Programm tal-Festa 2021
Werrej Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Mark Mallia Pawley...............................................................4
1
PARROĊĊA SANTA MARIJA ĦAD-DINGLI
Jibda l-akbar investiment li qatt sar fl-armar tal-festa ta’ Santa Marija Il-Kumitat Festa Esterna...............................................................8 Jitlestew tliet proġetti importanti Il-Perit David Vassallo.................................................................20 Tislima lill-Isqof Mons. Walter Michael Ebejer OP 1929 - 2021..................................................................................32 Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Toronto, Iben wild il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli Mons. Ivan Camilleri...................................................................36 Il-konservazzjoni u r-restawr tal-istatwa medjevali polikromatika ta’ San Ġwann il-Battista Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani.....................................40 Jitlesta l-konservazzjoni u r-restawr tat‑titular tal-artal tal-Madonna tar‑Rużarju, ta’ żewġ kwadri kbar fil‑kor u tal-kwadri tal-Via Sagra fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli Roderick Abela.............................................................................52 Patri Pawl Muscat OSA 50 sena servizz lill-Knisja f’Malta u barra Savio D. Borg...............................................................................60 Il-Programm tal-Festa..................................................................67 “B’qalb ta’ Missier” Sena Ġużeppina 08.12.2020 – 08.12.2021..................................73 Il-festa ta’ Santa Marija fl-2020 L-ewwel waħda waqt il-pandemija tal-Covid-19 Mario Micallef.............................................................................84 Fr Philip Grech, Salesjan ta’ Don Bosco 100 sena mit-twelid tal-ewwel surmast tal-Kulleġġ Savio Savio D. Borg...............................................................................93 Meta d-Duka ġie Ħad-Dingli! Mario Micallef...........................................................................104
Programm tal-Festa 2021 Bord Editorjali: Rev. Mark Mallia Pawley Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo Għajnuna fil-produzzjoni: Joel Attard Georgina Ebejer Moira Sammut Niki Papagiorcopulo Dr Rachel Powell Doris Tanti Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iż-Żurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta l-għajnuna tiegħu fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.
Il-qoxra (quddiem) turi żewġ xbihat ta’ Marija Assunta għeżież għall-poplu ta’ Ħad-Dingli: il-kwadru titulari u l-istatwa titulari, fl-isfond tat-tema magħżula għall-festa ta’ din is-sena: “Marija, Omm itTama”. Ir-ritratt ta’ isfel hu meħud waqt żjara sorpriża li l-Arċisqof, Monsinjur Charles Jude Scicluna, għamel waqt il-quddiesa solenni ta’ jum il-festa 2020. Ritratti: Noel Zammit u Charles Zammit Fil-qoxra fuq wara, uħud mix-xogħlijiet ta’ patrimonju storiku u artistiku li nsibu fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli u li ġew restawrati fl-aħħar sena bl-għajnuna ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. Ritratti: Daniel Abela, Joe Borg u ReCoop Disinn: Alan Bonello (www.designedbyal.com)
Mini Me Child Care Triq il-Gnien, Had-Dingli info@minimemalta.com 77058400 / 99880502 / 27499907
4
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Arċipriet
Biex tapprezza ż-żernieq, jeħtieġ li jidlam! Il-poeta nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila, ħalla warajh wirt mill-isbaħ. Mhux qed nirreferi biss għall-Innu Malti, jew il-poeżiji tant sbieħ li għadna ngawdu fil-letteratura tagħna, iżda għad-diversi innijiet liturġiċi li mal-melodija sabiħa tagħhom jakkumpanjaw iċ-ċelebrazzjonijiet tagħna. Fost dawn, wieħed jistà jsemmi l-innu li nkiteb għallKungress Ewkaristiku li sar f’Malta fl-1913, Nadurawk ja Ħobż tas-Sema, l-innu Marjan li nkantaw tul ix-xhar ta’ Mejju, Fil-Ħlewwa ta’ Mejju, u l-innu dedikat lill-Qalb ta’ Ġesù, Tina l-Ħlewwa. Hemm imbagħad żewġ innijiet, li fl-opinjoni tiegħi, huma mżewwġin flimkien: l-innu ta’ filgħodu, Reġa’ sebaħ ja Mulejja, u l-innu ta’ filgħaxija, Riesaq il-lejl Mulejja. Nammetti magħkom li l-innu ta’ filgħaxija, jaffaxxinani! Il-kliem tiegħu, miktub b’tant reqqa, ma jistgħux ma jwaħħdukx mal-awtur li jindirizza lill-Mulej u jitolbu b’dawn il-versi:
Inti li dejjem tgħammar fis-sebħ ta’ jum bla tmiem fid-dlam tal-lejl ħarisna, xerred ġo qlubna s-sliem.
