fjamma. Is-soltu, l-iktar partijiet sħan jidhru blu bħalma naraw fiċ-ċentru talfjamma tal-kċina, waqt li partijiet inqas sħan bħat-tarf tal-fjamma joħolqu kulur safrani. U għaliex iddawwarha kif iddawwarha, il-fjamma ta’ xemgħa dejjem tipponta ’il fuq? Minħabba li l-gassijiet sħan huma eħfef mill-arja nnifisha, allura dawn jitilgħu ’il fuq waqt li jarmu s-sħana u l-kulur. Huwa għalhekk li fjamma, fid-dinja dejjem tibda minn isfel u “tipponta” ’l fuq. IMMA MHUX KOLLOX JAQBAD L-ISTESS… Iva… u mnalla. Hemm materjali
li minnhom infushom ma jaqbdux (bħall-ilma jew l-arja ta’ madwarna). Mhux kull materjal li jaqbad, jaqbad faċli l-istess. Hemm fatturi li jaffettwaw kemm fuel jaqbad malajr. Fuels solidi u kbar bħal zokk ta’ siġra jdum biex jaqbad għax irid ħafna sħana biex jilħaq temperatura biżżejjed sħina. Għalhekk eħfef tqabbad sulfarina milli zokk ta’ siġra. Anki l-forma tagħmel differenza. Kieku kellek tipprova tqabbad ħafna zkuk żgħar, dawn jaqbdu iktar malajr minn zokk wieħed kbir u oħxon anki jekk jiżnu l-istess. Dan minħabba li z-zkuk żgħar jisħnu iktar malajr u huma iktar esposti għall-ossiġnu.
IT-TIFI TAN-NAR Kif rajna, nar għandu bżonn tliet elementi biex jibqa’ jaqbad: fuel, ossiġnu u sħana. Biżżejjed tneħħi wieħed minnhom biex teqred in-nar: - L-ilma, pereżempju jitfi n-nar billi jkessħu. - Gassijiet bħad-diossidu tal-karbonju ma jħallux ossiġnu qrib in-nar u allura dan ma jkomplix jaqbad. L-istess il-fire blankets li ma jħallux ossiġnu jersaq qrib xi borma li tkun qed taqbad. - Meta taqbad foresta, ġieli jaqtgħu siġar mad-dawra tal-biċċa li tkun qed taqbad. B’hekk ma jkunx hemm iktar fuel biex in-nar ikompli jaqbad.
AĦĦ KEMM JAĦRAQ! Le mhux għan-nar qed ngħid! Naħseb li ġieli doqtu ikel li jkollu xi ħwawar jaħarqu bħall-bżar jew inkella doqtu xi bżaru aħmar. Imma għaliex integħmuh jaħraq, anki meta jkun kiesaħ? Il-bżar aħmar għandu kimika jisimha capsaicin u l-bżar iswed piperine. Dawn jaqbdu ma’ sensors fl-ilsien li s-soltu jaqraw it-temperatura. Allura l-moħħ jaħseb li jkollna xi ħaġa b’temperatura tassew taħraq - imma tinkwetax, tiekol kemm tiekol, l-ilsien mhux se jiġrilu ħsara - tista’ tiekol kemm trid bżar! Imma x’tista’ tagħmel biex tnaqqas il-ħruq? Sfortunatament, dan il-ħruq ma jmurx tajjeb bl-ilma għaliex il-capsaicin u l-piperine qishom żejt u minflok jinħallu, iktar jinfirxu mal-ilsien meta jħossu l-ilma. Tkun idea aħjar jekk tixrob il-ħalib għax dan jgħin biex iħoll il-kimika u jneħħiha minn fuq l-ilsien.
27
y NOEL vassallo
L-Olokawst illum…
Permezz tar-riżoluzzjoni 60/7 tal-Assemblea Ġenerali talĠnus Magħquda, ġiet stabbilita d-data tas-27 ta’ Jannar bħala l-jum dinji li fih infakkru l-vittmi tal-Olokawst. Kien proprju fis-27 ta’ Jannar 1945 meta Auschwitz kien liberat mit-truppi Sovjetiċi. Il-kelma olokawst hi kelma ta’ oriġini Griega li tfisser “offrut kollu bil-ħruq”, bħala referenza għas-sagrifiċċju lil Alla. Illum din il-kelma nużawha b’referenza għall-ġenoċidju li r-reġim Nazista wettaq tul il-ħakma tiegħu fil-Ġermanja. Dan il-partit, li kiseb it-tmexxija tal-Ġermanja f’Jannar 1933, kien isostni li l-popli Ġermaniċi huma superjuri. B’din l-idea f’moħħhom, huma fittxew li jeħilsu minn nies oħra li għalihom kienu inferjuri; fil-mira prinċipali kien hemm il-Lhud. Fis-sena msemmija, fl-Ewropa kien hemm jgħixu madwar 9.5 miljun persuna Lhudija, 60 filmija tal-Lhud kollha fid-dinja (madwar 15.3 miljun). In-Nazisti kienu jagħmlu użu mit-terminu “Soluzzjoni Finali” biex jirreferu għall-pjan tagħhom li “joqtlu sal-inqas Lhudi li jaqa’ taħt idejn il-Ġermaniżi”, kif jikteb l-istudjuż Amerikan tal-istorja Christopher 28 JANNAR/FRAR 2016
Browning. Madwar sitt miljun Lhudi sfaw vittmi ta’ din ilmibegħda. Persuni oħra li sfaw fil-mira kienu wħud mill-popli Slavi, bħar-Russi u l-Pollakki, u ż-Żingari. Oħrajn sfaw ippersegwitati minħabba l-fehma jew imġieba tagħhom, bħall- Komunisti, is-Soċjalisti, persuni tax-Xhieda tal-Jehovah, l-omosesswali u l-persuni b’diżabilità. Biex iwettqu dan il-qtil talmassa, in-Nazisti ħolqu ċentri ta’ qtil, illum nafuhom bħala
kampijiet ta’ sterminazzjoni, jew kampijiet tal-mewt, b’distinzjoni għall-kampijiet ta’ konċentrament li kienu ċentri ta’ detenzjoni u xogħol. Fost l-iktar kampijiet ta’ sterminazzjoni kien hemm Auschwitz-Birkenau, Chelmno, Belzec, Sobibor u Treblinka. IT-TERMINU ĠENOĊIDJU Raphael Lemkin (1900-1959), avukat Lhudi Pollakk, ried jiddeskrivi din il-mewġa ta’ qtil li r-reġim Nazista wettaq u għalhekk huwa ħoloq ilkelma ġenoċidju billi kkombina
flimkien geno, mill-Grieg għal razza jew tribu, ma’ cide, milLatin għal qtil. F’messaġġ li għamel fid-19 ta’ Jannar 2008, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Ban Ki-moon qal li f’dan il-jum (27 ta’ Jannar) “irridu mmorru lil hinn minn sempliċiment tifkira… irridu napplikaw illezzjoni tal-Olokawst fid-dinja tal-lum.” Imma nistaqsu! Id-dinja tgħallmet minn din l-esperjenza kerha fl-istorja tal-umanità? FIL-BOŻNIJAĦERZEGOVINA Fl-1991, ir-repubblika tal-Bożnija-Ħerzegovina, b’popolazzjoni ta’ erba’ miljun ruħ, kienet tħaddan tliet gruppi etniċi prinċipali: il-Bożnijaki Musulmani (44%), is-Serbi (31%) u l-Kroati (17%). Fil-5 ta’ April 1992, il-gvern tal-Bożnija ddikjara l-indipendenza minn mal-Jugożlavja. Is-Serbi ħolqu kampanja ta’ “tindif etniku” biex jeqirdu l-popolazzjoni Musulmana. Fi gwerra ċivili, bejn l-1992 u l-1995, madwar 100,000 sfaw maqtula, 80% minnhom Bożnijaki. F’Lulju tal1995, fi Srebrenica, il-qawwiet Seri qatlu 8,000 ruħ, ħafna minnhom irġiel u