4 minute read

Mons. Ivan Camilleri

Next Article
Mario Micallef

Mario Micallef

Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Toronto, Mons. Ivan Camilleri. Iben wild il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Nhar it-28 ta’ Novembru 2020, il-Papa Franġisku nnomina lil Dun Ivan Camilleri bħala Isqof Awżiljarju ta’ Toronto fil-Kanada u Isqof Titulari ta’ Teglata fin-Numidia. Il-parroċċa ta’ ĦadDingli laqgħet bil-ferħ din l-aħbar billi missier l-Isqof, Benjamin, hu iben ir-raħal tagħna fejn għex sakemm iżżewweġ u mar joqgħod Tas-Sliema. Il-familja Camilleri emigrat lejn il-Kanada fl-1980. Monsinjur Ivan Camilleri għandu 52 sena, ġie ordnat saċerdot nhar it-12 ta’ Mejju 2007, u isqof nhar il-25 ta’ Jannar 2021, festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl. Hu wieħed minn erba’ Isqfijiet Awżiljarji tal-Arċidjoċesi ta’ Toronto li jassistu lill-Kardinal Thomas Collins. Il-Bord Editorjali jirringrazzja lill-Isqof Camilleri li aċċetta jikteb messaġġ għal din il-pubblikazzjoni.

Advertisement

Apprezzajt ħafna l-istedina biex nibgħatilkom messaġġ minn Toronto, il-Kanada, fejn bħalissa qiegħed nassisti lill-Kardinal Thomas Collins bħala wieħed minn erba’ Isqfijiet Awżiljarji tiegħu. Nixtieq nifirħilkom għal dan iż-żmien fejn qegħdin tiċċelebraw il-festa parrokkjali tagħkom.

Għaddew ftit tas-snin mill-aħħar darba li żort ’l Ħad-Dingli, fejn twieled u trabba missieri Benjamin Camilleri, imma l-memorji sbieħ ta’ dan il-post jibqgħu dejjem qrib tiegħi. Niftakar li bħala tifel żgħir, fis-sebgħinijiet, ta’ kull sena kont niġi Ħad-Dingli mal-familja tiegħi f’Awwissu għall-festa parrokkjali. Hemmhekk kont niltaqa’ maz-zijiet u l-kuġini, kemm minn Ħad-Dingli kif ukoll minn partijiet oħra ta’ Malta. Minbarra l-esperjenza sabiħa ħafna tal-quddiesa, niftakar fil-purċissjoni bilvara ta’ Marija Assunta madwar t-toroq tar-raħal, imħallta max-xeni u l-irwejjaħ tal-logħob tan-nar u l-gabbani tal-ikel … ir-riħa tat-trikkitrakki, imqaret, hotdogs, u qubbajd, kollha għadhom stampati f’moħħi … dawk kienu żminijiet aktar innoċenti għalina lkoll!

Il-familja tiegħi marret tgħix il-Kanada fl-1980 meta kelli 11-il sena. Bħala adult, iż-żjarat tiegħi f’ĦadDingli kienu jsiru l-aktar fil-perjodu kwiet ta’ Ġunju u Lulju, fejn kont inqatta’ l-ħin inżur lil qraba u ħbieb inkluż lil Dun Ġwann Abela, u naturalment lill-kuġin tiegħi Mons. Louis Camilleri. Waqfa fiċ-ċimiterju tar-raħal dejjem kienet tkun fuq l-aġenda, biex inżur lill-għeżież li għaddew qabilna; sfortunatament issa wkoll fosthom hemm Dun Ġwann.

Meta naħseb f’Ħad-Dingli dejjem niftakar flirdumijiet, fix-xemx sabiħa, is-sema blu, u bl-istess lewn imma aktar skur il-baħar. Bħala saċerdot li kont għadni kif ġejt ordnat, fl-2007 kelli unur kbir li niċċelebra quddiesa għall-familja estiża tiegħi filkappella ddedikata lil Santa Marija Maddalena fuq l-irdumijiet li kienet ippakkjata f’Ħadd filgħaxija. Monsinjur Louis Camilleri assistieni fil-quddiesa. Niftakar li bejni u bejn ruħi bdejt ngħid li jien kont l-uniku kurat fid-dinja li għandu Monsinjur jassistih.

Iż-żjarat fil-Knisja Arċipretali ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija għandhom tifsira speċjali għalija, peress li hemm midfun iz-ziju tiegħi, Carmel Camilleri. Hu kien seminarista li ġie ordnat djaknu fuq is-sodda tal-mewt tiegħu. Nitolbu li jinterċedi għalina lkoll bi grazzji speċjali.

Fis-servizz tiegħi hawnhekk f’Toronto, kelli x-xorti niltaqa’ ma’ nies ta’ oriġini Maltija kull fejn immur, speċjalment f’ministeri li qdejt fl-aħħar snin bħala bħala Kanċillier tal-Arċidjoċesi, Moderatur tal-Kurja, u Vigarju Ġenerali. Dejjem nistaqsi lill-Maltin minn liema belt jew raħal ġejjin. Jien kburi nsemmi li missieri kien minn Ħad-Dingli (ommi, Josephine, kienet minn Tas-Sliema, il-post fejn ilġenituri tiegħi marru joqogħdu wara li żżewġu).

Il-ġenituri tal-Isqof Ivan Camilleri (Benjamin u Josephine). Ritratt meħud fl-1963

Ħad-Dingli għandu post distintiv fil-formazzjoni tiegħi bħala persuna. Ninsab grat għall-ħafna esperjenzi u nies li ltqajt magħhom f’dan irraħal. Ix-xewqa tiegħi għalikom hi li ssibu ħin u tirriflettu fuq n-natura speċjali tar-raħal tagħkom, u filwaqt li tiċċelebraw l-festa ta’ Marija Assunta tirringrazzjawha għall-barkiet u t-tjubija li turi magħkom matul is-sena kollha.

Nitlob għalikom u minn qalbi nawguralkom festa mill-isbaħ.

Mons. Ivan Camilleri

Isqof Awżiljarju ta’ Toronto Isqof Titulari ta’ Teglata fin-Numidia

Il-familja tal-Isqof Ivan Camilleri (il-ġenituri, iż-żewġ ħutu subien u n-nisa tagħhom flimkien man-neputijiet). Ritratt meħud fl-2013

J. MICALLEF

SERVICE STATIONS

ŻEJTUN SERVICE STATION

Tal-Barrani Road, Żejtun Tel: 21801493 Email: zejtunss@jmicallefgroup.com.mt RABAT SERVICE STATION

Buqana Road, L/O Rabat Tel: 21450853 Email: mjst@maltanet.net

www.facebook.com/J.Micallefservicestation

J. MICALLEF SERVICE STATION LIMITED is the owner of the Rabat Service Station and the Żejtun Service Station. Both service stations provide several services such as:

• BOV ATM facilities • Car wash

• Fuel fill-up station • Routine servicing Exterior and Interior washes • Sale and repairs of tyres, car parts and • Valet services • Snack outlet • Liquigas facilities

car accessories in our shops

Car Wash

• 24hrs self-service carwash • Car polishing

Valet Services

Valet service is offered Monday to Friday by appointment. This service is given by the best staff, which includes: • Car washing from the outside • Wheel arches are jet washed • Proper engine care, starting off by cleaning the engine and adding a moisture protectant (ONLYby client request) • Polishing of windows both inside and outside • Car mats are cleaned and shampooed as well as the upholstery and seats • The inside of the car (dashboard, vinyl/plastics etc.) will be brushed and/or washed as needed • Satin polish and/or leather care is applied • The outside of the car will be waxed with our best products, giving the paint protection from UV rays, rain, salts and oxidization • Tyres and rims will be cleaned and polished • Ending with an air-freshner

Car Services

• Wheel balancing • Air filter • Oil change • Fuel filter • Oil filter • Brakes • Plugs • Coolant • Tyre Rotation http://www.jmicallefgroup.com.mt/

This article is from: