16 minute read
Il-Perit David Vassallo
Jitlestew tliet proġetti importanti
Fil-kotba tal-festa tal-aħħar snin ingħata tagħrif dwar numru ta’ proġetti importanti li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli daħlet għalihom u li l-ħidma fuqhom kienet għaddejja. Din is-sena, ilPerit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn tliet proġetti li tlestew fix-xhur li għaddew flimkien ma’ xogħol ieħor li għadu għaddej.
Advertisement
Jitlesta l-proġett ta’ restawr u konservazzjoni b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Għaddew ħames snin minn meta fl-2016 il-parroċċa bdiet tħejji l-ewwel stimi u rapporti biex tapplika għal fondi Ewropej għar-restawr ta’ numru ta’ opri artistiċi. Kienu snin ta’ ħidma kontinwa flimkien mal-esperti mqabbda u li matulhom ġew irrestawrati:
• il-pedestall u n-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; • l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni tal-
Kavallieri ta’ San Ġwann; • il-pittura tal-artist Portugiż Manuel Pereira li turi t-tieġ bejn San Ġużepp u l-Madonna; • il-pittura tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi; • il-pittura tal-Madonna tar-Rużarju; u • 13-il pittura tal-Via Sagra.
Fil-ktieb tal-festa tas-sena li għaddiet kien inkluż artiklu dettaljat dwar ix-xogħol li sar fuq in-niċċa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-pubblikazzjoni ta’ din is-sena għandna żewġ artikli dettaljati miktuba mir-restawraturi: wieħed dwar l-istatwa ta’ San Ġwann u l-ieħor dwar ix-xogħol ta’ restawr fuq il-pitturi. Dawn l-interventi ta’ konservazzjoni u restawr swew b’kollox madwar €100,000.
Ma’ dawn il-fondi wieħed irid iżid spejjeż addizzjonali li l-parroċċa daħlet għalihom biex il-proġett ikun wieħed komplut. Fost dawn insemmu t-tindif professjonali tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju, xogħol l-iskultur Malti Karlu Darmanin, u numru ta’ studji speċjalizzati li ġew ikkummissjonati fuq l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista. Dawn ix-xogħlijiet ma kinux inklużi fil-kofinanzjament b’fondi Ewropej imma tħallsu kollha mill-fondi tal-parroċċa.
Il-proġett tar-restawr tal-pedestall, in-niċċa u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ġie ppreżentat lillpubbliku f’serata apposta li saret fil-knisja nhar l-20 ta’ Awwissu 2020 u li kienet tinkludi spjega fiddettall tal-interventi ta’ konservazzjoni u restawr mill-kumpanija Atelier del Restauro li għamlet dan ix-xogħol. L-istess sar fil-każ tal-konservazzjoni u restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista, fejn il-preżentazzjoni pubblika u l-ispjega dettaljata tal-esperti tal-kumpanija Atelier del Restauro saret nhar jum il-festa tal-qaddis, l-24 ta’ Ġunju 2021. Ir-restawr tal-pitturi se jiġi ppreżentat lill-pubbliku fil-jiem ta’ qabel il-festa ta’ din is-sena, nhar it-Tlieta 17 ta’ Awwissu, fejn bl-istess mod se ssir spjega tal-interventi li saru mill-esperti tal-kumpanija ReCoop.
Din kienet l-ewwel esperjenza tal-parroċċa tagħna fl-użu ta’ fondi Ewropej. Però mhux se tkun l-aħħar waħda hekk kif diġà qed inħarsu ’l quddiem għat-tieni sett ta’ proġetti li se jkunu qed isiru b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea. Id-dettalji dwar dan se jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin.