Huma kliem li forsi nkantawhom mingħajr ma nifhmu s-seħer warajhom. Madanakollu, huma kliem li jġiegħluni nieqaf u naħseb: filwaqt li l-jum jintemm fi nżul ix-xemx sabiħ u hekk il-ħajja torqod, u kull ħoss imut fis-skiet, it-tama tagħna tkun li ma jdumx ma jerġa jżernaq! Huwa propju ż-żernieq li kull ħlejqa tistenna! Mhux l-ewwel darba li tistaqsi lil xi ħadd kif jinsab u jwieġbek “la qomna, tajjeb!” It-tama tagħna hija li naraw il-jum. Iżda ma nistà qatt napprezza s-sbuħija taż-żernieq jekk ma jidlamx! U dan ma ngħiduhx biss għaż-żernieq tal-jum, iżda għal mumenti diversi tal-ħajja tagħna. Ilkoll kemm aħna nesperjenzaw il-mumenti tad-dlam, u nittamaw li ma jdumx ma jżernaq! Ilkoll kemm aħna ngħaddu mill-iljieli twal u nixxenqu biex naraw id-dawl! Fl-2006 nħadem film bit-titlu The Pursuit of Happyness (le, m’hemmx żball fit-titlu!), li jitratta l-istorja ta’ Christopher Gardner, raġel Amerikan li kellu ħafna fallimenti fil-ħajja tiegħu iżda li baqa’ dejjem jittama li l-lejl ser jgħaddi u d-dawl kien ser jidher. Christopher tilef kollox, inkluż il-mara u, għal xi żmien, anke lit-tifel. Tilef id-dar u kull sigurtà li kellu f’ħajtu. Għamel żmien jgħix bla dar, homeless, u meta ma kienx isib saqaf fuq rasu, kien jorqod fil-latrina tal-istazzjon tal-underground. Iżda baqà jittama, ma qatax qalbu! Kellu ħolma u kien jaf fejn irid jasal, u minkejja s-sagrifiċċji kbar li kellu jagħmel, baqà jittama sakemm għadda l-lejl u beda jżernaq! Illum il-ġurnata, Christopher Gardner għandu 67 sena, u l-ġid tiegħu huwa stmat li jlaħħaq madwar $70 miljun. Iżda l-aktar ħaġa
Programm tal-Festa 2021
5
sabiħa hi, li dan il-ġid qed jużah billi jinvestih f’nies li bħalu, tilfu kollox, u qed jippruvaw jibnu ħajjithom mill-ġdid! Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgħidilna li t-tama hi dik il-virtù teologali li biha nixtiequ bħala ġid tagħna, is-saltna tas-smewwiet u l-ħajja ta’ dejjem, aħna u nafdaw fil-wegħdiet ta’ Kristu; nafdaw mhux fil-ħila tagħna iżda flgħajnuna tal-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu … il-virtù tat-tama tħarishom minn kull qtigħ ilqalb, tqawwihom kull darba li jiddgħajfu; tiftaħ il-qalb tal-bniedem huwa u jistenna l-hena ta’ dejjem. Il-ħeġġa tat-tama tħarisna millegoiżmu u twassalna għall-hena ta’ l-imħabba. (para. 1817-1818). Fl-10 ta’ Mejju 2017, waqt l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa, il-Papa Franġisku jippreżenta lil Marija bħala dik li tgħin lill-poplu ta’ Alla jittama waqt il-mumenti tad-dlamijiet. Waqt li jitkellem fuq il-preżenza tagħha taħt isSalib, ikompli jgħid li Marija tgħallima l-virtù tat-tama, anke meta kollox jidher li ma jagħmilx sens. Dan għamlitu, għax Marija kienet mara li taf tisma’ u tagħraf li f’kull mument qed isseħħ ir-rieda ta’ Alla. Aħna lkoll għandna bżonn nikbru f’din il-virtù tat-tama! F’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza li għadna għaddejjin minnhom u f’kull mument mudlam ta’ ħajjitna, għandna l-għażla li naqtgħu qalbna u nħallu d-diffikultajiet jgħaddu minn fuqna, jew nittamaw li ser iżernaq u l-ġurnata tisbieħ! Iżda biex nagħmlu dan, irridu dejjem niftakkru li biex napprezzaw iż-żernieq, jeħtieġ l-ewwel li jidlam! Dun Karm Psaila ma waqafx biss mal-faxxinu ta’ nżul ix-xemx. Fl-innu ta’ filgħodu jtenni l-kliem:
Reġa’ sebaħ, ja Mulejja, agħti tiegħek dan il-jum. Lejk nittajjar bil-ħsieb tiegħi, kull filgħodu malli nqum . . .
… ‘Tini l-Omm tal-Iben tiegħek, biex tħarisni mit-tiġrib. U tgħallimni b’imħabbitha, kif inħaddan is-salib.
Nawguralkom li ma’ Marija ngawdu ż-żernieq wara l-lejl, u nemmnu bħalha li f’kull mument mudlam, hemm tama, għax f’dak il-mument, ukoll qed isseħħ ir-rieda ta’ Alla! Marija, Omm it-tama, itlob għalina u ieqaf magħna! Il-festa t-tajba. Dun Mark Mallia Pawley
Mdina Road, Qormi Tel: 21466668 / 21466669 Email: bmsltdmalta@gmail.com Website: www.bms-malta.com
R&S MARKETING Tower Street, Mosta
Tel: 2142 0664 Mob: 9947 8412
8
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Jibda l-akbar investiment li qatt sar fl-armar tal-festa ta’ Santa Marija Ta’ din is-sena se tkun it-tieni festa b’tifsila differenti. IL-KUMITAT FESTA ESTERNA, bħala l-organizzatur tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli, qed jagħmel ħiltu kollha biex fiċ-ċirkustanzi joħloq l-aħjar ambjent ta’ festa lil Santa Marija. Lejn l-aħħar ta’ dan l-artiklu hemm elenkati l-inizjattivi li se jsiru għall-jiem tal-festa. Fuq kollox iżda, fl-aħħar tnax-il xahar ta’ pandemija ħidmet il-kumitat ma waqfitx. Saru studji u konsultazzjoni, ittieħdu deċiżjonijiet u beda x-xogħol fuq investiment bla preċedent fl-armar li se jfisser qabża kbira fil-kwalità f’dan ilqasam. Restawr ta’ trofew u żewġ pedestalli Sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu ġew restawrati t-tliet opri antiki ta’ armar li jżejnu l-qalba tar-raħal tagħna fi żmien il-festa titulari ta’ Santa Marija: il-pedestall tal-istatwa ta’ Santa Marija, il-pedestall tal-istatwa tal-Papa Piju XII u trofew artistiku. Il-proġett jinvolvi t-tneħħija ta’ diversi passati ta’ żebgħa u manutenzjoni tal-injam, iż-żebgħa mill-ġdid tagħhom, l-irħamar u l-induratura. Sa Awwissu tas-sena l-oħra, l-injam tal-uniku trofew li għandna kien ġie restawrat b’mod volontarju mis-Sur Victor Micallef. Ixxogħol beda bit-tqaxxir ta’ diversi passati ta’ żebgħa. Din ma kinitx biċċa xogħol faċli u kienet tirrikjedi ħafna paċenzja speċjalment fil-parti l-kbira tal-iskultura li ma kinitx għadha tidher għax ingħalqet biż-żebgħa. Dan l-intervent kixef il-ġmiel tal-iskultura li fih it-trofew u juri l-ħila fis-sengħa li kellu min għamel din ilbiċċa xogħol ta’ arti fl-injam li għandha ’il fuq minn 100 sena. Segwew interventi ta’ manutenzjoni u tisħiħ fl-injam u nħadmet xi skultura li kienet nieqsa. Għall-festa tal-2020, it-trofew kien intrama f’Misraħ Ġużè Abela biex wieħed seta’ japprezzah qabel issirlu l-aħħar fażi tax-xogħol: l-irħamar u l-induratura. Fl-istess żmien, waslet risposta għall-applikazzjoni li ressaqna biex ir-restawr ta’ dan it-trofew u żewġ pedestalli oħra antiki jgawdu minn kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea. Il-proġett propost laħaq il-kriterji stabbiliti u b’sodisfazzjon inħabbru li parti sostanzjali mill-ispiża se titħallas minn fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 amministrat mill-Majjistral Action Group Foundation. Għalhekk, ix-xogħol fix-xhur ta’ wara kkonċentra fuq iż-żewġ pedestalli. Il-kumitat reġa’ sab l-għajnuna tas-Sur Victor Micallef li b’mod volontarju għamel mal-ħames xhur u nofs ta’ xogħol (nofs Novembru 2020 sal-aħħar ta’ April 2021) fil-garaxx tiegħu biex irrestawra l-injam taż-żewġ pedestalli. Ix-xogħol beda bit-tqaxxir ta’ diversi passati ta’ żebgħa sakemm il-pedestalli nġiebu fuq l-injam naturali u beda xogħol ta’ manutenzjoni. Dan kien ivarja minn interventi fuq ponot mtajra
Programm tal-Festa 2021
9
u biċċiet nieqsa għal tisħiħ ta’ partijiet mill-istrutturi li ġew rinfurzati biex jifilħu għall-istrapazz. Fil-każ tal-pedestall għall-istatwa tal-Papa Piju XII, saret bidla fl-istruttura tal-injam tal-parti ta’ fuq. Barra minn hekk, fl-erba’ faċċati fuq isfel tal-istess pedestall żdiedet gwarniċa ġdida mal-panewijiet. Inbeda mbagħad il-proċess biex jimtlew xpakkaturi fl-injam u wara sar l-ixkatlar u l-irfinar. Meta tlesta dan ix-xogħol, il-pedestalli ngħataw passata wood primer u żewġ passati undercoat u b’hekk kienu lesti biex jittieħdu għall-aħħar fażi tax-xogħol. Sadanittant, il-Kumitat Festa Esterna kkummissjona xogħol ta’ skultura fl-injam biex isebbaħ aktar id-dehra tal-pedestall tal-Papa Piju XII. Ordna wkoll skultura ġdida għal erba’ armi, waħda fuq kull faċċata tal-pedestall tal-istatwa ta’ Santa Marija. Ix-xogħol tal-irħamar u l-induratura ta’ dawn it-tliet opri ta’ armar ġie kummissjonat lis-Sur John Pace, minn Marsaxlokk, kunsidrat fost l-aqwa artisti għal dan it-tip ta’ xogħol f’Malta. Sal-aħħar ta’ Lulju, hu kien lesta l-parti l-kbira tax-xogħol fuq il-pedestalli u f’Settembru se jibda t-trofew. L-ispiża totali għall-manutenzjoni, restawr, skultura ġdida, żebgħa u rħamar taż-żewġ pedestalli u t-trofew mistennija taqbeż l-€10,500. Il-Kumitat Festa Esterna hu grat ħafna għax-xogħol li għamel mingħajr ħlas is-Sur Victor Micallef fil-manutenzjoni u t-tħejjija tal-injam għaż-żebgħa għax kieku l-ispiża totali hi stmata li kienet tkun id-doppju. Grati wkoll għall-għajnuna tal-fondi tal-Unjoni Ewropea li se jkopru parti sew mill-ispiża. Sett trofej ġodda għal Misraħ Ġużè Abela L-idea li tingħata dehra ġdida lill-armar tal-festa f’Misraħ Ġużè Abela, li hi l-pjazza ewlenija ta’ ħdejn il-Knisja
Tac-Çanti Bar & Restaurant Traditional Maltese Cuisine by Simon iċ-Ċanti APPETIZERS • SNAILS • RABBIT • HORSEMEAT QUAILS • GRILLS • FISH • DESSERTS Ideal for Staff Parties, Hens’/ Bachelors’ Parties & other occasions Special Menus including Open Bar
Open for Dinner Wednesday to Sunday Sunday we also open for Lunch Triq il-Kbira, Mġarr MGR 1110 T: 21579496 M: 79704490 Set menu available for group bookings
LETIZIA MUSCAT TIED INSURANCE INTERMEDIARY
ADDRESS
Triq Ħal Tartani, Rabat MOBILE
79052504 EMAIL
letiziamuscat13@live.com Letizia Muscat is an enrolled Tied Insurance Intermediary (TII) under the Insurance Distribution Act, Cap 487 of the Laws of Malta for MAPFRE Middlesea p.l.c. (MMS). MMS (C-5553) is authorised under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both the TII and MMS are regulated by the Malta Financial Services Authority.
Mob: 79055190
12
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Arċipretali, kienet ilha fi ħsieb il-Kumitat Festa Esterna. Saħansitra kien intgħażel disinn għal sett ta’ trofej biex insebbħu ’l din il-pjazza. Madankollu, ixxogħol ta’ restawr li semmejna aktar qabel u li kixef aktar il-ġmiel tal-iskultura fl-injam tal-uniku trofew li kellna wassal għal apprezzament akbar għal din l-opra ta’ arti fl-injam. Pariri li ttieħdu mingħand esperti fl-arti u fis-sengħa talinjam taw kollha l-istess rakkomandazzjoni, dik li għal din il-pjazza jinħadmu trofej replika ta’ dak li għandna. Il-Kumitat Festa Esterna kkunsidra fid-dettall dawn il-pariri. Ikkunsidra wkoll stimi li ġabar mingħand nies ta’ esperjenza f’dan ix-xogħol dwar għażliet differenti li kellu quddiemu għal dan il-proġett. F’Jannar 2021 ittieħdu dawn id-deċiżjonijiet: • jinħadem sett ta’ trofej, replika ta’ li għandna; • is-sett ikun ta’ ħamsa, bi tlieta jintramaw mal-ħajt tal-Knisja Arċipretali u tnejn mal-ħajt fuq wara tal-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra; • it-trofew li għandna jsir parti minn dan is-sett u għalhekk jinħadmu 4 trofej ġodda; • ix-xogħol tal-injam isir mill-mastrudaxxa Raymond Bajada (Casa Design); u • l-iskultura fl-injam issir mill-iskultur Mario Mangion. Għax-xogħol fl-injam u fl-iskultura biss, l-ispiża mistennija tkun ta’ madwar €42,000. Jibqa’ mbagħad ħlasijiet oħra sostanzjali li jridu jsiru għax-xogħol ta’ żebgħa, irħamar u induratura fl-injam, l-ispejjeż għall-bandalori, bnadar, lasti, pumi u labardi. Fix-xhur li għaddew ikkonċentrajna fuq l-injam u l-iskultura, tant li ftit taż-żmien wara li ttieħdet id-deċiżjoni dwarhom ġew iffirmati l-kuntratti tax-xogħol li jrid isir. Bi pjaċir inħabbru li dan ix-xogħol ser isir minn żewġ persuni tas-sengħa li naqqxu isimhom f’għadd ta’ lokalitajiet bl-esperjenza li għandhom f’xogħol simili. Ix-xogħol fl-injam ser isir mill-kumpanija Casa Design li ilha mwaqqfa aktar minn 30 sena. Il-proprjetarju, is-Sur Raymond Bajada, ilu aktar minn 40 sena jaħdem bħala mastrudaxxa. Apparti x-xogħol fi djar, banek kummerċjali u lukandi, il-kumpanija taħdem xogħol tradizzjonali bħall-gallariji ta’ Malta. Ħalliet it-timbru tagħha wkoll f’diversi festi bi proġetti artistiċi varji bħal fil-festi ta’ Santa Marija tal-Qrendi, Santa Katerina taż-Żurrieq u San Sebastjan f’Ħal Qormi. L-iskultura ġiet kummissjonata lil Mario Mangion minn Ħal Qormi. Is-Sur Mangion għandu lista twila ta’ xogħlijiet f’diversi knejjes u f’armar tal-festi f’Malta u f’Għawdex. Jekk insemmu ftit eżempji ta’ xogħol fi knejjes insibu l-kuruna l-kbira tal-mant ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, skultura għan-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt, ventartal għall-artal maġġur tal-Kalkara, skultura għall-presepju Naplitan li jintrama fil-Katidral tal-Imdina, il-mazza tal-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u diversi bankuni għall-forċini, sopra-porti u gradenzini. Bħala armar ta’ festi esterni, l-iskultur Mario Mangion ħadem fuq is-sett ta’ trofej li jintramaw quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq u pedestall kbir tal-martirju ta’ Santa Katerina li jintrama fl-istess lokalità. Ħadem ukoll l-iskultura ta’ diversi pjanċieri ta’ soċjetajiet mużikali bħal ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi, ta’ Santa Marija tal-Qrendi, San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ u tal-Każin Santa Liena - Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara. Konvinti li dan il-proġett se jkun monument fi snajja’ differenti: mill-injam għall-isfumar, l-induratura u l-ħjata li flimkien se jagħtu preġju akbar lill-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja Arċipretali. L-istess bħalma aħna għadna ngawdu minn trofew wieħed il-ġmiel tiegħu, anke jekk għandu ’l fuq minn 100 sena, dan is-sett ta’ trofej se jagħmel lil Ħad-Dingli tal-lum kburi bil-wirt artistiku li se jħalli fil-qasam talarmar lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija.
Programm tal-Festa 2021
13
Il-Kumitat Festa Esterna hu konxju li t-triq hi twila imma daqstant ieħor jinsab konvint li bl-għajnuna tagħkom jasal biex jiġbor l-ispiża għal dan il-proġett. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw liżŻgħażagħ Brijużi Dinglin li impenjaw ruħhom li jgħinu finanzjarjament fit-twettieq ta’ dan il-proġett tant mistenni u mixtieq mid-dilettanti tal-festa f’Ħad-Dingli. Jibqa’ ħafna aktar flus x’jinġabru iżda bir-rieda u l-koperazzjoni ta’ kulħadd determinati li naslu. Il-Ħadd, 22 ta’ Awwissu 2021 – It-tieni festa b’tifsila differenti Il-festa jagħmluha n-nies! Għat-tieni sena konsekuttiva, iċ-ċirkustanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19 ma ppermettewx li norganizzaw attivitajiet li jlaqqgħu flimkien ħafna nies. Madankollu ħsibna li xorta waħda noħolqu atmosfera ta’ festa fir-raħal tagħna. Waqt li jiġu osservati b’mod sħiħ id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, qegħdin nippreżentaw b’mod ridott l-ingredjenti li jagħmlu l-festi esterni f’Malta: il-banda, il-piroteknika u l-armar. Fil-qasam tal-logħob tan-nar, il-Kumitat Festa Esterna inkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex permezz ta’ pirotekniċi fi ħdanha timmanifattura logħob tan-nar tal-ajru. Iż-żewġ entitajiet qablu li din is-sena l-logħob tan-nar jinħaraq f’jum il-festa titulari. Ilprogramm pirotekniku għall-Ħadd 22 ta’ Awwissu hu kif ġej: 08.00 am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 10.15 am Waqt is-Sanctus tal-quddiesa solenni, jinħarqu murtali tal-bomba u murtaletti. 11.45 am Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 08.30 pm Jingħata bidu għall-ħruq ta’ murtali talberaq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru u murtali tal-kulur, Il-ħarqa tintemm b’kaxxa infernali tal-beraq u kulur u diversi fetħiet, sfejjer u blalen. L-ispiża għall-manifattura ta’ dan ix-xogħol pirotekniku tinqasam min-nofs bejn il-Kumitat Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali Santa Marija. Il-Kumitat Festa Esterna jagħmel tajjeb hu għal ħlasijiet oħra bħall-permessi, l-assikurazzjoni u l-preżenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waqt il-ħruq. Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw lis-sidien tal-għelieqi li jagħmluhom disponibbli għal dan l-għan. Fil-jiem tal-festa, qed nieħdu ħsieb li l-faċċata u t-triq ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali jkunu armati bid-dawl tradizzjonali tal-festi. F’din iż-żona se jsir ukoll xi armar biex tinħoloq atmosfera ta’ festa. Għal-lejlet il-festa filgħaxija, nhar is-Sibt 21 ta’ Awwissu, il-Kumitat Festa Esterna se jtella’ programm dwar il-festa tagħna li se jixxandar dirett fuq il-media soċjali. Għal dan il-programm stedinna lillbanda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli biex iddoqq marċi tradizzjonali waqt li għall-ħabta tal-10.00 p.m. se jindaqq l-Innu l-Kbir Inno Alla Beata Vergine. Il-programm ser ikun imżewwaq b’intervisti u filmati dwar il-festa f’Ħad-Dingli. Nistednukom iżżommu ruħkom aġġornati bl-aħħar dettalji dwar dak li se jiġri fil-jiem tal-festa permezz tal-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Inħeġġukom fuq kollox biex tieħdu sehem fiċ-ċelebazzjonijiet fil-knisja biex il-festa ta’ din is-sena tkun ukoll turija ta’ mħabba u ġieħ lil Ommna Marija, Omm it-Tama. Tkun ħaġa sabiħa wkoll li għall-ġranet tal-festa narmaw il-faċċati tad-djar tagħna biex f’Ħad-Dingli tinħass arja ta’ festa lill-Assunta.
TA’ SACCO G R E E N
GROCER
Inguanez Street, Dingli Opening Hours: Monday to Sunday: 7.00am to 7.00pm
Fresh Fruit & Vegetables, Groceries, Detergents, Delicatessen Counter, Fresh Dairy Products, Bread, Wines & Soft Drinks
y r e v i l e D e e r F • s e c i r Best P When you spend at least €25 from our shop, present this voucher and you will get a packet of water x6 for free!
Offer valid till 20th September 2021
IL-FESTA T-TAJBA LID-DINGLIN KOLLHA! +356 7945 6060 contact@gettingthingsdone.mt
@ianborgpage
16
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
GRAZZI: il-kelma mistħoqqha lill-poplu ta’ Ħad-Dingli Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil dawk kollha li jgħinu b’mezzi differenti bħal xogħol volontarju għall-festa, sehem fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi u għajnuna finanzjarja biex jintlaħaq l-għan li norganizzaw festa xierqa lil Santa Marija. Huwa minnu li l-festa din is-sena se tkun differenti ħafna minn ta’ snin oħra, iżda aħna impenjati li fiċ-ċirkustanzi nagħmlu dak li hu l-aħjar għal ĦadDingli u li jagħti l-akbar ġieħ lill-patruna tagħna: Santa Marija. Fuq kollox, b’dak li għamilna fl-aħħar xhur u li rridu nkomplu nwettqu flimkien fis-snin li ġejjin se nagħtu lil Ħad-Dingli xi ħaġa li ma ttirx mar-riħ jew li l-effett tagħha jintilef fi ftit tas-sigħat; armar rikk u sabiħ għall-festa tagħna. Inroddu ħajr lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għallappoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nibqgħu nieħdu ħsieb saħħitna u ta’ xulxin.
Il-festa t-tajba lil kulħadd u Viva Santa Marija
L-IKLA TAL-FESTA Il-Ġimgħa, 20 ta’ Awwissu 2021 fit-8.30pm fil-pjazza ħdejn il-Knisja Arċipretali Booking minn qabel fis-sagristija jew ċemplu 79081514
Is-Sindku Raymond Schembri u l-familja tiegħu jawguraw lir-residenti Dinglin il-festa t-tajba b’differenza! Email: remig1457@gmail.com Mob: 79398890 Raymond Scembri
Għal appuntament ċempel fuq 2745 1996
Nawgura l-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
Ministru Għall-Ekonomija u l-Industrija
20
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Jitlestew tliet proġetti importanti Fil-kotba tal-festa tal-aħħar snin ingħata tagħrif dwar numru ta’ proġetti importanti li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli daħlet għalihom u li l-ħidma fuqhom kienet għaddejja. Din is-sena, ilPerit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn tliet proġetti li tlestew fix-xhur li għaddew flimkien ma’ xogħol ieħor li għadu għaddej. Jitlesta l-proġett ta’ restawr u konservazzjoni b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea Għaddew ħames snin minn meta fl-2016 il-parroċċa bdiet tħejji l-ewwel stimi u rapporti biex tapplika għal fondi Ewropej għar-restawr ta’ numru ta’ opri artistiċi. Kienu snin ta’ ħidma kontinwa flimkien mal-esperti mqabbda u li matulhom ġew irrestawrati: • il-pedestall u n-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; • l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni talKavallieri ta’ San Ġwann; • il-pittura tal-artist Portugiż Manuel Pereira li turi t-tieġ bejn San Ġużepp u l-Madonna; • il-pittura tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi; • il-pittura tal-Madonna tar-Rużarju; u • 13-il pittura tal-Via Sagra. Fil-ktieb tal-festa tas-sena li għaddiet kien inkluż artiklu dettaljat dwar ix-xogħol li sar fuq in-niċċa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-pubblikazzjoni ta’ din is-sena għandna żewġ artikli dettaljati miktuba mir-restawraturi: wieħed dwar l-istatwa ta’ San Ġwann u l-ieħor dwar ix-xogħol ta’ restawr fuq il-pitturi. Dawn l-interventi ta’ konservazzjoni u restawr swew b’kollox madwar €100,000. Ma’ dawn il-fondi wieħed irid iżid spejjeż addizzjonali li l-parroċċa daħlet għalihom biex il-proġett ikun wieħed komplut. Fost dawn insemmu t-tindif professjonali tal-istatwa talMadonna tar-Rużarju, xogħol l-iskultur Malti Karlu Darmanin, u numru ta’ studji speċjalizzati li ġew ikkummissjonati fuq l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista. Dawn ix-xogħlijiet ma kinux inklużi fil-kofinanzjament b’fondi Ewropej imma tħallsu kollha mill-fondi tal-parroċċa. Il-proġett tar-restawr tal-pedestall, in-niċċa u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju ġie ppreżentat lillpubbliku f’serata apposta li saret fil-knisja nhar l-20 ta’ Awwissu 2020 u li kienet tinkludi spjega fiddettall tal-interventi ta’ konservazzjoni u restawr mill-kumpanija Atelier del Restauro li għamlet dan ix-xogħol. L-istess sar fil-każ tal-konservazzjoni u restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista, fejn il-preżentazzjoni pubblika u l-ispjega dettaljata tal-esperti tal-kumpanija Atelier del Restauro saret nhar jum il-festa tal-qaddis, l-24 ta’ Ġunju 2021. Ir-restawr tal-pitturi se jiġi ppreżentat lill-pubbliku fil-jiem ta’ qabel il-festa ta’ din is-sena, nhar it-Tlieta 17 ta’ Awwissu, fejn bl-istess mod se ssir spjega tal-interventi li saru mill-esperti tal-kumpanija ReCoop.
CHILD CARE CENTRE
STORE
low gate
External Play Area (non slip flooring) Total: 52.9sqm Useable: 34.76sqm
Programm tal-Festa 2021 STORE
WC (child) Nappy change G: 9.14sqm N: 7.6sqm Play Area & rest area G: 92.7sqm N: 90.8sqm
21
STORE
LIFT
LIFT SHAFT
Int. height 3.4m
Gate can be opened only from childcare side and is to remain closed during operation hours.
Area reserved for creation of access to first floor in the future (not part of this proposal)
Din kienet l-ewwel esperjenza tal-parroċċa tagħna fl-użu ta’ fondi Ewropej. Però mhux se tkun l-aħħar waħda hekk kif diġà qed inħarsu ’l quddiem għat-tieni sett ta’ proġetti li se jkunu qed isiru b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea. Id-dettalji dwar dan se jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin. Waiting Area /Reception G: 8.05sqm N: 6.6sqm
Kitchenette G: 6.9sqm N: 5.77sqm
Child-secure low gate
WC Store (CRPD) (sanitary) G: 4.28sqm G:1.69sqm N: 3.48sqm N:1.25sqm
STORE
Jitlesta ċ-ċentru ta’ child care Wara li f’April 2020 inħareġ il-permess tal-iżvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-ewwel inbeda x-xogħol strutturali li kien meħtieġ biex il-parti ta’ quddiem talbinja tinfired mill-parti ta’ wara (li se tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa). Ix-xogħol fuq ġewwa sar minn kuntrattur privat imqabbad mill-parroċċa filwaqt li x-xogħol fil-bitħa sar mill-ħaddiema mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan ilMinisteru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. LIFT
External Play Area (non slip flooring) Total: 52.9sqm Useable: 34.76sqm
6.9m²
Kitchenette
3.48m² 1.25m²
WC children + nappy changing
9.14m²
7.6m²
Rest area
13.5m² 92.7m² 7.5m² 8.05m²
Total
143.76m²
139.5sqm
Total floor area (external)
52.9sqm
Total useable floor area (internal) Total usable external area (30%) Total usable int + ext areas
115.87sqm
WC children + nappy changing
9.14m²
7.6m²
Wara dan kien imiss it-tlestija (finishing) tal-binja fejn il-parroċċa ħadet ħsieb li jsiru s-sistemi ta’ dawl, ilma u drenaġġ, il-kisi u l-ewwel żebgħa tal-ħitan fuq ġewwa, ittlestija tal-faċċata fuq il-fil fuq barra u l-aperturi li jagħtu għal barra. L-art fuq ġewwa u l-madum tal-bitħa tħallsu bejn il-parroċċa u l-operatur skont kif miftiehem. Sadanittant, l-operatur ħa ħsieb il-bqija tal-finishes fuq ġewwa fosthom partitions, żebgħa, faċilitajiet sanitarji, aperturi interni u l-għamara u l-attrezzamenti kollha meħtieġa.
