Nru 296 Marzu 2014
leħen il-parroċċa TA’ SANTA MARIJA, ĦAD-DINGLI
A wake-up call… Naħseb, ħadd minnha ma jieħu ġost li filgħodu, jdoqq l-alarm clock biex iqum, imma fl-istess ħin, alla ħares ma jkunx hu li jġibna f’sensinha li sar il-ħin, għax inkella nibqgħu reqdin u min jaf x’jiġri. Issa, aħna, bħala knisja ukoll ikollna bżonn mument bħal dan, biex ma nibqgħux rieqda u nigu ftit aktar f’sensina. Għalhekk fiż-żmien tarrandan, aħna msejħin, biex inqumu min-nuqqas ta’ ħeġġa u mill-bruda fil-fidi tagħna, biex b’hekk napprezzaw aktar l-imħabba ta’ Alla għalina. Dan nistgħu nagħmluh billi: 1. Napprezza aktar il-fidi tiegħi: San Pawl jgħidilna li Ġesù: “ Ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu”. 2. Nżomm f’moħħi li Alla mhux kuntent mingħajri: nfittex li nsib ħin biex nitlob, ħalli nkabbar il-ħbieberija tiegħi miegħu. 3. Niskot u nara Alla x’jixtieq jgħidli: nieħu sehem fl-eżerċizzi tarrandan li jsiru fil-parroċċa.
4. Nkun umli u niftaħ qalbi għall-oħrajn: dan nagħmlu kull darba li ngħin lin-nies ta’ madwari. 5. Nfittex in-nagħaġ il-mitlufa: nitolbu għalihom u ma nibżgħux nakkumpanjawhom b’imħabba biex inressquhom lejn Ġesù, ir-ragħaj t-tajjeb. Għalhekk f’dan iż-żmien tibqax passiv, imma qum u inbidel… tibqax tgħid m’għandiex dnubiet, imma aħseb fejn qed tiżbalja, ħalli tagħti aktar sens lil ħajtek. Tinsiex, li Alla f’mħabbtu huwa ikbar mid-dnub tiegħek. Ejjew ma nitqarrqux fil-ħsieb tagħna, u naħsbu li nistgħu nfendu għal rasna. Il-Papa Franġisku, fil-messaġġ tiegħu tar-randan, jgħidilna: “Jekk taħsbu li m’għandniex bżonn ta’ Alla, li fi Kristu jżommilna jdejna, għax jidhrilna li nistgħu ngħaddu waħdidna, inkunu qed nixmu fit-triq tal-falliment. Alla hu l-uniku triq li jista’ tabilħaqq isalva u jeħles.” Nitolbu għal xulxin, ħalli dan iż-żmien tar-randan, iqaddisni u jressaqni lejn Alla, li kontinwament qiegħed dejjem jistennini biex joffrili mħabbtu. Tkunu mberkin. Dun Ewkarist Zammit
kappillan
Uffiċċju Parrokjali, 40, Triq il-Knisja, Ħad-Dingli DGL1010 telefon: 21 454 634 email: parrocca.dingli@maltadiocese.org
Ir-Raġel li qed ibiddel id-dinja Hekk gie deskritt il-Papa Franġisku fit-titlu ta’ l-ewwel film (dokumentarju) li ħareġ dwaru. Film straordinarju dwar Papa straordinarju. Papa Franġisku beda jiġbed il-qlub tal-bnedmin sa millewwel ġranet tal-Pontifikat tiegħu. Anzi jien inħoss li kienu l-ewwel ftit minuti li deher fil-gallarija biex isellem lill-folla enormi miġbura fi pjazza San Pietru wara li deher id-duħħan abjad. F’dik il-lejla tat-13 ta’ Marzu 2013, deher Papa liebes sempliċi, wieqaf dritt, kważi mistħi, imma kif fetaħ fommu ħarġu is-sempliċita’ u l-umilta’ tiegħu. Wera li hu Papa qrib in-nies u differenti. Ixxokja xi wħud kif l-ewwel tislima tiegħu bħala Papa kienet ‘ Il-lejla t-tajba’. Dan kompla jidher ukoll meta qabel ta l-barka, dik magħrufa bħala Urbi et Orbi (lil Ruma u lid-dinja), talab lill-folla preżenti biex fis-skiet, waqt li hu tbaxxa quddiemhom, jitolbu l-barka t’Alla fuqu. Mhux umilta’ li ssaħħar din? Imma nistħajjel tgħidli ‘Dan kollu għadu f’moħħna, għadna niftakruh’. Veru. Jien xtaqt naqsam magħkom min hu l-Papa Franġisku. Il-Papa Franġisku mhux minn dak li qed twasslilna l-midja