Rest area
Waiting Area /Reception G: 8.05sqm N: 6.6sqm Office G: 7.5sqm N: 6.4sqm G: 13.5sqm N: 11.7sqm BOARDING/ALIGHTING STORE
STORE CHILD CARE CENTRE
WC (CRPD) G: 4.28sqm N: 3.48sqm
Gate can be opened only from childcare side and is to remain closed during operation hours. Kitchenette G: 6.9sqm Child-secure N: 5.77sqm low gate Store (sanitary) G:1.69sqm N:1.25sqm Child-secure low gate
Jitlesta ċ-ċentru ta’ child care
Wara li f’April 2020 inħareġ il-permess tal-iżvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-ewwel inbeda x-xogħol strutturali li kien meħtieġ biex il-parti ta’ quddiem talbinja tinfired mill-parti ta’ wara (li se tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa). Ix-xogħol fuq ġewwa sar minn kuntrattur privat imqabbad mill-parroċċa filwaqt li x-xogħol fil-bitħa sar mill-ħaddiema mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan ilMinisteru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
To demolish/remove To construct/add Proposed row of cypress trees (cupressus sempervirens) Proposed trees: at least two each of the Total floor area following: quercus ilex, cercis (internal) siliquastrum, laurus nobilis, olea europaea, prunus dulcis, tertraclinis articulata. Slightly ramped access (refer to levels on plan)
139.5sqm Total floor area (external)
52.9sqm Total useable floor area (internal)
115.87sqm Total usable external area (30%)
34.76sqm Total usable int + ext areas
External Play Area (non slip flooring) Total: 52.9sqm Useable: 34.76sqm
Play Area & rest area LIFT ZONE Kitchenette GROSS Floor Area 6.9m² NET Floor Area 5.77m² G: 92.7sqm N: 90.8sqm Int. height LIFT SHAFT W/C CRPD 4.28m² 3.48m² 3.4m Store 1.69m² 1.25m² WC children + nappy changing 9.14m² 7.6m² Rest area 13.5m² 11.7m² Activity area 92.7m² 90.8m² Office 7.5m² 6.4m² Reception Total 8.05m² 143.76m² Waiting Area /Reception G: 8.05sqm N: 6.6sqm 6.6m² 133.6m² Office G: 7.5sqm N: 6.4sqm BOARDING/ALIGHTING Mechanical ventilation from wcs to shaft 150.63sqm Accessible route To demolish/remove DAVID VASSALLO BE&A (Hons.) MSc A&CE Architect and Civil Engineer To construct/add
WC (child) Nappy change G: 9.14sqm N: 7.6sqm Area reserved for creation of access to first floor in the future Rest area (not part of G: 13.5sqm N: 11.7sqm this proposal) ZONE GROSS Floor Area NET Floor Area Kitchenette 6.9m² 5.77m² W/C CRPD 4.28m² 3.48m² Store 1.69m² 1.25m² WC children + nappy changing Rest area 9.14m² 13.5m² 7.6m² 11.7m²
1,13 Charline, Triq Għar Bittija, Ħad-Dingli. DGL 1594. Tel: 21456306 Mob: 99436306
Activity area 92.7m²
Office
7.5m² Wara dan kien imiss it-tlestija (finishing) tal-binja fejn il-parroċċa ħadet ħsieb li jsiru s-sistemi ta’ dawl, ilma u drenaġġ, il-kisi u l-ewwel żebgħa tal-ħitan fuq ġewwa, ittlestija tal-faċċata fuq il-fil fuq barra u l-aperturi li jagħtu għal barra. L-art fuq ġewwa u l-madum tal-bitħa tħallsu bejn il-parroċċa u l-operatur skont kif miftiehem. Sadanittant, l-operatur ħa ħsieb il-bqija tal-finishes fuq ġewwa fosthom partitions, żebgħa, faċilitajiet sanitarji, aperturi interni u l-għamara u l-attrezzamenti kollha meħtieġa.
wc Total floor area (internal) 139.5sqm
Total floor area (external) 52.9sqm
Total useable floor area (internal) 115.87sqm
Total usable external area (30%) 34.76sqm
Total usable int + ext areas
Reception 8.05m²
Total 143.76m²
150.63sqm 90.8m² 6.4m² 6.6m²
133.6m²
Proposed row of cypress trees (cupressus sempervirens)
Proposed trees: at least two each of the following: quercus ilex, cercis siliquastrum, laurus nobilis, olea europaea, prunus dulcis, tertraclinis articulata.
Slightly ramped access (refer to levels on plan)
Mechanical ventilation from wcs to shaft
Accessible route
Project:
To carry out internal alterations to existing festa store including change of use of front part to child care centre and creation of new access to back part from Triq il-Maddalena and to install sign.
