Rivista ta’ Spiritwalita

Page 1

Vol. 26 |

R I V I S TA TA’


R I V I S TA TA’

Vol. 26 Ħarġa 168 | April - Ġunju 2014

WERREJ Editorjal Il-Mużika u l-Fidi Dwal għal Ħajjitna Il-“Papa Buono” John Formosa sdc

1 3

Mill-Arloġġ Museumin L-Offerta għall-Knisja Kevin Schembri

10

Spiritwalità Injazjana Xahar Irtir Injazjan Paul Deguara sj

17

Madwar id-Dinja L-Ispiritwalità fl-Amerika Latina Stephen Zammit sdc

20

Matul is-Sena L-Għid il-Kbir Daniel Galea O Carm

25

L-Arti tal-Qoxra Madonna bil-Bambin Vincent Mangani sdc

32

abbonament għal sena (erba’ ħarġiet) Bl-idejn: €5.00 Bil-posta: €6.00 Il-ħlas jista’ jsir b’ċekk lil: Teżorier M.U.S.E.U.M., mibgħut fl-indirizz t’hawn taħt. Mal-ħlas, wieħed mitlub jibgħat ismu, l-indirizz u l-email. Ir-Rivista ta’ Spiritwalità hi ppublikata mill-Kummissjoni Ħajja Spiritwali, Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.), Triq is-Salib talMarsa, Marsa MRS 9010, Malta.

© Kummissjoni Ħajja Spiritwali, Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M. 2014 Disinn tal-qoxra: Alan Bonello Disinn tar-rivista: Daniel Micallef Stampar: Veritas Press, Żabbar

Kummenti, suġġerimenti u artikli jistgħu jintbagħtu f ’email: kummissjoni.spiritwalita@sdcmuseum.org


Il-mużika għandha post importanti ħafna fil-parti l-kbira tar-reliġjonijiet. U birraġun għax il-mużika hija lingwa li tmur lil hemm mill-kliem u permezz tagħha l-bniedem jista’ jesprimi l-ħsibijiet, ix-xewqat u s-sentimenti tiegħu. B’differenza mill-forom l-oħra tal-arti, il-mużika mhix xi ħaġa li tista’ taraha u tmissha. Tista’ biss tismagħha. Fil-Bibbja Alla huwa dak li ma jidhirx, li ma tistax tmissu. Iżda huwa Alla li jitkellem u li tista’ tisimgħu. Biex wieħed jifhmu u jidħol f ’relazzjoni miegħu, irid jisma’ l-kelma tiegħu. F’dan is-sens, il-mużika tista’ tkun xbieha ta’ Alla. Huwa għalhekk li tingħata importanza kbira fil-prattika tal-fidi. Aktar minn hekk, forom oħra ta’ arti jipproduċu oġġetti statiċi, anke meta jridu jfissru moviment. Hekk wieħed, peremezz tal-mezzi teknoloġiċi, jista’ jieqaf fuq stampa, ritratt, pittura, jew statwa biex jiflihom sew u japprezzahom. Imma s’issa għad mhemm l-ebda mezz teknoloġiku biex wieħed jista’ jieqaf fuq il-ħoss talmużika. Il-mużika hija moviment, mixja, vjaġġ dinamiku. F’dan is-sens il-mużika hija wkoll simbolu tal-fidi li qatt mhi oġġett statiku. Il-mużika hija don ta’ Alla. Huwa l-Mulej li jimla lil xofftejna b’għana ta’ ferħ, jgħid Bildad lil Ġob (8,21). U fl-istess ktieb, Elihu jikkonferma li huwa hu li jagħti bil-lejl għana ta’ ferħ (35, 10). Huwa l-Mulej li ordna lil Mose biex jikteb għanja u jgħallimha lill-poplu kollu ta’ Iżrael (Dewt 31, 19-22), li qiegħed f ’fomm is-sultan 1


Editorjal

David għanja ġdida (Salm 40, 3) u li nebbaħ lill-kittieba tas-Salmi biex għal bosta drabi jordnaw lill-poplu biex jgħanni bil-ferħ lill-Mulej. San Ġakbu, fit-Testment il-Ġdid, jirrepeti mill-ġdid din l-ordni (Ġak 5, 13).

Jekk inħarsu ftit lejn l-istorja talKnisja Kattolika, insibu li għandna tradizzjoni sabiħa ta’ mużika spiritwali, minn dik Gregorjana sa mużika aktar moderna, minn mużika bil-Latin sa mużika b’lingwi differenti, minn mużika għall-korijiet sa mużika għall-ġemgħa liturġika.

Il-Bibbja tassoċja l-mużika mat-tifħir lillAlla, l-ammirazzjoni u l-istagħġib għall-ħolqien kif ukoll mar-radd il-ħajr. Ċertament ilBibbja ssemmi wkoll il-mużika f ’mumenti ta’ niket u dwejjaq għaliex il-mużika għandha qawwa li dderri u tfejjaq. Iżda fil-Bibbja nsibu wkoll li meta l-inkwiet ikun kbir, il-mużika ssir impossibli. Meta l-Lhud kienu fl-eżilju, dendlu l-arpi tagħhom mal-luq ta’ ħdejn ix-xmara u ma setgħux jgħannu, lanqas meta talbuhom. U biex juri l-waqgħa ta’ Babel, il-ktieb tal-Apokalissi jgħidilna li hemm ma jinstemax aktar id-daqq tal-flejguta u tattromba. L-assenza tal-mużika hija sinjal ċar ta’ miserja u niket kbir.

Għalhekk ejjew nitħeġġu biex nużaw aktar dan id-don divin waqt iċċelebrazzjonijiet liturġiċi kif ukoll waqt laqgħat oħra ta’ talb. Ejjew permezz tal-mużika nfaħħru u naduraw lil Alla. Ejjew permezz tal-mużika ninbnew flimkien bħala Knisja. Ejjew nużaw il-mużika biex inwasslu l-messaġġ nisrani. U hekk, anke jekk ma nkunux mużiċisti u kantanti professjonali, ilħidma tal-Ispirtu s-Santu fina tagħmel mill-ħajja tagħna mużika armonjuża. 2


John Formosa sdc

Meta fit-28 ta’ Ottubru 1958 ilkardinal Angelo Roncalli nħatar bħala s-suċċessur tal-Papa Piju XII, billi kellu diġà 77 sena, ħafna ħasbu li dan inħatar biex ikun sempliċiment Papa ta’ transizzjoni, sakemm jinħatar kardinal aktar addattat biex jieħu dik l-ogħla kariga fil-Knisja. Żgur ħadd ma basar li dan il-Papa kien se jġib bidla kbira fil-Knisja l-aktar permezz tal-Konċilju Vatikan II li hu nieda f’inqas minn tliet xhur mill-ħatra tiegħu. L-ewwel snin Angelo Giuseppe twieled fil-25 ta’ Novembru 1881 f’Sotto il Monte, qrib Bergamo, ir-raba’ mit-tlettax ulied ta’ Battista Roncalli u Marianna Mazzola. Kif kienet id-drawwa dak iż-żmien, hu kien mgħammed dakinhar stess. Bħala 3


Dwal għal ħajjitna

parrinu kellu lil Zaverio Roncalli, kap tal-familja, ħu nannuh Angelo, li tant kellu jinfluwenzalu ħajtu.

ikompli l-istudji tiegħu fis-Seminarju Ruman Apollinare. Il-klima ta’ ftuħ, l-impostazzjonijiet kulturali ġodda, u t-taħriġ intellettwali kkomunikata mis-Seminarju Ruman “taw il-ġwienaħ diskreti liż-żgħożija tagħna, u ħeġġewna għal orizzonti akbar” – ħalla miktub.

Huwa kiber f’familja ta’ bdiewa f’ambjent fqir. L-ikbar għana tal-familja kienet il-fidi indiskussa, il-karità, il-fiduċja assoluta fil-Providenza ta’ Alla u t-talb komuni ta’ kuljum li kienu għajn ta’ serenità kbira. IlPapa futur dejjem baqa’ jirrikonoxxi l-prezzjożità ta’ dawn il-virtujiet li huwa ħa fil-familja. Mill-1887 sal1990 attenda l-ewwel tliet klassijiet elementari. Fl-1889 irċieva l-Griżma mill-Isqof Gaetano Carvico Guindani u fil-31 ta’ Marzu għamel l-Ewwel Tqarbina.

B’sagrifiċċju mhux żgħir, fis-snin 19011902 huwa offra li jagħmel is-servizz militari minflok ħuh Zaverio, li kien meħtieġ jibqa’ d-dar biex jaħdem l-għelieqi. Dan kien għalih veru purgatorju, “imma”, ħalla miktub, “inħoss li l-Mulej kien qrib tiegħi bil-providenza qaddisa tiegħu.” Wara, iggradwa fit-Teoloġija Sagra fl-1904. Ordinazzjoni u l-ewwel snin tas-Saċerdozju Nhar l-10 ta’ Awwissu 1904 Angelo kien ordnat Saċerdot fil-knisja ta’ Santa Maria in Montesanto f’Ruma. L-għada huwa ċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu fil-bażilika ta’ San Pietru ħdejn ilqabar tal-Appostlu u dakinhar stess wara nofsinhar ġie milqugħ mill-Papa San Piju X. Fl-1905 nħatar segretarju ta’ Mons. Giacomo Radini Tedeschi, Isqof ta’ Bergamo u fis-sena ta’ wara ġie mqabbad jgħallem l-Istorja u l-Patristika fis-Seminarju.

Edukazzjoni għas-Saċerdozju Fl-1892, ta’ 11-il sena Angelo daħal is-seminarju ta’ Bergamo għall-istudji aktar għolja. Dan kien possibbli grazzi għall-għajnuna finanzjarja tal-kappillan tiegħu Don Francesco Rebuzzini u Don Giovanni Morlani, sid l-art ikkultivata mill-familja Roncalli. Hawnhekk huwa mmatura d-determinazzjoni tiegħu biex jagħmel kull sforz biex isir qaddis kif jiddikjara ripetutament fil-djarju tiegħu, “Il-Ġurnal tar-Ruħ” li hu beda jikteb fl-1895.

Mill-1915 sal-1918 huwa serva filmilitar bħala kappillan tal-Isptar f’Bergamo. Bit-tjubija u l-ottimiżmu tiegħu rnexxielu jikkontribwixxi għas-

Minħabba l-kapaċità intellettwali u morali tiegħu, fl-1901, wara li kiseb borża ta’ studju, hu kien mibgħut 4


Il-“Papa Buono”

saħħa tas-suldati u r-rikonċiljazzjoni tagħhom għall-fidi.

Fl-1934 huwa ġie trasferit għadDelegazzjoni Appostolika tat-Turkija u maħtur amministratur appostoliku tal-Latini ta’ Istanbul. Hawnhekk Monsinjur Roncalli approfitta millprerogattivi tiegħu ta’ Delegat Pontifiċju kif ukoll mir-relazzjonijiet tajba malKorp Diplomatiku u r-rappreżentanti pontifiċji tal-pajjiżi tad-Danubju, biex irnexxielu jagħmel lilu nnifsu utli lill-komunità Lhudija ppersegwitata.

L-Ewwel ħidma nazzjonali Fl-1921 hu kien imsejjaħ Ruma bħala president tal-Kunsill Ċentrali tal-Missjoni Pontifiċja għall-Italja fejn kompla xegħel bl-imħabba tiegħu għall-missjonijiet barranin, influwenzat ukoll mill-kuntatt ma’ Padre Paolo Manna, Superjur Ġenerali tal-Istitut Pontifiċju għall-Missjonijiet Esteri (PIME), wieħed millakbar animaturi talkawża missjunarja tasseklu, li kellu bħala programm: “Il-Knisja kollha għad-dinja kollha”.

F’Diċembru tal1944, il-Papa Piju XII innominah Nunzju Appostoliku f’Pariġi fejn huwa ppreżenta l-kredenzjali fl-1 ta’ Jannar

Fil-Korp diplomatiku tas-Santa Sede Fl-1925, Monsinjur Angelo Roncalli daħal fis-servizz dirett tas-Santa Sede. Huwa kien ikkonsagrat isqof fid-19 ta’ Marzu 1925 fil-knisja San Carlo al Corso f’Ruma, u maħtur Viżitatur Appostoliku fil-Bulgarija. Huwa sofra ferm minħabba l-ħajja soċjali, politika u reliġjuża diffiċli ħafna ta’ dan il-pajjiż, iżda bil-ħlewwa, s-sempliċità, t-tjubija u l-intelliġenza tiegħu rnexxielu jirbaħ lil kulħadd. Biżżejjed insemmu l-programm tiegħu dwar il-Knisja Ortodossa espress fl-ewwel diskors tiegħu: “Mhuwiex biżżejjed li jkollok sentimenti kordjali lejn ħutna mifrudin: jekk int verament tħobbhom agħtihom eżempju tajjeb u ttraduċi l-imħabba tiegħek f’azzjoni.”

5


Dwal għal ħajjitna

1945. Anke fi Franza sab sitwazzjoni diffiċli ħafna: kemm politika għallakkuża fuq ħafna Isqfijiet li kkollaboraw mal-invażuri Ġermaniżi, kif ukoll reliġjuża minħabba l-kwistjoni talqassisin-ħaddiema. Anki hawn, is-sens ta’ bilanċ, l-għerf, is-sempliċità u t-tjubija tiegħu rnexxielhom isolvu l-problemi u bihom rebaħ is-simpatija tal-Franċiżi u tal-Korp Diplomatiku kollu.

t-temperament ferrieħi tiegħu. Inqas minn xahrejn wara l-elezzjoni tiegħu huwa ta l-eżempju ta’ prattika tal-opri tal-ħniena: fil-Milied żar it-tfal morda fl-Isptar Ruman tal-Bambin Ġesù, u l-għada mar iżur il-priġunieri fil-ħabs Ruman ta’ Regina Cœli – “Billi ma stajtux tiġu intom, allura ġejt jiena.” Tliet xhur wara l-elezzjoni tiegħu, nhar il-25 ta’ Jannar 1959, fil-Bażilika ta’ San Paolo Barra s-Swar, b’sorpriża ta’ kulħadd, huwa ħabbar il-Konċilju Vatikan II, is-Sinodu tad-Djoċesi ta’ Ruma u r-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Liġi Kanonika.

Patrijarka ta’ Venezja Fit-12 ta’ Jannar 1953, il-Papa Piju XII ħatar lin-Nunzju Angelo Giuseppe Roncalli kardinal u nnominah Patrijarka ta’ Venezja. Il-programm tas-servizz tiegħu bħala ragħaj, espress fl-ewwel omelija tiegħu fil-katidral San Marco, juri l-ispirtu li kien janimah. Hu qal lill-Venezjani: “Irrid li nkun ħukom, li jħobbkom, li jilqagħkom, li jifhimkom.” Fuq il-bieb tal-uffiċċju tiegħu kiteb: Pastor et Pater (Ragħaj u Missier). Hu ma akkwistax għalih dgħajsa jew gondola biex ikompli fit-tradizzjoni tal-Patrijarki ta’ qablu; biex jivvjaġġa madwar il-laguna kien jinqeda bittrasport pubbliku.

Matul il-pontifikat tiegħu, fi tliet Konċistorji, ħatar 37 kardinal ġdid, inklużi fosthom, għall-ewwel darba, kardinali mill-Ġappun, mill-Filippini, mill-Messiku u mit-Tanżanija. Hu kien l-ewwel Papa, mill-1870, li ħarreġ direttament il-ministeru tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma billi mar personalment iżur ilparroċċi. Fl-4 ta’ Ottubru 1962 għamel pellegrinaġġ bil-ferrovija għal Loreto u Assisi jitlob u jħeġġeġ lil min jitlob għall-Konċilju li kien wasal biex jibda. Dan kien l-ewwel ħruġ ta’ Papa minn Lazio wara l-annessjoni ta’ Ruma mal-Istat Taljan fl-1870.

Elezzjoni u Pontifikat Fit-28 ta’ Ottubru 1958, ta’ 77 sena, b’sorpriża ta’ kulħadd għall-età avvanzata tiegħu, Roncalli kien elett Papa u ħa l-isem ta’ Ġwanni – isem missieru u tal-qaddis patrun tal-pajjiż fejn twieled, l-evanġelista tal-karità.

Il-Konċilju Nhar il-11 ta’ Ottubru 1962, li allura kienet il-festa tal-Maternità Divina

Il-Papa beda malajr stil ġdid ta’ tmexxija, li kien ġej mill-fidi u 6


Il-“Papa Buono”

ta’ Marija, il-Papa Roncalli inawgura fil-Bażilika ta’ San Pietru l-Konċilju Vatikan it-Tieni, u indika orjentament preċiż tal-iskopijiet tiegħu: m’għandux jiddefinixxi veritajiet ġodda jew jikkundanna żbalji, iżda għandu jġedded il-Knisja biex jagħmilha aktar qaddisa u b’hekk aktar xierqa li xxandar l-Evanġelju lill-kontemporanji, ifittex it-toroq għallunità tal-Knejjes Kristjani; jiskopri dak li hu tajjeb fil-kultura kontemporanja billi jiftaħ fażi ġdida ta’ djalogu mad-dinja moderna, ifittex l-ewwel “dak li jgħaqqad aktar milli dak li jifred”.

indirizzata mhux biss lill-Kattoliċi iżda lill-“bnedmin kollha ta’ rieda tajba”. Din L-enċiklika kienet ikkunsidrata minn kulħadd, anki dawk li mhumiex insara, bħala l-aħjar espressjoni, fissitwazzjoni tad-dinja kontemporanja, tal-mod biex titkabbar it-tama ta’ paċi u solidarjetà tar-razza umana kollha. Din l-enċiklika tpoġġiet flarkivji tas-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Fl-10 ta’ Mejju 1963 lillPapa Roncalli ngħatalu fil-Vatikan il-Premju Internazzjonali Balzan għall-Paċi bħala rikonoxximent għall-ħidma intensa tiegħu biex jevita konflitti u biex juri lill-umanità t-triq għall-koeżistenza paċifika tal-popli .

Pacem in Terris Fil-11 ta’ April 1963 il-Papa Ġwanni ppubblika l-enċiklika tant magħrufa Pacem in Terris, għall-ewwel darba

Mewt Fit-23 ta’ Mejju tal-istess sena tħabbar pubblikament li l-Papa kien marid u,

7


Dwal għal ħajjitna

Spiritwalità Ftit xhur qabel ma miet, il-Papa Ġwanni ta lis-Segretarju tiegħu Mons. Loris Capovilla, għadd ta’ pitazzi u karti oħra sfużi, li kien ilu jiġbor fihom notamenti personali mill-1895 sa sitt xhur qabel mewtu. Waqt li tahomlu, qallu: “F’dawn ilpaġni hemm ruħi”. Ftit wara li miet dawn in-notamenti nħarġu fi ktieb bl-isem Il Giornale di dell’Anima, li fl-2013 ġie wkoll stampat bil-Malti. Biex wieħed jagħraf sewwa l-ispirtu li kien janima lil dal-Papa qaddis mhemmx aħjar milli jaqra dan il-ktieb li minnu żgur jikseb ħafna ġid spiritwali.

fit-3 ta’ Ġunju 1963, wara erba’ snin, sitt xhur u sitt ijiem ta’ pontifikat, Angelo Giuseppe Roncalli miet seren jinvoka l-isem ta’ Ġesù u joffru ħajtu biex jiġi realizzat it-testment ta’ Ġesù: “li kollha jkunu ħaġa waħda.” Wara li dan il-Papa kien għallimna kif għandna ngħixu, tana xhieda wkoll kif għandna mmutu fiddawl tal-fidi. Is-sogħba għall-mewt tal-“Papa Buono” kienet universali. Mill-ewwel ukoll bdiet devozzjoni lejh bħala bniedem qaddis. Huwa kien ibbeatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-3 ta’ Settembru 2000 u l-festa liturġika ġiet stabbilita għall-11 ta’ Ottubru, il-jum tal-bidu tal-Konċilju Vatikan II. Hu ġie ddikjarat qaddis, flimkien mal-Papa Ġwanni Pawlu II mill-Papa Franġisku, nhar il-Ħadd talĦniena Divina, is-27 ta’ April 2014.

Dekalogu tal-ħajja ta’ kuljum Hemm ħafna x’wieħed jista’ jikteb dwar dan il-qaddis, imma f’dan l-artiklu se nippreżentaw id-dekalogu tal-ħajja minsuġ minn San Ġwanni XXIII: 8


Il-“Papa Buono”

1. Għal-lum biss, jien se nfitex li ngħix il-ġurnata kollha b’mod pożittiv bla ma nixtieq li nsolvi l-problemi talħajja kollha f’daqqa. 2. Għal-lum biss, se noqgħod attent ħafna kif nidher: nilbes modest, ma ngħollix leħni, inkun laqqiegħi b’imġibti, ma nikkritika lil ħadd, lanqas ma nsostni li se ntejjeb jew niddixxiplina lil ħadd ħlief lili nnifsi. 3. Għal-lum biss, se nkun kuntent biċċertezza li ġejt maħluq biex inkun kuntent, mhux biss fid-dinja l-oħra imma anki f’din. 4. Għal-lum biss, se naddatta ruħi għaċ-ċirkostanzi, bla ma nistenna li ċ-ċirkustanzi kollha jaddattaw ruħhom għalija. 5. Għal-lum biss, se niddedika għaxar minuti minn ħini għall-qari tajjeb, bil-ħsieb li bħalma l-ikel hu neċessarju għall-ħajja talġisem, hekk ukoll il-qari tajjeb hu neċessarju għall-ħajja tar-ruħ. 6. Għal-lum biss, se nwettaq għemil wieħed tajjeb u ma ngħid lil ħadd dwaru. 7. Għal-lum biss, se nagħmel għallinqas ħaġa waħda li ma nħobbx nagħmel; u jekk qalbi titweġġa’, nagħmel minn kollox biex ħadd ma jintebaħ.

8. Għal-lum biss, se nagħmel pjan għalija nnifsi: Forsi ma nimxix mal-pjan sal-punt u l-virgola, imma se nwettqu. U noqgħod attent minn żewġ perikli: l-għaġġla u l-indeċiżjoni. 9. Għal-lum biss, se nemmen bis-sħiħ, minkejja dak li jidher, il-Providenza tajba ta’ Alla tieħu ħsiebi daqs li kieku ħadd iktar ma jeżisti f’din id-dinja. 10. Għal-lum biss mhux se jkolli biżgħat. B’mod partikolari, m’inix se nibża’ nieħu gost b’dak li hu sabiħ u nemmen fit-tjubija.

Dakinhar, il-Kardinal Tarcisio Bertone

_______

John Formosa hu membru tas-Socjetà tadDuttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., u għal żmien twil kien Segretarju Ġenerali ta’ din is-Soċjetà.

9


Kevin Schembri

Talba għall-Knisja Alla Missier, jiena noffrilek il-pjagi divini ta’ Kristu, Ibnek, għall-Knisja tagħna biex tkattar fiha n-numru tal-operarji u tal-fidili, u ssaqqiha kontinwament bl-ispirtu tal-karità, tal-umiltà u tal-manswetudni. Ammen.

1. Alla Missier L-Offerta għall-Knisja tiftaħ bl-indirizz “Alla Missier”, li mill-ewwel ilaqqagħna ma’ żewġ veritajiet fundamentali: Dun Ġorġ kien bniedem ta’ talb u kellu fidi kbira f’Alla.

Kull talba mlissna jew miktuba tirrifletti qalb moħbija. Permezz ta’ dan il-kummentarju qasir, se nipprova nuri kif it-talba Offerta għall-Knisja ta’ Dun Ġorġ Preca – li l-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., għandhom assenjata għall-11:15am fl-Arloġġ Museumin tbexxaq tieqa fuq ir-relazzjoni li dan is-saċerdot Malti kellu ma’ Alla, maddinja u miegħu nnifsu.

Bħala saċerdot b’saqajh mal-art u intelliġenti, Dun Ġorġ kien jinteressah ħafna mir-realtajiet ta’ madwaru u kellu l-preokkupazzjonijiet u l-fehmiet 10


L-Offerta għall-Knisja

Hekk ukoll għamel quddiem ir-realtà kumplessa tal-Knisja. Wiċċ imb wiċċ ma’ din l-istituzzjoni kbira, qaddisa u midinba, Dun Ġorġ kien iħossu żgħir u bla ħila. Bħal tfajjel ċkejken, fl-Offerta għall-Knisja, fetaħ fommu u sejjaħ lil Missieru biex jintervjeni. Sejjaħlu b’fidi u fiduċja kbira għax kien ċert li Alla l-Missier hu “s-Sinjur tas-sema u tal-art” u l-istess “Ħelu Missier tal-imbierek Ġesù Kristu”!

personali tiegħu. Madankollu, flosservazzjoni tiegħu ta’ dak li kien ikun qed jiġri, jidher li ma kienx jieqaf biss fuq il-livell ta’ analiżi, kritika jew dibattitu. Aktarx kien jaf illi min jeħel hawn, jispiċċa jinqabad f’kobba ta’ spekulazzjonijiet li spiss tissarraf fi frustrazzjoni u diskorsi fuq il-proxxmu. B’ħarstu merfugħa ‘l fuq, Dun Ġorġ kien spiss jippreżenta r-realtajiet tal-ħajja tiegħu u ta’ madwaru lil Alla, l-oġġett wieħed ta’ ħsiebu u ta’ qalbu. Kien ċert illi min spiss jeleva r-ruħ tiegħu f’Alla u jistrieħ fil-preżenza tiegħu jsib “perfezzjoni u paċi”. Il-ħolqien talArloġġ Museumin hu eżempju ċar ta’ din il-konvinzjoni .

2. Jiena noffrilek il-Pjagi Divini ta’ Kristu Ibnek L-Offerta għall-Knisja tkompli bil-kliem “jiena noffrilek il-pjagi divini ta’ Kristu Ibnek”. Din il-frażi tniżżilna aktar filfond tal-ħajja tat-talb ta’ Dun Ġorġ , u 11


Mill-Arloġġ Museumin

turina li hu mhux biss kien jitlob b’fidi kbira imma kien ukoll ipoġġi siġill ta’ garanzija fuq it-talb tiegħu.

qasira, tikxef ir-rabta profonda li Dun Ġorġ kellu mal-Knisja. Quddiem ir-realtà tal-Knisja, Dun Ġorġ ma kienx iħossu barrani. Meta kien jinterċedi għall-Knisja, ma kienx jitlob bħallikieku qed jinterċedi għal xi istituzzjoni jew realtà ’l barra minnu, jew sempliċiment għall-ġerarkija. Ilkelma “tagħna” turi li l-Knisja kienet parti minn ħajtu u li kien iħossu “ta’ ġewwa” ma’ din ir-realtà. Fil-fatt, din l-appartenenza għallKnisja hi espressa f’diversi talbiet oħra tiegħu, kif jixhed l-istess Arloġġ Museumin .

Il-garanzija li Dun Ġorġ poġġa fuq l-Offerta għall-Knisja hi l-pjagi divini ta’ Kristu. Wara li kien qara r-rivelazzjonijiet privati ta’ Swor Marija Marta Chambon (1841-1907) u kompla jniżżel l-għeruq tad-devozzjoni lejn il-pjagi divini fl-Evanġelju, Dun Ġorġ wasal għall-konklużjoni ċerta illi Alla l-Missier jilqa’ kull sejħa li hi mmarkata b’dan is-siġill. Filpjagi ta’ Kristu, Dun Ġorġ kien jilmaħ ir-refuġju kif ukoll “is-saħħa, il-prezz, il-komfort, il-paċi u l-glorja” tal-bniedem. Imma fuq kollox, kien iqis il-pjagi bħala “l-għaxqa tas-Santissima Trinità” u s-sinjali talimħabba kbira ta’ Kristu li mmeritaw il-grazzja ta’ Alla għad-dinja.

Barra minn hekk, permezz tal-Offerta għall-Knisja, Dun Ġorġ wera li r-rabta tal-individwu mal-Knisja awtomatimament tressqu

Għalhekk, l-offerta tal-pjagi fi ħdan l-Offerta għall-Knisja tpoġġi lil din it-talba fl-isfond tat-tixbiha li Dun Ġorġ stess għamel fil-bidu tal-Arloġġ, fejn qabbel kull offerta tal-pjagi divini ma’ fwieħa tassew denja tal-Maestà Divina, li titla’ ’l fuq lejn it-tron ta’ Alla, u li minħabba fiha l-Missier ma jistax ħlief iroxx għejjun ta’ grazzji fuq il-persuna u l-intenzjonijiet ta’ min joffrihielu . 3. Għall-Knisja Tagħna L-Offerta għall-Knisja tkompli bil-frażi “għall-Knisja tagħna”, li għalkemm 12


L-Offerta għall-Knisja

lejn il-membri l-oħra kollha. Fil-frażi “għall-Knisja tagħna” nsibu moħbija ekkleżjoloġija ta’ komunjoni fejn “tiegħi” tinbidel f’“tagħna” u fejn “jien” u “huma” jinbidlu f’“aħna”. Fi kliem ieħor, flOfferta għall-Knisja, Dun Ġorġ ħoloq talba li permezz tagħha, il-membri differenti tal-istess familja jitolbu flimkien u b’imħabba kbira għall-familja tagħhom stess.

tan-numru tal-operarji, u mbagħad għal dak tal-fidili. Dan għamlu għax hu kien konvint li l-fidi tiġi mis-smigħ u kien jaf li l-Knisja setgħet tikber u tixtered biss jekk ikun hemm min ixandar. Għalhekk, l-Offerta għallKnisja tikxef ukoll l-apprezzament kbir li Dun Ġorġ kellu għal dawk il-persuni kollha li jitħabtu “għas-saħħa talbnedmin”, b’mod speċjali għal dawk li jagħmlu dan “permezz tat-tagħlim”, li hu kien iqisu bħala mezz neċessarju għall-qdusija u l-għajn ta’ kull ġid .

4. Biex tkattar fiha n-numru ta’ operarji u tal-Fidili L-Offerta għall-Knisja tkompli bissupplikazzjoni “biex tkattar fiha n-numru tal-operarji u l-fidili”, li tkompli tikxef fejn tassew kienet tħabbat il-qalb ta’ Dun Ġorġ.

5. U ssaqqiha kontinwament bl-Ispirtu tal-Karità, tal-Umiltà u tal-Manswetudni L-Offerta għall-Knisja tagħlaq b’supplikazzjoni oħra: “u ssaqqiha kontinwament bl-ispirtu tal-karità, talumiltà u tal-manswetudni”. Din it-tieni xewqa ta’ Dun Ġorġ hi marbuta malewwel waħda, u toħroġ fil-beraħ l-għan aħħari tal-ħolma tiegħu.

Ispirat mill-manjanimità Injazjana, Dun Ġorġ dejjem ixxennaq għal dak li hu l-akbar u l-ogħla fejn jidħlu l-ħwejjeġ tar-ruħ, il-ħeġġa għall-erwieħ u l-glorja ta’ Alla. Kien dan l-ispirtu, flimkien mal-kmand ta’ Kristu lill-Appostli biex imorru jxandru l-Bxara t-Tajba lillbnedmin kollha, li wasslu biex joħloq it-tifsira sabiħa talisem M.U.S.E.U.M. u biex jinseġ din it-talba għat-tkattir tan-numru tal-insara fid-dinja.

Il-ħolma kbira li Dun Ġorġ kellu għall-Knisja – li tikber u tixtered mad-dinja kollha – ma kinitx ħolma li kellha tilħaq il-milja tagħha fiha nfisha. Meta talab biex jitkattar in-numru tal-membri fil-Knisja, dan m’għamlux għax kien immexxi minn spirtu imperjali, pompuż jew trijomfali. Għall-kuntrarju, it-talba ta’ Dun Ġorġ kienet immexxija minn żelu kbir missjunarju u mħabba sinċiera lejn il-proxxmu.

Interessanti li fl-Offerta għall-Knisja, Dun Ġorġ ma talabx biss biex jikber in-numru tal-fidili fil-Knisja. Talab ukoll biex jitkattar in-numru taloperarji; anzi, l-ewwel talab għat-tkattir 13


Mill-Arloġġ Museumin

Dun Ġorġ xtaq li l-bnedmin kollha jħaddnu l-fidi tal-Knisja għax b’hekk setgħu jsiru jafu lil Kristu, iħobbuh u jimitawh. Ispirat millispiritwalita klassika tal-Imitazzjoni ta’ Kristu (seklu XV) u tal-Eżerċizzi Spiritwali (seklu XVI) kif ukoll mill-istruzzjoni ta’ Kristu stess li biha espressament talab liddixxipli biex jimitawh, Dun Ġorġ tassew kien joħlom li l-bnedmin kollha jharsu lejn dan l-Imgħallem wieħed tal-bnedmin biex jitgħallmu minnu u jsiru jixbhuh, speċjalment fil-virtujiet ċentrali talumiltà, l-manswetudni, u l-imħabba kbira lejn il-proxxmu. Għalhekk, meta fl-Offerta għall-Knisja, Dun Ġorġ talab biex il-Knisja tissaqqa bl-ispirtu ta’ dawn it-tliet virtujiet, hu kien qed jitlob biex l-insara kollha jħaddnu l-ispirtu ta’ Kristu. Din it-talba mhix sorprendenti għax fil-kors ta’ ġurnata sħiħa talArloġġ, Dun Ġorġ litteralment ma jiqafx jistieden lis-soċji biex jitolbu

għal dan l-ispirtu li hu jsejjaħlu wkoll l-“ispirtu t-tajjeb”, u biex jimmeditawh . Fl-aħħarnett, permezz tal-kelmiet “ssaqqiha kontinwament”, l-għeluq tal-Offerta għall-Knisja jerġa’ jeħodna lura għall-bidu tagħha. Biex iseħħ dan kollu, Dun Ġorġ jitlob l-intervent dirett ta’ Alla l-Missier, għax kollox bil-ħila tiegħu u “kollox taħt il-ġudizzji providenzjali tiegħu”. Waqt li jissellef l-immaġni mill-Evanġelju , Dun Ġorġ jitlob lil Alla jsaqqi u jipproteġi s-Siġra tal-Knisja li Hu stess kien żera’, b’mod li qatt ma jaqla’ jdejh u għajnejh minn fuqha. _______

Dun Kevin Schembri huwa sacerdot djocesan li bħalissa qed ikompli l-istudji tad-dottorat filLiġi Kanonika ġewwa l-Università Gregorjana f ’Ruma. Hu kien Socju fis-Socjetà tadDuttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., u għandu għal qalbu ħafna l-istudju dwar Dun Ġorġ Preca u l-kitbiet tiegħu.

Noti 1. L-Arloġġ Museumin (minn hawn ‘il quddiem se nirreferi għalih bħala l-Arloġġ) hu l-ktieb tat-talb li Dun Ġorġ kiteb għall-membri tas-Soċjetà li hu stess waqqaf. Sejjaħlu Arloġġ għax hu magħmul minn diversi talbiet u meditazzjonijiet li huma assenjati b’mod fiss għal kull kwarta tal-ġurnata bejn is-6am u s-7pm. Dawn it-talbiet jintalbu mill-membri kollha “fl-istess

ħin u f’diversi postijiet, f’għaqda ta’ spirtu wieħed”. Ara id-Daħla fil-bidu tal-Arloġġ. 2. Ara id-Daħla fil-bidu tal-Arloġġ. 3. Ara l-Eżortazzjoni fil-bidu tal-Arloġġ. 4. Permezz tal-Arloġġ, Dun Ġorġ xtaq li l-oħrajn wkoll fihom din id-drawwa li kontinwament joffru l-ġrajja tagħhom u tad-dinja lil Alla. Ara l-offerti għallagonizzanti fis-6:15am, għall-erwieħ 14


L-Offerta għall-Knisja

tal-purgatorju fis-7:15am, għallmidinbin fit-8:15am, għall-benefatturi fid-9:15am, għall-għedewwa fl-10:15, għall-Knisja fil-11:15am, u għas-Soċjetà Museumina f’12:00pm. 5. Ara t-Talba Għodwija, il-meditazzjonijiet tas-7am, 8am, 9am, 10am, 11am, 2pm, 3pm u 6pm, it-talba Il-Vittma tat-3:15pm, id-Dixxiplina tas-7pm. Barra minn hekk, matul il-kors ta’ ġurnata waħda talArloġġ, Dun Ġorġ jindirizza lil Alla wkoll bħala: “Alla ħaj u veru” (ara Il-Missierna tas-6am, l-Adorazzjoni tal-10:45am, l-Offerta għas-Soċjetà Museumina f’12pm u Il-Vot tal-Manswetudni tas6:15pm); “is-Sinjur assolut u etern” (ara r-Ringrazzjament San Mikiel tat-2:45pm); “is-Sinjur Alla tal-eżerċti” (ara l-Kantiku Vespertin (Innu ta’ filgħaxija) tal-5:15pm); “is-Sid ta’ kollox u ta’ kulħadd” (ara r-Ringrazzjament San Mikiel tat-2:45pm); “Alla li lilu waħdu unur u glorja għal dejjem” (ara l-Litanija tal-Qaddisin tas6:30am, ir-Ringrazzjament fuq Kristu tas-5:45pm u l-Episodju tas-7:30am, 8:30am, 9:30am, 10:30am, 11:30am, 2:30pm, 3:30pm, 4:30pm, 5:30pm u 6:30pm); “Alla li Int waħdek Dominatur u li m’għandek bżonn ħadd” (ara l-Kantiku Vespertin (Innu ta’ filgħaxija) tal-5:15pm); il-“Qaddis, Qawwi, u Immortali” (ara l-Litanija tal-Qaddisin tas-6:30am); Alla Sid u Ġust (ara l-Offerta għall-Erwieħ tal-Purgatorju tas-7:15am, l-Offerta għall-Midinbin tat-8:15am u l-Kantiku Vespertin (Innu ta’ filgħaxija) tal-5:15pm); Alla Ħallieq (ara t-Talba Għodwija u r-Ringrazzjament fuq il-Ħolqien tas-6:45am); Alla Provvidenti (ara r-Ringrazzjament fuq il-Provvidenza tas7:45am, l-Adorazzjoni tal-10:45am u IlProvvidenza (Meditazzjoni) ta’ 11:45am); Alla Protettur (ara l-Offerta għallBenefatturi tad-9:15am u l-Offerta għallGħedewwa tal-10:15am); Alla Sapjenti

(ara l-Adorazzjoni tal-10:45am); u Alla Omnipotenti (ara l-Adorazzjoni tal10:45am, il-Kantiku Vespertin (Innu ta’ filgħaxija) tal-5:15pm u r-Ringrazzjament fuq Kristu tas-5:45pm). 6. Ara t-Talba Għodwija. Barra minn hekk, matul il-kors ta’ gurnata waħda tal-Arloġġ, Dun Ġorġ jirreferi għal Alla wkoll bħala “kawża ta’ kull ġid u perfezzjoni” (ara l-meditazzjoni assenjata għal nhar ta’ Sibt dwar il-ħniena ta’Alla fit-talba tal-Ktieb il-Kbir tat-3pm); “ilbenefattur veru u uniku ta’ kulħadd” (ara l-meditazzjoni assenjata għal nhar ta’ Ħadd dwar l-imħabba lejn Alla fit-talba tal-Ktieb il-Kbir tat-3pm) u Alla Tajjeb u Ħanin (ara l-Attijiet il-Qosra tal-9:45am, il-meditazzjoni assenjata għal nhar ta’ Sibt dwar il-ħniena ta’ Alla mill-Ktieb il-Kbir tat-3pm, ir-Ringrazzjament fuq Marija Santissima tal-4:45pm, l-Kantiku Vespertin (Innu ta’ filgħaxija) tal-5:15pm u d-Dixxiplina tas-7pm). 7. Ara l-Bniedem Interjuri (Meditazzjoni) tas-6:45pm. 8. Ara l-Pligoloġija (Qima lill-Pjagi ta’ Kristu) tal-4pm. Dun Ġorġ semma l-pjagi divini f’għoxrin talba differenti matul il-kors ta’ ġurnata sħiħa talArloġġ, u permezz tal-istess Pligoloġija (Qima lill-Pjagi ta’ Kristu) tal-4pm, hu stieden lis-Soċji biex kuljum jieqfu jselmulhom u jadurawhom, isejħulhom u jberkuhom, iweġġħuhom u jirringrazzjawhom. 9. Ara l-Adorazzjoni tal-10:45am u l-Pligoloġija (Qima lill-Pjagi ta’ Kristu) tal-4pm. 10. Ara Il-Qima tal-Pjagi. 11. Ara l-Pligoloġija (Qima lill-Pjagi ta’ Kristu) tal-4pm. 12. Ara l-Eżortazzjoni fil-bidu tal-Arloġġ. 13. Ara r-rabta mal-Qaddisin tal-Knisja 15


Mill-Arloġġ Museumin

20. Ara d-Daħla fil-bidu tal-Arloġġ. 21. Fil-meditazzjoni tal-Arloġġ dwar l-imħabba għall-proxxmu, assenjata għall-jum tat-Tnejn fit-3pm, Dun Ġorġ jirrifletti kif l-imħabba lejn ilproxxmu għandha tkun “universali” għax “proxxmu hu kull min jista’ jsalva ruħu”. Ara l-meditazzjoni Ktieb il-Kbir tat-3pm. 22. Ara Mattew 11,29. 23. Ara r-Ringrazzjament Fidi Nisranija tad-8:45am. Permezz tal-Episodju fl-Arloġġ, Dun Ġorġ stieden lis-Soċji biex, kull siegħa, jikkontemplaw lil Kristu permezz ta’ xena differenti millEvanġelju. Fuq medda ta’ ġimgħa, min jitlob l-Arloġġ jimmedita sebgħin xena. Ara l-Episodju tas-7:30am, 8:30am, 9:30am, 10:30am, 11:30am, 2:30pm, 3:30pm, 4:30pm, 5:30pm, u 6:30pm. 24. Ara t-talba Ktieb il-Kbir tat-3pm u IlVot tal-Manswetudni tas-6.15pm. 25. Ara t-talbiet tas-7am, 8am, 9am, 10am, 11am, 2pm, 3pm, u 6pm u l-talba fl-aħħar ta’ kull Kommemorazzjoni tal-Qaddis Protettur tal-Jum tas6pm. Barra minn hekk, bejn 12:00pm u 1:45pm, l-Arloġġ jissuġġerixxi ġakulatorja qasira għal kull kwarta: “Alla Missier, agħtini l-Ispirtu ta’ Kristu Ibnek. Amen”. 26. Ara l-Episodju tas-7:30am, 8:30am, 9:30am, 10:30am, 11:30am, 2:30pm, 3:30pm, 4:30pm, 5:30pm, u 6:30pm, kif ukoll Sentenza mill-Epistolarju u oħra minn Leħen il-Maħbub tas-2pm. 27. Ara Il-Providenza (Meditazzjoni) ta’ 11:45am. 28. Ara Luqa 13,18-19; Mt 13,31-32

fit-Tislimiet lill-Qaddisin Protetturi mal-qawmien, l-Litanija tal-Qaddisin tas-6:30am u l-Kommemorazzjoni tal-Qaddis Protettur tal-Jum tas6pm. Interessanti ħafna li Dun Ġorġ poġġa t-tislima lil San Pietru, l-ewwel Kap tal-Knisja, immedjatament wara l-ewwel tislima ddedikata lil San Ġwanni l-Battista, Patrun tas-Soċjetà. Ara wkoll r-rabta mal-Fidi tal-Knisja fir-Ringrazzjament Fidi Nisranija tad-8:45am u l-Kredu (Meditazzjoni) tal-11am. 14. Meta waqqaf il-Kumpanija ta’ Ġesù (magħrufa aħjar bħala s-Soċjetà talĠizwiti), Sant’Injazju ta’ Loyola għażel għaliha l-motto “ad maiorem Dei gloriam”, li bil-Malti jfisser “għall-akbar glorja ta’ Alla”. 15. Ara Mattew 28,19 u Mark 16,15. 16. Wara li Salvu Muscat, wieħed millewlenin Soċji kien issuġġerixxa l-isem tal-Mużew għall-Għaqda l-ġdida, Dun Ġorġ ħareġ bl-akronimu bil-Latin M.U.S.E.U.M, u tah tifsira li permezz tiegħu għannaq id-dinja kollha: “Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus”, li bil-Malti tfisser “Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju”. 17. Interessanti li din is-supplikazzjoni fl-Offerta għall-Knisja tixbaħ ħafna lil dik li ssir fl-Offerta għas-Soċjetà Museumina. F’din tal-aħħar, assenjata għall-12pm, Dun Ġorġ jitlob lil Alla l-Missier ibierek is-Soċjetà li hu waqqaf u jkattar fiha n-numru tas-Soċji. 18. Ara Rumani 10,17. 19. Ara l-Offerta għas-Soċjetà Museumina ta’ 12pm.