imma mill-esperjenza tiegħi personali. Fl-ewwel jiem ta’ din is-sena kelli x-xorti li nattendi għall-tlett funzjonijiet solenni li l-Papa mexxa ġo l-Bażilika San Pietru. Hawn meta rajt il-Papa mill-qrib ħafna, innutajt u biex inkun aktar eżatt impresjonani bilġabra u s-serjeta’ li jkun fiha waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dak il-ħin ikun hu u Alla biss. Il-kwantita’ ta’ nies li jkun imdawwar bihom qishom mhux qegħdin hemm. Dan jikkuntrasta mhux ftit mal-mod li imdorrijin narawh iġib ruħu man-nies. Kelli ukoll xorti ikbar li niltaqa’ u nitkellem miegħu b’mod personali. Dawk il-mumenti, li ma kienux inqas minn ħames minuti, kienu mumenti fejn fihom
Mumenti
importanti
fil-Parroċċa
tagħna
It-Tlieta 25 ta’ Marzu 2014: FTUĦ TAL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI Fis-6.30pm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija, salKappella ta’ Dar Don Bosco.
Odette Scerri superjura
esperjenzajt l-imħabba, l-umilta’ u s-sempliċita’ ta’ dan il-Papa. Kapaċi jinsa’ kollox biex jagħtik attenzjoni individwali. Jibqa’ stampat f’moħħi il-ferħ li deher fuq wiċċu x’ħin ippreżentajtlu kartolina ippreparata apposta għalih u iffirmata mit-tfal kollha li jattendu l-Qasam tagħna. Dawwara paġna paġna jifli b’ferħ l-ismijiet tat-tfal Dinglin. Għalih kienet l-aqwa rigal. Wera interess kbir meta spjegajtlu dak li jsir fil-Qasam tal-MUSEUM. IsSempliċità tiegħu iġġalek tħossok komda titkellem miegħu. Meta kont ser nitbaxxa biex nerfa’ mill-art basket li kelli b’xi affarijiet li kont tlabtu jbierikli, kien pront waqqafni u tbaxxa hu biex iberikhom. Diffiċli ħafna nesprini dak li ħassejt f’dawn il-ftit minuti hekk viċin ta’ Papa Franġisku. Inħoss li qatt ma nista’ nirringrazzja lil Alla biżżejjed ta’ din l-esperjenza. Jien inħoss li lkoll kemm aħna għandna għax nirringrazzjaw lil Alla tar-rigal kbir li tagħna filpersuna tal-Papa Franġisku. Jalla dan ir-raġel li qed ibiddel id-dinja, ibiddel il-qalb tagħna ukoll biex niftħuha aktar għall- imħabba t’Alla għalina.
L-Erbgħa 26 ta’ Marzu 2014: 75 ANNIVERSARJU MILL-KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA Fis-6.30pm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mmexxija minn Mons. Isqof Charles J.Scicluna.
Il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2014: FESTA FAMILJA Attività miftuħa għallfamilji kollha, mid-9.30am sal-5.30pm, fil-pjazzja ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali.
Riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla
LECTIO DIVINA “Jekk xi ħadd
iħobbni,
iħares kelmti” – Ġw 14, 23 –
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar
Il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu 2014 fis-6:30pm niċċelebraw il-quddiesa u wara nieħdu sehem fil-Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli
Eżerċizzi tar-Randan fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli
GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ fil-Ħdud tar-Randan Quddiesa apposta fiċ-Ċentru Parrokkjali fil-11:15am. Imexxi Dun Frans Abdilla. GĦALL-KOPPJI MIŻŻEWĠIN mit-Tnejn 17 sal-Ġimgħa 21 ta’ Marzu, fil-Knisja Parrokkjali fis-7:00pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm conv.
