NRU
49
MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
€1.30
MARIA ELLUL Miss World Malta 2018
Ixtri l-Gwida u tista’
TIRBAĦ €500 kull xahar!
ITTRA
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
L-ITTRA TAL-EDITUR Ritratt: Jonathan Brincat
Wara li fl-aħħar ġimgħat tkellimna fuq is-suċċessi ta’ Red Electrick fl-aħħar 10 snin, kif ukoll tkellimna dwar Ela Mangion tal-Junior Eurovision, ir-rebħa f’festival fl-Italja ta’ Deborah C, is-sehem ta’ Nathaniel Ellul fil-film Mamma Mia! Here We Go Again u t-tieġ ta’ Christabelle Borg fost oħrajn, f’din l-edizzjoni se nitkellmu dwar Maria Ellul. Għalkemm forsi għal ħafna minnkom Maria Ellul mhux isem daqshekk magħruf, fil-ġranet li ġejjin din it-tfajla Maltija se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-konkors tal-Miss World. Dan juri biċ-ċar l-impenn ta’ din ir-rivista biex dejjem iżżommukom aġġornati dwar dawn il-personalitajiet li qed jagħmlu wkoll suċċessi bil-parteċipazzjonijiet tagħhom f’konkorsi prestiġjużi internazzjonali. EDITUR Frederick Zammit DEPUTAT EDITUR Joseph A Cachia EMAIL kolloxgwida@gmail.com SIBNA FUQ FACEBOOK GwidaMag UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju Mrieħel BKR 3000 SALES MANAGER TAL-PUBBLIKAZZJONI Jessica Spiteri Catania ADVERTISING SALES EXECUTIVE Devania Gatt ADVERTISING SALES COORDINATORS Lindsey Napier, Elena Dimech TEL 21320713 FAX 21320714 STAMPAR Print It PUBBLIKATUR
© Content House 2018 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk tal-Editur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevoli ttieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.
Fuq nota oħra, din ir-rivista wkoll qed timxi maż-żminijiet u kif ħafna jafu, qed naħdmu biex ikollna wkoll verżjoni diġitali li se tkun kontinwazzjoni ta’ din ir-rivista. B’hekk GWIDA tkompli tissaħħaħ u dejjem tkun fuq quddiem biex twasslilkom l-aħbarijiet u informazzjoni b’rabta mad-dinja tal-ispettaklu. Għalkemm GWIDA issa tgħodd aktar minn 56 sena meta nikteb dawn il-kliem u nitkellem dwar il-proġetti futuri li hemm, inħoss li minkejja s-snin li ilha toħroġ din ir-rivista xorta baqgħet żagħżugħa fil-ħsieb u iva fil-qalb. Nitkellem dwar din ir-rivista daqslikieku hija xi persuna għax is-snin kollha li ilni naħdem fuqha wassluni biex norbot qalbi magħha b’tali mod li din ir-rivista hi parti minni. L-istess bħalma hu għal qalbkom it-televiżjoni li qed jinbidel ukoll maż-żminijiet. Illum it-televiżjoni hu aċċessibbli wkoll fuq l-internet bħalma hu l-istazzjon PM Channel jew inkella b’sistemi ta’ on demand fejn tistgħu ssegwu programmi li tkunu tliftu. Issa qed noqorbu għall-ewwel webseries lokali. Barra minn xtutna dawn it-tip ta’ sensiliet fuq l-internet ilhom jeżistu u issa qed noqorbu biex anki f’pajjiżna se jkollna serje li tistgħu tibdew issegwu permezz tal-internet. Dan ma jfissirx it-tmiem tat-televiżjoni lokali iżda l-bidu ta’ era ġdida f’dan il-qasam. Kif fil-fatt kien ukoll il-film Carmelo li xxandar dan l-aħħar fuq TVM. M’aħniex imdorrijin naraw xogħol ta’ dan it-tip iżda żgur li dan kien biss il-bidu. Naħseb l-ikbar kritika li smajt minn xi telespettauri u li nasal naqbel magħha huwa l-ħin li ntwera, dak tas-Sibt ferm wara l-għaxra ta’ bil-lejl u mbagħad kellu ripetizzjoni f’ħin aktar kmieni fil-ġranet ta’ wara fuq TVM 2. Ngħid għalija jien kont nazzarda nitfa’ l-ewwel xandira tiegħu fuq TVM2 f’ħin kmieni b’ripetizzjoni s-Sibt filgħaxija fit-tard. Però finalment din hi biss opinjoni tiegħi. Iżda nittama li wkoll naslu f’punt fejn f’pajjiżna jsiru aktar produzzjonijiet ta’ kwalità bħal Carmelo li jinżlu mhux biss tajjeb ma’ dawk li jħobbu d-drama Maltija imma anki ma’ dawk li forsi s-soltu jiddejqu jintrabtu jsegwu xi serje minn ġimgħa għall-oħra iżda ma jiddejqux isegwu film ta’ siegħa u nofs bil-Malti.
GWIDA tkun għall-bejgħ minn kull nhar ta’ Erbgħa.
Niltaqgħu ġimgħa oħra. NRU
49
MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
€1.30
NOTA DWAR IL-KOMPETIZZJONIJIET FIL-GWIDA MARIA ELLUL Miss World Malta 2018
Ixtri l-Gwida u tista’
TIRBAĦ €500 kull xahar!
Ritratt: Matthew Cutajar ICAM Studios Rtokk: Natasha Polidano Xagħar: Vitality’s
Sibna fuq Facebook: facebook.com/GwidaMag
Nixtiequ ninfurmaw lill-qarrejja li meta jikkompetu fil-kompetizzjonijiet huwa importanti li jniżżlu l-isem u l-indirizz eżatt kif jidher fuq il-karta tal-identità. L-isponsor tar-rigal għandu dritt li jirrifjuta li jagħti rigal jekk l-isem ma jkunx jikkorrispondi mal-karta tal-identità. Min jirtira premju f’isem ħaddieħor huwa fi dmir li jippreżenta l-karta tal-identità kemm tiegħu kif ukoll tal-persuna li tkun rebħet. Ismijiet u indirizzi li ma jikkorrispondux ma’ dak imniżżel fuq il-kupun rebbieħ ta’ kwalunkwe kompetizzjoni li tidher fil-GWIDA, ma jkunx eleġibbli li jirtira l-premju.
3
F’DIN IL-ĦARĠA
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
X’TISTA’ TIRBAĦ MAL-GWIDA! KULL XAHAR
€500 FI FLUS
PAĠNA
STORJA PRINĊIPALI
13
7
DIN IL-ĠIMGĦA IKLA GĦAL TNEJN MINGĦAND L’AROMA RESTAURANT
PAĠNA 8
HAIRCUTS U PRODOTTI PRORASO MINN HAIR FOR MEN
PAĠNA 12
KTIEB MOGĦTI MILL-FARAXA, MERLIN U HORIZONS
PAĠNA 60
€20 MINN GOLD MARKET
PAĠNA 60
2 BILJETTI GĦALL- WIRJA KNIGĦT HOSPITALLERS
2 BILJETTI GĦALL- IMDINA DUNGEONS €100 VAWĊER MINGĦAND PRIME MEAT SHOPS PRODOTTI TAL-IKEL B’VALUR TA’ €60
4
PAĠNA 60
TELEVIŻJONI
TELEVIZJONI
21
24
PAĠNA 60
PAĠNA 60
PAĠNA 62
RIĊETTA
59
STORJA PRINĊIPALI
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Ritratti: Kris Micallef Ritratt: Bernard Polidano
IL-MALTIJA F’ISEM MALTA FIĊ-ĊINA
Tintervista ROBERTA MAGRI
DIN IS-SENA HIJA T-68 EDIZZJONI TA’ MISS WORLD. MARIA ELLUL, IR-REBBIEĦA TA’ MISS WORLD MALTA, SE TKUN QED TIRRAPPREŻENTA LIL PAJJIŻNA NHAR IT-8 TA’ DIĊEMBRU F’SANYA, FIĊ-ĊINA. MARIA TINSAB KUNTENTA LI SE TKUN TWETTAQ IL-ĦOLMA TAGĦHA U DETERMINATA LI TAGĦMEL ĦILITHA KOLLHA BIEX TIRRAPPREŻENTA LIL PAJJIŻNA BL-AĦJAR MOD POSSIBBLI. TKELLIMNA MAGĦHA DWAR IL-KARRIERA U L-ESPERJENZI TAGĦHA BĦALA MUDELLA, FOSTHOM IL-BIŻGĦAT LI KELLHA TEGĦLEB BIEX TASAL FEJN WASLET ILLUM. SIRNA NAFU AKTAR DWAR MARIA PERMEZZ TA’ KURŻITAJIET PARTIKOLARI LI RNEXXILNA NISKOPRU.
Maria, int se tkun tirrappreżenta lil pajjiżna fit-68 edizzjoni ta’ Miss World nhar it-8 ta’ Diċembru ġewwa fiċ-Ċina. Xi jfisser għalik dan l-unur? Dan l-unur għalija hu rigal imprezzabbli. Ilni ħafna naħdem biex nasal proprju li nirrappreżenta lil pajjiżna fl-eqdem u l-akbar konkors tas-sbuħija fid-dinja u għadni sal-lum lanqas nista’ nemmen li bil-frott tal-ħidma u s-sagrifiċċju wasalt biex naqta’ xewqti. Li nkun fdata biex inħaddan ilbandiera Maltija ġewwa ċ-Ċina
hi emozzjoni inspjegabbli iżda b’konvinzjoni ngħid li kburija li jien Maltija u li kull m’hu fil-poter tiegħi li nagħmel biex nirrappreżenta lil pajjiżna blaħjar mod, se nagħmlu bl-akbar determinazzjoni li għandi fija! Xi preparamenti hemm għaddejjin għas-serata finali? Il-konkors tal-Miss World hu magħmul minn diversi kompetizzjonijiet li jwasslu għasserata finali, fosthom l-iSports Challenge, it-Top Model Challenge, il-Multimedia Challenge
u l-proġett tal-Beauty with a Purpose. Minbarra l-preparamenti ġenerali bħal-libsa għallfinali, hemm ukoll il-libsa ta’ disinjatur Malti għat-Top Model Challenge. Meħtieġa wkoll diversi sezzjonijiet mal-personal trainer tiegħi biex inkun preparata għalliSports Challenge, sensiela ta’ photoshoots li se jkunu wżati għal waqt il-Multimedia Challenge, il-provi ta’ żifna tradizzjonali Maltija u l-preparamenti għall-kostum għal din l-istess
Maria Ellul fit-68 edizzjoni ta’ Miss World żifna u t-taħriġ għall-mixi fuq il-passarella. Kemm se jkun hemm kontestanti b’kollox? Għandek xi kuntatt ma’ xi wħud minnhom? B’kollox qiegħdin 119 kontestanta minn madwar id-dinja kollha, li hu ammont sostanzjali Ikompli f’paġna 8 7
STORJA PRINĊIPALI
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Ikompli minn paġna 7 Ritratt: Bernard Polidano
“Dejjem għandek taffronta l-biża’ tiegħek” ħafna iżda iva, diġà kelli ċ-ċans li nitkellem ma’ diversi mittfajliet grazzi għall-midja soċjali fosthom ma’ Miss Spain, Miss New Zealand u Miss Northern Ireland. Il-proġett Beauty with a Purpose hu assoċjat ma’ Miss World. X’inhu l-għan tiegħu? U x’jirrikjedi l-involviment tiegħek f’dan il-proġett? L-għan ta’ dan il-proġett hu li jkabbar in-network tal-fondazzjoni Beauty with a Purpose għal proġetti madwar id-dinja kollha li b’xi mod jew ieħor jolqtu lit-tfal. Kull sena wara li Miss World tiġi nkurunata, diversi minn dawk il-proġetti differenti li jiġu mtellgħin mill-kontestanti kollha jkunu
8
magħżula mill-organizzazjoni biex ir-rebbieħa żżur il-proġett u tagħmel il-kontribuzzjoni tagħha. Din is-sena ddeċidejna
li l-proġett ta’ Beauty with a Purpose ta’ Malta se jkun fuq it-tema ta’ razziżmu u integrazzjoni tal-komunità ta’ immigranti
li għandna ġewwa pajjiżna. Nemmen li hi tema relevanti ħafna għal pajjiżna minħabba li qed naraw bosta reazzjonijiet
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Ritratt: Matthew Cutajar
ta’ razziżmu kif ukoll nuqqas ta’ għaqda bejn il-komunitajiet li llum saru realtà f’Malta. Kient tnediet ukoll kampanja kontra r-razziżmu li ġiet żvelata f’dawn l-aħħar jiem. Il-qofol tal-proġett huwa avveniment li ġie mtella’ bil-kollaborazzjoni tal-NGO Maltija Kopin li huma partners uffiċjali tal-proġett Snapshots from the Border (proġett li hu ko-finanzjat millUnjoni Ewropea). Dan l-istess proġett huwa l-bażi ta’ dan l-avveniment li ttella’ fil-Marsa f’Ottubru bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali tal-lokalità. Kif nibtet ix-xewqa li tidħol fiddinja tal-immudellar? Minn ta’ età żgħira dejjem kien hemm dik ix-xewqa li xi darba nkun parteċipanta. Kont nara diversi kompetizzjonijiet iżda
kont persuna mistħija ħafna. Kif għalaqt is-16-il sena bdejt naħdem f’diversi ħwienet talmoda u kelli wkoll iċ-ċans li naħdem minn wara l-kwinti. Inħejju wirjiet tal-moda, inlibbes il-mudelli u nattendi għallkonkorsi tas-sbuħija. Bla ma ridt ix-xewqa kibret u bħala persuna sirt nemmen ħafna li dejjem għandek taffronta l-biża’ tiegħek ‘head on’. Il-palk kien ibeżżagħni minħabba memorja ta’ tfuliti fejn kellna wirja tal-moda u kont se nkanta, tlajt fuq il-palk u malli rajt dawk l-għajnejn kollha fuqi nsejt kull kelma tal-lirika u bqajt niċċassa lejn kulħadd. Għalhekk tlajt għall-ewwel darba fuq palk għal kompetizzjoni Ikompli f’paġna 10 9
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
STORJA PRINĊIPALI Ikompli minn paġna 8
Ritratt: Matthew Cutajar
“Meta tlajt fuq il-palk biex inkanta bqajt iċċassata lejn kulħadd” ta’ sbuħija bi sfida miegħi innifsi biex negħleb kemm il-mistħija u kif ukoll il-biża’ li kelli minn l-istess palk. Minn hemmhekk qatt ma erġajt ħarist lura.
Int ukoll studenta ġdida fl-Università. Fuq xiex qed tistudja? Għadni kif bdejt il-kors talkriminoloġija. Ma kinitx deċiżjoni faċli li nerġa’ nibda nistudja għaliex għal raġunijiet personali ma stajtx inkompli bl-istudju tiegħi wara li għalaqt it-18-il sena iżda ċerta li kienet deċiżjoni ġusta. Huwa kors li minn dejjem kien jinteressani ħafna u li se jorbotni għallħames snin li ġejjin iżda ninsab ċerta li dan hu l-pass li jmiss f’ħajti.
Kemm ilek f’dan il-qasam? Ilni nimmudella għal aktar minn erba’ snin issa u nħoss li kelli tant esperjenzi li ppreparawni għall-ħajja lil hinn mid-dinja tal-moda. Kelli diversi opportunitajiet barra minn xtutna li rrikjedew sagrifiċċju ta’ ġimgħat, anke saħansitra xahar fejn ħallejt kollox u mort ngħix waħdi għal dawn il-jiem, esperjenza ma’ diversi tfajliet minn madwar id-dinja kollha, fosthom flEġittu, fit-Taiwan, fit-Turkija, fil-Ġermanja u kif ukoll fl-Ingilterra. Kienu mumenti fejn kelli niffaċċja kollox waħdi allura nħoss li għenuni nikber ħafna. Minn fejn tħoss li ksibt l-aktar esperjenza fl-immudellar u dak kollu li jirrikjedi? Matul dawn l-erba’ snin ma nistax ngħodd kemm-il darba ma rbaħtx titlu li vera xtaqtu u ħdimt għalih, jew kemm-il darba ma ntagħżiltx biex inkun parti minn sfilata tal-moda. Hija r-realtà ta’ dan il-qasam li tgħollik iżda f’xi mumenti taf tkissrek ukoll għax fl-aħħar minn l-aħħar f’punt minnhom int qed tiġi ġġudikata fuq id-dehra tiegħek u qatt m’hi faċli li tisma’ li d-dehra tiegħek ma taqbilx ma’ dak li jkunu qiegħdin ifittxu l-organizzaturi. Nemmen li ksibt l-aktar esperjenza mill-mod ta’ kif iffaċċjajt il-pass li jkun imiss kull darba li ma rnexxilix nikseb dak li xtaqt, mill-mod ta’ kif tgħallimt niġbor lili nnifsi wara telfa, rajt fejn stajt nitjieb u nkompli 10
tas-sajf huwa proprju l-festi. M’għadnix insib iċ-ċans biex ngħin iżda dak iż-żmien li qattajt se jibqa’ memorja li ngħożż tul ħajti għaliex kien proprju l-ewwel istint fejn tgħallimt kif nista’ nagħti lura lill-komunità tiegħi għal dak kollu li tatni hi.
b’determinazzjoni aktar minn qatt qabel.
raġuni għaliex ninsab hawnhekk illum.
Liema huma l-karatteristiċi li jiddeskrivuk? Immaġinattiva, determinata, u reżiljenti. Nemmen li dawn huma l-aktar karatteristiċi li jiddeskrivuni. Inħobb ħafna l-arti, l-istejjer, u noħlom bi pjani ġodda li nista’ nwettaq. Qatt ma ħallejt ħolma taħrabli, dejjem nagħmel minn kollox biex nara kif nikseb dik il-ħolma għaliex qalbi ma naqtagħha qatt. La kont kapaċi noħlom dik il-ħolma nħossni ċerta li kapaċi nasal biex nagħmilha realtà, jekk mhux illum, għada u jekk mhux għada, pitgħada. Il-kunċett ta’ reżiljenza hu kunċett li nħaddan ħafna għaliex hu finalment ir-
Skoprejna li int imrobbija f’familja li tħaddan ħafna ttradizzjonijiet Maltin tal-festi u tan-nar. Kif issegwu u tinvolvu ruħkom f’dawn it-tradizzjonijiet bħala familja? M’hemmx individwu wieħed f’familti li qatt ma ħabb ilfesta f’xi punt f’ħajtu, kbirna f’din l-atmosfera ta’ mħabba lejn din it-tradizzjoni Maltija u hu l-mument fejn inħoss li vera ningħaqdu bħala familja. Ħafna minna f’xi punt jew ieħor għamilna xogħol volontarjat ma’ xi organizzazzjoni tal-festa, bija nkluża. Barra minn hekk, ħafna mill-irġiel tal familja jaħdmu n-nar. Ngħid għalija, il-qofol
L-eżerċizzju hu parti minn ħajtek. Kemm tiddedika ħin kuljum u liema tip ta’ eżerċizzju tippreferi l-aktar? Nipprova nagħmel xi forma ta’ eżerċizzju erba’ darbiet filġimgħa għalkemm mhux dejjem ikun possibbli minħabba diversi mpenji. F’dawn il-ġranet nipprova nqatta’ minn tal-inqas siegħa nagħmel xi eżerċizzju jew ġewwa l-ġimm inkella f’forma ta’ ġiri. Għalija hu l-isbaħ mument tal-ġurnata fejn ninsa kull problema li nkun qed niffaċċja u niffoka fuqi nnifsi. Wara dejjem inħossni persuna kompletament differenti, inħossni li nista’ niffaċċja kull ħaġa li twaddabli l-ħajja u kuntenta bija nnifsi. Xi jżomm id-determinazzjoni tiegħek b’saħħitha biex twettaq il-ħolm tiegħek? Il-viżjoni tal-ħolm tiegħi isir realtà, kif ukoll l-appoġġ kontinwu li sibt mill-familjari, il-ħbieb u l-isponsors tiegħi u x-xewqa li nħaddan il-bandiera Maltija bl- aqwa mod possibbli. Dawn huma il-pilastri fundamentali li jżommuni determinata li nwettaq il-ħolm tiegħi u jgħinuni nżomm saqajja mal-art.
KOMPETIZZJONI
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Kulma trid tagħmel biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ il-premju hu li: (1) Taqta’ din it-tielet parti tal-istampa li qed tidher fuq il-lemin. Imbagħad trid tgħaqqad flimkien magħha l-istampa l-oħra li se tidher fil-ħarġa li jmiss u ż-żewġ partijiet tal-istampa li dehru fil-ħarġiet tal-GWIDA numru 47 u 48. Dawn iridu jitwaħħlu fuq il-kupun li kien stampat fil-ħarġa tal-GWIDA numru 46 f’paġna 15. (2) Tirrispondi l-mistoqsija li dehret fuq dan il-kupun fil-GWIDA numru 46 f’paġna 15.
It-tielet parti tal-istampa
IMPORTANTI: Il-kupuni għandhom jintbagħtu biss meta jkunu dehru l-erba’ stampi li jiffurmaw l-istampa sħiħa.
Ibgħat il-kupun komplut f’dan l-indirizz sal-15 ta’ Jannar 2019 GWIDA, Kompetizzjoni €500/Diċembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Mrieħel BKR 3000.
13
INTERVISTA
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Ritratti: Matthew B Spiteri
IZ-ZIJA FAVORITA TAL-MALTIN Jintervista FREDERICK ZAMMIT
DIN IS-SENA TEATRU MALTA SE TIBDIELEK IL-MILIED BIT-TAJJEB B’IL-MADONNA TIEGĦI AĦJAR MINN TIEGĦEK, OPERETTA BIL-MALTI LI SE TITTELLA’ FIT-TEATRU PARROKKJALI TALBIRGU. DIN IL-PRODUZZJONI SE TARA LURA FUQ IL-PALK LIL MARY ROSE MALLIA. IL-KANTANTA U ATTRIĊI VETERANA FAVORITA MAL-MALTIN SE TKUN IZ-ZIJA KATYA – IS-SEKSIEKA TAR-RAĦAL, ĊAWLA KBIRA IMMA DEVOTA SEW TAL-MADONNA TAL-KATINA. MARY ROSE MALLIA TGĦIDILNA IKTAR DWAR IL-PRODUZZJONI LI SE TEĦODHA LURA FUQ IL-PALK TALOPERETTA U GĦALIEX ĦASSET LI MA SETGĦETX TGĦADDI MINGĦAJR DIN L-ESPERJENZA UNIKA FIL-KARRIERA TAGĦHA.
Iktar kmieni din is-sena rġajt lura fix-xena mużikali Maltija bil-kbir permezz tal-album tiegħek Mary Rose Mallia. Kif qed tħossok li issa li għandek il-parti prinċipali f’operetta bil-Malti li se tiddebutta f’dawn il-ġranet? Jiena proprjament għedt li se nirtira. Imbagħad kif ġew iċ-ċirkostanzi ġie dan l-album eżatt kif għalaqt 50 sena fil-karriera. Din is-sena kienu qegħdin jiġu fformu-
lati ħafna affarijiet li kelli nagħmel barra minn Malta iżda minħabba raġunijiet li ma kellix kontroll fuqhom ma sarux. Jien dejjem nemmen li hemm il-maniġer hemm fuq jorganizzali kollox – ried li din l-operetta għal xi raġuni jew oħra nagħmilha. Minn dejjem kont nieħu gost nieħu sehem f’affarijiet meqjusin bħalha innovattivi, pjuttost iktar nieħu gost
nidħol għalihom għax inħoss jkunu ta’ sfida għalija. Kienu ilhom jgħiduli biex nieħu sehem fiha din ilproduzzjoni, però kif qed ngħidu, ma stajtx nikkommetti ruħi għax ħsibt li se nkun impenjata fuq xogħol ieħor. Xhur għaddew, u hawn aħna llum, u vera kuntenta li aċċettajt għax l-ewwel nett, nieħu gost ħafna naħdem
Mary Rose Mallia fil-parti prinċipali ta’ operetta Maltija ma’ Trevor Żahra u nirreċta f’xogħol tiegħu. It-tieni jien u Alex Vella Gregory għandna ammirazzjoni reċiproka lejn xulxin, u fil-verità kien ilu jgħidli biex naħdmu xi ħaġa flimkien, u fl-aħħar ġiet ixxoqqa f’moxtha. Ikompli f’paġna 16 15
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
INTERVISTA Ikompli minn paġna 15
“Udjenzi iżgħar jafuni aktar bħalha attriċi milli bħalha kantanta” Nafu li kellek karriera estensiva fil-Ġermanja u f’Malta. Il-mużika kienet il-professjoni tiegħek għal bosta snin. Illum għandek 65 sena u erġajt imħabbta artistikament. Xi nbidel minn dak iż-żmien ’l hawn? Ma nbidel xejn għax ma waqaft qatt. Bqajt għaddejja bil-kant u r-reċtar hawnhekk kif ukoll barra minn Malta. Dejjem kelli udjenzi differenti: tal-operetti, tat-televiżjoni, tat-teatru komiku kif ukoll drammatiku. Minn daqshekk kont fortunata ħafna għax ix-xogħol qatt ma naqasli. Ħaġa interessanti li udjenzi iżgħar jafuni aktar bħalha attriċi milli bħalha kantanta. Fil-fatt meta kont għamilt il-kunċert ta’ Ġensna, xi nies issorprendew ruħhom b’kemm kantajt tajjeb, sempliċiment għax ma kinux imdorrijin bija bħalha kantanta. Il-vuċi li qed nuża waqt din l-operetta hi tip ta’ vuċi aktar lirika, filwaqt li l-mużika li għandi fl-album il-ġdid hi moderna ħafna, allura issa vera nista’ ngħid li l-karriera mużikali tiegħi daret ċirku sħiħ. Kellek biss 15-il sena fl-ewwel operetta li ħadt sehem fiha Die Fledermaus u 50 sena wara se tinterpreta l-parti prinċipali taz-Zija Katya, fl-operetta bil-Malti Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek ta’ Teatru Malta. X’tgħidilna dwar dan? Eċċitata ħafna għax qiegħda 16
naħdem ma’ atturi veterani u bosta atturi ġodda. Waqt li qed nesperimenta ħafna ma’ nies li telgħu jistudjaw itteatru barra, qed nieħu gost naqsam dawn l-esperjenzi ma’ atturi li għadhom qed jiffurmaw il-karriera tagħhom u għandhom futur sħiħ quddiemhom. Il-ħasra hi li Malta diffiċli ferm li tgħix minn fuq l-arti. Jien kont fortunata ħafna li fi żmieni l-papa żammni milli naħdem xogħlijiet li ma kinux artistiċi. Wara ċertu żmien kienet ġietni l-opportunità li mmur nistudja barra minn Malta, u hemmhekk għamilt 16-il sena nistudja u nipperfezzjona l-arti tiegħi b’mod
aktar professjonali. Meta tlaqt nistudja, kont diġà stabbilita sew bħalha artista f’Malta, biss biss kelli xi 31 meta tlajt il-Ġer-manja, u diġà kont għamilt ħafna musicals, operetti u programmi televiżivi lokalment. X’tgħidilna dwar dan il-karattru? Min hi z-Zija Katya? Iz-Zija Katya hi l-perċimes ta’ kollox. Hi tindaħal assolutament f’kollox! Il-Kappillan dejjem jgħid li lilha biss jafda, però hi tabbuża millfiduċja tiegħu biex tkun taf kollox u fuq kulħadd. Iz-Zija Katya tagħmel parti millfamilja tal-każin tal-Katina li huma impikati b’mod aħrax
mal-familja tal-Warda. Qisek qed tara Romeo u Ġuljetta mingħajr it-traġedja fl-aħħar! F’din il-produzzjoni naraw bosta uċuħ ġodda fid-dinja tal-ispettaklu. Bħala veterana kif qed tħossok taqsam il-palk magħhom? Lil Trevor Żahra ili nafu bħalha kittieb żmien twil u dejjem ikolli pjaċir naħdem miegħu. Alex Vella Gregory ilu jikkommunika miegħi bixxewqa reċiproka li naħdmu flimkien. Għandi ammirazzjoni kbira lejn ix-xogħol u l-mużika ta’ Alex, u din l-operetta kienet Ikompli f’paġna 19
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
INTERVISTA
Ikompli minn paġna 16
“Din l-operetta daqs il-pastizzi tidher li sejra tinbiegħ” l-opportunità ideali biex naħdem mat-tnejn li huma. Il-mużika ta’ Alex, kif ukoll il-librett ta’ Trevor, huma mirquma ħafna. Fihom tispikka b’mod speċjali l-ħajja Maltija. L-istorja bbażata fuq ir-realtà, xi ħaġa li tinħass ħafna jien u nirreċta l-parti tiegħi, u ċerta li se tinħass ukoll mill-udjenzi li ġejjin jarawha. Nafu li l-mużika se tindaqq mill-Banda Nazzjonali tażŻgħażagħ, xi ħaġa ġdida flambitu tal-operetta. X’tgħidilna dwar din l-esperjenza? Din ħaġa oħra unika f’din il-produzzjoni għax is-soltu operetta tindaqq minn orkestra mhux banda. Jien ġieli kantajt ma’ banda, però qatt ma naf li kantajt ma’ banda f’operetta, filverità din se tkun l-ewwel
tal-għamla tagħha. Din hi interessanti ħafna għax għandek l-atmosfera talfesta u l-banda amalgamati fl-istorja, u għid li jekk qed issir xi ħaġa innovattiva, jien se nkun pijuniera fiha!