subien. FIR-RWANDA Fl-1994, ir-Rwanda, b’popolazzjoni ta’ 7 miljun ruħ, kienet tħaddan 3 grupp etniċi: IlHutu (85%), it-Tutsi (14%) u t-Twa (1%). Bejn April u Lulju 1994, ilgvern immexxi minn estremisti Hutu ħoloq mewġa ta’ vjolenza biex jeqred il-minoranza Tutsi, u oħrajn li kienu jopponu l-politika tiegħu. Mill-inqas 800,000 ruħ sfaw maqtula. IL-GWERRA FID-DARFUR Il-gwerra fid-Darfur (fis-Sudan) bdiet fi Frar 2003, meta żewġ gruppi ribelli (Sudan Liberation
Movement u Justice and Equality Movement) bdew jeħduha kontra l-gvern tasSudan, jakkużawh b’oppressjoni kontra dawk fid-Darfur li mhumiex Għarab. Il-gvern irrisponda b’kampanja ta’ tindif etniku fid-Darfur. S’issa huwa stmat li nqatlu mat-300,000 persuna. FL-IRAQ Illum nisimgħu dwar l-Istat Iżlamiku (Islamic State, filqosor IS). Kitbiet tal-IS iħaddnu fehmiet ta’ ġenoċidju u tindif etniku bħala mezz biex il-kalifat Iżlamiku, li fil-25 ta’ Ġunju 2014 iddikjara t-twaqqif tiegħu, ikompli jinxtered madwar iddinja. Fis-sajf tal-2014 beda kampanja ta’ vjolenza kontra Ninewe, fitTramuntana tal-Iraq, provinċja li fiha kienu jabitaw għadd ta’ gruppi etniċi u kif ukoll minoranzi reliġjużi. Bliet u rħula f’dan ir-reġjun sfaw attakkati, b’madwar 800,000 persuna mġiegħla jħallu djarhom. Eluf
ta’ persuni ġew maħtufa, oħrajn stuprati, oħrajn torturati; mijiet ta’ persuni sfaw eluf ta’ persuni sfaw maqtula. Fil-15 ta’ Awwissu seħħ ilmassakru f’Kocho, fejn madwar 400 raġel inqatlu, u madwar elf, nisa u tfal ġew maħtufa. F’dak ix-xahar, fit-distrett ta’ Sinjar, inqatlu iktar minn 2,000 ruħ. Proprju fis-17 ta’ Jannar ta’ din is-sena, il-Papa Franġisku għamel żjara fis-sinagoga ta’ Ruma. Il-President talkomunità Lhudija tal-belt, Ruth Dureghello, fil-messaġġ li għamlet tenniet li “il-memorja tal-ikbar ġenoċidju fl-istorja tal-bniedem għandha tibqa’ ħajja sabiex xejn simili ma jerġa’ jseħħ.” Il-Papa, min-naħa tiegħu qal hekk: “Il-vjolenza ta’ bniedem fuq bniedem ieħor hija f’kontradizzjoni għall kull reliġjon, b’mod speċjali dawk monoteisti... Kull bniedem, bħala ħolqien ta’ Alla huwa ħuna, huma x’inhuma l-oriġini jew twemmin tiegħu.”
varjeta` Jannar Fit-28 ta’ Jannar 1547, Dwardu VI, ta’ disa’ snin, sar re talIngilterra wara l-mewt ta’ missieru Neriku VIII.
Fit-30 ta’ Jannar 1790, kienet ippruvata l-ewwel lifeboat fil-baħar.
Fil-31 ta’ Jannar 1797, twieled il-kompożitur Franz Schubert.
Ċajta Kultant Camouflage
Klijent daħal f’ħanut tal-ħwejjeġ Klijent: Għandkom ilbiesi talcamouflage? Sid: Iva, imma ma nistgħux insibuhom!
Frar Fl-24 ta’ Frar 1821, il-Messiku kiseb l-Indipendenza minn Spanja.
Intelliġenza
Għalliem: Liema dinosawru kien l-iktar intelliġenti? Charlie: It-Teżawru!
Fis-26 ta’ Frar 1930, ġew installati d-dwal tat-traffiku għall-ewwel darba fi New York.
Mill-Qorti
Kemm weħlu dawk it-tnejn li serqu l-kalendarju? Sitt xhur kull wieħed!
Fid-29 ta’ Frar 1288, din il-ġurnata ġiet stabbilita fl-Iskozja bħala l-jum meta mara setgħet tipproponi ż-żwieġ lil raġel. Jekk ma jaċċettax, ir-raġel kien ikollu jħallas multa!