16


Paul Deguara sj

L-ispiritwalità ta’ San Injazju fl-Eżerċizzi Spiritwali tistedinna nkunu dixxipli ta’ Kristu billi nikkontemplaw it-tbatija tiegħu ħalli nkunu nistgħu nixbhuh aħjar. Dan wara li doqna l-kwalitajiet fil-karattru ta’ Kristu minn meta tħabbar li se jidher bħala bniedem fid-dinja u fl-istil ta’ ħajja f’Nażaret u fil-Galilija fejn żera’ tagħlimu li hu l-Kelma t’Alla u fejn waqqaf il-Knisja, l-ewwel bit-tnax l-appostlu u wara b’kull min emmen fih u mar warajh (kif rajna il-ħarġa li għaddiet ta’ din ir-rivista). It-tielet ġimgħa tal-eżerċizzi tgħinna nagħrfu dan b’kontemplazzjonijiet fuq l-aħħar tlett ijiem ta’ Kristu. Naraw lil Ġesù jbati f’għaqda ma’ Missieru u bi ftit konsolazzjonijiet minn min għex miegħu f’ħajtu… ħassu abbandunat minn ħbiebu. Materjal għat Talb Kif San Injazju, fl-ewwel ġimgħa, għenna nitolbu fuq id-dnub u l-maħfra, sinjal tal-imħabba kbira ta’ Alla lejna u fit-tieni ġimgħa fuq il-ħajja moħbija u pubblika tas-Sultan tal-Ħolqien Ġesù, hekk fit-tielet ġimgħa (par. 190 sa 217 u par 288 sa 298) jistedinna nitolbu fid-dettall fuq il-misteri tat-tbatija ta’ Kristu Sidna. Fit-talb, wieħed jagħraf u jifhem li Ġesù wettaq dak li għallem bi tbatija kbira f’ħajtu, b’mod li ta ħajtu fit-tixrid ta’ demmu għal dak li pprietka… ir-rieda ta’ Missieru swietlu ħajtu bħala l-vittma u l-ħaruf li ġie maqtul. Hawn, id-dixxiplu ta’ Kristu, li fit-tieni ġimgħa għamel riforma fl-istat tiegħu jew ħa xi deċiżjoni biex isseħħ f’ħajtu, jagħraf li bħal Kristu jrid ibati biex iwettaw ir-riforma jew id17


Spiritwalità Injazjana

deċiżjoni f’ħajtu mill-aħjar li jista’ u hekk jipperfezzjona ħajtu dejjem aktar. Mat-twettiq fit-tbatija tar-riforma jew deċiżjoni, id-dixxiplu jrid iwettaq ittielet xorta ta’ umiltà (par. 167) li jkun imżeblaħ ma’ Kristu mimli żebliħ, jilbes l-umiltà ta’ Kristu, akkużat imma innoċenti li jrid jifdi lill- bnedmin; jien fosthom. Imżejjen bil-virtù tal-umiltà li tilqa’ kull tbatija għat-twettiq tar-rieda t’Alla (Ġob fil-Bibbja) id-dixxiplu ta’ Kristu jgħix il-konverżjoni ta’ kuljum għal ħajja aktar perfetta li tressqu għallħsad tal-qdusija… frott tal-Ispiriwalità Injazjana.

għall-aħħar ċena flimkien maċ-ċena u dik tat-talb ta’ Ġesù lil Missieru u lit-tliet appostli fl-Ort tal-Ġetsemani fejn għereq bħal qtar ta’ demm. Milqut mill-figura ta’ Ġesu f’dawn iż-żewġ qagħdiet l-eżerċitant jikkontempla l-vjaġġ ma’ Ġesù lejn il-mewt fuq issalib. Jikkontemplah f’madwar ħdax-il misteru fejn jarah jiltaqa’ ma’ sieħbu Ġuda, mal-kapijiet Pilatu, Anna, Kajfa u Erodi u ma min għenu u ċaħdu fost il-folla li riedet teħles minnu. Waqt it-talb f’din il-ġimgħa l-eżerċitant ma jridx jammira lil Ġesu bħal wieħed qegħed ibati quddiemu fuq il-palk u hu bilqegħda jitħassru jbati imma jitwaħħad miegħu fit-tbatija u jeżerċita xi tbatijiet fl-ikel, fixxorb u fl-irqad biex żgur ibati ma’ Ġesù. San Injazju jniżżel tmien regoli dwar it-tbatija li l-eżerċitant jista’ jagħmel minn par. 210 sa 217. Bihom l-eżerċitant

Xejriet ta’ Tbatija Iż-żmien qasir (sitta jew sebat ijiem) tat-tielet ġimgħa fl-eżerċizzi, jibda b’żewġ kontemplazzjonijiet fuq il-bidu tal-passjoni ta’ Ġesù, dik tat-tħejjija

18


Xahar Irtir Injazjan

jagħraf jitnikket, ibati u jibki, bħala grazzja mogħtija minn Alla lilu, waqt li jikkontempla t-tbatija kiefra tal-Iben t’Alla. Jesperimenta dan waqt li jipprova jifhem kif l-Iben t’Alla sar bniedem uman bħalu biex jista’ jbati għallumanità ta’ żmienu u tal-lum u fejn iddivinità nħbiet imma li dehret rebbieħa fuq id-dnub wara l-mewt ta’ Kristu.

ifittex it-triq tan-nofs li fil-mixi tiegħu jsib il-konsolazzjoni spiritwali li Alla jrid iqiegħed f’kull nisrani li jemmen fih u jrid jimxi fil-qrib miegħu. Jagħti t-tieni sett ta’ tmintax-il regola li jfissru l-kult, id-devozzjonijiet u l-veritajiet li l-Knisja li waqqaf Kristu tgħallem. Bil-ħarsien ta’ dawn, in-nisrani jgħix kif tgħallem il-Knisja u jkun dixxiplu ħaj ta’ Kristu li jrid iżomm il-Knisja ħajja bix-xhieda tiegħu. Dawn ir-regoli u n-noti huma mezz t’għajnuna kbira biex min irid jitqaddes jibqa’ ubbidjenti lejn Alla u lejn l-insara li jibnu l-Knisja tiegħu.

Għajnuniet għall-Perfezzjoni Biex ix-xewqat tal-eżerċitant jitwettqu wara l-irtir u biex l-iżbalji li l-eżerċitant għaraf li kellu fl-irtir jitrażżnu, San Injazju jpoġġi żewġ settijiet ta’ regoli u xi noti li meta mħarrsa jmexxuh fit-triq tal-progress. Joffri seba’ regoli dwar it-tqassim tal-karità biex inwettqu l-ministeru li ngħinu lill-oħrajn u b’hekk nuru li nħobbu lill-oħrajn. Fl-istess ħin inkunu nagħmlu użu tajjeb mill-ġid li Alla jipprovdilna u nużawh tajjeb għallġid ta’ oħrajn bħallewwel insara fl-Atti ta’ l-Appostli. Imbagħad jagħti sett ta’ seba’ noti dwar l-iskrupli. San Injazju jagħraf li l-bniedem li jgħaddi xahar sħiħ f’meditazzjonijiet, kontemplazzjonijiet u eżamijiet ta’ kuxjenza se jħossu kultant maħkum minn dubji wara li jispiċċa x-xahar; dubji mill-għadu tas-sewwa x-xitan li jħasseb lill-eżerċitant fuq jekk hux qed jimxi, jaħdem u jikber fil-ħajja tar-ruħ skont l-Ispiritwalita Injazjana ħalli la jsir laxk u anqas delikat iżżejjed. Dat-tħassib jiskuraġġixxi lillindividwu. Allura dawn in-noti jgħinuh

Frott tat-Talb B’ġimgħa ta’ talb u riflessjoni fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Kristu, kif se nibda nħares lejn il-kurċifis fuq l-altar, f’dari, f’kamarti, fiċċurkett jew fil-ġiżirana? Ir-reliġjużi kif se jħarsu u jbusu l-kurċifiss talvoti? Min iħoss li wasal fi tmiem il-ħajja kif se jħares lejn il-kurċifiss? Żgur li jilmaħ fih ilFeddej tiegħu li xtraħ b’demmu u għamlu bniedem ġdid, li ħallieh ħaj minkejja ħafna waqgħat u fallimenti. Ħarsa fuqu timlieh kuraġġ li jibqa’ miexi lejn il-post fejn Kristu daħal wara l-passjoni tiegħu; fuq il-lemin talMissier li jistenna ’l-uliedu għad-dħul fil-ħajja ta’ dejjem. _______

Dun Paul Deguara hu Ġiżwita li jservi bħala predikatur ta’ rtiri, bħala Direttur Spiritwali u hu mehdi fil-ħidma Pastorali. 19


Stephen Zammit sdc

Mhix ħaġa ħafifa li titkellem dwar l-ispiritwalità tal-Amerika Latina. Qegħdin nitkellmu dwar kontinent immens, b’eluf ta’ ilsna u gruppi kulturali li minn dejjem taw importanza lid-dimensjoni reliġjuża u spiritwali. Barra minn hekk, tinħass ħafna l-influenza reliġjuża li ġabu magħhom l-Ispanjoli u l-Portugiżi fisseklu sittax, kif ukoll dik ta’ miljuni ta’ skjavi li nġiebu mill-Afrika. Dan wassal għal dak li hu magħruf bħala ‘mestizaje’, jiġifieri taħlita sħiħa ta’ elementi reliġjużi ġejjin minn kulturi ferm differenti. Illum, minkejja li f’ċerti pajjiżi Ewropej, iddimensjoni reliġjuża tidher li qiegħda tiġi mwarrba, fl-Amerika Latina għadha qawwija ħafna u tilgħab parti prominent fil-ħajja ta’ ħafna nies. Ftit storja It-taħlit ta’ kulturi fl-Amerika Latina beda sa miż-żminijiet Neolitiċi, meta gruppi ta’ kaċċaturi u bdiewa niżlu mit-Tramuntana u bdew jgħixu stil ta’ ħajja mibni madwar epifaniji tas-sagru fid-dinja naturali u fuq l-importanza li jidħlu f’relazzjoni ma’ dawn il-forzi sagri li kienu jiddeterminaw il-ħajja tagħhom. Mal-medda tas-snin, żviluppaw ċivilizzazzjonijiet ferm organizzati, kemm fl-Amerika ċentrali (Maya, Azteki) kif ukoll fl-Amerika t’Isfel (Incas) li ħolqu reliġjonijiet sofistikati b’saċerdoti professjonali, mitoloġiji kumplessi u ritwali elaborati. Kienet spriritwalita mibnija fuq l-għarfien li l-ħajja hi fraġli ħafna u fuq il-bżonn tal-bniedem li jipparteċipa filkontinwazzjoni u fir-riġenerazzjoni tagħha. Ir-ritwali tagħhom kienu jsiru f’tempji li 20