Xi tgħid lil dawk in-nies li għadhom qed jaħsbuha darbtejn biex jiġu jaraw IlMadonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek? Fittxu aqtgħu l-biljett għalloperetta għax hemm inter-
ess kbir f’din il-produzzjoni! Wara kollox il-festi jġibu magħhom ħafna ikel Malti fosthom il-pastizzi, u din l-operetta daqs il-pastizzi tidher li se tinbiegħ. Il-Madonna Tiegħi Aħjar minn Tiegħek ta’ Teatru Malta hi operetta miktuba minn Trevor Żahra u għandha l-kompożizzjoni ta’ Alex Vella Gregory u d-direzzjoni ta’ Peter Busuttil. L-ispettaklu se jkollu l-involviment tal-Banda Nazzjonali tażŻgħażagħ bid-direzzjoni tas-Surmast John Ivan Borg. Il-produzzjoni qed tittella’ bl-appoġġ tal-Fundazzjoni Valletta 2018, l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda. Għal iktar tagħrif jew biex tixtri l-biljetti għal Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek żur www.teatrumalta.org.mt jew ċempel 21220255. 19
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
TELEVIŻJONI
Ritratti: The Foto Grafer
L-EMOZZJONIJIET DEJJEM JIKBRU MINN ĠIMGĦA GĦALL-OĦRA ARANIISSA DEJJEM JIKBER FL-EMOZJONIJIET U S-SORPRIŻA GĦALIEX TA’ ARANIISSA MA JOQOGĦDUX LURA SABIEX IFERRĦU LIL KULL MIN TASSEW ĦAQQU U LIL KULL MIN HUWA FIL-BŻONN. IL-MALTIN GĦANDHOM TASSEW QALBHOM KBIRA. ISSA NAFUHA U BLA DUBJU GĦANDNA GĦALXIEX INKUNU KBURIN BIHA GĦALIEX AĦNA ĠENS LI JAF IĦOBB, JAF, JAGĦDER U JAF JOĦROĠ ID SABIEX JGĦIN LILL-PROXXMU B’ MODI LI JIXHDU SENS TA’ VALURI SODI U VERI. Hekk tixhed l-istorja li nnominat Fusija meta xhur ilu ġiet tħabbat il-bieb ta’ Araniissa biex tinnomina lil Ġiorġia Farrugia, mara Żebbuġija ta’ eżempju kbir. Fusija rrakkuntat kif meta hija u ħutha sabu r-refuġju tagħhom f’Malta, dawk ma kinux ġimgħat u xhur faċli għax inti tħalli kollox warajk, kemm il-familja kif ukoll l-affarjiet li tul is-snin ikunu jappartjenu lilek u lill-familja tiegħek. Titlef kulma tkun faddalt u nvestejt u tlesti ruħek sabiex tibda ħajja ġdida ġewwa l-gżejjer tagħna. Iżda l-familja ta’ Fusija sabu żewġ anġli li għenuhom f’ din l-isfida – żewġ Żebbuġin li laqgħu lil Fusija u l-familtha b’ idejhom miftuħa daqslikieku kienu parti integrali mill-familja tagħhom. Ħut Fusija eventwalment telqu mill-gżejjer tagħna u stabbilixxew ruhhom l-Amerka u tista’ 20
Araniissa tas-Sibt 8 ta’ Diċembru fuq ONE
timmaġina kemm ħassewha Ġiorġia u żewġha li issa ħut Fusija kienu saru qishom uliedhom. Sfortunatemnt żewġet Ġiorġia miet u anke Ġiorġia għaddiet minn burraxki ta’ saħħa kbar. Hi dejjem issemmi lil ħut Fusija, kemm timmissjahom u kemm tixtieq tarahom biex tgħannaqhom. Araniissa daħal għal din lisfida u ser jagħmel minn kollox il-ħolma ta’ ssir realtà!
U bla dubju storja li ser tmiss il-qlub ta’ kulħadd hija n-nomina li għamlet Lilian Valletta fejn innominat lil Jean Luca u lil Raquela għall-programm Araniissa. L-istorja ta’ dawn iż-żewġt itfal hija waħda diffiċli ħafna – żewġt itfal li għaddew u għadhom għaddejjin minn ħafna hekk kif jgħaddu minn operazzjoni għall-oħra minkejja l-età tenera tagħhom. Dawn iż-żewġt itfal għandhom
ħolma — dik li jmorru jagħtu sorpriża lil zithom barra minn Malta Raquela u Jean Luca huma l-mimmi t’għajnejha! Araniissa ser jagħmel minn kollox biex il-ħolma ta’ dawn iż-żewġt itfal issir realtà flimkien mal-aġenzija tal-immobbli Remax. Hemm premjijiet li tistgħu tirbħu mal-programm dejjem jekk tidħlu fuq il-Facebook ta’ Araniissa u tagħmlu Like u Share. Hemm rigali millBow & Ribbons, Virtù Ferries, ikliet mingħand Catch & Co tal-Valletta Waterfront, Centro Casalinga u l-premju stilla ta’ €3,000 vawċer mingħand Choices ta’ Gwardamangia u bosta rigali oħra.
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
TELEVIŻJONI RITA
L-ISFIDA TAL-ĦUTA F’TEL AVIV KULL ĠIMGĦA QED NAGĦTU ĦARSA LEJN L-AĦĦAR KURŻITAJIET U SITWAZZJONIJIET FUQ L-AVVENTURA TA’ HAZZZARD LI TIXXANDAR KULL NHAR TA’ TNEJN FIT-20:30 FUQ ONE. TIRRAKKONTA RITA, Wara li dħalna fit-territorju Palestinjan u għaddejna xi jiem hemmhekk erġajna qsamna l-fruntiera u morna lura Tel Aviv, Iżrael. F’din il-belt it-tim tal-produzzjoni qasamna f’ żewġ gruppi u ridna nikkompetu kontra xulxin f’ diversi sfidi madwar din il-belt. Jiena ġejt ma’ Shaun, Adon u Manwela. Kellna diversi sfidi madwar Tel Aviv li għalkemm uħud minnhom kienu jidhru facli, imma fil-verità meta tkun qed tesperjenzahom ma huma facli xejn. Wieħed irid iqis is-sħana qawwija ħafna li tagħmel f’dan il-pajjiż tal-Lvant Nofsani. M’huwiex faċli li tiġri minn post għall-ieħor f’din il-belt, fis-sħana qawwija u bil-basktijiet wara daharna. Ta’ min jgħid ukoll li mal-isfidi
kien hemm marbuta l-ħin, li kien kontra tagħna. Għalhekk dan kien qed joħloq fina ċerta tensjoni imma fl-istess ħin konna motivati li nirsistu aktar biex nirbħu din l-isfida u naslu filpunt finali qabel il-grupp l-ieħor. Waħda mill-isfidi li kellna li nibqa niftakar kienet l-isfida tal-ħuta. Kull participant ried jaqbad din il-ħuta u jgħaddieha mill-flokk u joħrogħa millqalza tal-qalziet. Kullħadd kien għatxan għall-punti u għalhekk din l-isfida għalkemm diżgustanti kulħadd għamilha. Tistgħu timmaġinawna għarqanin xraba f’dik ix-xemx, indaħħlu l-ħuta tinten fil-ħwejjeġ u ridna nkomplu nduru minn post għall-ieħor bir-riħa ta’ ħut fuqna. L-għada filogħdu ridna nsibu transport sabiex immorru f’ post
jgħidulu Kibbutz, fin-naħa ta’ isfel tal-pajjiż, f’raħal żgħir jismu Lotan. Is-sħana kienet tinħass ħafna iktar għaliex dan il-post jinsab f’nofs id-deżert. Hawnekk, tgħix komunità ta’ nies li jużaw metodi differenti kif jgħixu b’ mod li jibżgħu għall-ambjent. Fost oħrajn wieħed isemmi l-użu tal-enerġija mix-xemx u mezzi oħra ekoloġici li m’humiex ta’ detriment għall-ambjent. Kien f’dan il-post li kelli konfront dirett ma’ Matthew, wara li smajtu jgħid kliem oxxen bil-Malti. Kien qalilna li diffiċli għalih jesprimi ruħu bil-Malti imma jien ġbidtlu l-attenzjoni li kelma oxxena bil-Malti kien jaf jgħidha. Jiena ta’ żaqqi f’fommi u għedtlu dak li kelli fuq l-istonku. Nemmen li ħadni fuq demm
“Ridna nkomplu nduru minn post għall-ieħor bir-riħa ta’ ħut fuqna” id-dars u offendieni. Ħadtha bi kbira ħafna din l-offiża. Moħħi beda jberren... TRID TKUN PROTAGONIST F’HAZZZARD 2019? Bħalissa qed isiru l-auditions. Biex tapplika huwa faċli. Sempliċiment trid tidħol fil-paġna ta’ HazZzard fuq Facebook u tibgħatilna messaġġ privat. Kif it-tim tal-produzzjoni jirċievi l-messaġġ tiegħek, jibagħtulek il-formula tal-applikazzjoni u wara jistiednuk tattendi għal audition. Eventwalment jintgħażlu l-parteċipanti li naraw fl-edizzjoni tas-sena ta’ wara. 21
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
TELEVIŻJONI
L-AĦĦAR FTIT TENTUFIET HEKK KIF ĠEJJA FI TMIEMHA SENA OĦRA, ĠEJJA FI TMIEMHA WKOLL IT-TIENI SKEDA TAL-PROGRAMM TENTUFIET LI QIEGĦED JIXXANDAR KULL NHAR TA’ ĦAMIS FIS-7.15PM FUQ NET. F’DAWN L-AĦĦAR SENTEJN MATUL DAN IL-PROGRAMM ILTQAJNA MA’ AKTAR MINN FUQ MINN 70 TRADIZZJONI, SNAJJA’ JEW ASPETTI KULTURALI MALTIN LI KELLNA Ċ-ĊANS NSEGWUHOM U NISIMGĦUHOM BIR-REQQA. IŻDA BAQA’ AKTAR. Matul il-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed insegwu iżjed tentufiet interessanti. Fost l-oħrajn se niltaqgħu ma’ Ġorġ Sammut ta’ Mira minn Ħal Qormi li dalwaqt jagħlaq it-80 sena u li ta’ kuljum għadek issibu fil-workshop tiegħu, jinċana, isammar u jkejjel l-injam. Waqt tentufiet, Ġorġ se jirrakkonta kif beda f’din is-sengħa kif ta’ 14-il sena kien mar għand mastrudaxxa biex jagħmel karrettun maz-ziju tiegħu, iz-ziju Nin u l-mastrudaxxa mill-ewwel kien staqsih biex imur jaħdem miegħu. Malli Ġorġ qal b’dan lil missieru, missieru mill-ewwel bagħtu lura għand Ċensu l-mastrudaxxa biex b’hekk jitgħallem is-sengħa, “anki jekk b’xejn”. Minn dakinhar qatta’ 11-il sena ma’ Ċensu, imbagħad mażżmien fetaħ negozju żgħir flinjam għal rasu biex b’hekk sal22
Xogħol il-mastrudaxxa u xogħol il-pastizzar
lum ilu jaħdem f’din is-sengħa għal dawn l-aħħar 66 sena. Kliem ieħor Malti li huwa dak relatat mal-pastizzar. Waqt tentufiet mal-pastizzar se nitkellmu ma’ Henry ta’ Roger fiż-Żejtun. Filwaqt li se jurina l-proċess kollu ta’ kif isiru l-pastizzi, se jgħidilna wkoll t-tibdiliet li saru maż-żmien, kemm fir-riċetti, fl-għodda u anka fil-bejgħ ta’ din l-imbierka għaġina sfiljurata mimlija l-iktar bl-irkotta jew ilpiżelli, li saret sinonima magħna l-Maltin.
Bħal Ġorġ, Henry ilu għomru u żmienu f’dan ix-xogħol peress li din is-sena wiritha mingħand missieru, li wkoll kien wiritha mingħand missieru u ċioe n-nannu ta’ Enrico. Waqt tentufiet se jirrakkonta wkoll kif meta kien żgħir ta’ kuljum kien joħroġ bil-van ma’ missieru jbigħhu l-pastizzi u jgħidilna t-taqbiliet u l-għajjat li kien isir, għax kif jgħidu “l-għajta nofs il-bejgħ”. Fost l-oħrajn jispjega għalfejn
dak iż-żmien il-pastizzi talirkotta kienu jirreferu għalihom bħala ‘tal-ġobon’, u tal-piżelli bħala ‘tal-laħam’. Dawn l-istess pastizzi fiż-żmien is-soldi kienu jinbigħu għal sold il-wieħed, jiġifieri daqs ċentezmu punt tlieta tal-Lira Maltija (1.3c). U minkejja li llum m’għadekx tixtrihom b’dak il-prezz, in-nies għadha tfittxhom u tridhom bħalma jispjega l-pastizzar innifsu. Fil-fatt fil-pastizzerija tiegħu jsiru madwar elfejn pastizz kuljum. Il-proġett Tentufiet qiegħed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti permezz talfond KulturaTV.
TELEVIŻJONI
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
AKTAR PROGRAMMI X’TARA DIN IL-ĠIMGĦA ĦADD GĦALIK
TEŻORI
TVM f’12.10 Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru
ONE fil-17:20 Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru Ritratt: The Fotografer, Fgura
Int iffissat jew iffissata fix-xiri? M’intix waħdek. Studji li saru juru li l-maġġoranza tan-nies ma joqogħdux bla ma jixtru xi ħaġa. Kulħadd iħossu tajjeb b’xi tibdila jew b’xi aċċessorji ġodda, mhux hekk? F’Ħadd Għalik ikunu jilagħbu dawk li narawhom jagħmlu t-teleshopping kontra x-xerrejja tagħhom, li ma’ kull prodott ġdid li jaraw fis-suq, issibhom imwaħħlin mat-telefon jew wara l-bieb tal-ħanut, lesti biex jixtruh.
Għall-Milied il-familji Maltin jinġabru u jippreparaw ikel ftit jew wisq differenti mis-soltu. Qabel kien ikun hemm l-imqarrun il-forn, il-pastizzi u l-qassatat u l-qagħaq tal-għasel. Popolari kienu ukoll il-qastan, l-imbuljuta (xarba magħmula mill-qastan), u l-ixkumvet (qisu spagetti moqli u miksi biz-zokkor). Illum l-iktar ikla popolari tal-Milied hija d-dundjan jew serduk il-forn u l-pudina tal-Milied.
MINN JUM GĦAL JUM
IL-ĦARIFA MALTIJA
TVM fil-17:30 It-Tnejn 3 ta’ Diċembru
TVM fis-18:30 It-Tnejn 3 ta’ Diċembru
L-edukazzjoni kulħadd jitkellem dwarha — min għax jgħid li t-tfal mhux qed ikollhom homework biżżejjed, min għax jgħid li għandhom ħafna — mhux ta’ b’xejn li ngħidu “Maltese gemgem.” Dan hu s-suġġett li ser titkellem dwaru Elaine Saliba Bonnici mal-mistiedna tagħha: Mark Azzopardi li huwa assistent kap ta’ skola, Pauline Dimech u ma’ Fr Renè Camilleri. It-tfal jafu x’inhuma d-dmirijiet taghhom?