Ras ir-Randan
l-Erbgħa 5 ta’ Marzu 2014 fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli Fil-5:45pm Via Sagra meditata Fis-6:30pm Quddiesa bit-tqegħid tal-Irmied
‘Mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall-indiema.’
GĦAL KULĦADD mit-Tnejn 31 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 4 ta’ April fil-Knisja Parrokkjali fid-9:00am - Quddiesa u fid-9:30am - Prietka tal-Eżerċizzi. Jmexxi Dun Karm Mercieca. GĦAL KULĦADD mill-Erbgħa 9 salĠimgħa 11 ta’ April. Dun André Zaffarese jmexxi l-quddiesa tas-6:30pm b’riflessjoni fuq is-Seba Kelmiet ta’ Ġesù fuq is-Salib.
Programm għax-xahar ta’ Marzu 2014 Il-Ħadd 2
L-Ewwel Ħadd tax-xahar. Ġabra speċjali b’riżq il-manutenzjoni tal-Knisja.
L-Erbgħa 5
Ras ir-Randan. Jum ta’ sawm u astinenza.
Il-Ħamis 6
Lejlet l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Qrar mill-5.30pm ‘il quddiem. Coffee Morning b’riżq il-Parroċċa. Tluq fid-9.00am minn ħdejn il-Knisja.
Il-Ġimgħa 7 L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Tqarbin tal-morda tal-ewwel ġimgħa. Qrar mit-8.30am ‘il quddiem. Lectio Divina fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Fis-7.15pm Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma, fil-Museum tal-Bniet. Il-Ħadd 9
Fil-11.15am Quddiesa tar-Randan għaż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Il-Ħadd 16
Afternoon Tea b’riżq il-Parroċċa. Tluq fis-2.30pm minn ħdejn il-Knisja.
It-Tnejn 17
Kors ta’ Eżerċizzi għall-miżżewġin minn Patri Elija Vella ofm conv, fis-7.00pm fil-Knisja.
It-Tlieta 19
Solennità ta’ San Ġużepp – L-Għarus tal-Verġni Marija.
Il-Ħamis 20 Irtir tar-Randan għand is-sorijiet tal-Klawsura l-Birgu organizzat mill-Klabb tan-Nisa, miftuħ għal kulħadd. Tluq fid-9.00am minn ħdejn il-Knisja. Il-Ġimgħa 21 Tqarbin tal-Morda tat-tielet ġimgħa. Mis-6.00pm ‘l quddiem ikun hemm Patri Joseph Zahra op disponibbli għall-qrar. Is-Sibt 22
Fl-4.30pm Quddiesa bis-Sagrament tal-Magħmudija.
Il-Ħadd 23
Fid-9.30am Quddiesa għall-Anzjani tal-parroċċa, li fiha jingħata s-Sagrament talGriżma tal-Morda.
It-Tlieta 25
Fis--6.30pm – Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni b’Ġesu’ Ewkaristija li tintemm fil-Kappella ta’ Dar Don Bosco, fejn jsir il-ftuħ tal-Kappella tal-Adorazzjoni.
Il-Ħadd 30
Attività għall-familja kollha bejn l-10.00am u l-5.30pm, organizzata mill-Parroċċa.
It-Tnejn 31
Kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd filgħodu minn Dun Karm Mercieca. Fid-9.00am tibda l-Quddiesa u wara l-priedka.
fil-parroċċa Żwieġ: tagħna Wayne Azzopardi u Mariella Schmebri Is-Sibt 22 ta’ Marzu 2014
Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali
Kuntatti
IT-TLIETA 10:00am - 12:00pm L-ERBGĦA 4:30pm - 7:00pm IL-ĦAMIS 10:00am - 12:00pm
UFFIĊĊJU PARROKKJALI 2145 4634 DAR PARROKKJALI 2145 5738
u 4:30pm - 6:00pm
www.dingliparish.com
grafika: www.designedbyal.com stampa: veritas press
L-Erbgħa 26 Il-75 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Fis-6.30pm Quddiesa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J.Scicluna.
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli