Programm tal-Festa 2022
Werrej Messaġġ mill-Arċipriet Kan. David Farrugia.............................................................4
1
PARROĊĊA SANTA MARIJA ĦAD-DINGLI
Ħerqana biex flimkien nagħmlu festa lil Santa Marija Messaġġ mill-Kumitat Festa Esterna....................................8 Merħba lill-Arċipriet il-ġdid..................................................16 Grazzi Dun Mark Mallia Pawley...........................................20 Nagħtu spinta ’l numru ta’ proġetti Il-Perit David Vassallo........................................................24 Minn ġrajjiet il-parroċċa fl-aħħar 12-il xahar Mario Micallef....................................................................32 Il-Programm tal-Festa............................................................43 San Ġorġ Preca (1880-1962) Savio D. Borg......................................................................52 Dun Ġorġ u l-ewwel snin tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli James Ebejer u Paul Abela.................................................54 Ħad-Dingli fi Francis Ebejer Matthew Chappell...............................................................57 Il-festa ta’ Santa Marija fl-2021 It-tieni waħda waqt il-pandemija tal-COVID-19 Mario Micallef....................................................................73
Programm tal-Festa 2022 Bord Editorjali: Kan. David Farrugia Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo Għajnuna fil-produzzjoni: Joel Attard Matthias Attard Mark Farrugia Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iż-Żurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta l-għajnuna tiegħu fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.
Il-qoxra (quddiem) turi mument tant għażiż għall-poplu ta’ Ħad-Dingli; il-ħruġ millKnisja Arċipretali tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija għall-purċissjoni nhar il-festa. Dan il-mument hu mistenni aktar din is-sena wara li fl-aħħar sentejn il-purċissjoni ma saritx minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fl-isfond jidhru l-fjuri tal-karti neżlin mal-istatwa, inizjattiva li jaħdmu fuqha kull sena l-Grupp tal-Abbatini. Ritratt: Clayton Grech Disinn: Alan Bonello (www.designedbyal.com)
Mini Me Child Care Triq il-Gnien, Had-Dingli info@minimemalta.com 77058400 / 99880502 / 27499907
SHOP & DINE 7 DAYS A WEEK Retail outlets: Monday to Friday: 9:30am - 7:30pm / Sundays & Public Holidays: 11am - 7pm Food outlets: 10am - 9pm Outfit available at Mimi - Level 1
4
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Arċipriet
MARIJA ASSUNTA Bogħod mill-għajn, imma żgur mhux mill-qalb tagħna Għeżież Dinglin u dawk kollha li fil-jiem tal-festa se tingħaqdu magħna. Waqt li nsellmilkom, ħsibt li jkun tassew xieraq li nikteb dan l-ewwel messaġġ tiegħi għall-festa jew aħjar, li nintroduċi l-messaġġi u l-ħsibijiet tiegħi bħala Arċipriet ta’ din il-parroċċa, fiddawl tar-realtà li Santa Marija mtellgħa s-sema, il-qaddisa patruna tar-raħal tagħna Ħad-Dingli, u saħansitra patruna tal-gżejjer Maltin, għandha tfisser għalina li nħaddnu l-fidi nisranija: “Hienja dik li emmnet ...” [Lq 1:45] - “Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” [Ġw 20:29] Bogħod mill-għajn … Ilkoll ikollna nammettu li nħobbu kemm inħobbu lil xi ħadd, qatt ma jirnexxielna nżommuh magħna. Għal ftit ħin forsi iva, imma l-ħin kollu le. Għalhekk naslu li nirrikorru għal xi ritratt jew oġġett li nkunu nistgħu nġorruh magħna jew nagħmluh f’post prominenti sabiex jibqa’ jfakkarna u ma ninsewx. Għax inkella faċilment jiġrilna kif jgħid il-Malti; “Bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.” Imma jekk nintelqu u nħallu li dan il-qawl isir prinċipju li jiddomina u jmexxi ħajjitna, allura faċilment nispiċċaw biex ħarsitna teħel f’direzzjoni waħda; ’l isfel, lejn l-art, li tagħti valur biss lil dak li jidher, li hu fiżiku, u lil dak li hu immedjat, l-issa. Hekk qalbna żgur tasal iċċedi l-fidi, titlef kull sens ta’ tama, u tiftaqar mill-ħeġġa tal-imħabba u tal-aspirazzjonijiet tagħha, li tant tagħtina nifs frisk biex inkomplu l-vjaġġ tagħna fuq din l-art. Ir-riżultat jaf ikun xi wieħed minn dawn l-estremi; jew li nsiru nies bla fiduċja f’ħadd u f’xejn, jew li nsiru nies li jnisslu u jikkultivaw tamiet foloz f’idoli, sew jekk nies sew jekk annimali jew oġġetti, murija f’att ta’ superstizzjoni aktar milli umani u ta’ fidi. Għeżież, ejjew ma nħallux li l-Għid ta’ Santa Marija, tant għażiż għalina l-insara, jasal li f’għajnejna jiftaqar tant li jitlef l-istagħġib tal-fatti u tal-veritajiet qawwija li fih minħabba li ’l bogħod ta’ Marija minna kapaċi ninterpretawh biss bħala nuqqas ta’ preżenza jew ta’ raqda infinita! … iżda żgur mhux bogħod mill-qalb tagħna Imma pjuttost bil-maqlub: f’Santa Marija u t-tlugħ glorjuż tagħha fis-sema, ejjew naslu nagħrfu li għalkemm lilha ma narawhiex magħna bl-għajnejn ta’ ġisimna, iżda b’dawk ta’ ruħna aħna msejħin nikkontemplaw fiha l-qawwa tal-grazzja ta’ Alla li tmiss u taħdem fil-bniedem, ladarba Hu tahielna bħala “xbieha ta’ tama sħiħa u ta’ faraġ fil-mixja tagħna (bħala Knisja) fuq l-art.” [Prefazju tal-
Programm tal-Festa 2022
5
Quddiesa tal-Jum li jevoka l-Konċilju Vatikan II: “tiddi bħala sinjal ta’ tama ċerta u ta’ faraġ għallpoplu ta’ Alla fil-mixja” (Lumen Gentium, 68)]. Għax tassew, f’Sidtna Marija, verġni pura u omm fidila, sultana mlibbsa x-xemx, inkurunata bilkwiekeb, tleqq bid-dawl tal-Mulej, il-Knisja tagħraf u tikkontempla fiha l-immaġni safja tal-glorja ġejjiena tagħha. F’Santa Marija aħna nagħrfu l-għan ta’ ħajjitna li jintlaħaq tassew; li nkunu bl-istess glorja ta’ Kristu Rxuxtat “l-ewwel fost dawk li raqdu” kif jgħid San Pawl fl-Ewwel Ittra tiegħu lillKorintin. Għalhekk fiha aħna naraw pass tassew importanti, tant deskritt tajjeb mill-Papa Franġisku, waqt l-Angelus tal-Festa tal-Assunta fi Pjazza San Pietru nhar is-Sibt 15 ta’ Awwissu 2020, meta stqarr bla tlaqliq: “Bit-tlugħ fis-Sema ta’ Marija qed niċċelebraw kisba infinitament akbar. Il-Madonna poġġiet riġlejha fil-ġenna: ma marritx hemm bl-ispirtu biss, iżda bil-ġisem ukoll, kollha kemm hi. Dal-pass tal-Verġni ċkejkna ta’ Nażaret kien il-qabża kbira ’l quddiem tal-umanità.” Santa Marija mhijiex ’il bogħod minna, imma għaddiet quddiemna, sabiex tkun għal qalbna u f’qalbna. “Inħallu s-sbuħija vera tiġbidna lejha, ma nħallux iċ-ċekċik tal-ħajja jixrobna imma nagħżlu l-kobor tas-sema. Il-Verġni Mqaddsa, Bieb tas-Sema, tgħinna biex kuljum bil-fiduċja u l-ferħ inħarsu ’l hemm, fejn hemm id-dar vera tagħna, fejn tinsab Hi, li bħala omm qed tistenniena. Tħobbna, titbissmilna u tgħinna bil-ħrara. Bħal kull omm li trid l-aħjar għal uliedha, u tgħidilna: “Intom prezzjużi f’għajnejn Alla; m’intomx magħmulin għas-sodisfazzjoniet żgħar taddinja, imma għall-ħwejjeġ kbar tas-sema”.” [Il-Papa Franġisku, waqt l-Angelus tal-Festa tal-Assunta fi Pjazza San Pietru nhar il-Ħamis, 15 ta’ Awwissu, 2019]. “Hienja dik li emmnet ...” [Lq 1:45]; “Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” [Ġw 20:29] U dawn l-għeġubijiet kbar ta’ Alla magħna u għalina għandna nagħrfuhom bħala r-raġunijiet bażiċi biex f’ħajjitna nemmnuH u nithennew biH. Għalhekk tassew xieraq li nifirħu u niċċelebraw: - festa bil-preżenza sabiħa ta’ Santa Marija, Omm Alla u Ommna, bidu tal-ferħ tagħna; - festa li ma tkunx biss ta’ pjaċir superfiċjali, u għalhekk qoxra, imma ta’ qlub li l-għaxqa tagħhom hu li jkunu magħha, fil-preżenza tagħha; u - festa fejn magħha ngawdu lil Binha u nimpenjaw ruħna ħalli nisimgħu l-Kelma tiegħu u nħarsuha u nimxu bil-qalb aktar warajH is-sena kollha. Viva Marija Mtellgħa s-Sema! Viva Santa Marija! Minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd! Kan. David Farrugia
IT solutions for you and your business.
PRINTING
OFFICE
SOFTWARE
RETAIL
+356 2144 2123
BANKING
https://sgsolutions.com.mt
info@sgsolutions.com.mt
Sicily ȏȄɫƷȄǠƷȄɋ¾ژǠȂǠȄǒȽ °ɋƌɋƷژȏǑژɋǚƷژƌȵɋ ژƌɋƌȂƌȵƌȄȽً ژגבɋȵǠȲȽژɬƷƷǵǹɲ ɬɬɬِɫǠȵɋɓǑƷȵȵǠƷȽِƩȏȂ
8
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Kumitat Festa Esterna
Ħerqana biex flimkien nagħmlu festa lil Santa Marija
“Iva, ninsabu ħerqana li nagħmlu festa lil Santa Marija. Tas-sentejn li għaddew, kienu festi limitati ħafna u b’tifsila differenti frott ċirkustanzi straordinarji li għexna. Din is-sena, blgħajnuna ta’ Alla u Ommna Marija l-festa se ssir kif nafuha u nixtiequha lkoll! Dan ser isir minkejja l-ħafna sfidi li l-pandemija ppreżentat iżda b’determinazzjoni li bil-għaqal u għax naħdmu flimkien qed nippreżentaw programm li jagħmel ġieħ lir-raħal tagħna u jagħti ġieħ lill-patruna, Santa Marija”. Il-KUMITAT FESTA ESTERNA, li hu l-organizzatur tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli, jinfurmakom dwar l-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa u jagħti rendikont ta’ ħidmiet li wettaq fix-xhur li għaddew. Jitlestew l-ewwel proġetti mill-akbar investiment li qatt sar fl-armar tal-festa tagħna. Fil-publikazzjoni annwali tal-festa tas-sena li għaddiet, kien ġie spjegat kif fit-tnax-il xahar ta’ qabel minkejja l-pandemija ħidmet il-kumitat ma waqfitx. Kien żmien fejn beda x-xogħol fuq investiment bla preċedent fl-armar li aħna konvinti se jfisser qabża kbira fil-kwalità f’dan il-qasam. B’sodisfazzjon nistgħu nħabbru li għall-festa ta’ din is-sena se nkunu qed ninawguraw ir-restawr ta’ tliet opri antiki ta’ armar li jżejnu l-qalbha tar-raħal tagħna fi żmien il-festa titulari ta’ Santa Marija: ilpedestall tal-istatwa ta’ Santa Marija, il-pedestall tal-istatwa tal-Papa Piju XII u trofew artistiku. L-inawgurazzjoni se ssir fi tmiem il-marċ tat-tielet jum tat-tridu, nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu 2022. Ikun ta’ pjaċir għalina li intom ilkoll tassistu għal dan il-mument li ser ifisser ċelebrazzjoni ta’ xhur ta’ xogħol biex tneħħew diversi passati ta’ żebgħa u saret manutenzjoni tal-injam taż-żewġ pedestalli u t-trofew, iż-żebgħa mill-ġdid tagħhom, l-irħamar u l-induratura. Dan kien l-ewwel proġett li l-Kumitat Festa Esterna wettaq bil-għajnuna ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, f’dan il-każ permezz tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 20142020 amministrat mill-Majjistral Action Group Foundation. Apparti r-restawr, il-kumitat deherlu li kien hemm lok għal titjib u tisbieħ fid-dehra tal-pedestalli. Għal dan il-għan, ikkummissjona xogħol ta’ skultura fl-injam għall-pedestall tal-Papa Piju XII, u erba’ armi ġodda, waħda għal kull faċċata tal-pedestall tal-istatwa ta’ Santa Marija. L-iskultura l-ġdida tlestiet fil-bidu ta’ Awwissu 2021 u ġiet esebita fil-Knisja Arċipretali fil-jiem tal-festa tas-sena l-oħra. Wara l-festa, dan ix-xogħol ta’ skultura ġie xkatlat, irfinat u mogħti s-shellac biex għaddejnieh għaż-żebgħa u l-induratura lis-Sur John Pace. Meta tlesta dan ix-xogħol twaħħal fil-post għal fejn inħadem. Is-Sur Pace hu l-artist li ġie kummissjonat bix-xogħol tal-irħamar u l-induratura ta’ dawn it-tliet opri ta’ armar li issa huma lesti minn kollox. Bħat-trofew li ġie restawrat, u li għall-festa għamel snin twal jintrama quddiem l-għassa tal-Pulizija, se jinħadmu erba’ oħra replika tiegħu. Id-deċiżjoni ttieħdet wara pariri li ttieħdu waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ restawr fuq dan it-trofew li għandu ’l fuq minn 100 sena. Ġara li r-restawr kixef aktar
Programm tal-Festa 2022
9
il-ġmiel tal-iskultura fl-injam tal-uniku trofew li kellna u wassal għal apprezzament akbar għal din l-opra ta’ arti fl-injam. B’total ta’ ħames trofej artistiċi jingħalaq il-proġett li se jagħti dehra ġdida lill-armar tal-festa f’Misraħ Ġużè Abela, il-pjazza ewlenija ta’ ħdejn il-Knisja Arċipretali. It-triq biex jintlaħaq dan l-għan hi twila iżda x-xogħol fl-injam issa beda, kemm mill-mastrudaxxa Raymond Bajada (Casa Design) kif ukoll mill-iskultur fl-injam Mario Mangion. Ninsabu konvinti li dan is-sett ta’ trofej se jagħmel lil Ħad-Dingli tal-lum kburi bil-wirt artistiku li se jħalli fil-qasam tal-armar lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni fiċ-ċelebrazzjoni talfesta titulari ta’ Santa Marija. Ħames servizzi mużikali Daqshekk ser ikunu s-servizzi mużikali organizzati millKumitat Festa Esterna fl-aħħar tliet ijiem tal-festa. Dawn huma kummissjonati lil erba’ baned mistiedna mill-kumitat. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tat-tridu, il-kumitat jorganizza marċ li għalih stieden lill-banda talGħaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm titwassal ħdejn il-pedestall tagħha f’Misraħ Ġużè Abela. Lejlet il-festa filgħaxija, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas għal marċ li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan is-servizz jibda fit-8.30 p.m. minn ħdejn ilknisja. Fl-9.50 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex minn fuq il-planċier, mal-banda jingħaqad ilkor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru. Il-marċ jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq ilMaddalena fejn imbagħad jibda l-ħruq tal-logħob tan-nar tal-art. F’jum il-festa filgħodu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas il-marċ ta’ filgħodu li jibda fil11.00 u jintemm fis-1.30 p.m. Il-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli. Dan il-marċ popolari hu fir-responsabilità sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa. Nhar il-festa, il-kumitat jistieden ukoll żewġ baned oħra: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem lill-istatwa titulari ta’ Santa Marija fil-ħruġ u d-dħul talpurċissjoni; u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tarraħal. Fil-qasam mużikali, il-Kumitat Festa Esterna jagħraf il-kontribut li tagħti l-Għaqda Mużikali Santa Marija li fil-jiem tal-festa ta’ din is-sena se ddoqq mingħajr ħlas fl-okkażjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid u f’jum it-tfal organizzat mill-parroċċa. L-istess għaqda mużikali torganizza u tiffinanzja programm vokali u strumentali fit-tieni jum tat-tridu filgħaxija u l-marċ tal-aħħar fi tmiem il-festa.
Santa Marija Food Store ĊENSA SPITERI STREET, DINGLI TEL: 27450454 For all your daily needs €5.00 discount with every €250 spent Groceries, Fresh Bread, Fruit & Vegetables, Detergents, Drinks and much more
Free Delivery Complete Road Construction is Our Profession. Asphalt Production Asphalt Paving Construction of Footpath Special Structure Under Ground Infrastructure
Concrete Suppliers Recycle Material Street Furniture Line Marking
The Plant, Mdina Road, Żebbuġ ZBG 4103 Tel: 2146 5758 / 9949 3551 Email: marius@maksar.com
Mob: 79055190
LETIZIA MUSCAT TIED INSURANCE INTERMEDIARY
ADDRESS
Triq Ħal Tartani, Rabat MOBILE
79052504 EMAIL
letiziamuscat13@live.com Letizia Muscat is an enrolled Tied Insurance Intermediary (TII) under the Insurance Distribution Act, Cap 487 of the Laws of Malta for MAPFRE Middlesea p.l.c. (MMS). MMS (C-5553) is authorised under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both the TII and MMS are regulated by the Malta Financial Services Authority.
12
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lill-Għaqda Mużikali Santa Marija li tippermetti li nhar il-festa filgħaxija, il-planċier tagħha jintuża mill-banda mistiedna mill-kumitat. Jumejn ta’ logħob tannar tal-art u tal-ajru Lejlet u nhar il-festa se nippreżentaw programm imżewwaq ta’ xogħol pirotekniku, bil-logħob tan-nar tal-ajru hu kollu xogħol pirotekniċi Dinglin waqt li l-logħob tan-nar tal-art inħadem minn Luqin. Hu ta’ pjaċir li fil-qasam tal-logħob tan-nar tal-ajru se nżommu l-istess arranġament li bdejna għallewwel darba fil-festa tal-2018. Il-Kumitat Festa Esterna inkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex timmanifattura l-logħob tan-nar tal-ajru għal lejlet u nhar il-festa ta’ Santa Marija. Dan ix-xogħol inħadem minn grupp ta’ pirotekniċi fi ħdan l-istess għaqda li jieħdu ħsieb ukoll it-tħejjija tal-għelieqi u l-ħruq tiegħu fil-jumejn tal-festa. L-ispiża għan-nar tal-ajru se tinqasam min-nofs bejn iż-żewġ entitajiet li qed jippreżentaw dan il-programm: Is-Sibt, 20 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa 08.30 a.m. Il-kant tat-Te Deum fil-Knisja Arċipretali jkun akkumpanjat mill-ħruq ta’ murtali talbomba u murtaletti. 11.45 a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 06.00 p.m. Mal-ħruġ tat-Translazzjoni jkun hemm ħruq ta’ salut, kaxxa infernali Spanjola u murtali tal-beraq. 10.10 p.m. Tingħata bidu għall-ħarqa ewlenija ta’ lejlet il-festa li tinkludi ħruq ta’ murtali talberaq, murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-kulur, kaxxa infernali tal-kulur, blalen, sfejjer u lampjuni. Il-Ħadd, 21 ta’ Awwissu – Jum il-Festa 08.00 a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 10.15 a.m. Is-Sanctus tal-quddiesa solenni tal-festa jkun akkumpanjat mill-ħruq ta’ murtali talbomba u murtaletti. 11.45 a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 07.00 p.m. Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija, jinħaraq salut. Wara d-daqq tal-Ave Maria, tinħaraq kaxxa infernali Spanjola li tkun segwita minn murtali tal-beraq bil-logħob. Meta l-istatwa tasal quddiem is-sede tal-Għaqda Mużikali Santa Marija, jsir ħruq ta’ kaxxa infernali Spanjola u tal-kulur. 09.15 p.m. Jingħata bidu għall-ħruq ta’ murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru u murtali tal-kulur. Wara l-kant tal-Innu l-Kbir, tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur, blalen, sfejjer u lampjuni. Il-Kumitat Festa Esterna ħaseb biex kif inhi d-drawwa jtemm il-programm ta’ attivitajiet ta’ lejlet il-festa bil-logħob tan-nar tal-art li hu appuntament li jkun mistenni minn ħafna. Iġ-ġifġifogu jinxtara mingħand il-kamra tan-nar Sant’Andrija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa. L-ispettaku tal-logħob tan-nar tal-art jibda fil-11.30 p.m. fil-wesgħa quddiem iċ-ċimiterju tal-parroċċa.
Programm tal-Festa 2022
13
Għal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru, il-Kumitat Festa Esterna jħallas hu għall-permessi tal-Pulizija dwar il-ġarr u l-ħruq tal-logħob tan-nar, extra duties involuti lill-Pulizija, l-assikurazzjoni, u l-preżenza ta’ vettura u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Grazzja kbira għall-parroċċa u għall-Knisja f’Malta. Nhar il-15 ta’ Settembru 2021, il-membri tal-Kumitat Festa Esterna ħadu sehem f’quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem 18-il sena ta’ servizz li Daniel Abela ta b’sens qawwi ta’ impenn u dedikazzjoni bħala membru tal-kumitat. Fil-jiem ta’ wara, Daniel beda l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal-Arċisqof. Il-Kumitat Festa Esterna hu kburi li membru tiegħu wieġeb għas-sejħa u issa beda triq biex jifhem aktar dak li Alla jixtieq minnu. Il-kumitat irregala lil Daniel Abela spelliza biex jużaha fis-servizzi liturġiċi li jieħu sehem fihom bħala seminarista.
Fl-aħħar xhur, il-kumitat kompla jiġġedded u jissaħħaħ bis-sħubija ta’ tliet membri ġodda: Joel Attard, Matthias Attard u Anne Marie Muscat. Dawn huma żgħażagħ li kien ilhom snin involuti fil-ħajja talparroċċa u attivi fix-xogħol relatat mal-festa. Nawgurawlhom f’dan l-irwol ġdid li għandhom. Blistess mod, nifirħu u nawguraw lil grupp ieħor ta’ adoloxxenti u żgħażagħ li issa qed jiffurmaw parti mill-Kummissjoni Attivitajiet u Fund-raising. Dawn huma: Arnold Agius, Gareth Asciak, Matteo Balzan, Andrew Baldacchino, Julian Baldacchino, Nicholas Muscat u Malachy Scerri. Grazzi lil kulħadd . . . flimkien ingawdu l-festa u nagħtu ġieħ lil Marija Assunta Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu ħinhom biex b’mod volontarju jaħdmu għall-festa kemm fl-armar, il-manutenzjoni u l-ħjata, u fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Irodd ħajr ukoll lil dawk li jgħinu b’donazzjonijiet u b’sehem f’attivitajiet organizzati biex flimkien nagħmlu festa xierqa lil Santa Marija. Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil entitajiet oħra li jaħdmu f’kollaborazzjoni miegħu u li l-għan tagħhom hu li niċċelebraw festa sabiħa u dinjituża, ewlenin fosthom l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Irodd ħajr ukoll lill-Kunsill Lokali u lillKorp tal-Pulizija għall-kollaborazzjoni tagħhom kif ukoll lil dawk kollha li jagħtu xi forma ta’ servizz fil-festa tagħna. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa fis-Sema. Il-festa t-tajba lil kulħadd u Viva Santa Marija
J. MICALLEF SERVICE STATIONS
ŻEJTUN SERVICE STATION Tal-Barrani Road, Żejtun Tel: 21801493 Email: zejtunss@jmicallefgroup.com.mt
RABAT SERVICE STATION Buqana Road, L/O Rabat Tel: 21450853 Email: mjst@maltanet.net
www.facebook.com/J.Micallefservicestation
J. MICALLEF SERVICE STATION LIMITED is the owner of the Rabat Service Station and the Żejtun Service Station. Both service stations provide several services such as: • • • •
BOV ATM facilities Fuel fill-up station Routine servicing Exterior and Interior washes Sale and repairs of tyres, car parts and car accessories in our shops
• • • •
Car wash Valet services Snack outlet Liquigas facilities
Car Wash • 24hrs self-service carwash • Car polishing Valet Services Valet service is offered Monday to Friday by appointment. This service is given by the best staff, which includes: • Car washing from the outside • Wheel arches are jet washed • Proper engine care, starting off by cleaning the engine and adding a moisture protectant (ONLY by client request) • Polishing of windows both inside and outside • Car mats are cleaned and shampooed as well as the upholstery and seats • The inside of the car (dashboard, vinyl/plastics etc.) will be brushed and/or washed as needed • Satin polish and/or leather care is applied • The outside of the car will be waxed with our best products, giving the paint protection from UV rays, rain, salts and oxidization • Tyres and rims will be cleaned and polished • Ending with an air-freshner Car Services • Wheel balancing • Oil change • Oil filter • Plugs • Tyre Rotation
• • • •
Air filter Fuel filter Brakes Coolant
http://www.jmicallefgroup.com.mt/
16
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Merħba lill-Arċipriet il-ġdid
Il-Kanonku David Farrugia Nhar is-Sibt 9 ta’ April 2022 tħabbar uffiċjalment li l-Arċisqof, Mons. Charles J. Scicluna, ħatar lill-Kan. David Farrugia bħala l-Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Hu l-41 ragħaj spiritwali ta’ Ħad-Dingli sa mit-twaqqif mill-ġdid tal-parroċċa nhar il-31 ta’ Diċembru, 1678. Huwa wkoll it-3 Arċipriet ta’ din il-parroċċa, li ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Arċipretali nhar it-22 ta’ Awwissu 2015. Iżda min hu l-Arċipriet il-ġdid ta’ Ħad-Dingli? Dun David Farrugia għandu 43 sena u ilu 18-il sena saċerdot. Imwieled fl-Isptar Santa Katerina (Ħ’Attard) nhar l-24 ta’ April 1979, minn Vincent Farrugia u Jane - aktar magħrufa bħala Vanna - neè Cefai, Dun David hu t-tieni iben minn tlieta. Missieru li ġie nieqes madwar 9 snin ilu kien mill-Belt Valletta. Ommu hi minn Ħal Qormi, illokalità fejn il-familja Farrugia tgħix. Ħuh ilkbir, Tonio, li hu ħames snin akbar minnu kien iggradwa bħala accountant u llum huwa Manager talLibrerija Preca. Ħuh iżżgħir, Carmel, li hu għaxar snin iżgħar minn Dun David, hu iggradwat bħala fiżjoterapista u jaħdem firResidenza San Vinċenz De Paul. Iż-żewġ t’aħwa huma membri attivi fisIl-familja Farrugia f’jum il-prima messa (Lulju 2004) Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-M.U.S.E.U.M. Tonio għamel madwar 16-il sena ġewwa Lurin fil-Perù, fosthom bħala Superjur hemmhekk, u din is-sena nħatar bħala Superjur tal-qasam tan-Naxxar. Carmel ilu madwar sentejn Superjur tal-qasam tal-Mosta. Dun David tgħammed fil-kripta tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, mill-Kappillan ta’ dak iż-żmien - illum Monsinjur - Dun Vinċenz Deguara. Hu rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ), l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal-Ħandaq, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Tul dan iż-żmien Dun David irċieva wkoll il-formazzjoni nisranija tiegħu fil-M.U.S.E.U.M., għal xi żmien fil-Leġjun ta’ Marija, u għal numru ta’ snin sewwa bħala abbati. Nhar it-8 ta’ Settembru 1997 Dun David ġie aċċettat fis-Seminarju Maġġuri ta’ Malta, f’Tal-Virtù, ir-Rabat. Hemm beda jirċievi l-formazzjoni għas-saċerdozju waqt li jwettaq l-istudji tiegħu filFakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta, fejn ġab Baċellerat u Liċenzjat fit-Teoloġija.
Programm tal-Festa 2022
17
Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2003, Dun David, flimkien ma’ Dun Brendan M. Gatt mill-Mosta, ġew ordnati djakni fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi. Bħala djaknu, Dun David wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa ta’ Sant’Elena, f’Birkirkara. Nhar it-Tlieta 29 ta’ Ġunju 2004, festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann filBelt Valletta, Dun David, flimkien ma’ Dun Brendan, ġew ordnati saċerdoti minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca.
L-ordinazzjoni presbiterali (Ġunju 2004)
Bħala presbiteru, Dun David beda l-ħidma pastorali fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien fejn serva għal sentejn; sena minnhom bħala Viċi Kappillan (Settembru 2004 - Awwissu 2006). Imbagħad inħatar Viċi Kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Luqa u Rettur taż-żona ta’ Ħal Farruġ fejn serva għal 4 snin (Settembru 2006 - Ottubru 2010). Tul dawn is-snin kien ukoll direttur spiritwali tal-Kulleġġ San Benedittu: Skola Sekondarja Subien ta’ Ħal Kirkop (Ottubru 2004 - Settembru 2010). Għal 4 snin Dun David serva b’mod attiv bħala ċ-Chaplain tal-Junior College, fl-Imsida, u għen bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Santa Luċija (Ottubru 2010 - Ġunju 2014). Fl-aħħar 8 snin Dun David Farrugia kien il-Kappillan ta’ Ħal Safi (Ġunju 2014 – April 2022). Dun David inħatar ukoll minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna bħala Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. Iċ-ċerimonja tal-investitura saret nhar is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016. Mons. Arċisqof ħatru wkoll bħala Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata l-ġdida li waqqaf hu stess, ta’ San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi, biċ-ċerimonja tattwaqqif u tal-investitura sseħħ nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2019. Għal dawn l-aħħar tmien snin Dun David kien u għadu jservi bħala Segretarju tal-Welfare Fund tal-Kleru.
Il-pussess bħala Kappillan ta’ Ħal Safi (Ottubru 2014)
AD MULTOS ANNOS!
Dun David jinsab fil-bidu ta’ esperjenza ġdida - bħala Arċipriet ta’ Ħad-Dingli. Jalla Dun David mhux biss ikompli jingħata merħba minna imma aħna lkoll inkunu kapaċi nafdawh u niskopruh bħala l-Ħabib u bħala l-Qassis skont il-Qalb ta’ Kristu Ġesù u bħala l-Qaddej tal-Poplu tiegħu.
R&S MARKETING Tower Street, Mosta
Tel: 2142 0664 Mob: 9947 8412
www.strek-wholesale.com
20
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Grazzi Dun Mark Mallia Pawley 7 snin ta’ servizz lil Ħad-Dingli… …minn seminarista għal Arċipriet
Minn Mark is-seminarista . . . għal Mark is-saċerdot . . . għal Mark l-Arċipriet. Din hi r-rabta twila 7 snin ta’ Dun Mark Mallia Pawley mal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli li ntemmet nhar il-Ħadd, 1 ta’ Mejju 2022. Il-parroċċa tagħna hi grata lejn dak kollu li Dun Mark wettaq f’dawn issnin bħala l-40 ragħaj spiritwali u t-2 Arċipriet fl-istorja tagħha. Nawgurawlu fil-ħidma li qed iwettaq fi djoċesi fiċ-Ċili fejn qed jassisti saċerdot Malti li hu l-vigarju ta’ din id-djoċesi. Kien f’Lulju 2015 meta r-Rettur tas-Seminarju bagħat lil Dun Mark Mallia Pawley biex bħala seminarista li dieħel għall-aħħar sena tal-formazzjoni saċerdotali jagħmel esperjenza fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Fix-xhur ta’ wara baqa’ fostna bħala djaknu. Wara li ġie ordnat saċerdot, nhar id-29 ta’ Ġunju 2016, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna talbu jibqa’ Ħad-Dingli biex jgħin lill-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit f’ħidmiet pastorali varji. Sentejn wara, fl-għażla ta’ Arċipriet ġdid għal Ħad-Dingli, l-awtoritajiet tal-Knisja nnominaw lil Dun Mark għal din il-kariga. Kien fl-għodwa tal-1 ta’ Mejju 2018, festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u jum ta’ btala pubblika li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa quddiesa fil-Knisja Arċipretali fl-okkażjoni talbidu uffiċjali tal-ħidma tal-Arċipriet il-ġdid. Nofs il-parrokat ta’ Dun Mark kien ikkaratterizzat minn realta’ unika għalina lkoll: il-pandemija talCOVID-19. Fl-agħar tal-pandemija, meta l-knejjes tagħna ma baqgħux jilqgħu n-nies għall-Ewkaristija fittex li l-parroċċa tibqa’ viċin in-nies. Dan sar fost l-oħrajn bil-mod kif il-parroċċa wasslet il-messaġġi tagħha, inkluż ix-xandir tal-Kelma, bil-media soċjali. Sa mill-ewwel ġurnata li daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet, Dun Mark ra li juża l-paġna ta’ facebook tal-parroċċa għal dan l-għan. Fittex ukoll li l-parroċċa tkun qrib min jeħtieġ xi forma ta’ għajnuna fosthom b’telefonati lil anzjani jew persuni li jgħixu weħidhom u b’azzjonijiet ta’ karità li setgħu jsiru grazzi għal donazzjonijiet ta’ ikel minn ħafna Dinglin li rrispondew għas-sejħa tiegħu biex jaħsbu f’familji fil-bżonn. Għal sentejn sħaħ, ħoloq mod oriġinali kif jilħaq il-familji bit-tberik li ma setax isir bi żjarat individwali fid-djar. Qassam fliexken żgħar bl-ilma mbierek u talba li ħallihom fuq l-għetiebi ta’ kull residenza fil-parroċċa. Fil-bidu tal-parrokat ta’ Dun Mark Mallia Pawley, il-parroċċa kienet għadha kemm applikat għallewwel darba biex tieħu fondi tal-Unjoni Ewropea għal proġetti ta’ ħarsien ta’ patrimonju li għandha. Ix-xogħol u l-ispejjeż involuti ma kinux ftit, iżda daqstant ieħor is-sodisfazzjon meta l-applikazzjoni ġiet approvata u l-parruċċani raw li x-xogħol tlesta u sar bi professjonalità kbira. Dawn kienu jinvolvu r-restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista, il-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, inniċċa tal-Madonna tar-Rużarju, il-kwadri tal-Via Sagra, il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tarRużarju, u żewġ kwadri kbar fil-kor li juru l-għerusija tal-Madonna ma’ San Ġużepp u l-Adorazzjoni
Programm tal-Festa 2022
21
tal-Maġi. Patrimonju ieħor li reġa’ beda jitgawda fi żmien dan il-parrokat hi qanpiena ta’ importanza storika li waslet lura Ħad-Dingli minn restawr fir-Renju Unit għall-festa tal-2018. Din il-qanpiena ttellgħet fil-kampnar tal-lemin u tintuża mal-arloġġ għad-daqq tal-kwarti u s-sigħat. F’dawn l-erba’ snin bħala Arċipriet, Dun Mark fittex li l-parroċċa tagħmel użu aħjar minn proprjetà tagħha wara ċ-ċimiterju. Għal dan il-għan, parti mill-proprjetà nkriet lil operatur ta’ Child Care Centre u l-parti l-oħra se tkun maħżen tal-festa. Kif għamlu parroċċi oħra, iddiskuta u sab l-għajnuna tal-Gvern biex bl-għajnuna ta’ fondi pubbliċi jindokra l-patrimonju tagħna fosthom b’salib ġdid li sar għall-frontispizju, il-manutenzjoni u r-restawr tal-ħitan l-antiki tal-knisja, ta’ Dar Dun Ġwann Abela u tad-Domus. F’Marzu li għadda, ikkonkluda ftehim biex aċċerta li l-parroċċa tiġi mgħejjuna b’fondi pubbliċi biex fiż-żmien li ġej jitwettqu proġetti oħra ta’ fejda. Intant, Dun Mark spiċċa minn Arċipriet bil-parroċċa għaddejja bit-tieni sett ta’ proġetti b’fondi Ewropej. Dawn jinvolvu l-manutenzjoni tal-apramorta tal-bejt tal-knisja li kienet lesta sa meta temm il-parrokat u fl-istess żmien kien qed jingħata bidu għax-xogħol fuq il-koppla minn ġewwa. Naturalment, biex sar dan kollu Dun Mark sab l-għajnuna ta’ ħafna; min b’volontarjat u oħrajn b’donazzjonijiet ġenerużi.
Lil hinn minn hekk, Arċripriet hu ragħaj spiritwali. Il-komunità parrokkjali tirringrazzjah fuq kollox għas-servizz pastorali li ta. Grazzi wkoll li nvestejt ħafna ħin fit-tfal, il-ġejjieni ta’ din il-parroċċa. Nafu kemm il-Kummissjoni Tfal u l-quddiesa tal-Ħadd fid-9.30 ta’ filgħodu kienu għal qalbu. Fil-bidu tal-parrokkat tiegħu f’Ħad-Dingli, Dun Mark kien għażel bħala motto din il-frażi mit-tieni ittra ta’ San Pawl lit-Tessalonkin: “Agħmlu l-ġid bla qatt ma tegħjew.” Filwaqt li nirringrazzjaw lil Dun Mark tal-ħidma li wettaq fostna, l-awguri tagħna lilu fi kwalunkwe ħidma li se jwettaq fiż-żmien li ġej: KOMPLI AGĦMEL IL-ĠID!
Casa Felicia
a brand new eldelry home in ħaż-żebbuġ
WELCOMING NEW RESIDENTS INTO OUR CARE
GET IN TOUCH info@feliciacasa.com w w w. f e l i c i a c a s a . c o m
+ 356 999 923 82 C as a F e li cia,Tr iq l -I sqof , Ħaż-Żeb b uġ
24
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Nagħtu spinta ’l numru ta’ proġetti Bħal kull sena, f’din il-publikazzjoni annwali l-Perit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn numru ta’ xogħlijiet li saru matul l-aħħar sena u proġetti oħra li għaddej ix-xogħol fuqhom jew qed jiġu ppjanati għas-sena li ġejja. Manutenzjoni tal-apramorta u tal-koppla Fl-artiklu tal-festa tas-sena li għaddiet konna ħabbarna li l-parroċċa akkwistat fondi Ewropej mill-Majjistral Action Group Foundation taħt il-miżura tar-Restawr ta’ Assi u Siti ta’ Valur Artistiku u Kulturali biex tiġi restawrata l-apramorta maddawra tal-bejt tal-knisja u l-koppla minn ġewwa. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni talapramorta, li kien kopert bilpermessi tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA/02788/17), sar fi tliet fażijiet bejn tmiem is-sajf li għadda u l-bidu ta’ April ta’ din is-sena. Dawn kienu jikkonsistu kif ġej: - konsolidazzjoni u tikħil mill-ġdid tal-ġebel li jifforma l-istruttura peress li t-tikħil bejn il-ġebel kien iddeterjora konsiderevolment; - qlugħ u tqegħid mill-ġdid tal-parti tal-apramorta li tħares lejn it-tramuntana, inkluż it-tneħħija ta’ elementi tal-ħadid li kienu qed jikkawżaw ħsarat; u - manutenzjoni - inkluż il-kisi mill-ġdid b’materjal apposta - tal-partijiet tal-konkos fil-kantunieri li jservu bħala ‘pont’ minn parti għall-oħra tal-bejt u li kellhom partijiet mill-konkos imfaqqa’ u l-ħadid imsaddad mikxuf, kawża ta’ dħul tal-ilma matul is-snin. Bejn nofs Marzu u l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena intrama l-iscaffolding tal-koppla minn ġewwa biex ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieġ ta’ manutenzjoni. Waqt li kien qed isir dan l-armar, fil-knisja żżarma kompletament il-presbiterju bħala miżura ta’ prekawzjoni. Ix-xogħol fil-koppla qed ikun koordinat mas-Sur Charles Fenech. Immedjatament wara beda x-xogħol ta’ xkatlar minn ġewwa fejn tneħħiet iż-żebgħa kollha tal-partijiet tal-ħitan fejn kien hemm il-ħsara. Innutajna wkoll li fil-parti ta’ fuq tal-koppla, fis-sajf qed jintlaħqu temperaturi għoljin ħafna - ’il fuq sew minn 40 grad celsius - u allura rajna li jkun għaqli li titjieb iċċirkolazzjoni tal-arja billi jsiru tmien toqbiet ġodda fil-lanterna. Bħalissa qegħdin fil-fażi ta’ konsolidament tal-ħitan fejn qed nagħmlu interventi fuq il-partijiet fejn kien hemm qxur tal-ġebel tal-ħitan miksur. Dan ser ikun segwit mill-applikazzjoni tal-ewwel provi taż-żebgħa biex kif dan jiġi kkonfermat ngħaddu għall-induratura u żebgħa finali.
Programm tal-Festa 2022
25
Se tkun qed issir ukoll manutenzjoni tat-twieqi kollha - magħmulin mill-ħadid u l-ħġieġ - filwaqt li għat-tmien twieqi t’isfel se jkunu qed jinħadmu u jitpoġġew sollijiet taż-żonqor. Kif xieraq ukoll ma’ proġett ta’ dan it-tip, qed inħarsu wkoll lejn sistema ġdida ta’ dawl b’teknoloġija moderna għal fuq ġewwa tal-koppla, fejn jintuża dawl iktar effiċjenti u li jdawwal l-arkitettura tal-koppla b’mod ħafna aħjar missistema antika li teżisti bħalissa. Naturalment ma stajniex waqt li għaddejjin b’dan l-intervent kbir fuq ġewwa tal-koppla, ma nħarsux ukoll lejn l-istruttura minn barra u naraw x’kien hemm bżonn isir. Filwaqt li wieħed seta’ jinnota li ma kienx hemm ħsarat kbar (tajjeb ngħidu li l-aħħar intervent kien sar madwar tnax-il sena ilu), rajna li nagħmlu numru ta’ interventi essenzjali: - matul Ġunju saret manutenzjoni tallanterna (il-parti ta’ fuq tal-koppla) minn barra fejn il-partijiet taż-żebgħa li kienu qed jitqaxxru tneħħew u nżebgħu mill-ġdid; - fl-istess żmien iżżarma s-salib talbozoz li hemm imwaħħal mas-salib tal-ġebel u dan sar mill-ġdid flimkien ma’ wiring ġdid għalih; u - matul Lulju ntrama scaffolding fuq barra tal-koppla u sar intervent ta’ restawr u manutenzjoni fuq il-parti skulturata ta’ taħt taċ-ċinta (bejn it‘tambur’ u l-‘iskutella’) fejn il-ġebel iddeterjora konsiderevolment u l-fili kienu qed jinfetħu u allura hemm riskju kbir ta’ dħul tal-ilma. Tajjeb ngħidu li f’dan il-proġett kontinwament qed ninvolvu u nikkonsultaw fid-dettall ma’ numru ta’ esperti f’kull qasam biex kull deċiżjoni tittieħed bl-aktar mod studjat u wara li jkunu saru l-kunsiderazzjonijiet kollha. Restawr tal-ħajt l-antik tal-knisja Matul l-aħħar sena sar ukoll xogħol ta’ restawr u konsolidament fuq il-qoxra ta’ barra tal-ħajt l-antik tal-binja tal-knisja, li jagħti fuq Misraħ Ġuże Abela u Triq il-Knisja. Dan ix-xogħol ukoll kien kopert bl-istess permess tal-Awtorità tal-Ippjanar li rreferejt għalih iktar ‘il fuq (PA/02788/17). Dan ix-xogħol irrikjeda attenzjoni kbira u sar b’diskussjoni kontinwa bejn il-parroċċa, il-kuntrattur u s-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali biex jiġi żgurat li ma ssir ebda ħsara u li jintużaw l-iktar metodi u materjali addattati. Ix-xogħol kien jinkludi: - it-tneħħija tal-kisi bis-siment li sar fl-aħħar erbgħin sena; - it-tneħħija u bdil tal-pajpijiet tal-ħadid li kienu fil-ħajt u li minnhom kienu jgħaddu d-dawl u l-ilma;
28
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
- ftuħ u tindif tal-fili li kienu miftuħa jew deterjorati u mili mill-ġdid ta’ dawn il-fili b’materjal apposta; u - konsolidament tal-ġebel li kellu deterjorazzjoni konsiderevoli. Il-ħajt tnaddaf ukoll minn ammont ta’ msiemer, ganċijiet, brackets u wires li akkumulaw matul is-snin. Fl-istess żmien, il-cables tal-elettriku li kienu mwaħħlin mal-ħitan tal-knisja tneħħew kollha hekk kif dawn tgħaddew taħt l-art bħala parti mill-proġett ta’ tisbieħ li sar fiz-zona taċċentru tar-raħal. Ix-xogħol ta’ restawr tal-ħajt sar mill-kumpanija Agius Stone Works u tħallas mill-Ministeru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Il-maħżen tal-armar Kif spjegajna f’artikli tas-snin li għaddew meta tkellimna dwar il-proġett taċ-child care, dak il-proġett ġie ppjanat, sottomess u approvat b’mod li l-parti ta’ wara tal-binja tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa b’aċċess separat minn Triq il-Maddalena – bl-aċċess ġdid ikun mill-ispazju llum vojt bejn id-djar eżistenti u ċ-ċimiterju. Ix-xogħol strutturali li kien hemm bżonn fuq ġewwa tal-binja eżistenti hu lest u fl-aħħar ġimgħat ġbarna l-istimi riveduti kollha tax-xogħol li fadal isir, jiġifieri l-tlestija minn ġewwa tal-binja eżistenti (finishing), il-bini tal-aċċess il-ġdid u eventwalment ix-xogħol ta’ finishing ta’ din il-binja l-ġdida (l-ispazju ta’ taħt ir-rampa) u z-zona esterna. Dan il-proġett illum hu kunsidrat bħala ta’ prijorità għall-parroċċa u għalhekk qed nippjanaw li wara l-festa jinqabad ritmu ta’ xogħol bl-ewwel fażi tkun il-finishing tal-binja eżistenti, segwit mill-bini tal-istrutturi fuq barra (it-tieni fażi) fl-ewwel kwart tal-2023. Estensjoni fuq id-Domus Fix-xhur li għaddew, wara iktar diskussjonijiet interni li wasslu għal reviżjoni tal-pjani oriġinali, f’isem il-parroċċa tfajt l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jinbena sular ieħor fuq il-binja eżistenti tad-Domus bil-ħsieb li dan l-ispazju jintuża bħala post fejn jintrefgħu id-drappijiet fosthom il-mant tal-istatwa titulari li l-parroċċa għandha ħsieb li tlesti fis-snin li ġejjin. Il-proċess ta’ din l-applikazzjoni għadu għaddej b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet konċernati. Xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni Naturalment matul is-sena xogħol ieħor ta’ manutenzjoni ma jonqosx u jrid jibqa’ għaddej tista’ tgħid bla waqfien biex il-parroċċa tibqa’ tieħu ħsieb il-beni tagħha. Fost l-oħrajn insemmu: - matul Lulju li għadda għamilna intervent ta’ tiswija fuq is-saqaf tal-kappella ta’ Santa Marija Maddalena bħala prekawzjoni għad-dħul tal-ilma tax-xita; u - f’dawn il-ġimgħat se jkun qed jinbidel is-saqaf ta’ waħda mill-kmamar żgħar li hemm malkappella taċ-ċimiterju wara li maż-żmien sofra ħsarat konsiderevoli kkawżat mid-dħul ta’ ilma.
Programm tal-Festa 2022
Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba Tel: 2157 7301 Mob: 7925 4324
THE CATHEDRAL OPTICIANS 50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976
29
PUSH FOR BETTER
32
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Minn ġrajjiet il-parroċċa fl-aħħar 12-il xahar Matul l-aħħar sena, kienu bosta s-sinjali li wrew li bil-mod il-mod ninsabu ħerġin millpandemija tal-COVID-19. Dan minkejja li f’ħafna miż-żmien baqgħu jittieħdu prekawzjonijiet u kien hemm appelli għall-kawtela. Kien żmien, fejn bħal oqsma oħra fis-soċjetà, l-effetti talpandemija fuq il-Knisja f’Malta bdew jidhru aktar. MARIO MICALLEF jurina li fl-aħħar tnax-il xahar il-ħidma fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ma qatgħetx u għexna wkoll bosta mumenti sbieħ. Awguri lis-seminarista Daniel Abela . . . miegħek bit-talb Nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru 2021, Daniel Abela, żagħżugħ mill-parroċċa tagħna beda l-formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’TalVirtù, ir-Rabat. Daniel kien involut sew fil-ħajja talparroċċa, b’impenji f’ħidmiet ta’ natura differenti. Kien jifforma parti mit-tim ta’ voluntiera li jieħdu ħsieb il-Knisja Arċipretali bħala sagristana u membru tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, talKumitat Festa Esterna, tal-Kummissjoni Pastorali Diġitali u tal-Grupp tal-Qniepen. Kull vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża hi grazzja kbira, iżda ta’ Daniel hi tassew speċjali għax waslet wara 50 sena mill-aħħar ordinazzjoni saċerdotali ta’ iben ilparroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-parroċċa rregalatlu s-suttana li qed juża fis-servizzi liturġiċi li jkollhom is-seminaristi. Fl-aħħar xhur kien ta’ sodisfazzjon narawh jassisti f’ċelebrazzjonijiet ewlenin fil-ħajja talKnisja f’Malta fosthom il-quddiesa mmexxija mill-Papa Franġisku fuq il-Fosos tal-Floriana u ċelebrazzjonijiet oħra li tmexxew mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Bħala seminarista, apparti l-istudji fl-Università ta’ Malta, Daniel qed jieħu esperjenza tal-pastorali fil-parroċċa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ. Aħna lkoll imħeġġin nakkumpanjawh bit-talb, biex Ommna Marija żżommu taħt ilħarsien tagħha u tiggwidah f’din il-mixja. Grazzi Dun Matthew Pulis Fl-1 ta’ Mejju 2022, temm sentejn u nofs ta’ ħidma pastorali fostna Dun Matthew Pulis. Dun Matthew li għandu 38 sena u hu mill-Iklin kien ilu parti millkleru tal-parroċċa sa minn Novembru 2019, ftit tax-xhur wara li ġie ordnat saċerdot. Hu kien jgħin f’Ħad-Dingli biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ kuljum, fit-tmexxija tal-Grupp tal-Abbatini u talKummissjoni Pastorali Diġitali. L-għarfien tiegħu fl-informatika sewa ħafna biex matul il-pandemija l-parroċċa kellha preżenza qawwija online u kompliet il-missjoni evanġelika tal-Knisja fuq ilpjattaformi diġitali. Dun Matthew qed ikompli
Programm tal-Festa 2022
33
l-istudji tiegħu f’livell ta’ dottorat waqt li qed jagħti servizz pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp filKalkara. Nirringrazzjawh u nawgurawlu. L-Arċisqof fil-kappella taċ-Ċimiterju Fl-aħħar Ħadd tax-xahar ta’ Novembru, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna ċċelebra quddiesa millkappella taċ-ċimiterju tal-parroċċa tagħna. Ilquddiesa ta’ nhar il-Ħadd 28 ta’ Novembru 2021, li kien l-ewwel Ħadd tal-Avvent, ġiet imxandra dirett fuq Television Malta. Fil-quddiesa, l-Arċisqof aċċenna għat-tmiem tax-xahar ta’ Novembru u talab b’mod speċjali għall-erwieħ tal-mejtin midfuna fiċ-Ċimiterju ‘Mater Dolorosa’. Ta’ min jirrimarka li fil-kappella ta’ dan iċ-ċimiterju hemm midfun Dun Karm Azzopardi li miet nhar it-30 ta’ Lulju 1961 waqt li kien qiegħed iservi bħala Kappillan ta’ Ħad-Dingli. Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċisqof bierek salib ġdid li nħadem fil-ġebla tal-franka għal fuq is-saqaf tal-kappella minflok dak li kien hemm u li spiċċa biż-żmien. Is-salib il-ġdid nħadem minn Joseph Azzopardi u fih imnaqqxa s-sena 1954 meta kien ttella’ s-salib oriġinali u s-sena 2021 meta nħadem is-salib attwali. Eventwalment, is-salib ittella’ f’postu nhar id-19 ta’ April 2022. Fi tmiem l-istess quddiesa, Mons. Arċisqof ħawwel ukoll siġra fuq wara tal-kappella biex tfakkar il-memorja ta’ dawk li għaddew qabilna għall-ħajja ta’ dejjem. It-tħawwil tas-siġra sar fil-preżenza tal-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley, is-Sindku s-Sur Raymond Schembri u l-membri tal-Kunsill Lokali. Id-Domus restawrat biex jilqa’ wirt tal-parroċċa Mitt sena wara li nbena (1919), id-Domus reġa’ nġieb ġebel u saqaf billi tbattal mill-armar li kien fih maħżun u żżarmaw ukoll l-armarji li kien hemm. Fl-2020, beda xogħol estensiv ta’ manutenzjoni u restawr ta’ din il-binja fejn inbidlu xorok miksura u travi tal-injam, tneħħa l-kisi minn mal-ħitan u l-fili tkaħħlu biex inġiebu fuq stil antik. Tpoġġa madum ġdid, ġiet stallata sistema ġdida ta’ elettriku waqt li nħadmu twieqi, bibien u armarji ġodda. Il-bieb ta’ barra li għandu valur billi fl-imgħoddi kien il-bieb prinċipali tal-knisja ġie salvat u restawrat. Għal dan il-proġett, il-parroċċa sabet għajnuna u finanzjament mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Ix-xogħol kollu sar minn ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Fl-inawgurazzjoni, nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu 2021, il-Ministru Dr Ian Borg wera sodisfazzjon għall-għajnuna li ngħatat għal dan ilproġett għax stqarr li hekk jixraq lil postijiet bħal dawn u b’hekk issir ġustizzja storika magħhom u jibqgħu jitgawdew mill-poplu. L-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley, qal li dan il-post li minn dejjem serva b’xi mod jew ieħor il-bżonnijiet tal-komunità Dinglija, issa se jkompli jħares il-wirt patrimonjali tal-istess komunità. L-għada tal-inawgurazzjoni, fil-festa ta’ Santa Marija, id-Domus kien miftuħ biex il-poplu ta’ ĦadDingli seta’ jara u japprezza s-sena u nofs ta’ xogħol li saru biex din il-binja storika ġiet restawrata.
QUALITY STONES AT AFFORDABLE PRICES Kitchen Tops, Staircases, Flooring, Pool Coping, Fireplaces & Cladding.
www.desanamarbles.com
+356 2145 1350 | 9946 7776
Desana, Buskett Road, Dingli
info@desanamarbles.com
36
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Proġetti oħra bl-għajnuna ta’ fondi pubbliċi Matul is-sena li għaddiet, il-parroċċa sabet l-għajnuna tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali biex ġie restawrat il-ħajt l-antik mad-dawra tal-knisja. Dan ix-xogħol twettaq minn ħaddiema tal-kuntrattur Agius Stone Works u sar taħt is-superviżjoni tal-perit tal-parroċċa, is-Sur David Vassallo, li kien ħa ħsieb ukoll li jinġiebu l-permessi mill-awtoritajiet biex isir dan ix-xogħol. Sal-aħħar ta’ Marzu 2022 tlesta x-xogħol fuq l-ewwel fażi ta’ manutenzjoni u tisbiħ ta’ Dar Dun Ġwann Abela. Wara li voluntiera tal-parroċċa battlu l-post minn bosta affarijiet, f’xahrejn u nofs il-ħaddiema tad-Dipartiment taxXogħlijiet Pubbliċi għamlu l-interventi kollha meħtieġa fosthom it-twaqqiegħ ta’ ħajt diviżorju bejn l-ewwel u t-tieni kamra u b’hekk l-ispazju malli tidħol fil-post hu akbar, il-ħitan tqaxxru miż-żebgħa u nġiebu fuq il-fil stil antik, saret manutenzjoni fis-soqfa, tranġa xi madum, inbidlet is-sistema tal-elettriku u l-ilma, inħadmu aperturi ġodda tal-injam u l-aluminium u sar titjib fil-faċilitajiet sanitarji. B’hekk dan il-post jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu aħjar fil-ħajja tal-parroċċa. Jonqos isiru xogħlijiet fuq innaħa ta’ wara u fil-bitħa tad-dar. Nhar l-24 ta’ Marzu 2022, il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kienet fost numru ta’ parroċċi u organizzazzjonijiet li ffirmaw Memorandum of Understanding mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. B’dan il-ftehim, id-Dipartiment ntrabat li se jkun qed jiffinanzja: • ix-xogħol li fadal isir fil-bitħa ta’ Dar Dun Ġwann Abela; • il-materjal u l-bini ta’ sular fuq idDomus biex fih fost oħrajn jintrefa’ l-mant tal-istatwa ta’ Santa Marija; • il-materjal għall-bini ta’ rampa biex isservi ta’ aċċess għall-maħżen talfesta; • lift għaċ-Ċentru Parrokkjali Familja Mqaddsa; • ix-xogħol ta’ manutenzjoni u żebgħa tal-bibien ta’ barra tal-knisja; u • r-restawr tal-pulptu li kien hemm fil-knisja. Il-ftehim kien iffirmat mill-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment, il-Perit Stephen Bonello, fil-preżenza tal-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Dr Ian Borg, u s-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja, is-Sur Michael Pace Ross. Xogħlijiet oħra li saru mill-parroċċa Bħala parti mix-xogħol ta’ restawr tal-ħitan l-antiki fuq barra tal-knisja, inbidlu pajpijiet tad-dawl u l-ilma li kienu għaddejjin ġol-ħajt minn barra. Sar ukoll xogħol ta’ stallazzjoni ta’ elettriku u ilma fissagristiji. B’mod volontarju, twaħħal madum ġdid fit-toilet tal-knisja.
Programm tal-Festa 2022
37
Il-parroċċa investiet biex sar xogħol ta’ manutenzjoni u titjib fuq is-sistema li tipproteġi lill-knisja mis-sajjetti, bl-inklużjoni fost l-oħrajn tal-qniepen u strutturi oħra tal-ħadid li hemm fuq il-bejt talknisja. Is-sistema kollha ġiet iċċertifikata minn professjonisti ta’ kumpanija li topera f’dan il-qasam. Inxtara u ġie stallat tagħmir li jipproteġi s-sistema tal-elettriku tal-knisja fl-eventwalità li jkun hemm żidiet għall-għarrieda fil-vultaġġ elettriku. Wara 10 snin jopera, ingħata bidu għal programm ta’ manutenzjoni ta’ rutina taċ-Ċentru Parrokkjali biex jinżamm fl-aħjar stat possibbli. S’issa x-xogħol iffoka fuq l-elettriku, l-ilma u l-faċilitajiet sanitarji. Kompla x-xogħol ta’ organizzazzjoni tal-Arkivju Parrokkjali. Inxtraw aċċessorji spare għal-linef u brazzi li jintramaw fil-festi billi maż-żmien ħafna minn dawk li kellna ntużaw u ma nxtawx oħrajn biex tinżamm riżerva għalihom. Irid jingħad li minkejja l-kuntatti li l-parroċċa għamlet ma nstabux l-aċċessorji kollha għax għadda ż-żmien mindu dawn kienu nxtraw. Fl-aħħar sena benefattur ipprovda l-materjal u min għamel ix-xogħol ta’ tapezzerija fuq sett ta’ twapet ġodda biex jintramaw fuq il-presbiterju f’festi bħall-Milied u l-Għid il-Kbir. Dan ix-xogħol sar mingħajr ħlas, l-istess kif wara li tlesta l-ewwel fażi tax-xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ ta’ Dar Dun Ġwann Abela, persuna volontarjament għorkot il-madum tal-post. Inawgurat Ċentru Edukattiv u għall-Ħarsien tat-Tfal Nhar il-Ħadd 8 ta’ Awwissu 2021, ġie inawgurat il-Mini Me Child Care & Educational Centre, fi Triq il-Ġnien f’Ħad-Dingli. Dan hu ċentru edukattiv u għallħarsien tat-tfal operat mill-privat fi proprjetà tal-parroċċa. Dakinhar tal-inawgurazzjoni ċ-ċentru kien miftuħ għall-pubbliku li seta’ jara din il-faċilità ġdida fir-raħal. Din il-faċilità qed isservi bħala mezz ta’ introjtu għall-parroċċa iżda fuq kollox minnha qed jingħata servizz lil bosta familji Dinglin u mliet vojt li kien ilu żmien jinħass fir-raħal. Id-Dinglin jgħinu ’l min hu fil-bżonn Kienu bosta l-inizjattivi ta’ solidarjetà li saru fl-aħħar tnax-il xahar. Jekk nieħdu żmien il-Milied biss, minn Ħad-Dingli nġabret is-somma sabiħa ta’ € 5,850 għad-Dar tal-Providenza. Din is-somma nġabret waqt il-kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” u ġiet ippreżentata fl-ewwel jum tas-sena bħala parti mill-Festa ta’ Ġenerożità organizzata mid-Dar tal-Providenza. Għal sena oħra, bl-inizjattiva tal-Kummissjoni Tfal diversi persuni taw rigali u donazzjonijiet fl-inizjattiva li l-parroċċa organizzat għat-tfal li jgħixu f’Dar Fra Diegu. Inxtraw 52 rigal lit-tfal, food processor għad-dar u mid-donazzjonijiet li ngħataw kien fadal €1,405 biex matul is-sena jsiru proġetti oħra li jagħtu ’l dawn it-tfal kwalità ta’ ħajja aħjar. Bħala eżempju ta’ wieħed mill-proġetti li twettqu b’dawn il-flus, dan is-sajf residenti
40
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
f’Dar Fra Diegu qed igawdu ambjent isbaħ f’terrazzin li għamilnielu t-turf u xtrajna għalih għamara ta’ barra. Fi żmien il-Milied ukoll, tqassmu 27 hamper lil familji fil-bżonn u 19-il persuna taw iddemm f’nofs t’inhar li fih ilqajna ħdejn il-knisja l-Mobile Blood Donation Unit. Il-gwerra fl-Ukrajna sabet lit-tfal Dinglin lesti biex jgħinu. Matul ir-Randan, il-grupp tal-abbatini għamel sejħa biex jiġbor blalen mhux minfuħa u affarijiet oħra sportivi li huma ġodda biex jintbagħtu lil tfal Ukreni bħala mezz biex jgħaddu l-ħin f’dan iż-żmien diffiċli. Ir-rispons kien tajjeb ħafna, b’dawn l-oġġetti twasslu fl-Ukrajna b’kollaborazzjoni mal-organizazzjoni Malta for Ukraine. Apparti hekk, fittieni Ħadd tal-Għid ġiet ippreżentata s-somma ta’ €2,200 lil Malta for Ukraine biex jiġu nvestiti fl-edukazzjoni tat-tfal li qed jaħarbu mir-realta’ tal-gwerra fl-Ukrajna. Minn dawn, ftit aktar minn nofshom inġabru mit-tfal tal-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli u l-kumplament mill-Karus ta’ Imħabba li sar fir-Randan u minn donazzjonijiet oħra privati. Il-knisja u l-pandemija tal-COVID-19 Il-bankijiet tal-knisja għamlu sena u disa’ xhur stivati fin-navi. Minflokhom, fil-knisja ntużaw siġġijiet u b’hekk setgħet tinżamm id-distanza soċjali rakkomandata mill-awtoritajiet tas-saħħa. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru 2021, it-tifsila tal-postijiet fil-knisja ġiet irranġata b’mod li erġajna ntroduċejna xi bankijiet waqt li nżammet id-distanza mitluba. It-tifsila tal-bankijiet u s-siġġijiet treġġgħu lura għan-normal fit-tieni ġimgħa ta’ Mejju 2022 meta tneħħa wkoll l-obbligu tal-ilbies tal-maskra fuq ġewwa. Il-parroċċa tirringrazzja lil kull min fis-sentejn li għaddew għen fl-arranġamenti tal-pandemija fosthom grupp ta’ ushers li kienu jiċċekkjaw it-temperatura fid-dħul u jaraw li tinżamm id-distanza soċjali. Radd il-ħajr ukoll ’l dawk li għenu fit-tindif regolari tal-bankijiet u s-siġġijiet.
FREEWAY MARKETING for FRESH BREAD DAILY
Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts
56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 7945 4453 / 7931 9674
Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta
Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm
Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351
Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
YOUR HOME YOUR WAY
Get in touch | bov.com/homeloan |
@bovofficial
All loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from the Bank. The term of the loan must not go beyond retirement age. Issued by Bank of Valletta p.l.c. 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. is regulated by the MFSA and licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta). | COM 2635
SUNFLOWER CAMPAIGN 2022
NUMBERS YEAR IN
Palliative care provided to
1678
1300
families
Equipment items loaned to patients
248 Volunteers 40 Staff
Total cost to run our services
€1.8 million
Total hours of care delivered by the Hospice team Almost
56,652
per year
Support Hospice Malta to continue providing free of charge palliative care services to over 1300 patients and their families every year.
YOU CAN MAKE A DIFFERENCE!
Din il-paġna ġiet finanzjata minn persuna li xtaq jibqa’ anonimu. F’isem Hospice Malta, grazzi ta’ dan il-ġest sabih.
VO/0062
More information on Hospice Malta or making a donation online can be found on www.hospicemalta.org
Programm tal-Festa Il‑Ġimgħa, 5 ta’ Awwissu – Bidu tal‑Kwindiċina – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl‑Ewkaristija Il-parroċċa qed tistieden lil kulħadd biex il-mixja għall-festa nibdewha madwar Ġesù flEwkaristija. Filgħodu, is-saċerdoti tal-parroċċa jwasslu lil Ġesù Ewkaristija lill-morda li jitqarbnu fi djarhom kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. 8.00 a.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat fil-knisja għal talb u adorazzjoni privata sa 12.00 p.m. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 9.00 a.m. Mument ta’ adorazzjoni organizzat, immexxi mis-Superjur Joe Fenech. 6.30 p.m. Quddiesa tal-bidu tal-Kwindiċina ċċelebrata mill-ispazju miftuħ Dylan Zahra fi Triq Ġużè Ellul Mercer (quddiem il-grawnd tal-futbol). Imexxi l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara, purċissjoni bis-sagrament li tgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ġużi Cutajar, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira, Santu Rokku u l-Parroċċa. Fil-knisja ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Is‑Sibt, 6 ta’ Awwissu – Jum il‑Komunità Parrokkjali taħt il‑patroċinju ta’ Santa Marija Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa. Il-ġbir f’din il-quddiesa jkun għall-ispejjeż talfesta ta’ ġewwa. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli ċċelebrata minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Imexxi Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Wara, madwar l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija ssir Velja Marjana, il-funzjoni tal-Kwindiċina u tingħata l-Barka Sagramentali. Fi tmiem jingħata l-mandat lirreffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija u nsellmu lill-patruna tar-raħal tagħna. Ilpoplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.30 p.m. Pasta Night organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela. Il‑Ħadd, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill‑festa Il-ġbir fil-quddies tal-lum ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. 9.30 a.m. Quddiesa għall-familji bit-tfal organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Fiha ssir ilvestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Imexxi l-Kan. James Saydon, Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju talArċisqof. Il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. It‑Tnejn, 8 ta’ Awwissu – Jum it‑tifkira tat‑twaqqif tal‑banda u l‑inawgurazzjoni tal‑proġett tal‑każin tal‑Għaqda Mużikali Santa Marija 6.30 p.m. Quddiesa kkonċelebrata mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia u minn Mons. Louis Camilleri f’Misraħ Frenċ Abela. Tieħu sehem il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Fi tmiem issir il-funzjoni talKwindiċina. 7.30 p.m. Tibda ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-proġett tal-bini mill-ġdid tal-parti l-antika u l-estensjoni tal-każin u ssir il-mixgħela tal-faċċata tal-istess binja. Wara, jinħaraq logħob tan-nar tal-ajru mill-istess għaqda.
It‑Tlieta, 9 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit‑tfal tagħna 5.30 p.m. It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.10 p.m. L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri talM.U.S.E.U.M., il-Kummissjoni Tfal, il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides. 6.30 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Jean Claude Schembri. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira fl-okkażjoni tal-festa. L‑Erbgħa, 10 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż‑żgħażagħ tagħna 5.45 p.m. Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro MSSP. 8.00 p.m. Quddiesa fil-knisja għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ mmexxija mir-Rev. Jake Mamo SDB, Direttur tal-Oratorju Salesjan ta’ Ħad-Dingli. Wara l-quddiesa, se tiġi organizzata attività soċjali għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fl-Oratorju Salesjan. Il‑Ħamis, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta żżomm idejha fuq l‑Arċipriet u s‑saċerdoti tal‑parroċċa Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-kummissjonijiet tal-parroċċa. Wara l-quddiesa jsir mument ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat bi tħejjija għall-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-Arċipriet il-ġdid. Fi tmiem issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il‑Ġimgħa, 12 ta’ Awwissu – Il‑bidu uffiċċjali tal‑ħidma pastorali tal‑Kan. David Farrugia bħala Arċipriet ta’ Ħad‑Dingli. 5.15 p.m. Il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija tibda marċ minn quddiem il-każin tagħha f’Misraħ Frenċ Abela għal Triq il-Parroċċa u Triq il-Knisja. Minn quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali Familja Mqaddsa jibda korteo bis-sehem tal-Arċipriet il-ġdid, il-familja tiegħu u rappreżentanza mill-komunità parrokkjali. Akkumpanjat millbanda, il-korteo jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela u l-Parroċċa. 6.15 p.m. Nilqgħu fostna lill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna. Il-banda tilqgħu fuq barra tal-knisja bid-daqq tal-Innu Pontifiċju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, li fiha l-Kan. David Farrugia jingħata l-pussess bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli hu mistieden jattendi. Wara jsir riċeviment għal kulħadd filM.U.S.E.U.M. tas-Subien.
Is‑Sibt, 13 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lill‑anzjani u tilqa’ fi ħdanha lil ħutna li għaddew għall‑ħajja ta’ dejjem 9.00 a.m. Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Imexxi r-Rev. Carmelo Sacco SDB. Jiġi amministrat issagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l morda. 4.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara jiġi amministrat is-sagrament tal-Magħmudija. 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il‑Ħadd, 14 ta’ Awwissu – Il‑Vġili ta’ Santa Marija u Jum is‑Solidarjetà – Marija Assunta tipproteġi lit‑trabi fil‑ġuf u fil‑bidu tal‑ħajja nisranija Il-ġbir li jsir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun l-għotja ta’ karità tal-parroċċa għal żmien il-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Hospice Malta li jinsabu fl-aħħar fażi talproġett St Michael Hospice, binja f’Santa Venera li qed tinbidel fl-ewwel kumpless tax-xorta f’Malta fejn pazjenti morda bil-kanċer u mard ieħor jingħataw kura paljattiva b’xejn u servizzi ta’ appoġġ lill-qraba. 8.30 a.m. Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela sas-1.00 p.m. 9.00 a.m. Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju, Mons. Joe Galea Curmi li fiha niċċelebraw id-don tal-ħajja. Dan ser isir fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul l-aħħar sena li fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Mistiedna wkoll il-koppji li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. Il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. It‑Tnejn, 15 ta’ Awwissu – L‑Għid tal‑Assunta 9.30 a.m. Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Jiċċelebra l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 10.00 a.m. Tluq tal-Pellegrinaġġ tal-Muturi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali talImġarr. Il-pellegrinaġġ jintemm ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli bit-tberik tas-sewwieqa, li jkunu jistgħu jieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tal-11.00 a.m. Il-pellegrinaġġ hu organizzat għall-ħames sena mill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr. It‑Tlieta, 16 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall‑benefatturi tal‑parroċċa 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Alfred Vassallo OCD, Chaplain ta’ Hospice Malta li fiha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar, arranġamenti ta’ fjuri u tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Fi tmiem, tiġi ppreżentata s-somma li l-parroċċa se tagħti lil Hospice Malta bħala l-għotja ta’ karità fi żmien il-festa għall-proġett St Michael Hospice. Wara, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L‑Erbgħa, 17 ta’ Awwissu – L‑Ewwel Jum tat‑Tridu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għas‑saċerdoti, ir‑reliġjużi u l‑vokazzjonijiet 5.45 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri u r-Rev. Pawl Muscat OSA, ulied din il-parroċċa li fis-sentejn li għaddew iċċelebraw il-50 anniversarju talordinazzjoni saċerdotali. Fi tmiem il-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara, inkomplu naqsmu l-ferħ tal-okkażjoni flimkien b’bibita għal kulħadd. Il‑Ħamis, 18 ta’ Awwissu – It‑Tieni Jum tat‑Tridu – Marija Assunta tħares ’l-għaqdiet ta’ Ħad‑Dingli 5.45 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Frans Abdilla. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, tal-kummissjonijiet parrokkjali, talgħaqdiet, gruppi u każini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-Knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Il‑Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu – It‑Tielet Jum tat‑Tridu – Marija Assunta tħares il‑familji tagħna 5.45 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mill-Kan. Brendan Mark Gatt, Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Metropolitan. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja lil xi persuna jew familja fil-parroċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l-ħin lill-familji fil-bżonn. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, il-Merill, il-Ħemda, il-Gvernatur William Reid, Francesco Zammit, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela, ilKunċizzjoni, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fl-aħħar parti tal-marċ il-banda takkumpanja lill-istatwa ta’ Santa Marija sakemm titpoġġa fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Il-Kumitat Festa Esterna se jinawgura r-restawr ta’ żewġ pedestalli u trofew antik. Isir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna. Il-kant u l-mużika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa ser ikunu bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell. F’dawn il-ġranet titkanta l-antifona Hodie Maria, kompożizzjoni ta’ Mro Chappell u proprjetà tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.
Is‑Sibt, 20 ta’ Awwissu – Lejlet il‑Festa 8.00 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l-Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien sal-knisja. Imexxi l-Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija mill-Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP Illum din tkun l-unika quddiesa filgħaxija fil-parroċċa. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ilParroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. 10.00 p.m. Quddiem il-knisja, il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bissehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Il-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Sależjani u l-Maddalena. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri talKumitat Festa Esterna. Il‑Ħadd, 21 ta’ Awwissu – Jum il‑Festa ta’ Santa Marija 6.30 a.m. Quddiesa. 8.00 a.m. Quddiesa. 9.15 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Joseph Zahra OP, Kappillan tal-Parroċċa Madonna ta’ Fatima, Pietà/G’Mangia. 11.00 a.m. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Lemħet Filfla, Ġużè Ebejer, Dun Karm Azzopardi, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġuze’ Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika miż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. 11.15 a.m. Quddiesa. 5.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Jonathan Debattista, Viċi Arċipriet tal-Parroċċa Marija tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. 5.45 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. 5.45 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: ilBanda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ tal-purċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. 7.00 p.m. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni r-Rev. Jonathan Debattista. 10.15 p.m. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika filknisja. 10.45 p.m. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli.
Programm tal-Festa 2022
Mr Paul Falzon MANAGING DIRECTOR Opening Hours Monday to Friday 6.00am - 5.00pm Saturday 6.00am - 12.30pm
Tlata Ltd, Hardstone Quarry 32, Triq Santa Katarina, Rabat RBT 3210, Malta Email: hardstonequarry@gmail.com Tel: 2145 4346, 2145 0119 Mob: 9933 5501, 7949 5319 WhatsApp: 99335502
GEORGE ZAMMIT & SONS RELIGIOUS ARTICLES SUPPLIER (Est. 1954) 146, Old Bakery Street, Valletta - Malta Tel: 2123 2933 Mob: 9985 6842 Email: gzamson@onvol.net Facebook: George Zammit & Sons Opening hours: 09.00 - 13.00 daily
• Pjaneti • Rigali • Xemg˙a Likwida • Damask • Kalçijiet • Sferi • Ikoni
49
Triq l-Għajn
(on your way out of Dingli) Mob:
79008630
Free Delivery
50
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
DINGLI TYRE SERVICE Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.
(ħdejn iċ-Ċimiterju)
Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195
DINGLI IRONMONGERY Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine
All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on
9949 8074 7972 9689
M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates
Over 10,000 Paint Colours Available 21, Triq il-Parroċċa, Dingli Tel: 2745 4545 Mob: 7905 3401
OPENING HOURS TUES, WED, FRI 7.00am - 12.00pm 4.00pm - 7.00pm THU 7.00am - 12.00pm SAT 7.00am - 12.00pm
Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli
7927 9650
50, Triq il-31 ta’ Diċembru 1678, Ħad-Dingli
Mob: 7926 6565
Email: msddingli@gmail.com
Programm tal-Festa 2022
Use biocides safely. Always read the label and product information before use. Exclusively distributed by Charles de Giorgio Ltd (Tel: 25600500)
51
52
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
San Ġorġ Preca 1880 – 1962
60 sena minn mewtu 15-il sena mill-kanonizzazzjoni Din is-sena qed infakkru żewġ anniversarji b’rabta mal-qaddis Malti San Ġorġ Preca; is-60 sena mill-mewt tiegħu u l-15-il anniversarju mill-kanonizzazzjoni tiegħu. SAVIO D. BORG jikteb dwar il-mumenti ewlenin ta’ ħajjet din il-figura importanti Maltija, pilastru tal-Knisja, benefattur kbir tal-poplu, għalliem ħabrieki tal-Kelma t’Alla u appostlu tal-Evanġelju. Wara, żewġ anzjani Dinglin, JAMES EBEJER u PAUL ABELA, jisiltu mill-memorja tagħhom tifkiriet dwar Dun Ġorġ u l-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli. San Ġorġ Preca (aktar magħruf bħala Dun Ġorġ), twieled nhar it-12 ta’ Frar 1880, fil-Belt Valletta, u għex il-biċċa kbira ta’ ħajtu l-Ħamrun. Kien is-seba’ wild fost disa’ ta’ Vincenzo u Natalina nee` Ceravolo. Studja fil-Liċeo u fis-Seminarju Maġġuri. Qabel l-ordinazzjoni marad serjament tant li l-Professur Enrico Meli, ta parir lil missieru sabiex ma jħejji xejn għall-ordinazzjoni ta’ ibnu għax ma kellux ħajja twila. Imma ftit qabel l-ordinazzjoni, ħa saħħtu, u ġie ordnat saċerdot nhar it-22 ta’ Diċembru, 1906, minn idejn l-Arċisqof Pietru Pace fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ilBelt. L-appostolat ċentrali ta’ Dun Ġorġ kien it-tagħlim; kellu ħeġġa u ħerqa kbira li jgħallem il-Kelma t’Alla lill-poplu li kien jinsab f’injoranza reliġjuża kbira. Mhux biss xtaq jgħallem, imma ried jifforma għaqda ta’ lajċi li jkunu mpenjati bl-apostolat tat-tagħlim. Għalhekk beda jiġbor żgħażagħ għal din il-missjoni delikata. Minn fosthom għażel wieħed, Ewġenju Borg, li kellu jkun l-ewwel Superjur Ġenerali. Beda jgħallimhom it-tagħlim tal-Knisja u l-Iskrittura. Għall-ewwel kienu jiltaqgħu fil-knisja ta’ Nuzzo; ftit wara krew post fqajjar f’nru 6, Triq Fra Diegu, il-Ħamrun. Nhar is-7 ta’ Marzu, 1907, inżammet l-ewwel laqgħa f’dan il-post li kellu jkun il-mixtla ta’ din l-opra. Wieħed minn dawk preżenti, ssuġġerixxa l-isem ta’ Mużew. U Dun Ġorġ tant kellu ħerqa li jgħallem, li kull ittra tal-kelma M.U.S.E.U.M. rabat magħha kelma – Magister Utinam Seguatur Evangelium Universus Mundus – “Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek.” Kull bidu huwa iebes; xi wħud ma fehmux x’qed jagħmel Dun Ġorġ. Fl-1909, il-Vigarju Ġenerali tah ordni sabiex jagħlaq l-oqsma li kien fetaħ. Dun Ġorġ obda minnufih; kellu mħabba kbira lejn il-Knisja, u dejjem ubbidjenti lejn l-awtoritajiet tagħha. Biss, kien hemm kappillani li qabżu għalih u l-ordni ġiet irtirata. Fl-1910 beda l-appostolat fost in-nisa. Sa mill-bidu ta’ din l-opra qaddisa, Dun Ġorġ, dejjem emmen fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u fis-sehem tal-lajċi fil-Knisja! L-oqsma malajr bdew jinfetħu fl-irħula kollha ta’ Malta u Għawdex! Wara diversi provi oħra, bħal inkjesta tal-1916, l-Arċisqof Dom Mauro Caruana OSB, fl-1 ta’ Mejju 1932 approva r-Regola tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.). Esperjenza partikolari li baqa’ jsemmi tul ħajtu kollha, ġrat għall-ħabta tas-sena 1910; esperjenza li kkonfermat il-missjoni li kellu jwettaq matul ħajtu. Huwa stess jirrakkonta l-ġrajja ta’ Croce Marsa.
Programm tal-Festa 2022
53
Waqt li kien ġej bil-mixi minn Raħal Ġdid, għall-ħabta tal-5 ta’ filgħaxija, kif wasal qrib is-salib tal-Marsa, post iffrekwentat sew mill-pubbliku, jilmaħ tfajjel ta’ xi tnax-il sena, jiġbed karretta. Din il-karretta kellha roti wesgħin u baxxi ħalli tibqa’ soda malart, u mal-karretta qoffa mimlija żibel marbuta bil-ħbula. Dan it-tfajjel, b’ton ta’ kmand qal lil Dun Ġorġ, ‘Agħtini l-għajnuna’. U dlonk Dun Ġorġ, bla ma qies xejn, obda. Dun Ġorġ jistqarr li malli beda jimbotta l-karretta, ħass ħlewwa kbira u lanqas jaf lejn fejn marru hu u t-tfajjel bil-karretta! Ġrajja li Dun Ġorġ ifissirha hekk; il-karretta u l-qoffa huma s-soċjetà mużewmina, bit-tagħlim li jsaħħaħ il-moħħ u l-qalb tal-poplu, u t-tfajjel huwa Ġesù ta’ tnaxil sena li qed jiġbed imma qed jitlob l-għajnuna tas-soċi msieħba fl-għaqda mwaqqfa minn Dun Ġorġ. Minbarra bil-kelma, Dun Ġorġ kien jgħallem ukoll bil-kitba. Kiteb madwar 140 ktieb, dejjem blilsien Malti, anke meta dan kien imkasbar u mwarrab. Dun Ġorġ kien imfittex ħafna, persuna li l-poplu kien jafdah. Min kien ifittxu biex iqerr, min għal xi parir, min biex jiftaħ qalbu, kien ħabib ta’ kulħadd! Kien bniedem ta’ umilta` kbira; qatt ma fittex unuri! Minħabba l-umilta` u l-koerenza bejn dak li jgħallem u dak li jgħix, ħafna nies resqu lejh, u hu ressaqhom lejn il-Mulej. Mhux biss; kien imfittex ħafna għall-prietki speċjalment waqt is-sajdiet mużewmini. Dawn kienu jsiru fil-pjażeż madwar Malta kollha. Il-kelma tiegħu kienet tiġbed il-folol u trattab il-qlub iebsa! Fost id-devozzjonijet li kellu Dun Ġorġ, insibu devozzjoni speċjali lejn il-Madonna. Kiteb diversi talb ad unur tagħha, fosthom il-Vestis Honoris (Libsa ta’ Unur). Insemmu d-devozzjoni li kellu Dun Ġorġ lejn it-Trinita Mqaddsa u lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni: il-Verbum Dei. Ried li kull soċju jkun imżejjen b’dawn il-kelmiet għeżież. Anke d-dimostrazzjoni bil-Bambin lejliet il-Milied, kienet xewqa ta’ Dun Ġorġ, frott l-imħabba li kellu lejn dan il-misteru hekk kbir; “L-Iben ta’ Alla sar bniedem u għammar fostna.” Talba sinonima ma’ Dun Ġorġ u li hija fuq fomm kulħadd hija: “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla.” Ix-xewqa kbira li kellu li Ġesù jkun aktar magħruf u maħbub, wasslet biex fl-1952, bagħat l-ewwel soċji lejn l-Awstralja. Illum, din l-opra qaddisa, insibuha f’diversi pajjiżi fosthom; il-Kenja, il-Peru, l-Albanija, l-Ingilterra, il-Polonja u Kuba.
54
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Wara ħajja ta’ taħbit, Dun Ġorġ miet f’Santa Venera, fejn qatta’ l-aħħar xhur ta’ ħajtu. Ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu nhar il-Ħamis, 26 ta’ Lulju 1962, festa ta’ Sant’Anna. Il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża, (biswit id-Dar Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M.) il-Blata l-Bajda. Matul ħajtu, Dun Ġorġ, kellu l-fama ta’ bniedem qaddis. Il-kawża tal-kanonizzazzjoni bdiet fl-1975 u wara proċess rigoruż, nhar it-28 ta’ Ġunju 1999, ġie ddikjarat Venerabbli. Fid-9 ta’ Mejju 2001, Dun Ġorġ kien iddikjarat Beatu f’pajjiżna stess mill-Papa San Ġwanni Pawlu II u finalment Dun Ġorġ ġie meqjum għall-glorja tal-artali nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, 2007, mill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Pietru, fil-Vatikan. Dakinhar il-Papa kien qal lill-Maltin li Dun Ġorġ “huwa t-tieni missier tagħkom fil-fidi wara l-Appostlu San Pawl. Huwa jitlob għalikom biex tkunu tassew ħbieb tal-Evanġelju.’
Dun Ġorġ u l-ewwel snin tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli “Missieri u Dun Ġorġ kienu ħbieb sew. L-aħħar darba li ġie ĦadDingli, kien id-dar tagħna” – James Ebejer Il-konoxxenza tiegħi ma’ Dun Ġorġ, bdiet permezz ta’ missieri, John Baptist li kien ‘impressed’ mal-Gvern assenjat mad-Direttur talEdukazzjoni, il-mibki s-Sur Joseph P. Vassallo. Nixtieq insemmi tliet okkazjonijiet li niftakar fihom u li esperjenzajt direttament. L-ewwel każ kien meta Dun Ġorġ kien ġie jagħmel laqgħa Ħad-Dingli. Aċċidentalment jew bil-għajnuna t’Alla, kien iltaqa’ maz-zija tiegħi li kellha tifel ta’ sentejn u nofs fuq dirgħajha għax ma kienx jimxi sewwa. Kienet dejjem iżżommu fuq idejha u malli Dun Ġorġ iltaqa’ magħha staqsieha għalfejn ma tniżżlux jimxi. Fil-pront weġbitu li t-tifel ma Is-Sur James Ebejer jistax jimxi għax kellu sieq minnhom li kienet ittellfu. Pront, Dun Ġorġ messlu riġlu li kien qed juġgħu, u qalilha biex tniżżlu jimxi. Kif niżżlitu, it-tifel kien pront telaq jiġri kemm jiflaħ lejn id-dar. It-tifel baqa’ jikber u jistudja sa laħaq inġinier fejn ħadem il-power station. Esperjenza oħra li għext hi frott li dik il-ħabta kont ninżel għax-xogħol ma’ missieri. Darba fost l-oħrajn, aħna u neżlin għax-xogħol, missieri qalli: “Issa aħna u neżlin, ngħaddu ħa nkellmu lil Dun Ġorġ.” Jien dħalt ukoll għax ridt narah, u wara li kellmu ftit, Dun Ġorġ dar fuq missieri u qallu, “Patist, ħu paċenzja u kull filgħodu għaddi hawn ħalli twassalli ż-żewġ neputijiet li għandi l-iskola.” U hekk missieri beda jgħaddi biex iwassal lin-neputijiet l-iskola. Minn dak iż-żmien missieri u Dun Ġorġ saru ħbieb sew. Darba fost l-oħrajn, missieri qal lil Dun Ġorġ li xtaq iqerr. Dun Ġorġ fil-pront wieġbu, “Ejja filkamra tiegħi, ħalli tiskorri hemm.” Wara li qerr, missieri rringrazzja lil Dun Ġorġ u talbu biex jgħid lil Nellie (li kienet tieħu ħsieb lil Dun Ġorġ) biex tagħtih tazza ilma biex jieħu xi pilloli. Dun Ġorġ staqsa x’pilloli kien qed jieħu u missieri qallu li kienu tal-qalb. Minnufih Dun Ġorġ qallu biex ma joħodhomx aktar! Missieri kellu fiduċja kbira f’Dun Ġorġ; ma ħadhomx iżjed, u għex erbgħin sena oħra mingħajr il-pilloli tal-qalb. Meta miet, ma mietx b’mard tal-qalb!
Programm tal-Festa 2022
55
Insemmi fl-aħħarnett każ partikolari ħafna minħabba li tirrigwarda lil ħija, Antonio (Ninu) Ebejer, li kien soċju tal-M.U.S.E.U.M. Ġara li ħija marad bil-lewkemja u tela’ l-Ingilterra għar-raġġi. Jidher li kien ġie lura mfejjaq. Imma wara xi sentejn, reġgħet ħarġitlu l-marda u spiċċa f’qiegħ ta’ sodda. Ittobba qalulu li mhemmx ċans ta’ fejqan. Sadanittant missieri kien qal lil Dun Ġorġ li ħija kien marid serjament. Dun Ġorġ talab lil missieri biex itellgħu sa ħdejn ħija; dam tlett sigħat miegħu jassistih. Din kellha tkun l-aħħar darba li Dun Ġorġ żar Ħad-Dingli. Wara li wassal lil Dun Ġorġ lura f’daru, missieri ġie mbikkem ħafna, għax Dun Ġorġ kien qallu, “kull bidu ta’ ħajja għandha t-tmiem.” Ħija miet l-għada taż-żjara ta’ Dun Ġorġ, nhar l-20 ta’ Jannar, 1960, fl-età ta’ 29 sena. Missieri ħadha bi kbira l-mewt ta’ ħija; ma kienx jiflaħ, u ma kienx imur għax-xogħol. Għalhekk għamel żmien ma jmurx għand Dun Ġorġ biex iwassal lin-neputijiet. Għadda żmien mhux ħażin u meta missieri rkupra xi ftit u reġa’ beda jinżel għax-xogħol, beda jgħaddi għan-neputijiet ta’ Dun Ġorġ biex iwassalhom l-iskola. X’ħin rah, Dun Ġorġ qallu, “Mela ejja Patist, kemm ili nistenniek!” Missieri spjegalu għalfejn u Dun Ġorġ wieġbu, “Patist, ifraħ għax it-tifel qiegħed il-ġenna; Sant’Antnin għamel ħafna miegħu!” Is-Sur John Baptist Ebejer
James Ebejer hu minn Ħad-Dingli u baqa’ joqgħod f’raħal twelidu. Għandu 89 sena u miżżewweġ lil Georgina née Apap.
“Il-M.U.S.E.U.M. kien post żgħir b’żewġt ikmamar u kappella” – Paul Abela Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn is-soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. li ppreparatni tajjeb biex fi tfuliti rċevejt is-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof u tatni pedament tajjeb għallformazzjoni nisranija tiegħi. Fi tfuliti, il-qasam tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien f’ĦadDingli kien proprju quddiem il-Knisja Parrokkjali; f’post li għadu mibni u li jinsab biswit id-dar fejn kien joqgħod Dun Ġwann Abela, fi Triq il-Parroċċa. Kien post żgħir fis-sular ta’ fuq b’żewġt ikmamar u kappella, mżejna b’artal li fuqu kien jispikka l-Kurċifiss. Ilbankijiet kienu skomdi u bla dahar! Minħabba ċ-ċokon tal-post, it-tagħlim tad-duttrina kien isir f’ħinijiet separati għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina u wara għat-tfal tal-Griżma. Dan il-post kellu gallarija twila u sabiħa ħafna li minnha konna ngawdu l-funzjonijiet sbieħ talfesta. Niftakar tajjeb li fi tfuliti s-soċji kienu kollha Dinglin: is-Superjur Salvu Azzopardi, Ġużeppi Tanti, Żaren Abela u Wenzu Galea. Is-soċji Carmelo Abela u Ġanni Farrugia ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ wara diversi snin bħala katekisti f’dan l-istess qasam. Fost il-ġimgħa konna mmorru għal-lezzjonijiet talkatekiżmu kuljum minbarra nhar ta’ Erbgħa. Kienet tkun mistennija ħafna l-passiġġata ta’ kull nhar ta’
Il-bini li kien jilqa’ l-M.U.S.E.U.M. tas-subien fi Triq il-Parroċċa
56
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Ħadd. Dawn kienu jsiru wara t-tagħlim tal-katekiżmu għal kulħadd li kien isir fl-4.00 p.m. fil-knisja mill-Kappillan Dun Karm Azzopardi. Ħafna drabi, għall-passiġġati tal-M.U.S.E.U.M. kienu jeħduna fuq l-irdumijiet jew lejn in-naħa ta’ Misraħ Suffara. Żmien il-Milied kien speċjali fil-M.U.S.E.U.M. Apparti n-novena u l-premjazzjoni, il-qofol kien jintlaħaq bid-dimostrazzjoni bil-Bambin mat-toroq tar-raħal. Għall-ewwel kienet issir f’jum ilMilied, nhar il-25 ta’ Diċembru. Kien isir hekk għax kienu jiġu jgħinu fl-organizazzjoni ħafna soċji mir-Rabat, li kienu jagħmluha lejlet il-Milied. Din il-purċissjoni sabiħa kienet tispiċċa dejjem bilprietka tal-Milied fil-Knisja Parrokkjali. Niftakar tajjeb ukoll is-sena li bdiet tiġi organizzata missoċji Dinglin biss u li bi tħejjija għalhekk konna għamilna xi tliet xhur filgħaxijiet nqattgħu bl-arkett disinni fl-injam biex inħadmet il-bandalora bil-kliem ‘Verbum Dei Caro Factum Est’ u sett skudi b’messaġġi marbuta mal-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesù. Dan ix-xogħol kien sar taħt id-direzzjoni tas-soċju Żaren Abela. Fis-sajf, bħala tfal tad-duttrina konna nkunu mħeġġin nattendu għall-ħuġġieġa sabiħa li kienet issir wara l-inżul tax-xemx fil-festa ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum. Ta’ kull sena kienet issir is-sajda mużewmina mifruxa fuq ġimgħa fuq iz-zuntier tal-knisja, wara r-reċita tar-rużarju u l-barka sagramentali. Il-qasam tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet niftakru l-ewwel fi Triq San Rokku u mbagħad meta ħallejt ir-raħal kienu qed jaħsbu biex jiċċaqilqu għal post fi Triq il-Kbira. Bħala soċji niftakar tajjeb lisSuperjura Agnese Gatt li kienet tiġi mir-Rabat, u lis-soċji Margerita Abela, Nina Abela, Katarin Farrugia, u Maria Muscat (li kienet taf taħdem tajjeb in-newl). L-istess bħal tas-subien, minħabba li l-post kien żgħir, it-tagħlim tad-duttrina kien isir f`ħinijiet differenti għażżgħar u għall-kbar. Kemm tkun ħaġa sabiħa li nitolbu u ngħinu b’kull mezz lis-soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. biex bl-interċessjoni ta’ Marija Mtellgħa fisSema, il-Mulej ikattar il-vokazzjonijiet ta’ aktar soċji. B’hekk ikomplu fil-missjoni li beda San Ġorġ Preca li jagħmlu lil “Ġesù magħruf u maħbub” permezz tat-tagħlim, li kif kien isejjaħlu l-fundatur “hu l-għajn ta’ kull ġid.” Paul Abela hu minn Ħad-Dingli u għandu 86 sena. Fl-1959 iżżewweġ lil Luckie née Galea u mar joqgħod il-Mosta fejn għadu jgħix sal-lum.
Is-Sur Paul Abela
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI FL-ORATORJU SALESJAN F’ĦAD-DINGLI miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra
Programm tal-Festa 2022
57
Ħad-Dingli fi Francis Ebejer Ħad-Dingli hu kburi b’uliedu fosthom dawk li għamlu isem f’oqsma differenti tal-ħajja. Filletteratura nsibu lil Francis Ebejer (1925 – 1993) li mhux talli qatt ma ċaħad l-għeruq tiegħu iżda r-raħal ispirah f’kitbietu. MATTHEW CHAPPELL jikteb dwar kif Ħad-Dingli hu minsuġ fil-kitba ta’ Francis Ebejer. Min kien Francis Ebejer? Francis Ebejer twieled fit-28 ta’ Awwissu tal-1925 f’Ħad-Dingli, fid-dar li llum hija l-Għassa tal-Pulizija1. Missier Francis, Ġużè, kien is-surmast tal-iskola primarja tar-raħal u ommu, Josephine, kienet għalliema tal-matematika fl-iskola sekondarja tal-Belt. Madwar l-1942, Ebejer jilħaq interpretu mal-armata Ingliża fl-Afrika ta’ Fuq u wara sena hemmhekk, jirritorna Malta u lejn Ħad-Dingli, irraħal tiegħu. Fl-1944 jingħaqad madDipartiment tal-Edukazzjoni bħala għalliem u fl-1948 jintbagħat kors ta’ sentejn ġewwa Middlesex, fl-Ingilterra. Bejn is-snin 1961 u 1962 rebaħ grant biex imur fl-Istati Uniti. Hawnhekk jibda jispikka Ebejer il-kosmopolitan li bil-mod il-mod jibda jinfetaħ għal ħsibijiet, ideat u influwenzi barranin li kienu għaddejjin fi żmienu li wkoll jispikkaw ’il quddiem fid-drammi tiegħu. Fis-snin ħamsin, ilkitba bil-Malti ta’ Ebejer issib il-bidu tagħha f’kitbiet qosra għar-radju. Fost dawn insibu Is-Sejħa ta’ Sarid u L-Għassiesa tal-Alpi. Qiegħed nirreferi speċifikament għall-Malti għaliex l-ewwel kitbiet tiegħu kienu bl-Ingliż. Ebejer jilħaq il-qofol tas-suċċess letterarju tiegħu bħala drammaturgu. Bosta akkademiċi kitbu u esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar it-teatru li kiteb. Ngħidu aħna, il-Professur Oliver Friggieri jiddeskrivi t-teatru ta’ Ebejer bħala t-teatru tal-kuntrasti għaliex minkejja li l-karattri li ħoloq Ebejer għandhom xi ħaġa komuni bejniethom, xorta waħda jinħass il-kunflitt ta’ personalitajiet fi ġlieda kontinwa ma’ xulxin2. Fost l-aktar tliet drammi li jibqgħu jissemmew huma: Vaganzi tas-Sajf (1962), Boulevard (1964), u Menz (1967). Dawn id-drammi raddew lura xi ħaġa li s-soċjetà ta’ żmien Ebejer kienet għatxana għaliha; l-intellettwalità. Skont Saviour Tabone3, it-teatru li sab Ebejer kien wisq tradizzjonali u ta’ spiss jibbaża fuq il-farsa (dramm tad-daħk) jew il-melodrama (dramm tal-biki). Bid-drammi tiegħu Ebejer juri li filwaqt li l-ħajja f’Malta tinsab maqbuda fi gżira żgħira, din l-istess gżira tagħmel parti wkoll minn dinja li qiegħda tevolvi bl-influwenzi kollha li ġġib magħha. Għalhekk, Ebejer kien konxju li Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran. Il-lokazzjoni fil-kitba L-ebda xogħol artistiku ma jitwieled ġo vaku. Bħal forom oħra ta’ arti, il-letteratura ma tistax tgħix waħedha, ma tistax tgħix fl-imkien jew tissawwar mill-imkien. Sabiex nispjega dan b’mod aħjar filmetafora popolari, il-letteratura sservi ta’ mera tas-soċjetà. Minkejja li tista’ tkun universali (kunċett li mhux se niddiskutih hawnhekk), kif jemmen f’kitbietu l-Professur Oliver Friggieri, din xorta ma tistax tinħoloq mingħajr il-kuntest personali, kulturali, politiku u ekonomiku li fih tinsab. Għalhekk, nistgħu ngħidu li l-letteratura ssib il-bidu tagħha fil-meta u l-fejn.
60
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Din l-idea li l-letteratura tgħix id f’id mat-territorju tagħha, tispikka b’mod ġenerali fid-drammi ta’ Ebejer. Matul is-sittinijiet Malta kienet għaddejja minn taqlib kbir, taqlib li twieled riżultat tal-kisba tal-Indipendenza tal-1964. Dak iż-żmien, ġab miegħu l-bżonn ta’ politika ġdida, ta’ ekonomija ġdida u tibdil soċjali sħiħ sabiex il-pajjiż, mis-sistema kolonjali, isib metodi ġodda ta’ kif jgħajjex il-popolazzjoni.4 Flisfond ta’ dawn it-tibdiliet fil-pajjiż, Ebejer, permezz tad-drammi tiegħu, beda janalizza aspetti differenti tas-soċjetà Maltija ta’ żmienu. Minbarra l-influwenzi taż-żmien li fih kien qiegħed jikteb, l-ambjentazzjoni ta’ Ebejer hija realistika. Ngħidu aħna fid-dramm Meta Morna tal-Mellieħa, insibu t-taqbida bejn il-Ħamrun u l-Mellieħa, l-għeluq kontra l-ftuħ. Fid-dramm Karnival insibu l-ambjent fi triq ġewwa r-Rabat. Il-Ġaħan ta’ Binġemma, ismu miegħu, huwa ambjentat f’Binġemma. Fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann5 Ebejer jagħmel bosta referenzi għar-raħal ta’ Ħad-Dingli. Hawn jibda jispikka l-aspett toponomastiku f’Ebejer, jiġifieri r-referenzi għall-postijiet partikolari jew l-ambjentazzjoni li jintrabtu mal-kitba. Sabiex nersqu iktar lejn kif jidher ir-raħal ta’ Ħad-Dingli fil-kitba ta’ Ebejer, fir-rumanzett, ittoponimija tispikka f’aspetti differenti bħalma huma l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, is-skiet li kapaċi joffri dan ir-raħal ta’ żmien Ebejer, fir-referenza ta’ spiss għall-għelieqi, għall-ħamrija, għax-xemx u għall-baħar ta’ taħt l-irdum. Dawn huma kollha aspetti differenti li Ebejer kien jesperjenza u għalhekk, b’mod speċjali fir-rumanzett, dawn l-aspetti ħadu posthom fil-kitba. Rużann, il-karattru ċentrali firrumanzett, jirrappreżenta ’l ħafna bdiewa Dinglin li fi żmien Ebejer kienu jgħixu mill-għelieqi tagħhom. Kif se nuri, ĦadDingli, fir-rumanzett ta’ Ebejer għandu post siewi u minkejja li ma jissemmix il-ħin kollu, ismu, xorta waħda jibqa’ jidwi sat-tmiem tar-rumanzett. Ir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann u Ħad-Dingli F’dan ir-rumanzett, Francis Ebejer jitkellem dwar l-Istorja ta’ Malta permezz tal-metafora ċentrali tal-kontinwità. Matul l-iżvilupp tal-plott, jidhru għadd ta’ referenzi għall-Ewwel Gwerra Dinjija, għar-rivoluzzjoni Russa tal-1917, għallirvellijiet tas-Sette Giugno tal-1919, għas-self government u għall-kuxjenza favur l-edukazzjoni obbligatorja, fost l-oħrajn. Il-kontinwità qiegħda tevolvi u tiżviluppa tul il-ġenerazzjonijiet permezz tal-ħarsa ta’ Rużann. Dan ilkunċett tal-kontinwità jorbot miegħu l-imgħoddi, il-preżent u l-ġejjieni. Il-ħarsa spiritwali, li tiġbor fiha l-wirt kulturali, it-tradizzjonijiet u l-valuri kollha ta’ ġens sħiħ, tinsab f’ruħ id-dixxendenti ta’ Rużann li huma Karmenu, Marija, Luċija u Ġina. L-idea ċentrali tar-rumanzett għalhekk, hija l-identità Maltija li tibqa’ tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.
Programm tal-Festa 2022
61
Wieħed jista’ jsaqsi, kif tidher sewwasew id-“dinglinità” jew aħjar kif jidher ir-raħal ta’ Ħad-Dingli fil-kitba ta’ Ebejer? Fil-ftuħ tar-rumanzett, insibu lil Ebejer mill-ewwel jorbot il-kitba ma’ post partikolari meta jikteb “…żewġ sħabiet aħħarija mdendlin fuq ir-raħal ta’ Ħad-Dingli, taret dritt għal ġo għajnejha, tkebbishom ġamriet.” Minkejja li l-karattri, ħafna drabi huma immaġinattivi, min-naħa l-oħra l-art li qed jikteb dwarha hija reali. Ebejer jorbot il-kitba mal-atmosfera pastorali li wieħed jesperjenza fuq l-irdumijiet u r-raba ta’ Ħad-Dingli. Is-sentenzi qosra u biċ-ċesuri (waqfiet) li jiftaħ bihom, ifuru bl-arja u l-kalma li l-pajsaġġ tar-raħal jaf joffri. Konsegwenza ta’ hekk, fil-bidu jibda jinħass l-element tridimensjonali li fih, Ebejer, waqt li qiegħed jiddeskrivi l-ewwel laqgħa bejn Rużann u l-baruni Mark Antonin, fl-istess waqt ifawwar din il-laqgħa fl-esperjenza paċifika li kienet tinħass f’Ħad-Dingli ta’ żmienu. Naturalment, Ħad-Dingli ta’ żmien Ebejer, anke minħabba l-fatt li l-urbanizzazzjoni kienet għadha ma qabditx ir-ritmu mgħaġġel tagħha, kien aktar paċifiku. Il-kitba fil-ftuħ, ma tibqax kliem fuq karta iżda ssir esperjenza konkreta mill-isbaħ. Matul ir-rumanzett, kif se nuri bi kwotazzjonijiet qosra, Ebejer jieħu l-irwol tal-esploratur tal-pajsaġġ. Il-pajsaġġ jipprova jisfruttah bil-ġentilezza billi ma jħallihx kif inhu iżda litteralment jagħmlu tiegħu u jużah. Hu juża l-għelieqi, l-irdumijiet, il-baħar u dak kollu li jikkumplimentah. F’dan ir-rumanzett, Ebejer, iħossu spiritwalment qrib in-naħat tal-irdumijiet u għalhekk dawn ma jibqgħux l-irdumijiet li nafu aħna iżda jsiru suġġett letterarju. F’Il-Ġaħan ta’ Binġemma, ukoll insibu ambjent pastorali u raħli bħalma huwa dak tar-rumanzett. L-irħajjel ta’ Binġemma jinsab fil-qalba tar-raba’ u hawnhekk, għal darb’oħra jispikka l-bniedem f’Ebejer li jsib il-wens tiegħu fil-pajsaġġ Malti. Hawnhekk se nniżżel għadd ta’ kwotazzjonijiet mir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann biex nuri r-rabta mill-qrib li Ebejer kellu mal-pajsaġġ ta’ Ħad-Dingli kif ukoll l-għadd ta’ referenzi li fihom jissemma’ ir-raħal f’din il-kitba: • “…fl-ikħal bħas-sema ta’ dakinhar u bħall-baħar ta’ taħtna, taw titwila ħafifa lejn għasfur tal-bejt li dak il-ħin kien għaddej itir moħħu f’xi serqa oħra.” • “Ilmaħtek darba tnejn fl-irziezet ta’ fuq ix-xaqliba l-oħra tal-Kappella tal-Madliena.” • “Imbagħad fuq xifer l-irdum int kont dort u għebt.” • “U kien jisimha Rużann, tmejjel għonqa, bħal dak tal-aqwa statwa li qatt rajt fil-mużewijiet Ewropej (in-natura hija l-ogħla art?) għal fuq ix-xogħol qalb il-blat ta’ taħt l-irdum ta’ Ħad-Dingli” • “…jgħammru f’dar bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli li jien kont ħejjejt għalihom…” • “Il-baruni Mark Antonin de los Ingallos tal-Imdina u l-bidwija Dinlija Rużann, forsi ħabbew lil xulxin.” • “Dik il-ħarsa li tagħti xi ftit fl-ikħal bħal dak tal-baħar ta’ taħt Ħad-Dingli…” • “L-Ave Marija kienet ilha li ndaqqet fuq il-qanpiena majjistra u mxaqqa tal-knisja ta’ Ħad-Dingli.” • “…Wenzu telaq in-negozju tal-ħaxix, biegħ il-ħmar u l-karettun, u fetaħ dan il-ħanut tal-inbid f’Ħad-Dingli, ċens tal-knisja.” • “…it-tnejn b’ġirja waħda tul mogħdija mħarrba f’xifer l-irdum tal-Madliena.” • “…stħajlu qiegħed fuq l-irdum tal-Madliena ta’ Ħad-Dingli fix-xemx, u fejn kollox kien sabiħ u jfuħ qalb il-blat u r-raba’ bil-merqtux u l-ħabaq tiegħu, u ’l isfel, il-baħar.” • “…Ġina fdat il-ġenituri tagħha taħt il-ħarsien għaqli ta’ żewġ neputijiet u qabdet it-triq lejn ilkappella tal-Madliena fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli.” • “U issa bdiet tassew tgħajtu l-isem, f’dik id-dinja ta’ blat u sema u baħar…” Dawn il-kwotazzjoni huma mifruxin matul ir-rumanzett kollu. Minkejja li l-fokus tal-plott huwa fuq id-dixxendenti ta’ Rużann u l-ġrajjiet li jgħaddu minnhom, Ebejer, f’xi waqtiet jerġa’ jfakkarna li l-ambjentazzjoni tal-kitba tinsab fir-raħal ta’ Ħad-Dingli billi jinfilsa ismu f’mumenti differenti talkitba.
Il-Festa t-Tajba lir-residenti Dinglin kollha
PERIT
DAVID VASSALLO
99436306
perit.davidvassallo@gmail.com
In-Nutar
AYRTON BUHAGIAR jawgura l-Festa t-Tajba lill-familji Dinglin kollha. Uffiċju: 107, Triq il-Kbira, Ħad-Dingli (faċċata tal-Iskola) Mobile: 99449687 Email: ayrton_b@live.com
SKOPRI u TGĦALLEM
fuq id-dinja ta’ MADWARNA
Għal aktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ, skennja dan il-Kodiċi QR.
www.esplora.org.mt ESPLORA | Interactive Science Centre Villa Bighi, Kalkara KKR 1320 - Malta Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 2300 jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza kien kofinanzjat mill-ERDF Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea
64
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-karattri fir-rumanzett u l-interazzjoni tagħhom mal-pajsaġġ L-enfasi tinsab dejjem fuq il-Kappella tal-Madliena, il-baħar u l-irdumijiet. Fuq dawn it-tliet spunti jirnexxilu joħloq il-kwadru pajsaġġistiku u miegħu jżejjen il-karattri li kollha jinteraġixxu ma’ dan ilpajsaġġ u jesperjenzawh b’modi differenti fl-uniċità tagħhom. Għal Mark Antonin u Rużann il-pajsaġġ ta’ Ħad-Dingli jsir il-post li fih jiltaqgħu għall-ewwel darba u jikkonfermaw l-imħabba ta’ bejniethom. Għal Rużann il-pajsaġġ ta’ Ħad-Dingli jsir il-ħidma tagħha ta’ kuljum fl-għelieqi u li minnu tgħix hi u tgħajjex lil binha. Għal Karmenu, il-pajsaġġ isir il-post li tnissel fih għaliex huwa jitwieled firrazzett stess mal-ħoss tal-baqar. In-natura bħal donnha tagħti merħba lil Karmenu f’din id-dinja. Wenzu jinteraġġixxi ma’ ĦadDingli billi jiftaħ ħanut tax-xorb. Il-ħwienet tax-xorb fl-irħula kienu xi ħaġa ikonika li ssibha f’ħafna rħula diversi f’Malta. Ġina tinteraġixxi mal-pajsaġġ ta’ Ħad-Dingli billi kienet tmur tpitter fuq l-irdumijiet u għalhekk, il-pajsaġġ, għal Ġina, isir is-sors ta’ ispirazzjoni. Hawnhekk tispikka l-idea romantika tar-ritorn tal-bniedem lejn in-natura għaliex fiha jsib il-wens u l-kuntentizza.6 Ebejer juri kif il-karattri li welled hu fir-rumanzett, kienu jesperjenzaw lil Ħad-Dingli u n-natura b’modi differenti kif wisq probabbli kien jesperjenzahom hu wkoll. Ħad-Dingli u l-pajsaġġ kollu li jikkumplimentah, b’mod speċjali f’Il-Ħarsa ta’ Rużann, isiru l-għajn artistika li minnha Ebejer joħloq xogħol letterarju millisbaħ biex permezz tal-kliem ipitter il-ġrajja ta’ Malta u ta’ missirijietna tul iż-żminijiet. Referenzi
Ebejer, F. (1982). Self Portrait. Friggieri, O. (1995). L-Istudji Kritiċi Miġbura. Msida: Malta University Services. 3 Tabone, S. (1991). Analiżi Tas-Soċjetà F’Menz Ta’ Francis Ebejer. 4 Ebejer, F. (2019). Karnival : Dramm. Klabb Kotba Maltin. 5 Bejn ħaltejn : Antoloġija għal-letteratura fil-livell taċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES). (2011). Msida: Malta University Publishing. 6 Aloisio, D. (2012). Ħoloq: Noti u taħriġ fuq Bejn Ħaltejn [għall-eżami taċ-ĊES]. Blata il-Bajda: Merlin. 1 2
Crazy
Cook
Nickovich
Fruit & Vegetables and Groceries Issibu frott u ˙axix frisk kuljum, frawli tal-aqwa kwalità kif ukoll xelta vasta ta’ mlu˙a.
