Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2021

Page 22

20

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Jitlestew tliet proġetti importanti Fil-kotba tal-festa tal-aħħar snin ingħata tagħrif dwar numru ta’ proġetti importanti li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli daħlet għalihom u li l-ħidma fuqhom kienet għaddejja. Din is-sena, ilPerit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn tliet proġetti li tlestew fix-xhur li għaddew flimkien ma’ xogħol ieħor li għadu għaddej. Jitlesta l-proġett ta’ restawr u konservazzjoni b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea Għaddew ħames snin minn meta fl-2016 il-parroċċa bdiet tħejji l-ewwel stimi u rapporti biex tapplika għal fondi Ewropej għar-restawr ta’ numru ta’ opri artistiċi. Kienu snin ta’ ħidma kontinwa flimkien mal-esperti mqabbda u li matulhom ġew irrestawrati: • il-pedestall u n-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; • l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni talKavallieri ta’ San Ġwann; • il-pittura tal-artist Portugiż Manuel Pereira li turi t-tieġ bejn San Ġużepp u l-Madonna; • il-pittura tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi; • il-pittura tal-Madonna tar-Rużarju; u • 13-il pittura tal-Via Sagra. Fil-ktieb tal-festa tas-sena li għaddiet kien inkluż artiklu dettaljat dwar ix-xogħol li sar fuq in-niċċa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-pubblikazzjoni ta’ din is-sena għandna żewġ artikli dettaljati miktuba mir-restawraturi: wieħed dwar l-istatwa ta’ San Ġwann u l-ieħor dwar ix-xogħol ta’ restawr fuq il-pitturi. Dawn l-interventi ta’ konservazzjoni u restawr swew b’kollox madwar €100,000. Ma’ dawn il-fondi wieħed irid iżid spejjeż addizzjonali li l-parroċċa daħlet għalihom biex il-proġett ikun wieħed komplut. Fost dawn insemmu t-tindif professjonali tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju, xogħol l-iskultur Malti Karlu Darmanin, u numru ta’ studji speċjalizzati li ġew ikkummissjonati fuq l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista. Dawn ix-xogħlijiet ma kinux inklużi fil-kofinanzjament b’fondi Ewropej imma tħallsu kollha mill-fondi tal-parroċċa. Il-proġett tar-restawr tal-pedestall, in-niċċa u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ġie ppreżentat lillpubbliku f’serata apposta li saret fil-knisja nhar l-20 ta’ Awwissu 2020 u li kienet tinkludi spjega fiddettall tal-interventi ta’ konservazzjoni u restawr mill-kumpanija Atelier del Restauro li għamlet dan ix-xogħol. L-istess sar fil-każ tal-konservazzjoni u restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista, fejn il-preżentazzjoni pubblika u l-ispjega dettaljata tal-esperti tal-kumpanija Atelier del Restauro saret nhar jum il-festa tal-qaddis, l-24 ta’ Ġunju 2021. Ir-restawr tal-pitturi se jiġi ppreżentat lill-pubbliku fil-jiem ta’ qabel il-festa ta’ din is-sena, nhar it-Tlieta 17 ta’ Awwissu, fejn bl-istess mod se ssir spjega tal-interventi li saru mill-esperti tal-kumpanija ReCoop.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.