Fil-programm tal-lum immorru Ħal Luqa, Ħal Qormi, Birżebbuġa u Ħaż-Żabbar fejn f’dawn il-lokalitjiet naraw diversi dilettanti waqt li jlestu l-presepju tagħhom, xi pasturi kif ukoll armar li talMilied jintuża mal-faċċata ta’ każin. Immorru l-qasam tal- MUSEUM tal-Fgura fejn naraw speċi ta’ fabbrika żgħira ta’ grotti, bambini, pasturi u rigali kollha marbuta mal-Milied nisrani kif nagħmluh aħna f’Malta.
UMANI TVM fil-17:00 Is-Sibt 8 ta’ Diċembru Umani fil-programm tal-lum naraw intervista mhux tas-soltu millġurnalista Maria Muscat ma’ David Bajada. Għall-ewwel darba David jaqsam ma’ Umani dak li għadda minnu meta ta’ 17-il sena tilef lil ommu u spiċċa jrabbi waħdu lit-tlett aħwa iżgħar minnu. David huwa wkoll omosesswali u miżżewweġ u għandu tifla ta’ 24 sena li trabbiet f’għożża u mħabba kbira. Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat. 23
TELEVIŻJONI
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
SANDRA
IL-KUMMISSARJU MARIO DECELIS
NITKIXXFU X’QED JIĠRI FI ĦBIEB U GĦEDEWWA Jintervista FREDERICK ZAMMIT
FL-AĦĦAR IRNEXXILI NSIB FTIT ĦIN BIEX INKELLMILHOM IL-PROTAGONISTI L-OĦRA TAS-SENSIELA POPOLARI ĦAFNA ĦBIEB U GĦEDEWWA. U GĦALKEMM ĦADD MA RIED JAGĦTINI DETTALJI TA’ X’INHU GĦADDEJ EŻATTAMENT MINN ĦAJTU, XORTA RNEXXIELI NSIR NAF XI AFFARIJIET U NIXTIEQ NAQSAMHOM MAGĦKOM IL-QARREJJA TA’ DIN IR-RIVISTA. HEMM AFFARIJIET SBIEĦ U FORSI AKTAR KOROH GĦAL XI WĦUD IMMA DAN JAGĦMEL IS-SENSIELA AKTAR INTERESSANTI U INTRIGANTI GĦAL MIN ISEGWIHA KULJUM FUQ TVM FIT-15:00.
SANDRA ZAMMIT TORREGGIANI Bonġu Sinjura Zammit Torregiani. Kif int? Nispera l-problema li kellek ma’ Adam irnexxilek issolviha. L-ewwel nett skużani talli qbadt u tlaqt l-aħħar darba imma kif taf int, ma stajtx nibqa’ għax Adam kien għaddej minn kriżi oħra … u għad-domanda li għamiltli se jkolli nirrispondik li ma rnexxilix. Li kieku l-problema ħoloqha Adam jew kienet bejni u bejn Adam, kieku r-risposta tiegħi kienet tkun ‘Iva … solvejtha.’ Imma l-problemi li għaddejja minnom il-familja kollha tiegħi jafu kollha lil dan Saviour. Jiddispjaċini qed nisma’ dawn. Jiddispjaċik int tisma’ fuqhom. Immaġina aħna, l-familja tiegħu u l-ħbieb intimi tiegħu kif inħossuna. Saviour, għal kulħadd, 24
kien iservi ta’ forċini għal kull min ikun għaddej minn perjodu diffiċli. U f’daqqa waħda minn hekk, inbidel mil-lejl għan-nhar għax spiċċa li l-inkwiet jaqilgħu hu.
qed tagħmel hekk għax jaqbel lilek.
Ma’ kull min tkellimt qalli li Saviour għadda minn ħafna. Min ma jgħaddix? Imma billi għadda minn ħafna ma jfissirx li għandu d-dritt jgħaddi lil ħaddieħor minn ħafna. Determinata li akkost ta’ kollox ma nħallihx ikissirli dak kollu li bnejt. Mhux se nħallih iġellidni ma’ dawk li huma tant qrib tiegħi.
Madre, meta nara lilek niftakar f’nannti! Grazzi tal-kumpliment! Alla bagħtek dalgħodu! Veru qed inħossni żagħżugħa malli ftaħt ħalqek int.
Bħal John Cassar pereżempju? Iva, wieħed minnhom. Milli jidher John Cassar għandu post speċjali f’qalbek. Naf fejn int sejjer għax wara kollox int ġurnalist. U lest taqta’ jdejk barra biex ikollok storja b’saħħitha. Naf li qed tinsinwa u
SISTER RICHARDS (AKTAR MAGĦRUFA BĦAL “IL-MADRE”)
Le, le Sor! Skużani! Kumplimemt ridt ngħaddilek imma naħseb li ma esprimejtrx ruħi sew. Mela x’ridt tgħidli? Ridt ngħidlek li meta niftakar f’nannti ma nafx kif irnexxielha tlaħħaq ma’ 14-il tifel u tifla għax daqshekk kellha tfal! Imbagħad niftakar fik u x’ħin niftakar li ġieli kellek ’il fuq minn 40 tifel u tifla taħt ġwienħajk nikkonsla. Jekk teħodha minn dak l-aspett
Karattri li jżewqu ġrajja intriganti u interessanti naqbel miegħek. Nismagħhom jgħidu li tfal u bhejjem għali dejjem … immaġina int għaddew dawn ittfal kollha minn taħt idejk. Id-diżappunti, jekk kien hemm, servew biss biex fetħuli għajnejja biex napprezza s-suċċessi li dejjem kelli. Imma f’kull familja jgħidu li hemm nagħġa sewda. Fil-familja tiegħek nimmaġina li kellek aktar minn waħda? Għandek żball ta! Jekk hemm xi waħda ma nafx biha jien. U ejja, Madre. M’għandekx fuq-
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
TELEVIŻJONI RACHEL
xiex timbarazza ruħek. Jiena ma nimbarazzax ruħi bissuċċessi tiegħi u int jista’ jkun tħares lejn Rachel bħala diżappunt jew falliment, imma kieku jkollok ftit paċenzja u tistenna biex tara l-pjan li għandna għaliha jiżvolġi, waħdek tinduna kemm għandek żball.
YVONNE
M’iniex mgħaġġel. Għidli dak kollu li trid tgħidli. Ħa ngħidlek x’qed ikiddni. Jien għalija l-kbar joħolqu l-praspar u li xi kultant ikunu tant kbar li ma jitwemmnux. Ma naqbilx, imma ma jdejquni xejn, dejjem jekk iħallsu għall-konsegwenzi huma. Imma mbagħad meta dawn jagħmlu l-ħmerijet u jeqirdu ħajjet it-tfal li huma bla ħtija, ma nibqax nara u x’ħin tħares lejn il-ġenituri ta’ Nadia u Frankie ssib bluha wara l-oħra!
SISTER RICHARDS
IL-KUMMISSARJU MARIO DECELIS Sur Kummissarju, nafu kemm int imħabbat, speċjalment bil-familji Cassar u Zammit Torreggiani. X’kien qed tipponta subgħajk lejhom biss int? Taf kemm hawn familji bhalhom Malta? Il-preokupazzjoni tiegħek ma kellhiex tkun fuq l-inkwiet li qed jaqilgħu imma għaliex waslu qed jaqilgħuh. F’kull delitt li nara quddiem għajnejja tkun l-ewwel mistoqsija li nagħmel: għaliex? X’wassal lil dak li jkun jagmel il-ħmerijiet? U x’nistgħu nagħmlu biex wara tpattija ma nerġgħux naqaw koppi? Ma nafx kif jirnexxilek tibqa’ pożittiv fuq xi ħadd li jippersisti jkompli jaqla’ l-inkwiet. Faċli, għax jekk naqta’ qalbi, l-inkwiet jiżdiedli u mhux jonqosli. Ma’ kull wieħed li nirkupraw, ma’ kull wieħed li ngħinu jerġa’ jaqbad it-triq, fir-realtà nkunu qegħdin nagħmlu pjaċir lilna nfusna u lil ħadd aktar.
Mhux ta’ b’xejn il-Madre mhux qalbha maqtugħa minn Rachel Pace mela. It-tama l-aħħar li tmut imma bit-tama biss ma tagħmel xejn. Għandek bżonn l-impenn għax fid-dinja xejn ma jsir waħdu. Jiena nies bħal Rachel Pace, Edmond Xuereb u Luca Fenech ma jinkwetawnix ħafna għax id-dinja tathom ftit tisbit mhux ħażin. Sa ċertu punt nifhimhom. Imma mbagħad nies bħal Saviour Zammit Torreggiani u John Cassar jaqtgħuli n-nifs għax ninduna kemm ħafna drabi l-bniedem li ma jkun jonqsu xejn iħoss in-nuqqas tal-inkwiet u jivvintah. Xejn ma nara żejjed ħlief dan. YVONNE Yvonne, qed narak ftit anzjuża.
U jien mhux dejjem hekk hi. Dejjem jara x’jinqala’! Jiena normalment mara kalma, imma fejn jidħlu l-interessi tat-tfal nintilef. Fejn nara lil xi ħadd jilgħab malinteressi tagħhom imbagħad nitlifha. It-tfal li qed titkellem fuqhom m’humiex tiegħek, le? Ħabib tiegħi, x’jagħmilhom tiegħek it-tfal? Episodju ta’ ftit sekondi jew ħajja dedikata lilhom? Allura jekk qed tistaqsini jekk wellidthomx jien ngħidlek le, imma nħoss li huma tiegħi daqs it-tnejn li għandi jien. Mela x’inhu jiġri bħalissa? X’qed ikiddek? Allaħares ngħidlek dak kollu li qed ikiddni bħalissa i għax hawn nibqgħu!
X’wasslek wara daż-żmien kollu biex kien proprju issa tiddeċiedi li tgħin lit-tfal isibu l-ġenituri tagħhom? Minn dejjem kont determinata li ngħinhom isibu l-ġenituri tagħhom imma ovvjament ir-responabbiltà u l-maturità titlob li biex teħles minn piż int ma titfgħux fuq ħaddieħor li mhux kapaċi jġorru. Għalhekk ridt nagħmel ċert li jilħqu jikbru biżżejjed biex ikunu jistgħu jifhmu x’ġara u ma ġarax. Inti u Jane kontu ħbieb ħafna. Tħoss li b’dak li qed tagħmel int qed ibegħidkom xi ftit? Issa kun sinċiera. Nista’ ngħidlek li jien u Jane għadna ħbieb u se nibqgħu ħbieb. U se niġġieldu kemm ikun hemm bżonn. Imma nerġa’ ngħidlek, l-ewwel l-interessi tattfal. 25
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
TELEVIŻJONI MATTHEW BARTOLO
PAULINE ATTARD
ĦABIB TIEGĦI QIEGĦED JAĦSEB ĦAŻIN FIJA
IL-BENEFIĊĊJU LI TGAWDI MIS-SIMMUS OIL
Ħabib tiegħi jiffansja, u xi kultant nissuspetta li jħobb lil din it-tfajla. Dan l-aħħar ħriġna magħha u ma’ ħabiba tagħha. Morna lejl ta’ żfin fi klabb. Din it-tfajla għamlet lejl taqbad miegħi. Tant kienet ovvja li anke hu ġibidli l-attenzjoni. Biċ-ċajt qalli li missni ngħabbiha. Dak il-ħin aċċertajtu li qatt ma jien se nibdel il-ħbiberija tagħna għal tfajla. Hi verità li din it-tfajla mhux talli ma togħ-ġobnix talli ddejjaqni. Iktar tard konna d-dar tiegħi u reġ-għet ippruvat. Din id-darba quddiemu. Vera ġejt skomdu u avolja bdejt ngħidilha tħallini u tmur torqod, għax kienet kemxejn xurbana, donnha iktar kompliet. Mill-għada sal-lum nbidel lejja. Għandi nkellmu jew inħalliha għaddejja?
X’tip ta’ żejt nista’ napplika fuq uliedi biex ma jiġbrux mikrobi minn barra?
Din it-tfajla ġabitek f’pożizzjoni skomda mal-ħabib tiegħek. M’iniex se nidħol fuq ir-raġunijiet għala setgħet għamlet dan għax ma nafx l-istorja u ma nafx id-dinamika tal-grupp. Importanti li tiċċara l-affarijiet mal-ħabib tiegħek. Jidher li tapprezza ħafna l-ħbiberija tiegħu u li qed tissuspetta li r-relazzjoni miegħu nbidlet minn dakinhar. Nissuġġerilek li tiltaqa’ waħdek miegħu u ssaqsih x’jaħseb mill-imġiba tattfajla. B’hekk tkun qed tagħtih l-opportunità jistaqsi u jiċċara xi ħsibijiet li jaf għandu dwar eżattament x’ġara dakinhar. Din taf li ma tkunx konverżazzjoni faċli imma nemmen li l-onestà f’sitwazzjoni bħal din ser tiċċara nuqqas ta’ ftehim li jaf li jibdew jinbtu bejnietkom bħal, pereżempju, li int qed tħoss li r-relazzjoni tagħkom nbidlet minn dakinhar. Dan hu vera iżda jista’ jkun li tant qed itaqqlek il-ħsieb li din it-tfajla ser tidħol bejnek u sieħbek li qed tara kollox b’dak il-mod. Meta jibda jkun hemm dawn il-ħsibijiet f’relazzjon ħafna drabi dawn jibqgħu jikbru u ġieli jispiċċaw f’nuqqas ta’ ftehim ikbar u jwasslu għal relazzjoni biex tinbidel u, forsi wkoll, anki tispiċċa. Ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek lil Matthew Bartolo indirizzati hekk: Gwida/Matthew Bartolo, �ontent �o�se, Mallia B�ildings, 3, Level 2, Triq in-Negozj� Mrieħel BKR 3000 jew matthew. bartolo@gmail.com 40
Wara li reġgħet bdiet l-iskola jasal magħha t-taqlib tat-temp. Dan iġib sensazzjoni oħra ta’ ġabra u forsi iktar ġiri bit-tfal. Ħafna tfal jitħalltu u bejn il-mikrobi fl-arja u meta jkunu ma’ xulxin, dan jiżdied. L-aromaterapija tgħin ħafna f’dan ir-rigward biex innaqqsu l-mard u nevitaw ħafna mediċini bi ftit paċenzja u dedikazzjoni kuljum li jittieħdu ta’ kuljum. F’din il-kitba se nsemmi s-simmus oil li għandu ħafna benefiċċji ta’ ġid. Dan iż-żejt hu tajjeb ukoll għal min hu ADD/ADHD u awtiżmu għax iżommhom kalmi filwaqt li jkunu protetti ukoll. Dan fih il-ġeranjum, il-larinġ, il-camphor, it-tea tree, il-peppermint u l-ewkaliptus. Ir-riħa tiegħu hija tassew pjaċevoli u rilassanti fl-istess ħin. Nistgħu nagħmlu sprej b’500ml ilma u 30 qatra simmus. Dan l-isprey hu tajjeb ukoll għax tevita l-qamel meta tagħmlu fuq ix-xagħar ta’ dak li jkun. Jekk tagħmlu fuq l-uniformi tevita l-mikrobi u anke riħa tiegħu tgħin lit-tfal biex jieħdu nifs aħjar u jikkonċentraw iktar waqt l-istudju. Tista’ tisprejja fuq l-imħaded u l-quilts minħabba l-allerġiji. Jekk wieħed għandu sinus għandu jidlek qatra fuq il-wara tal-għonq u qatra fuq is-sider u wara minn fuq idu jieħu sitt nifsijiet ’il ġewwa. Jekk inħossu li ġej xi riħ jekk tagħmel qatra fuq il-qiegħ ta’ kull sieq qabel jorqdu u qabel imorru l-iskola jew in-nursery. Is-simmus hu tajjeb għal tfal bejn sena u nofs sal-anzjani. Ibgħat il-mistoqsijiet għal Pa�line Attard f�q Gwida/Pa�line Attard, �ontent �o�se, Mallia B�ildings, 3, Level 2, Triq in-Negozj� Mrieħel BKR 3000 jew info.p�rearoma@gmail.com
TAGĦRIF
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Ritratti: Alex Buttigieg – 99470865
ATTIVITÀ B’RISQ L-ISTRINA MIS-SIDIEN TATTOW TRUCKS U TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI L-ISTRINA HIJA L-IKBAR MARATONA TELEVIŻIVA ANNWALI LI FIHA JINĠABRU FONDI B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND. L-GĦAN PRINĊIPALI TA’ DIN IL-FONDAZZJONI HUWA LI TAGĦTI APPOĠĠ U TTAFFI MIT-TBATIJIET TA’ INDIVIDWI U FAMILJI LI JKUNU GĦADDEJIN MINN ŻMINIJIET DIFFIĊLI, KEMM JEKK IKKAWŻAT MILL-MARDA TAL-KANĊER U MARD IEĦOR SERJU KIF WKOLL F’KAŻIJIET TA’ FAQAR U ĊIRKOSTANZI OĦRA TAL-ĦAJJA. Għaldaqstant nhar Il-Ħadd, 2 ta’ Diċembru ser issir wirja fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali (fejn il-parkeġġ ta l-autoċross) missidien tat-tow trucks bl-involviment tal-Protezzjoni Ċivili biex jinġabru fondi b’risq L-Istrina. L-għan ta’ din l-attività huwa wieħed: f’dan iż-żmien tal-Milied hi ħaġa sabiħa li ningħaqdu flimkien biex ngħinu lil min hu l-iktar vulnerabbli. Ser jiġu miġbura donazzjonijiet mix-xufiera kollha li ser jieħdu sehem flimkien mal-pubbliku li jattendu din l-attività. Kulħadd jista’ jagħti l-ammont mixtieq minnu u d-donazzjonijiet kollha ser jiġu preżentati waqt l-Istrina nhar l-Erbgħa 26 ta’ Diċembru, l-għada tal-Milied.
Nhar Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali
tage li għadhom f’kundizzjoni eċċellenti u li jiffunzjonaw. It-tfal li se jattendu jkollhom il-possibbiltà li jirkbu ġot-tow truck mix-
tieq minnhom u jittieħdu għal dawra. Għal-ħabta tas-2pm tibda l-wirja mill-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta. Din ser tkun qed
tidentifika problemi u sitwazzjonijiet fit-triq li wieħed jista’ jħabbat wiċċu magħhom ta’ kuljum. Ikun hemm rikostruzzjoni ta’ inċident tat-traffiku bi bniedem (dummy) ferut li se jirrikjedi l-intervent min-naħa talProtezzjoni Ċivili biex dan jinħareġ mill-vettura. Għal iktar informazzjoni dwar l-attività u ħinijiet ċemplu fuq 99451593.
Din l-attività hija t-tieni waħda fil-ġeneru tagħha. L-ewwel waħda saret fl-24 ta’ Diċembru 2017 li kienet wkoll b’risq l-Istrina fejn inġabret is-somma sabiħa ta’ €2,300, somma li ġiet preżentata waqt l-attività ta’ ġbir ta’ fondi waqt l-Istrina. Din l-attività ser tibda għallħabta tal-11am bi static show mis-sidien tat-tow trucks fejn wieħed ser ikun jista’ jara wirja ta’ tow trucks moderni u vin41
TAGĦRIF
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
IL-FONDAZZJONI KARL VELLA ĦAFNA NIES JAĦSBU LI TFAL F’SAĦĦITHOM LI GĦADDEJJIN MINN ESPERJENZA TA’ MARD TERMINALI FIL-FAMILJA M’GĦANDHOMX BŻONN APPOĠĠ. IR-RIĊERKA TURI LI TFAL JEW ADOLOXXENTI JGĦADDU MIN ANSJETA’ U TRAWMA KBIRA META, MINĦABBA MARD FIL-FAMILJA, JITILFU LIL XI ĦADD GĦAŻIŻ GĦALIHOM BĦAL XI WIEĦED MILL-ĠENITURI JEW MINN ĦUTHOM. Apparti li telfa bħal din hi weġgħa kbira ta’ qalb, magħha x’aktarx tqanqal ukoll emozzjonijiet kbar u differenti: rabja, dwejjaq kbar, diffikultà li wieħed jaċċetta x’qed jiġri u x-xewqa li wieħed ikun jixtieq jagħti jew jagħmel minn kollox biex jerġa’ jġib lil persuna lura. Esperjenza bħal din tista’ wkoll tħalli effett psikoloġiku fuq issaħħa mentali ta’ min iġarrab it-telfa.
kliem għaliex ċerti ħiliet ikunu għadhom ma ġewx żviluppati. Hawn ħafna familji li qed ibatu fis-silenzju minħabba telfa li jkunu għaddew minnha u għalhekk l-għan ewlieni talFondazzjoni Karl Vella (KVF) huwa, li tgħin lil tfal u adolexxenti li għalkemm huma f’saħħithom, ikunu għaddejjin minn sitwazzjoni ta’ mard fil-familja u saħansitra jsofru t-telfa talpersuna li tkun ħallietna.
Huwa komuni ħafna li, l-minuri fl-età, jgħaddu minn fażijiet fejn iħossu dawn l-emozzjonijiet. It-tfal u l-adolexxenti ġieli anke jibdew juru tibdil fl-imġiba tagħhom, tant illi xi wħud jingħalqu fihom infushom u oħrajn iġibu ruħhom b’ċertu rabja u jibdew jisfidaw. Dan jaffettwa l-mod ta’ kif dawn it-tfal u adolexxenti jgħixu l-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Fiċ-Ċentru tal-KVF dawn it-tfal u adoloxxenti jsibu spazju fejn ikunu ma’ oħrajn li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni. Minbarra li jieklu u jilagħbu, huma jiġu megħjuna fl-istudju, u jkoll-hom ħin ta’ sfog b’attivitajiet varji. Hekk huma jħossuhom komdi li jipproċessaw it-telfa li jkunu għaddejin minnha.
Wieħed ma jistax jinsa wkoll illi dawn iż-żgħażagh m’għandomx il-ħila bħall-adulti li jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom bil42
Biex tgħinhom aħjar, il-Fondazzjoni toffri wkoll appoġġ minn psikologi, psikoterapisti u play therapists li jagħmlu sessjonijiiet individwali ma’ min ikollu bżonn jipproċessa l-emozzjon-
Sostenn lil tfal u adolexxenti waqt mard serju jew telfa fil-familja
ijiet tiegħu b’interventi ta’ terapija bil-logħob jew bil-kliem. Dawn is-sessjonijiet huma importanti ħafna għaliex li wieħed jipproċessa t-telfa ta’ xi ħadd tant għażiż, jgħin sabiex dawn it-tfal jitgħallmu kif ikampaw ma’ avvenimenti oħra diffiċli fil-ħajja u mal-emozzjonijiet li dawn iġibu magħhom. Din l-għajnuna tgħin ukoll billi tnaqqas ir-riskju li dawn it-tfal ikollhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali ’l quddiem meta jikbru. Dan għaliex minflok ikunu baqgħu iżommu l-emozzjonijiet kbar ġo fihom, ikunu sabu mod kif bil-mod il-mod jistgħu joħorġu t-trawma tagħhom fit-tera-
pija. Il-KVF toffri din it-tip ta’ għajnuna fi kmamar attrezzati apposta li l-professjonisti jużaw biex igħinu lil min ikun għaddej minn telfa kbira f’ħajtu. Tajjeb ukoll li wieħed jisħaq illi minkejja li jkun hemm numru ta’ tfal li jkollhom bżonn jagħmlu użu minn dan is-servizz, mhux kull tifel u tifla li jgħaddi minn telfa jkollu bżonn sessjonijiet ma’ psikologu għaliex ħafna minnhom huma reżiljenti u għandhom il-ħila li jikbru minn dawn l-esperjenzi u jsiru iktar b’saħħithom u mħejjija ma’ kif ser ikampaw mal-problemi li toffri l-ħajja. Permezz ta’ numru ta’ voluntiera u professjonisti, l-Fondazzjoni Karl Vella toffri dan is-sostenn mingħajr ebda ħlas.
LIFESTYLE
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
BETHLEHEM F’GĦAJNSIELEM
COUNTING DOWN TO CHRISTMAS
IT’S OFFICIALLY THE MERRIEST TIME OF THE YEAR AND AS THE COUNTDOWN TO CHRISTMAS BEGINS, THERE’S NO SHORTAGE OF ENJOYABLE AND ENTERTAINING EVENTS TO GET THE FESTIVE SEASON STARTED IN STYLE. SARAH CHETCUTI LISTS SOME OF THE MOST HIGHLY ANTICIPATED HAPPENINGS TO GRACE OUR ISLANDS OVER THE COMING THE WEEKS. 24 November, 1, 7, 8 December GĦAJN MA TARA/FRIEFET BOJOD – More or Less Theatre will be staging two Maltese plays at various locations around the Maltese islands. Għajn Ma Tara by Simone Ellul follows the tale of two elderly unmarried sisters who receive an unexpected visit from their niece, Susan, who teaches them about the wonders of technology as the relatives reconnect and resolve old family issues. Friefet Bojod by Lizzie Eldridge follows the story of a mother who lost her son to a drug overdose and must stand up to developer TIny, who wants to erect a high-rise building on the plot of land where Josette wants to plant a tree to mark the location where her son died. All performances will be followed by a short discussion. Venues: Band Club, Għargħur (1 December); Primary School, Gżira (7 December); and Spazju Kreattiv, Valletta (8 December). 29, 30 November, 1-7 December MALTA INTERNATIONAL ORGAN FESTIVAL – If you’re a lover of clas-
sical music, you don’t want to miss out on one of the largest events during the festive season. Featuring a total of 19 concerts. Here are the concerts that will take place over the coming days in a range of venues across Malta and Gozo:
tulina from Russia will be joined by the local Reggie Clews on violin at Our Lady of Annunciation Parish Church, Balzan.
Mariella Mochi takes to the organ once again joined by Luca Magni and Daniela Tremaroli, this time at St Barbara Church, Valletta.
29 November Solo Organ Concert – featuring Petra Veenswijk from Holland, at the Metropolitan Cathedral in Mdina.
1 December All’Italiana – Organ, Flute & Cello – Mariella Mochi will be joined by fellow Italians Luca Magni on flute and Daniela Tremaroli on the cello at Assumption of St Mary Parish Church, Gudja.
3 December Strada Stretta Concept – Organ in a Bar – Jurgen Grima shows his mastery of the organ in Strada Stretta in Valletta.
30 November Organ & Violin – Natalia Rakhma-
2 December Christmas From All The World –
4 December Solo Organ Concert – Alessandro
Continues on page 46 45
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
LIFESTYLE Continues from page 45 GĦAJN MA TARA/FRIEFET BOJOD
Bianchi will perform at Balluta Parish Church in Sliema. 5 December Solo Organ Concert – Organ Inauguration – Christian Schmitt performs at the Basilica of the Nativity of Mary in Senglea. 6 December Solo Organ Concert – The Sicilian Marco D’Avola plays at the Conversion of St Paul Parish Church, Safi. 7 December Grand Finale – Telemann’s Christmas Cantata – Göttlichs Kind, Laß, Mit Entzücken –The Malta International Organ Festival ends in style with the local VIBE and baritone Joseph Lia joined by organist and conductor Stefano Molardi at the St Augustine Parish Church, Valletta. 1 December A NIGHT AT THE MUSICALS – Indulge in a night of some of the most popular show tunes from musicals throughout the ages, interpreted live by the Malta Concert Orchestra under the direction of Paul Abela. 7-9 December THE LITTLE BIG SHOW – Experience the magic of Christmas in The Little Big Show. Held at the City Theatre in Valletta, prepare to be entertained by professional comedians, acrobats, illusionists as well as both local and international skilled performers that will wow you with their spectacular acts and 46
MALTA CONCERT ORCHESTRA
leave you in stitches. This show promises to be highly entertaining for adults and kids alike. 8 December SWEJJAQ – OPEN MARKET CHRISTMAS EDITION – Witness a traditional Christmas fair at San Lawrenz Square in Gozo. The fair will feature a variety of stalls selling crafts and artisanal goods, as well as food and drink vendors, rounded off with a live music concert by Cash and Band that runs till late. 8, 9, 12-16 December IL-MADONNA TIEGĦI AĦJAR MINN TIEGĦEK – This witty operetta, penned by the masterful Trevor Zahra and composed by Alex Vella Gregory tells the tale of the typical rivalry between local villages when it comes to feasts and patron saints. But in this case, there can only be one winner, so let the battle of the festi commence! Directed by Peter Busuttil, the performances will feature live music played by the National Youth Band and will premiere at the Teatru Pandora in Żejtun this December, before making its tour of theatres in several other Maltese localities. 9 December NAĦAL TAL-IMĦABBA – An original musical composed by Phillip Vella, lyrics by Paul P. Borg and musical arrangements by Sean Vella, under the direction of Giovann Attard, to celebrate the 25th anniversary of the Mellieħa Lo-
cal Council. It will be staged in the Hall of the Mellieħa Primary School between 6.30pm and 9pm, with the participation of several established singers. Tickets available from the Mellieħa Local Council Office. 9-30 December, 1, 5, 6 January BETHLEHEM F’GĦAJNSIELEM – Now in its 10th edition, this annual event brings the timeless story of the nativity to life in the quaint village of Għajnsielem in Gozo. Conveniently located just five minutes away from the Mġarr Harbour, visitors can witness the 20,000sqm life-size crib across the sprawling fields of Ta’ Passi replete with around 150 live actors that will effectively take you back to the original scene some 2000 years ago with realistic re-enactments. There’s even a local tavern serving up scrumptious food and wine, as well as an open-air fruit and vegetable market. 10 December CHRISTMAS CONCERT IN AID OF PUTTINU CARES – The Malta Concert Orchestra under the direction of Maestro Paul Abela will be spreading some Christmas cheer at Pjazza Teatru Rjal in Valletta, featuring some of the festive season’s favourite tunes with the participation of local singers Dorothy Bezzina and Nikki Vella. 10 December ILJIELI FIT-TEATRU – ITTRI AKUSTIĊI – Pjazza Teatru Rjal in
Valletta will see school children from St Paul’s Bay primary school reading out their own stories of diversity while accompanied by acoustic musical interludes by the four-piece classic rock band Southbeats, led by Joe Piscopo. 13 December MILIED FIL-PJAZZA – The village of Haż-Żabbar will transform into a spectacular Christmas Village for all ages to enjoy, replete with music, food and free activities, as well as a bouncing castle for the little ones. 15-16 December CHRISTMAS VILLAGE MOSTA – Get into the Christmas spirit in no time at the Christmas village in Mosta, featuring live entertainment, local food and sweets, Christmas gifts, activities for kids and much more. 18-23 December GAWGAW: PANTO IN THE DARK – Enjoy a pantomime like no other – one that’s targeted towards the visually impaired. Teatru Malta has successfully managed to turn a yearly tradition into a more accessible event by having the entire show run in pitch darkness. Themed around the local myth of the ‘gawgaw’, the monster who preys on children, this performance is the first of its kind to be held in Malta and promises to be a
Continues on page 49
LIFESTYLE
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
Continues from page 46 Picture: Elisa von Brockdorff
magical sensory experience that will appeal to audiences with perfect sight too.
GAWGAW: PANTO IN THE DARK
23 December-5 January JACK AND THE BEANSTALK PANTOMIME – It’s pantomime time and the MADC is back. Written and directed by Malcolm Galea, this year’s show follows the popular fairy-tale of Jack and the Beanstalk. Jack comes from a poor family but dreams of being a famous knight someday. When his village is taken over by giants who abduct his sweetheart, Jack must pluck up the courage to climb the beanstalk and rescue her, starting his transition from ‘zero to hero’. Venue: MFCC, Ta’ Qali. 23 December-6 January SLEEPING BEAUTY – Join Prince Charming, the good fairies, the comic Muddles and the exuberant Nanna Kola at beautiful Teatru Manoel in Valletta as they attempt to save Princess Aurora from Maleficent’s curse in FM Theatre Productions’ Sleeping Beauty.
TALK ABOUT SIX! – Join the Sliema Girls and the Bormla Babes, among others, for what promises to be another hilarious show that will leave you in stitches. Following their massive success last year, the Comedy Knights are back with their festive season special that serves up a lot of laughs. Held at the Salesian Theatre in Sliema, the stellar cast together with director Wesley Ellul are warming up to deliver a performance you won’t forget!
DO THE SMART THING – DON’T DRINK AND DRIVE
23 December-8 January LA VALETTE U T-TLIET MUSCATIERI – A pantomime for the entire family to enjoy by Bronk Productions written and directed by Tonio Vella, and staged at Sir Temi Zammit Hall,
University of Malta. Children under the age of 10 will be given a free gift. 26-30 December, 2-6, 10-13 January THE COMEDY KNIGHTS: LET’S
Many of us will be looking forward to more social events over the holiday season and while it’s great to meet up with family and friends over a few glasses of wine, the dangers of drinking and driving are still very present. If you plan on drinking, do the smart thing and book a cab or minibus to avoid putting your life and that of your others at risk.
49
TAGĦRIF
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
WE ARE NEDIET L-EWWEL ANTOLOĠIJA LETTERALI DWAR LGBTQI+ F’MALTA Ritratt: Cyntia Chircop
We Are – LGBTQQI+ youth & student organisation ta’ Malta ħarġet l-ewwel Antoloġija ta’ fiction LGBTQI+, Kitba Queer. Din il-pubblikazzjoni fiha illustrazzjoni, poeżija u proża sew bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u hija l-ewwel pubblikazzjoni ta’ dan it-tip. Din l-antoloġija nġabret minn numru ta’ artisti u kittieba lokali żgħażagħ u tolqot suġġetti varji bħall l-imħabba u r-relazzjonijiet, l-identità u l-iskoperta tagħha, il-proċess talaċċetazzjoni – kollha minn fomm żgħażagħ li għaddew minn xi uħud minn dawn l-esperjenzi huma stess. L-antoloġija tagħti vuċi lil dawn l-esperjenzi permess ta’ poeżija, proża qosra, illustrazzjonijiet, komik – u anke storja għat-tfal! “Ridna noħolqu sforz ċentrali sabiex nippromwovu u ninkoraġixxu talenti queer lokali letterarji u artistiċi — faċilment aċċessibli u tajjeb għaż-żgħażagħ,” qalet Marthese Formosa, waħda mill-managers tal-proġett Kitba Queer. “Il-validazzjoni ta’ persuna tgħin biex hi tkun iktar komda biha nnifisha u tħossha aċċettatha fil-komunità. Li pubblikazzjonijiet lokali bit-tema queer ikunu aċċessibli fil-ħwienet u libreriji tinħass bħala sinjal ta’ rispett. Iktar rappreżentazzjoni tfisser iktar nies jaċċettaw lilhom infushom kif inhuma u ma jħossuhomx waħedhom.”
REBBIEĦA MAL-GWIDA ĦARĠA 46 Lea Hogg - Ħamper Għaġin Rummo - R. Calleja, Marsaskala ĦARĠA 47 Lea Hogg - OXO Pots: Joan Bonnici — Ħamrun Levantina - Carrot Cake: M. Pisani — Sta. Venera KORREZZJONI Ir-ritratt li deher fil-Gwida 48 f’paġna 7 ta’ Red Electrick kien ta’ Kris Micallef mhux kif deher stampat.
SPIŻERIJI MIFTUĦA nhar il-Ħadd 2 ta’ Diċembru MALTA Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’ Anna, Floriana Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Marsa Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys Birkirkara O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa
21244114 21235595 21443221 21488613 21330268 21375373 21313535 21445741 27130068 21523554
Brown’s, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola White Cross Pharmacy, Fuq San Pawl, Bormla St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri Gudja 42, Vjal il-Blue Grotto iż-Żurrieq Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat GĦAWDEX Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Victoria Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, in-Nadur
21821646 21821671 21663750 21676294 21689971 21465346 21455479 21556970 21566431
SPIŻERIJI MIFTUĦA nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru MALTA Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta The Cross Pharmacy, 859, San Ġużepp, il-Ħamrun Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, il-Gżira St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan Remedies Pharmacy, 133, Triq Rudolfu, Tas-Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali Ħ’Attard St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, il-Għargħur Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa 50
21225785 21227682 21482856 21496089 21330268 21369426 21344722 21434137 21413402 21523536
Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien White Cross Pharmacy, Fuq San Pawl, Bormla San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant Anna, Marsaskala Triq il-Kappillam c/w Triq William Baker, il-Gudja 42, Vjal il-Blue Grotto iż-Żurrieq Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Malta GĦAWDEX Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Victoria St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ix-Xewkija
21672703 21821671 21637994 21696422 21689971 21467459 79455477 21557819 21563052
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
RACHEL FABRI
SPETTAKLU LAWRENCE GRAY
NADIA VELLA
JASMINE ABELA
SERATA TA’ MUSICALS GĦAL KAWŻA ĠUSTA SEW JEKK IKUNU L-PRODUZZJONIJIET TA’ BROADWAY JEW IL-WEST END LI JISWEW ĦAFNA FLUS KIF UKOLL JEKK TKUN PRODUZZJONI ŻGĦIRA MTELLGĦA ĠO SKOLA JEW F’XI TEATRU REĠJONALI, GRAZZI GĦALL-MELODIJI MEMORABBLI TAGĦHOM, IL-MUŻIKA TAL-MUSICALS TIBQA’ SSAĦĦAR UDJENZI TA’ KULL TIP MINN MADWAR ID-DINJA. GĦAL DIN IR-RAĠUNI NHAR IS-SIBT 1 TA’ DIĊEMBRU, IL-MALTA CONCERT ORCHESTA TAĦT ID-DIREZZJONI TA’ MRO PAUL ABELA SER TKUN QED ITTELLA’ KUNĊERT ĠEWWA T-TEATRU TAL-ISTITUT KATTOLIKU, BIL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-KANTANTI NADIA VELLA, RACHEL FABRI, JASMINE ABELA, ROGER TIRAZONA, LAWRENCE GRAY U STEFANIA GRECH. Il-kunċert, li hu organizzat minn Pjazza Teatru Rjal bl-għajnuna tal-Aġenzija Appoġġ, qed jiġi mtella’ biex jinġabru fondi b’riżq ilproġett Children’s Dreams. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiġu realizzati l-ħolm ta’ tfal li ġejjin minn familji b’diffikultajiet soċjali jew tfal minn djar tat-tfal. Il-‘ħolm’ jitqiegħed fuq websajt fejn il-pubbliku jkun jista’ jgħin lill-ħolm tat-tfal isir realtà. Dan il-proġett huwa inizjattiva indipendenti bil-kollaborazzjoni tal-Foundation for Social Welfare Services. Diversi nies diġà kienu ġenerużi biżżejjed u taw il-kontribuzzjoni tagħhom u huwa biss bl-għajnuna tal-pubbliku li l-ħolm tat-tfal ma’ jibqax biss ‘ħolm’. Dan il-kunċert ser ikun qed
jitmexxa minn Mro Paul Abela, li apparti milli huwa wieħed mil-associate conductors tal-orkestra, huwa wkoll kompożitur ta’ numru ta’ musicals oriġinali bħal Ġensna, Taħt Tliet Saltniet, Ali Baba, Bastilja u 1565 The Musical.
ing, Ron, Ivana Spagna u Gabriele Comeglio. Abela huwa wkoll pjanista u daqq f’festivals tal-jazz f’Malta, l-Italja u fl-Amerka.
Kunċert b’riżq il-proġett Children’s Dreams
Il-kunċert tal-1 ta’ Diċembru ser jittella’ fit-teatru tal-Is-titut Kattoliku fil-Furjana u jibda fis-7.30pm.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tatteatru www.pjazzateatrurjal.mt
Abela ggradwa fil-mużika mill-Berklee College of Music f’Boston fl-Istati Uniti talAmerka u kiteb fost l-aktar kanzunetti popolari Maltin. Ix-xogħljiet tiegħu ndaqqu fl-Iżvezja, fil-Ġermanja, fid-Danimarka, fl-Ingilterra kif ukoll fl-Italja. F’erba’ okkażjonijiet Paul Abela kien l-ambaxxatur Malti fil-Eurovision Song Contest permezz tal-kompożizzjonijiet tiegħu waqt li kkollabora ma’ diversi artisti ta’ fama internazzjonali bħal Joseph Calleja, Claudio Bagloni, Gigi D’Alessio, Ronan Keat51
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
MILIED 2018
NATALIS NOTABILIS 2018 MIS-7 SAT-13 TA’ DIĊEMBRU 2018, IL-QALBA STORIKA TAR-RABAT TINBIDEL F’VILLAĠĠ MAĠIKU TAL-MILIED. NATALIS NOTABILIS, ORGANIZZATA MINN GĦAQDA VOLONTARJA, SE TKUN TIKKONSISTI FL-AKBAR SUQ TAL-MILIED F’MALTA, B’100 BANKARELLA JBIGĦU MINN PRODOTTI ARTIĠJANALI SA IKEL, XORB U ĦELU RELATAT MA ŻMIEN IL-MILIED. Binjiet storiċi fiż-żona, inkluż il-ġnien u kunvent tal-Patrijiet Franġiskani flimkien ma’ Palazzo Xara, jiftħu il-bibien tagħhom u jilqgħu produzzjonijiet teatrali, fosthom The Nativity Trail u Il-Klarinett Maġiku flimkien ma’ esebizzjonijiet. Ma jistax jonqos li wieħed jiftaħ l-aptit waqt li jkun qed jesperjenza is-sbuħija
ta’ dawn il-binijiet storiċi bir-riħa tal-ħelu tradizzjonali Malti li jkunu qed prodotti. Il-Knisja Ta’ Ġieżu tilqa’ The Malta Christmas Carol Festival, erbat ijiem ta’ kunċerti minn diversi korijiet Maltin, Għawdxin u barranin li joffru spettaklu ta’ għanjiet tal-Milied. Fil-Knisa Ta’
Duna, wieħed jista’ jsegwi ixxogħol ta’ żewġ statwarji Naplitani ta’ fama internazzjonali li se jkunu qed juru kif fost oħrajn jagħmlu statwa relatati man-nattività waqt li l-bitħa ta’ Palazzo Xara se tinbidel f’Natalini vilaġġ tal-Milied għat-tfal, fejn fost oħrajn se jkunu jistgħu jiltaqgħu u jieħdu ritratt ma Santa Klaws, jilagħbu, jirkbu annimali motorizzati u jqattgħu ftit ħin joħolqu oġġetti kreattivi bir-ramel, waqt li jitrejqu b’xi ħaġa ħelwa. Għal dawk li jħobbu l-ħelu, din is-sena għandu xalata ta’ bankarelli li lkoll se jipproduċu affarijiet differenti ta’ ħelu f’żona dedikata għalihom. L-Arkivji Notarili se jkunu qed ibigħu prodotti li iltaqgħu magħhom
52
L-akbar Villaġġ tal-Milied f’Malta fid-dokumenti storiċi li qed jirrestawraw, akkumpanjati minn atturi li se joħolqu mill-ġdid l-atmosfera tal-Milied fi żmien it-Tieni Gwerra Dinija. Għal min iħobb jistħarreġ dwar l-elementi storiċi fiż-żona se jkunu organizzati mixjiet fejn flimkien ma volun-tiera li jafu l-istorja tal-post, se jkunu qed iterrqu vjaġġ ta’ madwar tliet kwarti qalb it-toroq id-dojoq li jsawru il-parti l-antika tar-Rabat. Għal din l-attività jkun offrut servizz ta’ Park and Ride b’xejn minn Triq l-Infetti u Triq itTiġrijiet tul il-ġranet tal-attività.
728
F’Salib it-Toroq
froġa,” qallu Fr. Alex. Iżda donnu li Tommy ma riedx jisma’. “Alex ... f’ġieħ il-qaddisin. Mhu qed nagħmel xejn ħażin,” insista ż-żagħżugħ. “Xejn ħażin? Mhux meta int lil Marija ġibtha hawn quddiemi biex tressaqha lejn il-knisja biex issa qed tifridha mill-familja tagħha u biex tmur tgħix magħha mhux sew. Ħalliha bi kwietha u weħidha tmur lura lejn żewgha,” qallu Fr. Alex. “Dażġur! Biex tiltaqa’ ma’ xi ħadd ieħor u xorta titilqu lil dak l-imherri,” irraġuna Tommy. “Tommy, mhux qiegħed tirraġuna sew!” baqa’ jinsisti Fr. Alex. “Naf x’qed nagħmel Alex. Għall-ewwel darba f’ħajti sibt l-imħabba ... l-imħabba vera. Mhux bħal qabel meta kont ngħabbi xi waħda u wara ftit taż-żmein indabbrilha rasha. Marija hija differenti,” qallu Tommy. “Int qatt ma tista’ ssib l-imħabba,” qallu lura Fr. Alex. “Ma nagħmlux mod li qed tgħir għalija hux għax int ma jistax ikollok mara?” qabad u qallu Tommy. “Se taqa’ fil-bassezzi issa?” staqsieh Fr. Alex. “U mhux vera jew! Lilek jien qatt ma nafek hekk!” qallu Tommy. “Ħsibt x’se tgħidilha lill-Ma?” staqsieh Fr. Alex, bit-tama li b’hekk iġib lil ħuh f’sensieh. “M’għandix għalfejn tkun taf,” lissen Tommy hekk kif kemmex ftit ħalqu. “Se ġġegħilni nigdeb għalik?” żied jistaqsih Fr. Alex. “Gidba għall-bżonn,” qallu Tommy. “Jien mhux se nigdeb,” insista miegħu Fr. Alex. “Illostra xi ħdura. Lanqas qatt ma kont nistennieha minnek dik,” qallu Tommy. “Tafu sew it-temperament tagħha,” fakkru Fr. Alex. “Għalhekk ma nistax ngħidilha. Għallinqas mhux qabel ma nsib post għalija u għal Marija u nilħqu nissetiljaw ftit,” qallu Tommy biex forsi b’hekk Fr. Alex ibiddel ftit il-ħsieb. Iżda mill-ħarsa fuq wiċċ Fr. Alex ma tantx jidher li kien se jikkonvinċih wisq malajr. *************** “X’minnek Lorna? Ili jumejn ma narak,” Tereż staqsiet lil Lorna meta nzertat fl-isqaq fejn kienu joqogħdu. “Kelli x’nagħmel,” qaltilha Lorna. “Ħsibtek kont se tħalli lil Luke miegħi dal-jumejn,” qaltilha Tereż. “Għidt aħjar ma noqgħodx indejqek iżżejjed. Kultant naħseb li nkun qed
F’Salib it-Toroq
Kapitlu 32 Il-weġgħa f’qalb Tereż
725
Wara dak li seħħ tistgħu tissoponu li Karmelina kienet determinata li tgħid kelmtejn ma’ Marija Debono. Peress li Karmelina kellha ħafna ħin fuq idejha, allura setgħet faċilment toqgħod għassa għaliha u malli lemħet lil Marija Debono ħierġa mid-dar, sparat dritt għal fuqha. Iżda Marija ppruvat taħrabha. “Mrs Debono… Mrs Debono… kellimni waħda dalgħodu,” bdiet tgħajjat Karmelina. “Għax mgħaġġla, Karmelina,” qaltilha bi skuża Marija hekk kif kompliet tipprova taħrabha. “Kemm jista’ jkun mgħaġġla… fuq kollox kelma żgħira ma’ Karmelina ta! Mhux se neħodlok ħafna ħin,” qaltilha Karmelina. “Għidli, Karmelina,” lissnet Marija hekk kif waqfet u ħadet nifs qawwi. “Idħol ġewwa, idħol ġewwa s’għandi,” insistiet Karmelina. “Ma tantx għandi ħin, Karmelina,” qaltilha Marija. “Int idħol, Mrs Debono, għax dak li għandi xi ngħidlek ma jgħoddx għal widnejn in-nies u jien lilek nafek sew. Int ma tħobbx tonxor il-ħwejjeġ maħmuġin barra,” qaltilha Karmelina. “Se nidħol Karmelina imma m’iniex se ndum!” żiedet tgħidilha b’nofs qalb Mrs. Debono. Intant waqt li Marija ħarġet mid-dar, Chantelle ħatfet dan il-mument biex titkellem ftit fil-kwiet ma’ missierha. “Qed tkun wisq imdejjaq int Pa,” qaltlu t-tfajla. “X’nista’ nagħmel imma jien, Chan?” staqsieha lura l-missier. “Illum il-ġurnata ngħidlek li xejn għax anki jien qed nifhem li hu impossibbli għalik u għall-Mamà li tistgħu terġgħu tkunu kuntenti,” bdiet biex tgħidlu t-tfajla. “U dal-jumejn qegħda taġixxi stramb. Ma nistax nifhem. Filli nagħlqet fiha nfisha u filli ma nafx xi ġralha,” żied jgħid Joe. “Lanqas jien ma nista’ nifhima. Kultant naħseb li tilfitha l-boxxla,” stqarret it-tfajla. “Le Chantelle! Ommok ma tilfitihiex il-boxxla. Ommok taf sew x’inhi tagħmel. Naħseb ħalfet li lili ġġennini u qed jirnexxielha. Jien naf li fil-passat żbaljajt. Naf li qatt ma messni naqbad relazzjoni ma’ Marlene. U l-mewt ta’ Roderick naħti parti minnha jien. Il-mewt tiegħu tibqa’ ta’ piż fuq il-kuxjenza tiegħi. Imma għandi għalfejn nibqa’ nbati tul ħajti kollha?” Joe qal lil bintu. “Trid tħares ’il quddiem, Pa. Jien lesta li ngħinek,” qaltlu t-tfajla b’ton li kien jinħass tassew sinċier. “U x’nista’ nagħmel jien binti?” staqsa Joe, li evidentement kien qed iħossu
F’Salib it-Toroq
***************
ġirien, speċjalment ma’ Karmelina. “Imma għalhekk dik it-tifla għandha bżonn lil ommha. Int biss tista’ turiha t-triq,” qaltilha bil-kelma t-tajba Karmelina. “Jien biss? U missierha xejn? Dejjem jien … il-piż ta’ kollox dejjem fuqi!” lissnet b’suppervja Marija. “Trid tagħraf terfa’ r-responsabbiltà ma’ żewġek għax Joe huwa żewġek u jeħtieġ li taħfer Mrs Debono. Wara kollox lil Joe ilek tafu daż-żmien kollu u ħu Father Alex ma tafx x’jista’ jagħmel erbat ijiem oħra. Dak jiġi u jitlaq,” żiedet tgħidilha Karmelina. “Karmelina, tiħux għalik imma l-pariri tiegħek m’għandix aptithom. Grazzi talli salvajt is-sitwazzjoni meta ċempiltli u daħħalt lil Joe għandek. Kien mument ta’ bluha min-naħa tiegħi imma l-bqija għamilli pjacir u tindaħalx. Issa jekk m’għandek bżonn xejn se jkolli mmur,” qaltilha rrabjata Marija. “Jien għalik li ngħidlek, Mrs Debono… għax ruħ waħda għandna,” lissnet Karmelina. “Grazzi, Karmelina. Issa noqgħod naħseb fuq li għidtli. Tiħux ħsieb,” qaltilha Marija biex teħles minnha. Il-mara bdiet tqum iżda Karmelina waqqfitha. “U bilħaqq Mrs Debono! Għax meta cempiltlek niżlitli l-card tal-mowbajl. Ħeqq, ħlejt minnha hux u naħseb waslet biex tispiċċali issa,” qaltilha Karmelina hekk kif qabdet il-mowbajl tagħha. “Anzi mill-ewwel qtajtlek biex ma taħlix,” qaltilha Marija. “Imma nħlietli ta. U jien dan għall-emerġenza biss nużah,” insistiet Karmelina. “Fhimtek Karmelina… issa nixtrilek waħda. Tal-5 ewro tajba naħseb,” qaltilha Marija. “Tal-5 ewro? U nsomma Mrs Debono, jekk tkun tal-10 ewro aħjar dejjem. il-ġurnata t-tajba Mrs Debono. Il-ġurnata t-tajba!” qaltilha Karmelina hekk kif bdiet turi lil Marija lejn il-bieb ta’ barra.
727
726
“Qisu apposta tagħmel. Iddaħħal xi ħaġa f’moħħok u xejn u ħadd ma jdawwarlek il-fehma tiegħek,” lissen irrabjat Fr. Alex. “M’għadnix tifel żgħir,” qallu lura Tommy. “Isma’ minni għax din hi biss fissazzjoni. Malajr jgħaddilek int u se tidħol f’xeba’ nkwiet u se ddaħħal lili fl-inkwiet miegħek,” kompla jgħidlu Fr. Alex. “Int m’għandekx għalfejn tidħol fl-inkwiet,” qallu Tommy. “Qed tkisser familja,” fakkru Fr. Alex. “Dik il-familja ilha mkissra,” insista Tommy. “Għadhom fic-cans li jirranġaw li kieku int ma toqgħodx tbill subgħajk fil-
F’Salib it-Toroq
mitluf. “Tqum fuq saqajk u terġa’ tibda tiġi l-uffiċċju. Taf li hemm hu postok,” weġbitu mingħajr tlaqliq it-tfajla. “Ix-xogħol …. eħħ! U ijja issa hemmhekk hemm Vince,” weġibha lura b’nuqqas ta’ interess il-missier. “Vince qiegħed hemm għax poġġejtu hemm int,” ħatfitu t-tfajla. “Għax dak jaf x’għandu jagħmel. Jien… jien moħħi mtajjar bħalissa,” qalilha hu, b’ton demoralizzat. Chantelle ħarset lejn missierha. Għal mument ma kinitx taf x’se taqbad tgħidlu aktar. Kienet qegħda titħassru. Ftit ’il bogħod, fid-dar ta’ Karmelina, Marija kienet qed tħossha skomda. “Poġġi! Poġġi Mrs Debono. Is-siġġu nadif tinkwetax,” qaltilha Karmelina. “M’għidtlekx li ma kienx,” qaltilha Marija hekk kif kontra qalbha poġġiet. “Imma rajtek xi ftit jew wisq indeċiża jekk tpoġġix jew le,” qaltilha Karmelina. “Għax kif għidtlek mgħaġġla,” fakkritha Marija. “Ara Mrs. Debono. Fuq tal-aħħar darba,” bdiet biex tgħidilha Karmelina. “Għandek raġun. Għadni ma rringrazzjajtekx,” qaltilha Marija biex taqtgħalha fil-qasir. “Jien mħux il-grazzi rrid Mrs Debono. Jien ma rridx li tinqala’ xi diżgrazzja fit-triq. Aktar inkwiet jonqosna f’din it-triq!” qaltilha Karmelina. “Mela xi trid, Karmelina?” staqsietha b’kurżità Marija. “Iftaħ għajnejk, Mrs. Debono. Żball ma jitpattix bi żball ieħor,” qaltilha Karmelina. “Se taqbeż għal Joe issa?” staqsietha Marija hekk kif ma kinitx qed tistenna li xi waħda bħal Karmelina taqbad u tgħidilha diskors bħal dan. “Ma naqbeż għal ħadd. Jien l-inkwiet idejjaqni. Ninkwieta ħafna għal dik it-tifla li għandkom,” żiedet tgħidilha Karmelina. “Chantelle issa kibret. Taf tieħu ħsieb tagħha nfisha,” weġbitha Marija. “Chantelle għandha bżonn lil ommha u lil missierha xorta waħda,” qaltilha Karmelina. “Mur ara, dik qatt ma tat kasi! Karmelina int ma taf xejn,” lissnet Marija. “Mrs Debono… qatt mhu tard! Aħsibha sew għax wara ta’ xejn inżommu rasna għax il-ħsara li tkun saret ma tissewwhiex,” qaltilha Karmelina biex tipprova tiftħilha għajnejha lill-ġara tagħha. “Xi ħsara?” staqsiet maħsuda Marija. “Mrs Debono int taf tajjeb minn xiex għaddiet Chantelle. Ir-raħal kollu jaf insomma. Xi trid li terġa’ tiżbalja dik it-tifla?” staqsietha lura Karmelina. “Ħażin għaliha jekk terġa’ tiżbalja b’dak il-mod għax żġur li qatt ma nerġa’ nsejħilha binti,” weġbitha lura Marija hekk kif issa ħasset fawra tiela f’wiċċha għax Marija xejn ma kienet tieħu gost titkellem fuq dawn l-affarijiet mal-
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
MILIED 2018
IL-PANTOMIMA SNOW WHITE U L-MAĠIJA FIL-FORESTA TAL-FANTAŻIJA ACTION PRODUCTIONS TISTEDINKOM GHAT-TIELET PANTOMIMA TAGĦHOM SNOW WHITE U L-MAĠIJA FIL-FORESTA TALFANTAŻIJA. DIN IS-SENA L-AWTUR SONIC-J AQUILINA GĦAŻEL IL-KARATTRU TA’ SNOW WHITE. L-AWTUR ŻAMM FTIT MAL-ISTORJA ORIĠINALI LI JAF BIHA KULĦADD U FROTT L-IMMAĠINAZZJONI TIEGĦU ĦOLOQ DIVERSI KARATTRI ĠODDA U SITWAZZJONIJIET UMORISTIĊI. Anġolina però ma jsibuhiex u L-istorja hija ambjentata filgħalhekk jerħulha lejn il-foresta. foresta tal-fantażija. Forsi Zazu l-mera maġika, Morgana wieħed jistaqsi: mela x’jiġri s-saħħara, Nikka u Mixa x’inhu eżatt f’din il-foresta? Kollox s-sehem tagħhom? jibda meta Snow White tigdem it-tuffieħa li tkun ġiet offriet lilha Iż-żfin kollu huwa f’idejn Aqua minn oħtha Becky li għandha Blu Dancers taħt it-tmexxija ta’ s-setgħa li tagħmel il-maġija Antonella Chircop. Din il-pantos-sewda. Din hija tfajla għajjura mima se tittella’ l-Ġimgħa 7 ta’ u trid takkwista kollox taħt ideDiċembru fis-19:00, is-Sibt 8 ta’ jha. Allura tinqeda bit-tuffieħa Diċembru fis-19:00 u l-Ħadd 9 maġika biex teqred lil oħtha ta’ Diċembru fl-16:00 fit-Teatru Snow White. Tgħid jirnexxielha Dun Mikiel Xerri, Ħaz-Zebbuġ. l-ħsieb ta’ moħħha? Waqt li Snow White tkun mitluqa għal mejta fil-foresta jitfaċċaw sħabha l-gnomes u jibdew jikkustinjaw bejniethom min se jirnexxielu jqajjimha. Waqt dan kollu, jasal il-Prinċep Charming li jmexxi r-renju l-vjola. Miegħu hemm ukoll Kamillu, is-seftur personali tiegħu. Min minnhom kollha se jagħti l-bewsa tal-ħajja lil Snow White?
Anġolina r-Reġina tasal lura fil-foresta ma’ bintha Kristabell wara li qattgħet vaganza ddur mad-dinja u tgħabbi lil dak u lil ieħor. Meta tisma’ bid-diżastru li ġara, Anġolina tfassal pjan biex twaqqaf lil bintha Becky milli
tkompli tagħmel aktar ħsara permezz tal-maġija s-sewda.
Jieħdu Sehem: Joelyne Scerri, Sonic-j Aquilina, Michael Stivala, John Paul Vella, Francianne Carabott, Dawn Buttigieg, Andrew Micallef, Franky Borg, Gordon Carter, Jesmond Mizzi u ħafna oħrajn.
Anġolina, ta’ xalatura li hi, m’ għamlitx ħbieb mal-irġiel biss imma ltaqgħet ukoll mal-puffi. Il-puffi jiddeċiedu li jżuru lil
Biljetti fuq 79337273 jew inkella ħallu messaġġ fil-paġna talFacebook ta’ ACTion Productions. 55
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
RIĊETTA
Ritratt: Mar’s Photography
KEJK TAL-MILIED BLA GLUTINA BIĊ-ĊIKKULATA BAJDA, FROTT U ĠEWŻ MANUEL AQUILINA INGREDJENTI
kuċċarina baking pwder bla glutina ftit melħ
Għall-kejk
2 bajdiet imħabbta
250g frott mnixxef u mħallat qoxra mqattgħa fin u meraq ta’ larinġa
Teħtieġ ukoll
kuċċarina ħwawar mħallta
mgħarfa ġamm tal-berquq
nofs kuċċarina kannella
200g marżipan
kwart ta’ kuċċarina noċemuskata maħkuka
50g ċikkulata bajda bla glutina
75ml te kiesaħ
frott imnixxef u lewż biex iżejnu
2 mgħaref brandy jew rum tuffieħa kbira
METODU
25g lewż mgħarfa black treacle 60g butir 75g zokkor ismar 60g frak tal-ħobż ismar bla glutina 15g dqiq tar-ross 15g cornflour
Ibda din ir-riċetta ġurnata qabel li tixtieq tagħmel it-taħlita tal-pudina. Fi skutella kbira ħallat il-frott imnixxef, il-qoxra tal-larinġ u l-ħwawar flimkien u ħallih matul il-lejl filmeraq tal-larinġ, it-te kiesaħ u brandy jew rum. Meta jkun lest, ħallat it-tuffieħ maħkuk, il-lewż mqatta’, iz-zokkor ismar u l-black treacle.
Fi skutella oħra, ħallat il-butir u z-zokkor ismar skur. Żid il-bajd, waħda waħda, kif ukoll il-qxur tal-ħobż, id-dqiq tar-ross, il-cornflour, il-baking powder u l-melħ flimkien. Żid u ħawwad it-taħlita mxarrba tal-frott. Poġġi t-taħlita ġo landa miksija. Aħmi f’temperatura ta’ 175°C fuq l-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal siegħa u 30 minuta. Meta jkun lesta, ħallih jiksaħ kompletament qabel ma jitgeżwer fil-fojl u jiqiegħed x’imkien kiesaħ u niexef biex jimmatura għal mill-inqas 2-3 ġimgħat. Biex iżżejnu, idlek l-kejk bil-ġamm talberquq jaħraq u għatti b’saff ta ‘marżipan. Aqta’ żżejjed. Dewweb iċ-ċikkulata u ferra’ fuq il-parti ta’ fuq, ħalli ftit biex iddawwar il-ġnub. Filwaqt li jkun għadu artab, iddekora l-quċċata bil-frott imnixxef u lewż u ħalli ċ-ċikkulata tagħqad. Poġġi l-icingsugar fil-wiċċ qabel ma sservi. 57
RIĊETTA
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
IRBAĦ €100! MISTOQSIJA: Semmi ingredjent wieħed milli
hemm fir-riċetta Tweġiba Isem u kunjom
FLETT TAĊ-ĊANGA MIXWI BIL-FAQQIEGĦ
Indirizz
JAMES MUSCAT Email
GĦANDEK BŻONN
METODU
4 fletti taċ-ċanga ta’ 250g
Dawwar il-fletti taċ-ċanga bil-bejken u ħawwar bi ftit bżar mitħun.
100g bejken streaky 200g faqqiegħ frisk lumija mdaqqsa tazza nbid abjad sinna tewm imqattgħa mgħarfa butir mgħarfa żejt taż-żebbuġa tursin frisk bżar tal-mitħna
Fi ftit żejt taż-żebbuġa ixwi l-laħam fuq kull naħa għal ħames minuti. Meta l-fletti jibdew jieħdu kulur dehbi żid l-inbid u kompli sajjar skont il-gosti.
Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni ibgħat dan il-kupun sas-SIBT 8 TA’ DIĊEMBRU lil James Muscat, Kompetizzjoni Riċetta, Prime Ltd, Mgiered Road, Marsa MRS 3303 flimkien ma’ riċetta minn tiegħek bi prodotti ta’ laħam li ssib għand il-Prime Meat Shops. Waħda mirriċetti tittella’ bix-xorti u tista’ trebbħek vawċer ta’ €100 li jissarraf f’wieħed mill-ħwienet tal-Prime.
IR-REBBIEĦA GWIDA 47 HI JOSETTE SCERRI (SANTA VENERA)
F’taġen ieħor dewweb il-butir u aqli bil-mod it-tewm u l-faqqiegħ. Meta l-laħam ikun sar żid il-faqqiegħ u servi millewwel. Żejjen bi ftit tursin u lumi. KONTORNI Patata msajra bil-qoxra, tadama mixwija u fażola ħadra.
VALYOU SUPERMARKET, Naxxar TOWER SUPERMARKET, Sliema MGIERET ROAD, Marsa • TROLEES SUPERMARKET, Qawra PRIME SHOP‚ Zabbar • GALA SUPERMARKET, Ta’ Xbiex VALYOU SUPERMARKET, Mellieħa CHAIN SUPERMARKET, Żabbar LASCO SUPERMARKET, Żejtun PISCOPO’S CASH & CARRY, San Pawl il-Baħar CHAIN FOODSTORE, The Point, Tignè CHAIN SUPERMARKET, Fgura PRIME LTD, MGIERET ROAD, MARSA MRS 3303 Tel 21222291/2 www.primemalta.com james.muscat@primemalta.com 57 59 59
TISLIBA
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
TISLIBA BIL-PREMJU 49 L-Ewwel Premju €20 Vawċer minn Gold Market. It-Tieni Premju Ktieb minn Horizons. It-Tielet Premju Ktieb minn Faraxa: Kumewawa Iben il-Ġungla Ir-Raba’ Premju Ktieb minn Merlin: San Ġorġ u d-Dragun Il-Ħames u s-Sitt Premju 2 biljetti għall-iMdina Dungeons. Is-Seba’ u t-Tmien Premju 2 biljetti għall-wirja Knigħts Hospitallers fil-Belt. REBBIEĦA TALKOMPETIZZJONI ĦARĠA 47
MIMDUDIN 1 Maqsum salib u mixwi jew mgħolli mbuljuta (6) 3 Bil-gomma neħħa kollox (6) 8 Tagħlim reliġjuż tad-duttrina (9) 10 Inberbaq, nonfoq jew narmi fil-vojt (5) 11 Tippakkja fiha (5) 13 Ma rebħux (5) 15 Għodda biex taqta’ xi kamin (6) 19 Il-kontroll tal-vuċi, jista’ jkun għoli u aħrax jew ħelu (3) 20 Flusna qabel l-ewro (4) 21 Ma baqgħetx rieqda (5) 23 Kwiet, silenzju (5) 25 Jinħażen f’ċilindri jekk mhux
TISLIBA BIL-PREMJU NRU 49 Ibgħat is-soluzzjoni lil GWIDA/ Tisliba 49, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Mrieħel BKR 3000 mhux aktar tard minn nhar itTlieta 4 ta’ Diċembru. 60
fl-istonku! (4) 26 Taparsi (7) 27 Spazju fid-dar (5) 29 Wieħed, tnejn u anki tlieta (5) 30 Ulied il-qtates u l-klieb (5) 31 Preċiżi, eżatti (5) 32 Lingwi (5) 33 Toqgħod fuqu u joqgħod fuqek wieħed minn dawn fissodda (5) WEQFIN 1 Sandlija (5) 2 Arma iżda taqta’ l-laħam u l-ħobż (7) 4 Ma tafx tkanta anki jekk taħseb li taf (7) 5 Gwadann mil-logħob (4)
6 L-inqas (6) 7 Jinqatgħu jew jitqaċċtu missiġar meta jinxfu (4) 9 Tajjeb għal taħt saqajk fix-xitwa (5) 12 L-orizzont (5) 14 Gods, qabda, kwantità ta’ affarijiet (4) 16 Sikwit (5) 17 Fl-għajn (6) 18 Pulit u elaborat (8) 22 Jafu sew il-qasam li jispeċjalizzaw fih (7) 24 Fanfarunati (6) 26 Min m’għandux dan għandu domna (5) 27 Porċellana fina (4) 28 Ma jlissinx kelma (4)
L-Ewwel Premju: Mary Borg, Mosta It-Tieni Premju: David Apap, Żabbar It-Tielet Premju: Kenneth Mahoney, Sliema Ir-Raba’ Premju: P. Axiaq, Qormi Il-Ħames Premju: Lydia Mifsud, Ħamrun Is-Sitt Premju: Emma Sammut, Qormi Is-Seba’ Premju: Jennifer Zarb, Naxxar It-Tmien Premju: Antoinette J. Baldacchino, Attard
Soluzzjoni ta’ Tisliba Nru 47 Mimdudin 1 Preċiż; 3 Sgassa; 8 Immortali; 10 Minsi; 11 Naqsu; 13 Libra; 15 Attard; 19 Art; 20 Elmu; 21 Aktar; 23 Xriek; 25 Ilma; 26 Sunetti; 27 Laqat; 29 Idolu; 30 Birra; 31 Dalam; 32 Adamo; 33 Xalla; Weqfin 1 Paġna; 2 Eżiljat; 4 Stimula; 5 Aden; 6 Katina; 7 Fran; 9 Morsa; 12 Qalba; 14 Bżar; 16 Truxa; 17 Rutina; 18 Mediċina; 22 Anemija 24 Pinata; 26 Stima; 27 Ludo; 28 Qalb
Isem Indirizz Mob/Tel
GWIDA MIT-2 SAT-8 TA’ DIĊEMBRU 2018
OROSKOPJU
OROS KOPJU CAPRICORN 22 DIĊEMBRU - 20 JANNAR B’moħħkom aktar mistrieħ millġimgħa l-oħra, issa qegħdin f’qagħda li tesprimu lilkom infuskom aħjar. Stennew għajnuna minn ħbieb li joffrulkom pariri tajbin. Tiħdux riskji u fl-imħabba għixu fil-preżent.
AQUARIUS 21 JANNAR - 19 FRAR F’kull qasam se ssibu sitwazzjonijiet pożittivi ħafna.Ħbiebek u qrabatek jagħtu appoġġ għal xi inizjattivi li tieħdu u jiċċarawlkom l-ideat li għandkom. Tikber il-fiduċja fikom infuskom. .
PISCES
L-attriċi u l-preżentatriċi DULCIMA AQUILINA li tagħlaq sninha fit-3 ta’ Diċembru
20 FRAR - 20 MARZU Tħossu l-ħtieġa li tinqatgħu minn problemi ta’ kuljum u dan tagħmluh bl-għajnuna tal-pjaneti favorevoli bħal Mars, Venere u Giove li jħaffulkom ir-ritmu tal-ħajja. Użaw strateġija biex teħilsu minn inkwiet familjari.
ARIES
SAGITTARIUS
23 NOVEMBRU - 21 DIĊEMBRU L-enerġija qawwija li għandkom bħalissa twassalkom biex tħarsu lejn kull problema b’ottimiżmu ġdid. Fil-qasam sentimentali s-sħab jiċċara u tridu tneħħu s-suspetti u tiddjalogaw biex timxu ’l quddiem fil-ħajja romantika tagħkom.
62
21 MARZU - 20 APRIL Perjodu ta’ taqlib fikom infuskom li jwitti t-triq għal tibdil fil-qasam taxxogħol u fil-ħajja familjari. Attenti minn għajnuna ta’ wħud li m’humiex kapaċi jżommu sigriet. Aħjar tiddependu mill-forzi tagħkom biss għall-ġid tagħkom.
TAURUS 21 TA’ APRIL - 20 TA’ MEJJU Iktar riflessjoni tgħinkom żgur biex tirbħu battalji fejn uħud abbużaw mis-sinċerità tagħkom. Issa li ħadtu l-lezzjoni tafdawx lil kulħadd. Ħudu deċiżjoni importanti u serja li ilkom żmien twil biex teħduha.
GEMINI 21 MEJJU - 21 ĠUNJU L-ispirtu tal-avventura jġegħilkom tgħaddu minn esperjenzi ġodda. Ix-xemx tagħtikom spinta mill-iżjed interessanti f’xi deċiżjonijiet. Id-dinamiżmu tal-azzjonijiet tagħkom iwasslu għal atmosfera aħjar fil-familja.
CANCER 22 ĠUNJU - 22 LULJU Għandkom muntanja xogħol x’tagħmlu u attenti li ma tispiċċawx taqgħu f’xi marda minħabba nkwiet li m’hemmx bżonnu. F’sitwazzjonijiet delikati attenti mill-atteġġament tagħkom ma’ min hu ikbar minnkom fl-età.
LEO 23 LULJU - 23 AWWISSU Stimuli pożittivi minn dawk li tħobbu jgħinukom tegħlbu t-tensjoni li għaddejjin minnha. Tgħaġġlux issolvu problemi li jeħtiġilhom iżjed żmien. Ir-ritmu intellettwali jgħinkom fi bdil kulturali.
VIRGO 24 AWWISSU - 23 SETTEMBRU Fuq ix-xogħol tistgħu tagħtu kontribut jekk tagħrfu tpoġġu l-ħsibijiet tagħkom f’ordni u konvinzjoni. Tesaġerawx u tkunux polemiċi żżejjed. . Ir-relazzjonijiet bejn il-maħbubin isiru iżjed awtentiċi.
LIBRA 24 SETTEMBRU - 22 OTTUBRU Tibdil pożittiv fil-qasam familjari u soċjali fejn il-maturità tgħinkom ħafna. Mars jistimula l-vjaġġi u l-possibbiltà li tmorru x’imkien tidher iktar reali. Titilfux xi okkażjoni soċjali li tkun mezz li tbiddlilkom ħajjitkom.
SCORPIO 23 OTTUBRU - 22 NOVEMBRU Il-fatt li tagħrfu li għaddejjin minn perjodu fejn m’intomx stimulati biżżejjed iġegħilkom tfittxu toroq ġodda. L-istilel jgħinukom billi jagħtukom enerġija ġdida. Iżda mentalment għadkom għajjenin.