Free Delivery 31, Triq il-Kulle©©, Rabat (Faççata l-Iskola Primarja)
St Rita Street, Rabat, Malta Tel: 2145 3750
Tel: 2720 3934 Mob: 9948 9409 Óinijiet tal-Ftu˙: Mon - Fri: 7.00am - 7.00pm Saturday: 7.00am - 1.00pm
Programm tal-Festa 2022
65
EXCAVATION WORKS & DEMOLITION Carl Mifsud Mob: 9924 6985
Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day
Factory: Anthony John Coleiro Street, Industrial Zone, Ħandaq, Qormi For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191
in business since 1977
DINGLI ALUMINIUM Web: www.dinglialuminium.com Email: dinglim3@onvol.net
Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort. Charlie and Janet welcome you to:
The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here
Mob: 79423666
Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 14.00
Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha!
+356 9977 7666 contact@ianborg.eu
follow
68
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Christopher Cassar Mob: 9986 1769 leoconfectionery@gmail.com facebook.com/leoconfectionery
t filgħodu Nhar ta’ Sib ers nkun il-Farm ali Q Market, Ta’
Leo Confectionery
21, St Mary Street, Qormi QRM 2302
JC Detergent & More
PRIVATE LESSONS AT DINGLI
All kinds of detergents, toiletries, carpets, sheets, towels & many more items
MATHEMATICS
Triq San Ġwann Bosco, Dingli Tel: 27181010 Opening Hours Monday • Tuesday • Thursday • Friday 8.00am - 12.00pm & 4.00pm - 7.00pm Wednesday & Saturday 8.00am - 1.00pm
Free Delivery
SEC O-Level for 2023 Form 4 (Year 10) for 2022-2023 Starting August 2022
Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532
Programm tal-Festa 2022
69
alex agius saliba Membru Parlamentari Ewropew
Il-festa t-tajba
lid-Dinglin kollha Agħmel kuntatt
7943 5702 info@alexagiussaliba.com
Uffiċini 23a, Jackson Court, St. Michael’s Str. Fgura 74/7, Triq Borg Olivier, Rabat, Għawdex www.alexagiussaliba.com
Download the free Tallinja App for real-time bus information
Download the app
www.publictransport.com.mt
Select bus stop on map
See bus arrival times
72
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-Għajn Main Street, Dingli
GALSONS TA K E - O U T
Ġużè Ellul Mercer Street, Dingli Tel: 21453289 Mob: 79405820
STATIONERY • GIFTS & TOYS SUB-POST OFFICE from Monday to Saturday
Tel: 2145 3763
Mob: 7985 8722
E-mail: ghajnstationery@gmail.com
Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – Thursday 9.00 a.m. – Friday 9.00 a.m. – Saturday 9.00 a.m. –
5.00 p.m. 5.00 p.m. 7.00 p.m. 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables Ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli It-Tnejn u l-Ħamis : 9.30am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ġimgħa : 10.00am - 12.00pm Ħdejn il-ħanut fi Triq il-Kbira Minn Settembru sa Lulju, is-Sibt u l-Ħadd 8.30am - 2.00pm Ħdejn id-dar ‘Moncheri’, Triq Ġużè Ellul Mercer, Ħad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa : 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm Triq Ġużi Cutajar It-Tnejn u l-Ħamis : 8.00am - 9.30am Triq Ġużè Ebejer u Triq San Pawl tal-Pitkali It-Tlieta u l-Ġimgħa : 8.00am - 9.30am
Mob: 9947 9810
40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery
6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884
Programm tal-Festa 2022
73
Il-festa ta’ Santa Marija fl-2021
It-tieni waħda waqt il-pandemija tal-Covid-19 Mhix normali li fil-publikazzjoni tal-festa nagħtu rendikont dettaljat ta’ kif iċċelebrajna l-festa tas-sena ta’ qabel. Madankollu, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari li konna qed ngħixu fis-sajf tal-2021, dehrilna li għandna nħallu tifkira stampata ta’ kif Ħad-Dingli ċċelebra t-tieni festa ta’ Santa Marija waqt il-pandemija tal-COVID-19. Għal dan il-għan, MARIO MICALLEF idur dawra mat-tifsila tal-festa titulari ta’ sena ilu, kemm fil-knisja u anke fuq barra. F’Awwissu 2021, il-ħajja ta’ kuljum kienet għadha kkaratterizzata minn għadd ta’ restrizzjonijiet bħala parti mill-isforzi tal-awtoritajiet biex irażżnu l-firxa tal-imxija tal-COVID-19. Jekk nieħdu biss il-knisja tar-raħal tagħna, l-ispazju għal nies bilqiegħda kien għadu limitat għal taħt il-100 persuna. Biex tinżamm id-distanza soċjali, kienu għadhom qed jintużaw is-siġġijiet. Fil-fatt, il-bankijiet kienu għadhom stivati kollha fin-navi. Fuq barra, mix-xahar ta’ qabel kienu bdew jingħataw permess isiru l-ewwel attivitajiet, b’limitu iżda ta’ kemm jistgħu jattendu nies, iridu jkunu bilqiegħda, jirreġistraw minn qabel u jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Il-mixja spiritwali għall-festa bdiet nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu b’ġurnata madwar l-Ewkaristija Mqaddsa. Il-parruċċani kienu mistiedna jsibu ħin matul il-ġurnata biex iqattgħu ftit mumenti ta’ talb u adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fil-knisja jew fil-Kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Don Bosco. Filgħaxija, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley mexxa l-quddiesa tal-bidu tal-kwindiċina li għaliha kien mistieden kulħadd. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-kwindiċina tal-festa għal kategoriji differenti fi ħdan il-komunità parrokkjali saru kollha fil-knisja biċ-ċelebrazzjoni f’jiem differenti ta’ quddiesa għat-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, il-familji, l-anzjani u l-morda. Il-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija saret fuq jumejn billi riedet tkopri lil ulied dan ir-raħal li twieldu f’sentejn. Fl-Għid tal-Assunta, nhar il-Ħadd 15 ta’ Awwissu, ġew ippreżentati t-tfal li twieldu fis-sena sa Lulju 2020. L-għada, it-Tnejn 16 ta’ Awwissu, saret il-preżentazzjoni lil Santa Marija tat-trabi li twieldu minn Awwissu 2020 ’il quddiem. Fiċċirkustanzi kif kienu f’Awwissu tas-sena li għaddiet, u anke biex il-banda kollha ħadet sehem, ittifkira tat-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Santa Marija saret fil-beraħ. Nhar it-Tnejn 9 ta’ Awwissu ġiet iċċelebrata quddiesa f’Misraħ Frenċ Abela, quddiem il-każin tal-istess għaqda, bis-sehem tal-banda u l-kor parrokkjali. Fil-festa 2021 ingħalaq kapitlu fl-ewwel esperjenza li l-parroċċa kellha ta’ proġetti ta’ restawr kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Nhar it-Tlieta 17 ta’Awwissu, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, saret Serata Marjana fil-knisja li matulha ġie inawgurat ix-xogħol ta’ konservazzjoni u r-restawr li sar fuq it-titular
NAWGURALKOM
IL-FESTA T-TAJBA
Deputat Parlamentari
Il-Festa t-tajba lid-Dinglin kollha fl-okkażjoni tal-Festa ta' Santa Marija DELIA Adrian
DEPUTAT PARLAMENTARI
76
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli tal-artal tal-Madonna tar-Rużarju, ta’ żewġ kwadri kbar fil-kor b’pitturi li juru l-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi u ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp, u tal-kwadri tal-Via Sagra. Għal dan il-proġett, il-parroċċa kienet obbligata taħtar espert biex jiggwidaha u jissorvelja x-xogħol fuq dawn l-opri tal-arti. Dan ix-xogħol ġie fdat lil Dr Mark Sagona, lettur fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Fis-serata, Dr Sagona ta sfond storiku dwar il-kwadri. Il-proċess innifsu ta’ restawr ġie spjegat fi preżentazzjoni misSur Paul Muscat, Direttur Maniġerjali ta’ ReCoop, ilkumpanija li rebħet il-kuntratt f’sejħa pubblika għallofferti biex tagħmel l-interventi ta’ konservazzjoni u restawr. Is-serata kienet imżewqa wkoll b’innijiet popolari Marjani kantati mill-Kor Parrokkjali Regina Coeli taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell.
Kienet festa wkoll li wriet il-qalb tajba tad-Dinglin b’diversi ġesti ta’ solidarjetà. Fil-quddiesa tas-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Awwissu nġabret is-somma sabiħa ta’ €1,200 għall-missjoni mmexxija mill-patrijiet Dumnikani Maltin fl-Albanija. Din l-offerta ta’ karità li l-parroċċa tat fl-okkażjoni tal-festa ġiet ippreżentata lill-Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP, f’quddiesa li hu ċċelebra fil-Knisja Arċipretali tagħna nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Awwissu. Fl-għodwa tal-Ħadd 8 ta’ Awwissu, aktar minn 30 persuna ġew jagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li kienet filpjazza ħdejn il-knisja. Fi tmiem dik il-ġimgħa wkoll, bdiet kampanja biex min jixtieq jirreġistra bħala donatur tal-organi. Wara kull quddiesa, membri tal-Kummissjoni Djakonija kienu disposti jgħinu fil-mili tal-applikazzjonijiet. F’din l-inizjattiva kien hemm aktar minn 45 persuna li nkitbu bħala donaturi tal-organi. Għall-aħħar ħamest’ijiem tal-festa, il-knisja fuq ġewwa ntramat bl-armar kollu li s-soltu tiżżejjen bih għal dawn il-ġranet. Ma ntramawx biss l-artali tan-navi. It-tridu beda nhar l-Erbgħa 18 ta’ Awwissu, bil-wasla fostna għattieni sena tal-bastun tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat mis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp fir-Rabat. Din l-inizjattiva saret b’kollaborazzjoni mal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat fis-sena li l-Papa Franġisku ddikjara bħala Sena Ġużeppina. Din is-sena bdiet fit-8 ta’ Diċembru 2020 meta tfakkar il-150 anniversarju minn meta San Ġużepp ġie proklamat bħala Patrun tal-Knisja Universali. Il-bastun baqa’ armat fuq il-presbiterju sa jum il-festa titulari u kienet okkażjoni biex ħafna ressqu talb bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp. Lejlet il-festa, it-translazzjoni solenni tar-relikwa tal-Madonna saret b’purċissjoni qasira ħafna mmexxija minn Mons. Frans Abdilla, mid-Domus sal-knisja, fejn tkanta l-ewwel għasar u ġiet iċċelebrata quddiesa solenni. Fit-8.15 p.m. beda programm speċjali dwar il-festa f’Ħad-Dingli organizzat mill-Kumitat Festa Esterna ħdejn il-Knisja Arċipretali. Il-programm ‘Il-festa tagħna’ ixxandar dirett fuq l-istazzjon Fliving u fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’ minn fejn ġie segwit minn mijiet ta’ persuni. Minn fuq iż-zuntier saru intervisti, minn ħin għal ieħor intwerew servizzi dwar illokalità, il-knisja u l-festa waqt li l-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija kienet mistiedna ddoqq
Programm tal-Festa 2022
77
marċi ferrieħa f’Misraħ Ġużè Abela. Taħt iz-zuntier kien hemm żona fejn il-pubbliku seta’ jsegwi minn bilqiegħda waqt li l-Knisja Arċipretali nżammet miftuħa b’ċans lin-nies jidħlu jitolbu u jaraw il-patrimonju storiku u artistiku li għandha. Il-qofol intlaħaq fl-10.00 p.m. meta l-banda esegwiet l-Innu l-Kbir,
Inno Alla Beata Vergine. Mal-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli ngħaqdu l-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur u s-solista. Ta’ min jgħid li din kienet it-tieni darba fil-ġimgħa tal-festa li ndaqq l-Innu l-Kbir. Dan billi jumejn qabel indaqq fi Programm Vokali u Strumentali li sar mill-Għaqda Mużikali Santa Marija. Ix-xandira ta’ aktar minn sagħtejn lejlet il-festa laħqet kwalità ta’ livell għoli ħafna, bl-aspett tekniku u viżiv ħadu ħsiebu kollu membri tal-Kumitat Festa Esterna bl-għajnuna ta’ membri mill-Kummissjoni Diġitali Pastorali tal-parroċċa. Jum il-festa titulari ġie ċċelebrat nhar il-Ħadd, 22 ta’ Awwissu. Il-Konċelebrazzjoni Solenni ta’ jum il-festa filgħodu tmexxiet minn Patri Pawl Muscat OSA, li kien għadu kemm fakkar il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Niseġ il-paniġierku l-Kan. Richard-Nazzareno Farrugia, Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex. Filgħaxija, fis-6.00 sar il-kant tat-tieni għasar u fis-6.30 ġiet iċċelebrata quddiesa mill-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley. Fis-7.30 p.m. il-knisja imtliet bin-nies għal mument ta’ talb flimkien; Rużarju Meditat bit-tema: “Marija, Omm it-Tama.” Fi tmiem ingħatat il-Barka Sagramentali. Il-programm tal-festa ntemm bil-logħob tan-nar, programm ta’ aktar minn siegħa maħdum minn pirotekniċi Dinglin li beda fit-8.30 p.m. Fil-qasam tal-logħob tan-nar, ilKumitat Festa Esterna inkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex permezz ta’ pirotekniċi fi ħdanha timmanifattura logħob tan-nar tal-ajru li ż-żewġ entitajiet qablu li jinħaraq f’jum il-festa titulari. Malġurnata nħarqu murtali tal-bomba u murtaletti fit8.00 a.m., waqt is-Sanctus tal-quddiesa solenni u għal nofsinhar. Il-ħarqa prinċipali kienet dik ta’ filgħaxija li mmarkat it-tmiem tal-festa 2021 u kienet tinkludi murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru u murtali tal-kulur. Fi tmiem inħarqet kaxxa infernali tal-beraq u kulur u diversi fetħiet, sfejjer u blalen. Il-Kumitat Festa Esterna ħa ħsieb joħloq atmosfera ta’ festa fiċ-ċentru tal-lokalità. Saret mixgħela talfaċċata tal-Knisja Arċipretali u Triq il-Parroċċa biddawl tradizzjonali tal-festi. It-triq ta’ quddiem il-knisja żżejnet b’sett bandalori, b’dik li tirrappreżenta t-tlugħ
MEMBRU PARLAMENTARI - 7 DISTRETT PODJATRA (SPEĊJALIST FIL-KURA TAS-SIEQ)
AWGURI
GĦALL- FESTA
KUNTATT: 79306420 | VASSALLOIAN@YAHOO.COM UFFIĊĊJU: HAGI, 68, TRIQ SAN TROFIMU RABAT MALTA (B’APPUNTAMENT)
SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com
Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 sas-19.30 Is-Sibt mit-08.00 sas-13.00 u mill-16.00 sas-19.00
80
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
fis-sema tal-Madonna ntramat mal-gallarija tal-knisja. Lejlet u nhar il-festa, l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra ntramat fuq pjattaforma f’nofs Misraħ Ġużè Abela. Fl-istess misraħ ntrama t-trofew, li kien lest mir-restawr, qabel ma jittieħed għall-irħamar u l-induratura. Fil-knisja ġiet esebita l-iskultura l-ġdida li saret għall-pedestalli tal-Papa Piju XII u ta’ Santa Marija. It-tieni festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli waqt il-pandemija tal-COVID-19 kellha togħma talingredjenti kollha li jagħmlu l-festa Maltija. Tassew li b’mod ridott ħafna minħabba r-restrizzjonijiet, iżda għall-anqas in-nies ma tħallewx sajmin għal kollox minn dak li jħobbu. Dan kollu sar b’ħarsien sħiħ tad-direttivi tal-awtoritajiet tal-Knisja u tas-saħħa pubblika.
AFFORDABLE LIVING
HOME TEXTILES
----------------------------------------------
OPEN ALL DAY FASHION TEXTILES
CURTAINS
HABERDASHERY
CANDIDA
HOUSEHOLD GOODS
LIGHT UP
CARPETS
SOFAS
IKLIN - Triq Il -Klin, Iklin IKL 1061 2331 4301 SLIEMA - HAMRUN - TA’ XBIEX - ST. PAUL’S BAY - FGURA
84
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru
GERALD JEWELLERY ❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND
ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561
We invest in the future V&C group is a multi-faceted business group involved in a number of sectors within the Maltese Islands. The group, originally established in 1992 has rapidly become one of the leading groups on the island being market leaders in every sector they operate within. Contact us on info@vcgroup.mt
ROAD & GENERAL CONTRACTORS • MANUFACTURING • HOSPITALITY RETAIL • DEVELOPMENTS • REAL ESTATE • EDUCATION • MEDICAL
WWW.VCGROUP.MT