Drawing Title:
Plans as existing and as proposed
Drawn by :
DV Approved by :
Client : REV. MARK MALLIA PAWLEY HAD-DINGLI
Date : Scale :
MARCH, 2020 1:100 Drg.No : File.No :
01F
wc Client : REV. MARK MALLIA PAWLEY HAD-DINGLI
Date : Scale :
Hekk kif ġie konkluż ix-xogħol kollu fuq it-tlestija tal-binja saru diversi spezzjonijiet mill-awtoritajiet konċernati li taw l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa biex il-post jibda jopera. Iċ-ċentru ta’ child care beda jiffunzjona f’dawn l-aħħar ġranet u l-inawgurazzjoni uffiċjali se ssir nhar ilĦadd, 8 ta’ Awwissu, 2021.
STORE
STORE
Jitlesta l-proġett tad-Domus
Fil-ktieb tal-festa tas-sena li għaddiet tajt sfond storiku talLIFT binja tad-Domus flimkien mad-dettalji tal-ewwel xogħol li kien beda fil-bidu tal-2020 biex il-post jiġi rranġat. Filwaqt li l-ħsieb oriġinali kien li fil-post isir raff fejn jista’ jintrefa l-mant tal-istatwa titulari ladarba jkun lest, hekk kif
STORE
Gate can be opened only from childcare side and is to remain closed during operation hours.
External Play Area (non slip flooring) Total: 52.9sqm Useable: 34.76sqm
Waiting Area /Reception G: 8.05sqm N: 6.6sqm STORE
CHILD CARE CENTRE
Play Area & rest area G: 92.7sqm N: 90.8sqm
Int. height 3.4m
Office G: 7.5sqm N: 6.4sqm Child-secure low gate
Kitchenette G: 6.9sqm N: 5.77sqm
WC (CRPD) G: 4.28sqm N: 3.48sqm Store (sanitary) G:1.69sqm N:1.25sqm Child-secure low gate
Rest area G: 13.5sqm N: 11.7sqm WC (child) Nappy change G: 9.14sqm N: 7.6sqm
LIFT SHAFT
Area reserved for creation of access to first floor in the future (not part of this proposal)
BOARDING/ALIGHTING
ZONE Kitchenette
W/C CRPD
Store
WC children + nappy changing Rest area
Activity area Office
Reception
Total
Total floor area (internal) Total floor area (external)
Total useable floor area (internal) Total usable external area (30%) Total usable int + ext areas 139.5sqm
52.9sqm
115.87sqm
34.76sqm
150.63sqm
GROSS Floor Area NET Floor Area
To demolish/remove
6.9m² 4.28m² 5.77m² 3.48m² DAVID VASSALLO
BE&A (Hons.) MSc A&CE
beda x-xogħol rajna li l-post għandu potenzjal kbir u kien iktar għaqli li l-post jiġi rrestawrat u rranġat b’mod li jkun jista’ jakkomoda parti mill-wirt li għandha l-Parroċċa.
Drawing Title: Date : Scale : 1:100
Architect and Civil Engineer Charline, Triq Għar Bittija, Tel: 21456306 Ħad-Dingli. DGL 1594. Mob: 99436306 Plans as existing and as proposed DV 01F
1.69m² 1.25m² To construct/add 9.14m² 7.6m² 13.5m² 11.7m² 92.7m² 90.8m² Proposed row of cypress trees Project: 7.5m² 6.4m² (cupressus sempervirens) To carry out internal alterations to existing festa store 8.05m² 6.6m² including change of use of front part to child care centre and creation of new access to back part from Triq il-Maddalena 143.76m² 133.6m² Proposed trees: at least two each of the and to install sign. following: quercus ilex, cercis siliquastrum, laurus nobilis, olea europaea, prunus dulcis, tertraclinis articulata. Drawn by : Approved by : Slightly ramped access (refer to levels on plan) Client : REV. MARK MALLIA PAWLEY Mechanical ventilation from wcs to shaft HAD-DINGLI MARCH, 2020 Drg.No : Accessible route File.No :
L-ewwel ma sar kien xi tiswijiet meħtieġa fl-istruttura tas-saqaf billi nbidlu xi xorok miksura u travi talinjam li kienu deterjorati. Imbagħad tneħħa l-kisi minn mal-ħitan u sar tikħil
ġdid tal-fili biex inġiebu fuq stil antik ‘fuq il-fil’. Inqala’ l-madum ‘tal-mużajk’ li kien sar xi snin ilu u minfloku sar madum Malti fuq stil pariġġ il-partijiet tal-art l-oriġinali li għadhom jeżistu u saret ukoll sistema ġdida tal-elettriku addattata għall-post. Saru wkoll aperturi ġodda tal-injam filwaqt li l-bieb ta’ barra, li għandu valur storiku peress li kien il-bieb prinċipali tal-knisja l-antika, ġie restawrat. Fuq ġewwa nħadmu vetrini ġodda tal-injam u l-ħġieġ li fihom se jintrefgħu l-istatwi li jintramaw fuq barra fi żmien il-festa flimkien ma’ patrimonju ieħor tal-parroċċa biex, filwaqt li jkunu mħarsa kif xieraq, ikunu jistgħu jitgawdew matul is-sena kollha.
Fuq barra tal-binja tnaddfu l-ħitan, sar pavimentar ġdid taż-żonqor b’dawl inkorporat fih, saru faċilitajiet sanitarji ġodda u grada ġdida tal-ħadid. Sadanittant, fl-aħħar ġranet tpoġġa f’dan l-ispazju is-salib l-antik tal-franka li kien hemm fuq il-frontispizju tal-knisja u li s-sena l-oħra nbidel ma’ salib ġdid taż-żonqor.
F’isem il-parroċċa tfajt ukoll l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir estenzjoni fl-ewwel sular bil-ħsieb li din tkun takkomoda l-mant tal-istatwa titulari li l-parroċċa għandha ħsieb li tagħmel.
Salib ġdid għall-frontispizju, manutenzjoni tal-apramorta u r-restawr tal-ħajt l-antik tal-knisja
Fl-2017, f’isem il-parroċċa kont issottomettejt l-applikazzjonijiet u nħarġu l-permessi tasSovrintendenza tal-Wirt Kulturali u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA/02788/17) biex isiru tliet interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja tal-Knisja Parrokkjali minn barra:
• il-bdil tas-salib tal-frontispizju minn dak eżistenti tal-franka bil-konkos u l-ħadid għal wieħed tażżonqor; • il-manutenzjoni tal-opramorta mad-dawra tal-bejt tal-knisja; u • ir-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja.
Is-salib il-ġdid taż-żonqor inħadem mill-kumpanija Agius Stone Works minn blata miġjuba minn Għawdex. Id-disinn dettaljat tas-salib u l-bażi tiegħu sar mis-Sur Vincent Centorino u x-xogħol kollu tħallas mill-Ministeru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Ix-xogħol fuqu tlesta ftit qabel il-festa tas-sena li għaddiet u nġieb Ħad-Dingli nhar l-14 ta’ Awwissu 2020. Imbagħad, lejlet il-festa ta’ dik is-sena, proprju nhar it-22 ta’ Awwissu 2020, ġie mbierek mill-Arċipriet waqt ċerimonja li saret fuq iz-zuntier tal-knisja.
Is-salib ittella’ u tpoġġa f’postu fil-frontispizju tal-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2020. Huwa ppjanat li fix-xhur li ġejjin jiġi stallat dawl addattat biex is-salib ikun jista’ jitgawda matul is-sena.
Sadattant, bi pjaċir inħabbru li fix-xhur li għaddew il-parroċċa akkwistat fondi Ewropej mill-Majjistral Action Group Foundation taħt il-miżura tar-Restawr ta’ Assi u Siti ta’ Valur Artistiku u Kulturali biex tiġi restawrata l-opramorta mad-dawra tal-bejt tal-knisja. Dan ix-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.
Ukoll, permezz ta’ fondi mill-Ministeru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, fil-ġimgħat li għaddew beda x-xogħol ta’ restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa t’isfel tal-binja tal-knisja.