L-Ispiritwalità fl-Amerika Latina

kienu mibnija b’sengħa kbira, u li ħafna drabi, fihom stess kienu jgħixu mijiet ta’ nies li kienu jiddedikaw ħajjithom għal dan il-għan.

tal-villaġġ. Dan kollu għen sabiex irreliġjożità tieħu dimensjoni komunitarja u ssir parti mill-kultura lokali. Bħala frott ta’ dan kollu, nibtu diversi devozzjonijiet partikulari li saru parti integrali mir-reliġjożità tal-poplu. Aktarx, l-aktar waħda magħrufa hi d-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Guadalupe, li bdiet fil-Messiku wara li Sidtna Marija dehret lil bidwi fqajjar u sempliċi jismu Juan Diego. Din id-devozzjoni malajr rabbiet għeruq fondi fil-qlub ta’ ħafna nies. Devozzjoni oħra li tinsab speċjalment fil-Perù hi dik lejn is-Señor de los Milagros, devozzjoni marbuta ma’ Ġesù Kurċifiss, u li hi eżempju ċar ta’ taħlita ta’ elementi reliġjużi ġejjin minn kulturi differenti.

Il-miġja ta’ l-Ispanjoli u l-Portugiżi fisseklu sittax ġabet bidliet konsiderevoli. Flimkien ma’ conquistadores bla skrupli li għamlu ħerba sħiħa minn dak li sabu, waslu bosta ordnijiet reliġjużi, speċjalment Franġiskani, Dumnikani u Ġiżwiti, li wasslu magħhom l-ispiritwalit nisranija, b’enfasi qawwija fuq is-sagramenti, d-devozzjoni lejn il-Verġni Marija u lejn il-qaddisin, is-sagramentali (ilma mbierek, purċissjonijiet, pellegrinaġġi…), u konfraternitajiet reliġjużi li jieħdu ħsieb jorganizzaw il-festi għall-patrun

21


Madwar id-Dinja

Matul is-sekli li ġew wara, insibu karatteristika oħra: il-miġja ta’ eluf ta’ setet u knejjes Protestanti li bdew jixterdu b’veloċità tremenda u li għadhom attivi ħafna sal-lum f’kull raħal li jeżisti fl-Amerika Latina, anke fl-aktar postijiet remoti tal-ġungla fejn lanqas toroq ma jeżistu. Dan wassal sabiex miljuni kbar ta’ nies ħallew ’il-Knisja Kattolika u ingħaqdu ma’ dawn il-movimenti reliġjużi, b’tali mod li għalkemm illum, il-maġġoranza tan-nies huma Kattoliċi, imma l-persentaġġ ta’ nies li jiffurmaw parti minn knejjes oħra qiegħed dejjem jiżdied.

u jgħixu “spiritwalità” minbija fuq “Kristu imma mhux il-Knisja”, fl-Amerika Latina għadha tinħass qawwija d-dimensjoni komunitarja; il-fidi hi mgħixa u ċċelebrata flimkien ma’ ħafna oħrajn li jipparteċipaw fil-komunitajiet u filgruppi reliġjużi li jeżistu fil-parroċċi. 2. Ir-reliġjożità tal-poplu hi mgħixa bil-ħames sensi: Ir-reliġjożità flAmerika Latina tinbena ħafna fuq dak li jidher u fuq l-emozzjonijiet; mhix spiritwalità intellewali jew ibbażata fuq argumenti filosofiċi, imma hi fidi sempliċi bbażata fuq devozzjonijiet, festi, purċissjonijiet eċċ.

Fit-tieni nofs tas-seklu 20, insibu sforz qawwi min-naħa tal-Knisja Kattolika sabiex tibqa’ tagħraf is-sinjali tażżminijiet u tibqa’ relevanti għall-miljuni kbar ta’ nies li għadhom fi ħdanha. Dan għamlitu permezz ta’ ħames konferenzi episkopali, fosthom dawk ta’ Puebla u ta’ Medellin, u, aktar reċenti, f’Aparecida (fil-Brażil), li fiha kellu sehem kbir il-Kardinal Jorge Bergoglio.

3. Sinkretiżmu: Fl-Amerika Latina, xi drabi r-reliġjożità hi taħlita ta’ twemmin u tradizzjonijiet ġejjin minn għejun differenti. Fil-fatt, l-Ispanjoli u l-Portugiżi, li ġabu magħhom it-twemmin Kattoliku, qatt ma rnexxielhom, għalkemm pruvaw, jeliminaw il-ħafna tradizzjonijiet u użanzi li kienu ilhom sekli jeżistu. Għalhekk, anke llum, issib nies li huma Kattoliċi u li minkejja dan, ma jaħsbuhiex darbtejn biex imorru għand il-curandero sabiex b’metodi tradizzjonali jaqralhom il-ġejjieni, jew inkella ineħħilhom is-“saħta” li xi ħadd ikun għamel fuqhom. Xi drabi saħansitra jmorru biex “jisħtu” lil xi għadu tagħhom.

Karatteristiċi tar-reliġjożità fl-Amerika Latina Issa se nagħtu ħarsa lejn tliet karatteristiċi ewlenin fi ħdan irreliġjożità fl-Amerika Latina: 1. Dimensjoni komunitarja qawwija: Fl-Amerika Latina, ir-reliġjożità hi mgħixa f’komunità, u mhux b’mod privat. Filwaqt li fl-Ewropa llum insibu nies li qegħdin iħallu l-Knisja 22


L-Ispiritwalità fl-Amerika Latina

L-Ispiritwalità tal-Liberazzjoni Ma nistgħux nitkellmu dwar l-ispiritwalità tal-Amerika Latina mingħajr ma nsemmu l-ispiritwalità li ħarġet mitTeoloġija tal-Liberazzjoni, teoloġija li nibtet flAmerika Latina fissittinijiet, jiġifieri ftit qabel il-Konċilju Vatikan II.

lill-imjassar u jagħti t-tama lill-fqajjar u lil dawk kollha li huma vittmi ta’ inġustizzji. Xi awturi importanti huma l-Peruvjan Gustavo Gutiérrez, li hu meqjus bħala l-fundatur ta’ din it-Teoloġija, Jon Sobrino u Leonardo Boff. Żewġ karatteristiċi ewlenin tal-ispiritwalità tat-Teoloġija talLiberazzjoni huma:

Il-punt ċentrali ta’ din l-ispiritwalità hu Kristu storiku, speċjalment dak Kristu li ġie biex jeħles

1. Il-parteċipazzjoni tal-lajċi: Din l-ispiritwalità bdiet fi żmien meta fil-Knisja Kattolika bdiet tinħass il-ħtieġa li l-lajċi ikollhom sehem ħafna iktar attiv. Biex isir dan, kien jeħtieġ li jiġu mwaqqfa gruppi u għaqdiet li fihom ikunu jistgħu jiffurmaw ruħhom u jħossu l-ħtieġa li jagħtu xhieda tat-twemmin tagħhom. Speċjalment wara l-Konferenza Episkopali f’Medellin (fil-Kolombja), bdew jinħolqu ħafna Comunidades de Base, jiġifieri gruppi ta’ lajċi li bdew jiltaqgħu kull ġimgħa biex jaqraw il-Bibbja, jitolbu flimkien u jiddixxernu dak li l-Mulej ikun qed jitlob minnhom. Dawn il-comunidades de base taw enerġija ġdida lil ħafna parroċċi. Fost l-oħrajn, insibu diversi isfqijiet li nkuraġġew ħafna dawn il-gruppi, speċjalment Oscar Romero, Paulo Evaristo Arnx u Samuel Ruiz. F’ambjent ta’ dittaturi u inġustizzji, xi drabi dan l-istil ta’ ħajja wassal għall-persekuzzjoni u martirju, bħal fil-każ ta’ Oscar Romero.

23


Madwar id-Dinja

2. Spiritwalità ta’ dixxipulat. Uħud milawturi tat-teoloġija tal-liberazzjoni kienu Franġiskani u Ġiżwiti. Aktarx minħabba f’hekk, din l-ispiritwalità tisħaq dwar l-importanza tad-dixxipulat, li hu meqjus bħala l-imitazzjoni ta’ Kristu li kien kapaċi jkun kontemplattiv u attiv fl-istess ħin, u li ħadem bis-sħiħ favur il-fqir u l-imjassar.

Latino-Amerikana. Kien fi ħdanha li tnissel il-kunċet ta’ l-“Għażla preferenzjali għall-fqar”, kunċett li twaħħad mattagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika. Bid-difetti, u, f’xi każi, bl-eseġerazzjoni ta’ xi membri tagħha, li wasslu biex jiġġustifikaw l-użu tal-vjolenza, kienet strumentali sabiex ilKnisja fl-Amerika Latina tidentifika ruħha man-nies li qegħdin ibatu u tkun għalihom sinjal ta’ tama u solidarjetà. _______

Konklużjoni Minkejja li f’dawn l-aħħar snin, l-ispiritwalità tat-Teoloġija talLiberazzjoni ġiet ikkritikata ħafna, ċertament għamlet ħafna ġid fil-Knisja

Stephen Zammit hu għalliem u membru tasSoċjetà tad-Duttrina Nisranija, Museum, li bħalissa qed jagħti sehmu fil-qasam ta’ Lurin fil-Perù.

24


Daniel Galea O Carm

Il-Festa tal-Għid Il-festa tal-Għid hija l-ikbar festa u l-iktar important fost il-festi kollha. Dan għaliex hija ċ-ċelebrazzjoni talqawmien mill-imwiet tal-Mulej, u għaliex l-Għid huwa l-bażi u ċ-ċentru tal-fidi tagħna, u għalhekk il-liturġija kollha tal-Knisja iddur ma’ din il-festa. Hija l-bażi u l-qofol tal-fidi tagħna għaliex bħalma jgħidilna San Pawl: li kieku Ġesù ma qamx mill-imwiet, il-fidi tagħna tkun fiergħa. U fil-fatt nistgħu ngħidu li dan il-qawmien millimwiet jagħti t-tama lil kull min huwa mgħammed fi Kristu Ġesù. Ġesù seta’ jqum mill-mewt, naturalment, għaliex miet, u għalhekk, il-festa tal-Għid tinkludi fiha l-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Ma nistgħux nifirduhom minn xulxin! 25


Matul is-Sena

Fil-kalendarju liturġiku, niċċelebraw il-misteru tal-Għid b’mod l-iktar solenni fit-tlett ijiem magħrufa bħala t-tridu tal-Għid. Madankollu, t-tħejjija għal din il-festa tibda minn ħafna qabel. Fil-fatt, il-liturġija nisranija tindirizzana ’l quddiem lejn din il-festa sa millbidunett tal-Avvent. Mhux biss il-liturġija, imma wkoll il-kanoni tal-Kotba Mqaddsa – ktieb wara l-ieħor fit-Testment il-Qadim imexxina sa Ġesù; l-erba’ Vanġeli jlaqqgħuna mal-persuna ta’ Ġesù, l-għixien u t-tagħlim tiegħu; filwaqt li l-kotba l-oħra tat-Testment ilĠdid, ikomplu jħeġġuna ngħixu l-ħajja nisranija tagħna.

ħafna ittamaw fih li huwa hu l-ħellies li kienu qed jistennew. Iżda żgur li bosta minnhom, jekk mhux kollha, ma stennewx li l-ħelsien kellu jseħħ bil-mod li ġara. Ħafna ġarrbu u emmnu, oħrajn baqgħu ma fehmux. Ta’ kull sena l-Lhud kienu jfakkru l-ħelsien tagħhom mill-Eġittu, bl-ikla msejħa talMogħdija, li fiha jieklu l-ħaruf flimkien fil-familja. Kien permezz tad-demm tal-ħaruf li huma ġew mifdija mill-jasar li kienu jgħixu fih fl-Eġittu – permezz tad-demm tal-ħaruf imċappas malkoxxa tal-bieb ta’ fejn kienu miġbura, il-mewt ma laħqithomx u għalhek setgħu jaqbdu t-triq biex jgħaddu minn art il-jasar għal art tnixxi ħalib u għasel. Fiż-żmien li fih kienu jterrqu fid-deżert, il-poplu biddel lil Alla ma’ xbieha ta’ gendus jiekol il-ħaxix. Madankollu, Alla daħal f’patt magħhom li jkun magħhom jekk huma jibqgħu miegħu u jżommuh bħala l-uniku Alla tagħhom. U tassew, Alla saħansitra temagħhom fid-deżert ukoll. Erbgħin sena dam il-poplu Lhudi jiġġerra fid-deżert sakemm wasal fl-art li Alla tah bħala wirt, u matul dawn is-snin il-poplu nbidel – f’erbgħin sena, il-ġenerazzjoni li ħarġet mill-Eġittu mietet u kienu wliedha li daħlu fl-art li Alla wiegħed lil missirijiethom – il-poplu nbidel u ssaffa, u dawk li ttamaw filMulej raw il-wegħda sseħħ.

Alla wiegħed lil Abraham nisel kbir, daqs il-kwiekeb tas-sema u daqs ir-ramel ta’ xatt il-baħar. Lil David għamillu wegħda li t-tron tiegħu jibqa’ għal dejjem. Lill-poplu Lhudi, permezz tal-profeti, fakkru kontinwament fil-patt tiegħu u żammlu qawwija t-tama fil-miġja tal-Messija. Marija stenniet li tara l-Messija mwiegħed, fl-għaqda tagħha ma’ Alla ltaqgħet miegħu, laqgħetu u għaddietu lid-dinja. Ġwanni l-Battista ħabbar li qorob, rah u wrieh li dawk li kienu miegħu u bagħthom wara Ġesù. Ġesù għadda ħajtu jgħallem, ifejjaq u jagħmel issinjali tas-Saltna t’Alla. Il-ħajja kollha tiegħu fuq l-art kienet il-preżenza ħajja ta’ Alla fl-umanità. Kull min iltaqa’ miegħu ra f’Ġesù xi ħaġa differenti, u

Dawn il-ġrajjiet narawhom f’xebh mall-ħajja ta’ Ġesù u l-istess esperjenza 26


L-Għid il-Kbir

għal ħolqien ġdid, minn dak li jispiċċa għal dak li jibqa’ għal dejjem. Wara l-mewt u d-difna tiegħu, Ġesù qam millimwiet biex ma jmutx aktar.

tan-nisrani. Ġesù jiċċelebra l-ikla talGħid mad-dixxipli tiegħu. Hija l-ikla tal-mogħdija, mill-mewt għall-ħajja. Tixbah lill-ikla tal-Lhud, imma mhix l-istess waħda. Fl-ikla tal-Mulej, Ġesù nnifsu huwa l-ħaruf li jagħti lilu nnifsu b’fidwa għallkotra. Ġesù huwa l-feddej u huwa l-fidwa – huwa hu li jifdina u permezz tieghu innifsu aħna ġejna mifdija. Għamel għalina dak li aħna ma kellniex ħila nagħmlu; ħallas għall-ħtija tagħna. Miet hu minflokna li kien ħaqqna mmutu biex aħna ma mmutux. Anzi, tana l-ħajja biex aħna ngħixu. Ġesù hu s-sagrifiċċju offrut għalina minn fuq l-altar, is-salib. Huwa jagħti ħajtu, ħadd ma jeħodhielu iżda minn rajh irodd ruħu lill-Missier filwaqt li jiġbed lill-bnedmien kollha lejh biex miegħu jgħaddu mill-mewt għall-ħajja;

Dan hu l-Għid li aħna niċċelebraw. Ġesù qam mill-imwiet. Il-mewt ma ssaltanx aktar fuqu għax hu rebaħ fuqha darba għal dejjem. Nhar l-Għid il-Kbir aħna nfakkru b’mod solenni l-qabar vojt, bil-faxex imqiegħda hemm u l-maktur li kien madwar ras Ġesù mitni għalih. Din hija l-prova tal-qawmien mill-imwiet. Ġesù rebbieħ iħalli warajh dak kollu li hu tal-mewt. X’ħin id-dixxipli tiegħu marru ħdejn il-qabar, isibu l-ġebla mneħħija middaħla tal-qabar u l-katavru tiegħu ma sabuhx hemm, għaliex il-qabar huwa post il-mejtin, imma Ġesù huwa ħaj.

27


Matul is-Sena

B’differenza minn Lazzru, Ġesù ma joħroġx mill-qabar imkebbeb fil-faxex, imma dawn iħallihom warajh fil-qabar. L-ebda rbit ma jista’ jżomm iżjed lil Ġesù, u lanqas ma kellu bżonn lil ħadd iħollu. Imma lilu ma sabuhx għax hu ħaj u huma qed ifittxuh qalb il-mejtin.

l-esperjenza tal-Għid hija l-istess esperjenza tal-magħmudija tagħna. Fil-magħmudija aħna mmutu għaddnub, nindifnu flimkien ma’ Kristu biex flimkien miegħu ukoll nerġgħu inqumu għal ħajja ġdida. Permezz tal-magħmudija aħna nieħdu sehem fil-ħajja ta’ Alla, ħajja li ma tintemmx, insiru ħolqien ġdid. B’dan it-twelid mill-ġdid bl-ilma u l-Ispirtu, aħna nidħlu fis-Saltna tasSmewwiet; u ladarba bit-tlugħ tal-Mulej fis-Sema, Alla qaddes l-umanità – seħħet l-għaqda tal-umanità mad-divinità fil-milja tagħha – aħna flimkien ma’ Ġesù werrieta ta’ din is-Saltna ta’ Alla.

Dakinhar stess filgħaxija, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu, u dan baqa’ jagħmlu sa erbgħin jum wara l-qawmien, jurihom lilu nnifsu bil-marki tal-imsiemer f’idejh u l-marka tal-lanza f’ġenbu waqt li huma jiltaqgħu miegħu irxoxt. Ġesù jġorr fuqu l-marki tal-mewt imma f’ġisem ħaj. Din għad-dixxipli hija esperjenza qawwija u importanti ħafna – tagħmilhom żguri li Ġesù, li kien imsallab, li miet u li ġie midfun, hu stess issa ħaj. Din l-esperjenza tgħinhom jirbħu l-biża’ u timliehom bit-tama li huma wkoll għad jgħixu b’Ġesù. Kien meħtieġ li, wara li permezz ta’ Ġesù, Alla daħal fl-istorja tal-bniedem, tant li sar wieħed minna u esperjenza dak kollu li ngħaddu minnu aħna, permezz ta’ Ġesù wkoll jgħaqqad l-umanità tagħna mad-divinità tiegħu. Issa baqa’ preżenti bl-Ispirtu Qaddis tiegħu f’dawk li jirċevuh.

Iżda biex din l-għaqda ta’ Alla malbniedem tkun sħiħa kien meħtieġ li Ġesù jibqa’ preżenti fid-dinja. Dan fil-fatt jagħmlu billi jagħti l-Ispirtu tiegħu lid-dixxipli tiegħu. Huwa l-Ispirtu s-Santu fina, li aħna nirċievu bil-Magħmudija u jikkonfermana bilĠriżma, li jagħmilna nixbhu lil Ġesù. Huwa għalhekk li nissejħu Kristjani, għaliex aħna midlukin bħall-Mulej – midlukin b’dilka qaddisa. Din id-dilka tagħmilna nixbhu lil Kristu mhux għax insiru qisna Ġesù, imma għax l-Ispirtu li jgħammar fina huwa l-istess Spirtu ta’ Ġesù. L-Ispirtu s-Santu huwa r-ruħ ta’ Alla u l-istess ħajja ta’ Ġesù, u b’dan l-istess Spirtu fina aħna wkoll ngħixu l-ħajja ta’ Ġesù. B’hekk, Ġesù huwa tassew preżenti fid-dinja permezz taddixxipli tiegħu. Għalhekk, id-dixxiplu

Huwa għalhekk li din il-festa hija tant kbira u importanti għalina l-insara. Tant hija festa kbira li l-Knisja tiċċelebraha matul ħamsin jum bħallikieku jum wieħed. Din 28


L-Għid il-Kbir

ma jżommx ħajja sempliċiment ittifkira ta’ Ġesù billi jirrakonta x’qal u x’għamel Ġesù, imma jżomm ħajja l-preżenza ta’ Ġesù bl-għixien tiegħu. B’hekk nistgħu nifhmu u nagħmlu tagħna dak li jgħid San Pawl meta qal: “Ngħix, iżda mhux jien imma huwa Kristu li jgħix fija”. B’hekk nistgħu ngħidu wkoll ma’ Ġesù: “Min ra lili ra wkoll lil Missieri” u “Jiena u l-Missier, aħna ħaġa waħda”, għaliex jiena u Ġesù, aħna ħaġa waħda. B’hekk nifhmu wkoll dak li jgħid Ġesù liddixxipli tiegħu meta qal: “Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili”.

u ġarrab dak kollu li hu tagħna biex aħna nidħlu f’dak kollu li hu tiegħu. Alla, permezz ta’ Ġesù, tana l-Ispirtu s-Santu biex aħna ngħixuh; ngħixu lil Alla, ngħixu l-istess ħajja tiegħu. Madankollu, lil Alla ma nistgħu qatt nifhmuh għal kollox, għax huwa Alla. U dan huwa l-kobor u s-sabiħ tal-fidi tagħna: li lil Alla ma nistgħux nifhmuh għal kollox. Għaliex Alla huwa dejjem iżjed minn dak li aħna niskopru fih. Li kieku jirnexxielna nifhmuh għal kollox, allura ma jibqax Alla, għax biex tifhem xi ħaġa totalment trid tkun aqwa minnha. U dan huwa li, ngħid għalija, jikkonslani fil-misteru ta’ Alla – li qatt ma nista’ nkun nafu kollu. Il-ħafna li naf minn Alla huwa ftit ħdejn dak kollu li ma nafx; dejjem jibqagħli xi nsir naf f’Alla. Alla Trinità huwa misteru

Bir-raġun li Ħadd wara Pentekoste il-Knisja tiċċelebra l-festa tat-Trinità Qaddisa. Alla hekk ħabb lid-dinja li taha lil Ibnu l-waħdieni. Alla tana li nsiru nafuh u hu jsir jaf lilna – daħal fl-istorja tagħna

29


Matul is-Sena

importanti fil-fidi tagħna. Imma din il-fidi għandha l-provi tagħha wkoll. Fix-xjenza nsibu l-provi li jiġu millosservazzjonijiet ta’ dak li jidher jew li tista’ tmiss, filwaqt li l-provi tal-fidi jiġu mill-osservazzjonijiet tal-esperjenza. Trid prova tal-fidi tiegħi? Għixha u ssib il-provi li qed tfittex! Kull esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tiegħi tiftaħni għal esperjenza oħra iktar qawwija ta’ Alla, għax Alla huwa dejjem ġdid u dejjem iżjed. It-Trinità hija l-għaqda ta’ Alla fih innifsu, l-istess għaqda li huwa jgħix magħna, u hija l-istess għaqda li, permezz tiegħu, aħna ngħixu bejnietna.

tagħna, jsir ħaġa waħda fina, jagħtina ħajtu biex aħna ngħixu. U ladarba hu jsir ħaġa waħda fina, aħna ninbidlu fih. Dan ifisser li bħalma hu sar għotja għalina hekk aħna nsiru għotja għal xulxin. Dak li niċċelebraw b’mod solenni f’Ħadd il-Għid jiġi ċċelebrat kull nhar ta’ Ħadd matul is-sena kollha. Kull Ħadd huwa l-Għid, u dan hu li jagħmel il-Ħadd jum qaddis. Iżda mhux nhar ta’ Ħadd biss. Il-Ħadd, ismu miegħu, huwa l-bidu tal-ġimgħa li twassalna għal Ħadd ieħor, u għalhekk nistgħu inqisu l-ġimgħa kollha bħala t-tkomplija tal-Ħadd. Dan nagħmluh billi nqaddsu kull jum tal-ġimgħa bissehem fl-Ewkaristija. F’kull quddiesa niċċelebraw realment il-misteru talGħid u nieħdu sehem fl-ikla ta’ Kristu Rxoxt. Mhux hekk biss. Ladarba fil-quddiesa Ġesù jsir ħaġa waħda fina fl-Ewkaristija, il-ħajja tagħna kollha hija ċelebrazzjoni tal-Għid, billi bl-għixien tagħna nuru l-preżenza ta’ Kristu Rxoxt fil-ħajja ordinarja b’kull nifs li nieħdu.

Din l-għaqda tidher fil-milja tagħha fl-Ewkaristija. Fiċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija, aħna nieħdu sehem fl-ikla tal-Mulej. Ġesù jagħżel l-ikla biex jagħti lilu nnifsu lid-dixxipli. L-ikla hija, filkuntest Mediterranju, attivita soċjali. Aħna ma niklux sempliċiment biex ngħixu, imma normalment ninqdew b’ikla biex ikollna okkażjoni biex niltaqgħu u nqattgħu il-ħin flimkien. U iktar minn hekk, hija ikla familjari, madwar mejda, biex naqsmu ħajjitna flimkien – ngħixu l-ħajja ta’ xulxin. Nieklu madwar mejda u nieklu millistess ikel, dak li tiekol int huwa dak li qed niekol jien, u l-ikel li nieklu jsir ħaġa waħda fina – jinbidel f’enerġija li tqawwi ’l-ġisimna. Kemm iżjed fl-ikla tal-Mulej! Fl-ikla tal-Ewkaristija, Ġesù jagħti lilu nnifsu b’ikel għalina. Aħna lkoll nitwaħħdu miegħu għax hu, l-ikel

Jekk nifhmu dan kollu nifhmu li hija ħaġa kbira tassew li wieħed ikun nisrani. U tassew hija responsabiltà li wieħed jgħix il-magħmudija tiegħu. X’għajb għalija meta l-għixien tiegħi ma jurix lil Ġesù! X’gidba nkun qed ngħix meta l-ħajja tiegħi ma tkunx taqbel ma’ dik ta’ Ġesù! Kif nista’ nuri li huwa preżenti permezz tiegħi meta jien inġib ruħi bil-maqlub ta’ dak li jgħix Ġesù? 30


L-Għid il-Kbir

X’ħasra għalija u x’firda jkun hemm fija nnifsi meta jiena tempju – post qaddis, ikkonsagrat għall-Mulej – biex Alla jgħammar fija, u fil-ħajja tiegħi ma nkunx kompatibbli ma’ dik ta’ Alla! Kif nista’ nkun fil-mewt u fil-ħajja fl-istess waqt? Meta naħseb fuq dan kollu ma nistax ma nagħrafx il-kobor tal-imħabba bla qies ta’ Alla li juri ħniena miegħi u jagħtini l-grazzja li nagħmel esperjenza ta’ din il-ħniena infinita tiegħu kull darba li nitolbu maħfra. Jagħdirni u jaħfirli fil-mument li nonqsu, u jsibli skuża għal dak li nkun għamilt, għax ma nafx x’jien nagħmel, u jistedinni nersaq lejh nitolbu maħfra biex nifhem li hu ħenn għalija. Kif jista’ ma jkunx sagrament tal-għaġeb dik il-grazzja li lil min tħobb, għax iħobbok, jagħtik

iċ-ċans li tumilja ruħek quddiemu, titolbu jaħfirlek, u min-naħa tiegħu tisimgħu jgħidlek li int maħfur! Lil min tħobb, anke għalxejn titolbu maħfra. U lil min tħobb ta’ kollox issiblu skuża biex taħfirlu. Għalhekk, quddiem dan il-kobor bla qies ta’ Alla ma nista’ nagħmel xejn ħlief nitolbu jagħder id-dgħjufija umana tiegħi u jgħinni nagħmel ħilti biex ħajti tkun mera ċara tal-preżenza tiegħu fostna u l-għixien tiegħi ikun ċelebrazzjoni bla ma taqta’ tal-Għid tal-Mulej. _______ Patri Daniel Galea huwa saċerdot Karmelitan li kien Socju fis-Socjetà tadDuttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. Bħalissa qed ikompli l-istudji tal-Mużika u jagħti sehmu fil-Kummissjoni tal-Mużika Sagra.

31


Vincent Mangani sdc

L-artist Ġianni Vella kellu mħabba speċjali lejn il-Madonna. Bħal ħafna artisti, kien żgur miġbud kemm minnha bħala persuna, kif ukoll minħabba s-simboliżmi kbar marbutin ma’ din il-figura tant għażiża għalina. Fil-fatt ħafna mix-xogħol li esebixxa fil-bidu tal-karriera tiegħu bħala artist juru lill-Verġni Marija. U ħafna drabi, il-mudella kienet tkun il-mara tiegħu, li kumbinazzjoni kien jisimha Marija. Skont ktieb li għadu kemm ħareġ dwaru, Gianni Vella kien influwenzat middiskursati li kien ikollu ma’ ħuh, Dr Serafin Vella u mal-patri Agostinjan Patri Tonna-Barthet. Il-pittura li għandna quddiemna tolqotni għal diversi dettalji, karatteristiċi talartist, speċjalment il-mod kif il-kulur hu mpoġġi permezz ta’ daqqiet ta’ kuluri ħdejn xulxin. • Marija mhix liebsa l-kuluri tradizzjonali ta’ aħmar (jew roża) u ikħal (jew ċelest). Il-libsa hi ċelest ċar ħafna, b’xi disinji jew irqajja’ ta’ kulur fuqha li jixbhu lill-petali tal-fjuri. Il-velu ta’ madwar rasha u l-mantell twil li jibqa’ nieżel sa fuq saqajha, huma tal-istess kulur. It-tnejn li huma jagħtu fil-kafellatte. • Karatteristika ta’ Vella hi li jpoġġi lil Marija fi ġnien, fuq bank tal-ġebel sempliċi, tipikament Malti, ħafna drabi mdawra b’diversi fjuri, li wkoll għandhom tifsira simbolika. Din l-idea ta’ ġo ġnien hi referenza għal ħafna kitbiet u tpinġijiet li nsibu fil-manuskritti mistiċi, speċjalment tas-seklu 15. 32


MADONNA BIL-BAMBIN Xogħol ta’ Gianni Vella (1885-1977) Żejt fuq l-injam 72 x 52.5 ċm Kollezzjoni Privata

• Xi fjuri naraw idawru lil Marija? Għalkemm fi kwadri oħra juża l-ġilji, simbolu tal-purità u l-ward, simbolu tas-sbuħija tagħha, hawnhekk niltaqgħu ma’ dik li ngħidulha kampanella, bi fjuri qishom trumbetta vjola u li tixxeblek. Ilkulur vjola hu simbolu tal-umiltà, xi ħaġa li tidher ukoll fil-poża li fiha hi mpittra Marija. Innutaw li l-fjura fin-nofs hi ħamranija: allużjoni għall-mewt li kellu jgħaddi minnha Binha Ġesà. • Marija: Diġà semmejt il-poża tagħha li tispira umiltà. Innutaw ukoll it-tenerezza li tinħass f ’idejha, hi u żżomm lil Ġesù. Fommha hu sieket,

biex tisma’, għax dejjem għamlet dak li Alla ried minnha. • Ġesù: Jidher li hu tifel kabbari, donnu b’wiċċ ta’ tifel kbir, idea forsi meħuda mill-ikonografija Biżantina li dejjem tirrappreżenta lil Ġesù b’dan il-mod. Idejh huma miftuħa... forsi lesti għas-salib, b’rabta ma’ dak li għedna dwar l-għażla tal-fjura? Jien u nħares lejn din il-pittura li tispira tant paċi, f ’moħħi ġie kliem il-Poeta Nazzjonali Malti: Int l-għaxqa tas-sema, ix-xemx tal-ħolqien. Int l-Omm ta’ min ħalqek, bik mimli kull żmien.


MADONNA BIL-BAMBIN Xogħol ta’ Gianni Vella (1885-1977) Żejt fuq l-injam 72 x 52.5 ċm Kollezzjoni Privata


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.