Il-maħżen tal-armar
Kif spjegajt iktar ’il fuq meta tkellimt dwar il-proġett taċ-child care, dak il-proġett ġie ppjanat b’mod li l-parti ta’ wara tal-binja tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa b’aċċess separat minn Triq il-Maddalena (mill-ispazju llum vojt bejn il-bini u ċ-ċimiterju). Il-permessi għal dan il-proġett tal-maħżen huma approvati u fix-xhur li għaddew inbdew l-ewwel xogħlijiet żgħar strutturali fuq ġewwa tal-binja. Ilħsieb huwa li matul is-sena li ġejja jitlesta x-xogħol kollu strutturali li hemm bżonn isir fuq barra biex il-post ikollu l-aċċess ġdid kif ippjanat u jibda xogħol ta’ finishing biex dan il-post bżonjuż ikun jista’ jibda jintuża kemm jista’ jkun malajr.
10 snin mill-inawgurazzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali
Meta nħarsu lura napprezzaw aktar kemm ilkontribut tagħna lill-parroċċa jissarraf f’inizjattivi ta’ ġid għall-komunita’. Fl-1 ta’ Mejju 2021 fakkarna l-10 snin mill-inawgurazzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali ‘Familja Mqaddsa’ li nbena u ġie attrezzat bil-ġenerożità tal-poplu ta’ Ħad-Dingli. Nafu kemm fl-aħħar għaxar snin dan il-post serva ta’ ġid għall-komunità tagħna.
Fost l-oħrajn f’din il-binja nsibu l-Uffiċċju Parrokkjali. Fl-aħħar xhur, meta minħabba l-miżuri tal-pandemija l-uffiċċju kien qiegħed jiftaħ biss b’appuntament, saru żewġ biċċiet xogħol li għandhom jissarrfu f’servizz aħjar ladarba l-uffiċċju jerġa’ jiftaħ b’mod regolari. L-ewwel nett inbidlet l-għamara li kienet saret mal-erbgħin sena ilu meta l-uffiċċju kien fid-Dar Parrokkjali. L-għamara ma nbidlitx għad-dehra imma biex inħoloq biżżejjed spazju biex fl-Uffiċċju Parrokkjali jinġabar l-arkivju kollu tal-parroċċa. It-tieni nett ġie riorganizzat il-materjal kollu fl-arkivju tal-parroċċa. Din il-biċċa xogħol involviet sigħat twal ta’ xogħol minn voluntiera li huma professjonisti fl-istorja u l-amministrazzjoni pubblika. Ħames xhur xogħol issarrfu fl-għażla, katalogar u stivar tal-materjal kollu li jifforma l-Arkivju Parrokkjali. Ħafna minn dan ilmaterjal kien għadu merfugħ fid-Dar Parrokkjali. Wara l-festa, nixtiequ li nibgħatu għar-restawr xi pjanti u dokumenti antiki li ż-żmien għamel tiegħu fuqhom. Nistmaw li jonqos xahrejn oħra ta’ xogħol volontarju biex dan il-proġett ikun magħluq.
Il-parroċċa qrib il-komunità matul il-pandemija tal-COVID-19
Kienu diversi l-inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar tnax-il xahar biex filwaqt li jiġu rispettati r-restrizzjonijiet ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, il-parroċċa tibqa’ qrib il-komunità. Fil-qasam tax-xandir tal-kelma, kruċjali kienet il-paġna tal-facebook ‘Parrocca Ħad-Dingli’. Insemmu b’mod partikulari inizjattivi li ttieħdu fil-perjodu ta’ ’l fuq minn 5 ġimgħat (bejn Marzu u April 2021) li matulhom ma ġietx
iċċelebrata quddiesa fil-pubbliku, ħlief għall-funerali. Għat-tieni sena infila, il-parroċċa żammet kuntatt millqrib man-nies fiż-żmien għażiż tal-Ġimgħa Mqaddsa permezz tal-media soċjali fosthom bi produzzjonijiet u xandir dirett tal-funzjonijiet mill-Knisja Arċipretali.
Fost inizjattivi oħra fl-aħħar tnax-il xahar kien hemm ilĠimgħa Familja li saret kollha online fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru b’messaġġi apposta lill-familji Dinglin mill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Mario Grech u Monsinjur Arċisqof, Charles J. Scicluna. Fl-istess ġimgħa kellna wkoll taħdidiet minn tabib tal-familja, psikjatra, uffiċjal tal-Aġenzija Appoġġ u sesswologu. Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021, solennità talQalb Imqaddsa ta’ Ġesù, id-dinja Kattolika ngħaqdet bil-media soċjali għal inizjattiva internazzjonali li nvolviet 24 siegħa rużarju għall-qdusija tas-saċerdoti. Minn Malta ntgħażlu tliet postijiet, biex fi tliet ħinijiet partikulari ntalab ir-rużarju, fosthom mill-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum ta’ ĦadDingli. Ir-rużarju tmexxa mill-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley bil-parroċċa ħadet ħsieb tikkoordina l-produzzjoni li xxandret madwar id-dinja.
Kelma ta’ radd il-ħajr lil ħafna għall-għajnuna u s-sostenn fil-ħajja tal-parroċċa
Il-parroċċa tirringrazzja lil kull min jgħin b’modi diversi bħal b’għoti ta’ donazzjonijiet u sehem f’inizjattivi ta’ fund-raising. Fl-aħħar tnax-il xahar sar ħafna xogħol mingħajr ħlas minn persuni li għandhom għal qalbhom il-knisja bħal tindif ta’ fided u arkati ġodda tal-injam kompluti bid-dawl biex fil-festa jiddawwlu partijiet mill-kampnari. Inħadmet ukoll forma bl-injam tas-salib talfrontispizju biex fi żmien il-festa jiddawwal bilmod tradizzjonali. Għall-festi sekondarji, sar sett ta’ twapet ġodda għall-presbiterju u kaxxi ġodda tal-injam li ġew indurati għal taħt sett ta’ statwi ta’ evanġelisti u żewġ appostli li jintramaw fuq l-artal maġġur.
Radd il-ħajr ukoll lil dawk kollha li anke fl-aħħar xhur ta’ sfida minħabba l-pandemija baqgħu jagħtu ħidma volontarja fil-parroċċa fosthom filknisja b’xogħol ta’ sagristana, armar, tindif, fjuri, ushers, kant u animazzjoni tal-liturġija, u permezz tal-media soċjali. Grazzi wkoll lil dawk li baqgħu jagħtu mill-ħin tagħhom bla ma jieħdu xejn lura flamministrazzjoni, liturġija u pastorali, attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, manutenzjoni u proġetti, tqassim ta’ fuljetti fid-djar, u l-kura taċ-ċimiterju, iċ-Ċentru Parrokkjali u l-Kappella tal-Adorazzjoni.
Tislima lill-Isqof Mons. Walter Michael Ebejer OP 1929 - 2021
Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021 tħabbret il-mewt tal-Isqof, Monsinjur Walter Michael Ebejer OP, iben il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-għomor ta’ 91 sena.
L-Isqof Ebejer twieled Ħad-Dingli nhar it-3 ta’ Awwissu 1929. Għex l-ewwel erba’ snin ta’ ħajtu f’dan ir-raħal, qabel ma’ l-familja niżlet ir-Rabat. Irritornaw f’raħalna għal tliet snin oħra tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Missieru, Ġużè, kien surmast tal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli. Ħuh hu l-kittieb Francis Ebejer. Ġie ordnat saċerdot fl-1954 u kien membru tal-Ordni tal-Predikaturi (id-Dumnikani).
Tliet snin wara beda ħidma missjunarja l-Brażil fejn iddedika l-kumplament ta’ ħajtu fl-art tal-missjoni; total ta’ 64 sena, 44 sena minnhom bħala Isqof. Irtira bl-età f’Jannar 2007 mit-tmexxija tad-djoċesi ta’ União da Vitória fl-istat ta’ Parana, li tagħha kien l-ewwel Isqof. Baqa’ jgħix hemmhekk bħala Isqof Emeritu. Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju 2020 iddaħħal l-isptar u miet l-għada, fis-Solennità talQalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Il-funeral sar l-għada, fil-Katidral tad-djoċesi, u d-difna saret f’binja fil-qrib. Hu kien l-iżjed isqof Malti anzjan.
L-Isqof Monsinjur Walter Michael Ebejer dejjem żamm b’għożża lil art twelidu u lil Ħad-Dingli. Fl-aħħar żjara tiegħu f’Malta, 4 snin ilu, kien iċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd 29 ta’ Jannar 2017 f’ĦadDingli.
+ Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Qed nippubblikaw siltiet qosra minn intervista li Mons. Isqof Walter Michael Ebejer kien ta lil Mario Micallef fl-aħħar żjara tiegħu f’Malta. Hija xhieda tar-rabta li kellu mar-raħal tagħna, fejn għad hawn jgħixu qraba tiegħu.
Twelidt Ħad-Dingli fil-bini fejn illum hemm l-għassa tal-Pulizija.
Meta kelli erba’ snin morna noqogħdu faċċata tal-kunvent ta’ San Duminku fir-Rabat.
Kont bdejt nattendi l-iskola r-Rabat iżda kont imqareb ħafna. Lil missieri qalulu aħjar tneħħih minn hawn u ħadni miegħu l-iskola ta’ Ħad-Dingli, fejn missieri kien surmast.
Fi żmien il-gwerra għamilt tliet snin ngħix Ħad-Dingli. Għamilna sentejn ngħixu ma’ “Ta’ Paloċċ” (’il fuq mill-għassa tal-Pulizija) u sena fejn kienet toqgħod il-familja ta’ Monsinjur Louis Camilleri.
Żmien il-gwerra kien ikrah. Meta kien jaqa’ ajruplan aħna konna naslu fuq il-post qabel il-Pulizija u konna naqilgħu l-ball bearings.
Is-sejħa għas-saċerdozju ġietni Ħad-Dingli meta konna noqogħdu hemm tul il-gwerra. Kont abbati. Nitqarben kuljum. Kont tifel ferrieħi, qrar regolari, u hemmhekk kien hemm nies li verament biddlu ħajti u ta’ Ħad-Dingli: l-aħwa saċerdoti Huntingford u Fr Dalli minn Raħal Ġdid. Kienu jagħtuna l-istruzzjoni u kienu jeħduna irtiri l-Fawwara. Filgrupp magħna kien hemm dak li aktar tard sar Dun Ġwann Abela.
Hemmhekk ġiet il-vokazzjoni. Kelli erbatax-il sena. Kont noqgħod fid-dar “Ta’ Paloċċ”. Kont nistudja u bħal ġuvintur oħra ħafna ħsibijiet: trid tagħmel hekk, tiżżewweġ, ikollok karozza. U vuċi qawwija ħafna kienet tgħidli: “inti se ssir patri”. Fantasija, imma mbagħad bdiet iddejjaqni. Immur nistudja fuq, f’kamra fid-dar u niddejjaq li ma nistax nistudja minħabba din il-vuċi. “Inti se ssir patri. Inti se ssir patri”.
Id-dar fi Triq il-Parroċċa, Ħad-Dingli, fejn jistqarr li ġietu l-vokazzjoni saċerdotali Patri Walter Michael Ebejer OP, missjunarju żagħżugħ fil-Brażil
Tkellimt ma’ Dun Charles Huntingford u ddeċidejt. Kelli erbatax-il sena l-aktar. U minn hemm qatt ma’ mort lura. La ddeċidejt, iddeċidejt. Madwar sena wara dħalt madDumnikani, ir-Rabat.
Mort il-Brażil għax dejjem xtaqt il-missjoni. Hawnhekk kont nara ħafna qassisin. Jien għedt irrid immur f’post fejn ma ssibx qassisin oħra. L-isbaħ mument bħala Isqof hu li rnexxieli nagħmel jiffunzjona Seminarju Maġġuri, fejn żgħażagħ iħejju ruħhom għas-saċerdozju. Dan bdejtu mix-xejn.
Jien wara dan kollu, wara li ddedikajt ħajti għal Kristu, nixtieq narah. Għalija biżżejjed ikolli daqsxejn ta’ daħla żgħira fil-bieb tassema. Imma nidħol, dak li nixtieq.
Għall-Maltin nixtieq li jibqgħu jgħożżu l-fidi u l-valuri tagħhom biex ma jibkux wara. Meta titlef il-valuri mhux faċli terġa’ ġġib lura s-sitwazzjoni morali tal-pajjiż. Oqogħdu attenti għall-wirt kulturali u reliġjuż ta’ Malta. Din hi x-xewqa tiegħi u dan hu l-messaġġ li nixtieq ngħaddi lill-Maltin.