92.7m²
Office
7.5m²
Reception Total
Total floor area (internal)
139.5sqm
Total floor area (external)
52.9sqm
Total useable floor area (internal) Total usable external area (30%) Total usable int + ext areas
115.87sqm
6.6m²
Proposed trees: at least two each of the following: quercus ilex, cercis siliquastrum, laurus nobilis, olea europaea, prunus dulcis, tertraclinis articulata.
Project: To carry out internal alterations to e including change of use of front part to creation of new access to back part fr and to install sign Drawing Title: Plans as existing and as Drawn by :
DAVID VASSALLO
Client : Date :
MARCH, 2020
Drg.No :
1:100
File.No :
Proposed row of cypress trees (cupressus sempervirens) Proposed trees: at least two each of the following: quercus ilex, cercis siliquastrum, laurus nobilis, olea europaea, prunus dulcis, tertraclinis articulata. Slightly ramped access (refer to levels on plan)
34.76sqm
Tel: 21456306 Mob: 99436306
Project: To carry out internal alterations to existing festa store including change of use of front part to child care centre and creation of new access to back part from Triq il-Maddalena and to install sign. Drawing Title: Plans as existing and as proposed Drawn by :
Accessible route
Approved by : DV
Client :
Mechanical ventilation from wcs to shaft
150.63sqm
BE&A (Hons.) MSc A&CE
Charline, Triq Għar Bittija, Ħad-Dingli. DGL 1594.
REV. MARK MALLIA PAWLEY HAD-DINGLI
Date :
MARCH, 2020
Drg.No : 01F
Scale :
1:100
File.No :
wc
wc
Hekk kif ġie konkluż ix-xogħol kollu fuq it-tlestija tal-binja saru diversi spezzjonijiet mill-awtoritajiet konċernati li taw l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa biex il-post jibda jopera. Iċ-ċentru ta’ child care beda jiffunzjona f’dawn l-aħħar ġranet u l-inawgurazzjoni uffiċjali se ssir nhar ilĦadd, 8 ta’ Awwissu, 2021.
STORE
STORE
Gate can be opened only from childcare side and is to remain closed during operation hours.
Kitchenette G: 6.9sqm N: 5.77sqm
Child-secure low gate
WC Store (CRPD) (sanitary) G: 4.28sqm G:1.69sqm N: 3.48sqm N:1.25sqm
STORE CHILD CARE CENTRE
Jitlesta l-proġett tad-Domus Fil-ktieb tal-festa tas-sena li għaddiet tajt sfond storiku talbinja tad-Domus flimkien mad-dettalji tal-ewwel xogħol li kien beda fil-bidu tal-2020 biex il-post jiġi rranġat. Filwaqt li l-ħsieb oriġinali kien li fil-post isir raff fejn jista’ jintrefa l-mant tal-istatwa titulari ladarba jkun lest, hekk kif STORE
External Play Area (non slip flooring) Total: 52.9sqm Useable: 34.76sqm
Child-secure low gate
WC (child) Nappy change G: 9.14sqm N: 7.6sqm Play Area & rest area G: 92.7sqm N: 90.8sqm
LIFT
LIFT SHAFT
Int. height 3.4m
Waiting Area /Reception G: 8.05sqm N: 6.6sqm
Office G: 7.5sqm N: 6.4sqm
Area reserved for creation of access to first floor in the future (not part of this proposal)
Rest area G: 13.5sqm N: 11.7sqm
BOARDING/ALIGHTING
GROSS Floor Area
ZONE
6.9m²
Kitchenette W/C CRPD Store WC children + nappy changing Rest area Activity area Office Reception Total
Total floor area (internal)
139.5sqm
Total floor area (external)
52.9sqm
Total useable floor area (internal) Total usable external area (30%) Total usable int + ext areas
115.87sqm 34.76sqm 150.63sqm
NET Floor Area 5.77m²
To demolish/remove
DAVID VASSALLO
beda x-xogħol rajna li l-post għandu potenzjal kbir u kien iktar għaqli li l-post jiġi rrestawrat u rranġat b’mod li jkun jista’ jakkomoda parti mill-wirt li għandha l-Parroċċa. 4.28m²
3.48m²
1.69m²
1.25m²
9.14m²
7.6m²
13.5m²
11.7m²
92.7m²
90.8m²
7.5m²
6.4m²
8.05m²
6.6m²
143.76m²
133.6m²
To construct/add
Proposed row of cypress trees (cupressus sempervirens)
Proposed trees: at least two each of the following: quercus ilex, cercis siliquastrum, laurus nobilis, olea europaea, prunus dulcis, tertraclinis articulata. Slightly ramped access (refer to levels on plan)
Tel: 21456306 Mob: 99436306
Project: To carry out internal alterations to existing festa store including change of use of front part to child care centre and creation of new access to back part from Triq il-Maddalena and to install sign. Drawing Title:
Plans as existing and as proposed
Drawn by :
Approved by :
DV
Client :
Mechanical ventilation from wcs to shaft Accessible route
BE&A (Hons.) MSc A&CE
Architect and Civil Engineer
Charline, Triq Għar Bittija, Ħad-Dingli. DGL 1594.
REV. MARK MALLIA PAWLEY HAD-DINGLI
Date :
MARCH, 2020
Drg.No : 01F
Scale :
1:100
File.No :
L-ewwel ma sar kien xi tiswijiet meħtieġa fl-istruttura tas-saqaf billi nbidlu xi xorok miksura u travi talinjam li kienu deterjorati. Imbagħad tneħħa l-kisi minn mal-ħitan u sar tikħil
REV. MARK MALLIA PAWLEY HAD-DINGLI
Scale :
Architect and Civil Engineer
To construct/add 1,13
Approved DV
Slightly ramped access (refer to levels on plan)
To demolish/remove
6.4m² 133.6m²
Rest area G: 13.5sqm N: 11.7sqm
Mechanical ventilation from wcs to shaft
90.8m²
8.05m²
Office
Accessible route
11.7m²
143.76m²
6.6m²
150.63sqm
5.77m² 3.48m² 1.25m²
6.4m² G: 7.5sqm 133.6m² N: 6.4sqm
BE&A
Architect and Civil Engineer Charline, Triq Għar Bittija, Ħad-Dingli. DGL 1594.
Area reserved for creation of access to Proposed row of cypress trees first floor in cupressus sempervirens) the(future (not part of this proposal)
90.8m²
Waiting Area /Reception G: 8.05sqm N: 6.6sqm
DAVID VASSALLO
SHAFT
To construct/add
BOARDING/ALIGHTING
34.76sqm
NET Floor Area
4.28m²
To demolish/remove LIFT
Int. height 3.4m
11.7m²
Activity area Office Reception
1.69m² 13.5m²
5.77m²
4.28m² 1.69m²
W/C CRPD
Activity area
NET
W/C CRPD
Store
Rest area
6.9m²
Play Area & rest area G: 92.7sqm Floor Area N: 90.8sqm
Store
Total floor area (internal)
Child-secure low gate
WC (child) Nappy change G: 9.14sqm N: 7.6sqm
GROSS Floor Area
ZONE Kitchenette
GROSS Floor Area
ZONE
BOARDING/ALIGHTING
CHILD CARE CENTRE
STORE
Rest area G: 13.5sqm N: 11.7sqm
Office G: 7.5sqm N: 6.4sqm
IL-VIĊI SINDKU
U L-FAMILJA TIEGĦU JIXTIEQU JAWGURAW LILKOM U LILL-FAMILJI TAGĦKOM
Il -Festa t -Tajba
followsandroazzopardi sanazzopardi@gmail.com 99879543
Il-Festa t-Tajba lir-residenti Dinglin kollha
PERIT
DAVID VASSALLO
99436306 perit.davidvassallo@gmail.com
24
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ġdid tal-fili biex inġiebu fuq stil antik ‘fuq il-fil’. Inqala’ l-madum ‘tal-mużajk’ li kien sar xi snin ilu u minfloku sar madum Malti fuq stil pariġġ il-partijiet tal-art l-oriġinali li għadhom jeżistu u saret ukoll sistema ġdida tal-elettriku addattata għall-post. Saru wkoll aperturi ġodda tal-injam filwaqt li l-bieb ta’ barra, li għandu valur storiku peress li kien il-bieb prinċipali tal-knisja l-antika, ġie restawrat. Fuq ġewwa nħadmu vetrini ġodda tal-injam u l-ħġieġ li fihom se jintrefgħu l-istatwi li jintramaw fuq barra fi żmien il-festa flimkien ma’ patrimonju ieħor tal-parroċċa biex, filwaqt li jkunu mħarsa kif xieraq, ikunu jistgħu jitgawdew matul is-sena kollha. Fuq barra tal-binja tnaddfu l-ħitan, sar pavimentar ġdid taż-żonqor b’dawl inkorporat fih, saru faċilitajiet sanitarji ġodda u grada ġdida tal-ħadid. Sadanittant, fl-aħħar ġranet tpoġġa f’dan l-ispazju is-salib l-antik tal-franka li kien hemm fuq il-frontispizju tal-knisja u li s-sena l-oħra nbidel ma’ salib ġdid taż-żonqor. F’isem il-parroċċa tfajt ukoll l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir estenzjoni fl-ewwel sular bil-ħsieb li din tkun takkomoda l-mant tal-istatwa titulari li l-parroċċa għandha ħsieb li tagħmel. Salib ġdid għall-frontispizju, manutenzjoni tal-apramorta u r-restawr tal-ħajt l-antik tal-knisja Fl-2017, f’isem il-parroċċa kont issottomettejt l-applikazzjonijiet u nħarġu l-permessi tasSovrintendenza tal-Wirt Kulturali u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA/02788/17) biex isiru tliet interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja tal-Knisja Parrokkjali minn barra: • il-bdil tas-salib tal-frontispizju minn dak eżistenti tal-franka bil-konkos u l-ħadid għal wieħed tażżonqor; • il-manutenzjoni tal-opramorta mad-dawra tal-bejt tal-knisja; u • ir-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja. Is-salib il-ġdid taż-żonqor inħadem mill-kumpanija Agius Stone Works minn blata miġjuba minn Għawdex. Id-disinn dettaljat tas-salib u l-bażi tiegħu sar mis-Sur Vincent Centorino u x-xogħol kollu tħallas mill-Ministeru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Ix-xogħol fuqu tlesta ftit qabel il-festa tas-sena li għaddiet u nġieb Ħad-Dingli nhar l-14 ta’ Awwissu 2020. Imbagħad, lejlet il-festa ta’ dik is-sena, proprju nhar it-22 ta’ Awwissu 2020, ġie mbierek mill-Arċipriet waqt ċerimonja li saret fuq iz-zuntier tal-knisja.
Programm tal-Festa 2021
25
Is-salib ittella’ u tpoġġa f’postu fil-frontispizju tal-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2020. Huwa ppjanat li fix-xhur li ġejjin jiġi stallat dawl addattat biex is-salib ikun jista’ jitgawda matul is-sena. Sadattant, bi pjaċir inħabbru li fix-xhur li għaddew il-parroċċa akkwistat fondi Ewropej mill-Majjistral Action Group Foundation taħt il-miżura tar-Restawr ta’ Assi u Siti ta’ Valur Artistiku u Kulturali biex tiġi restawrata l-opramorta mad-dawra tal-bejt tal-knisja. Dan ix-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin. Ukoll, permezz ta’ fondi mill-Ministeru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, fil-ġimgħat li għaddew beda x-xogħol ta’ restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa t’isfel tal-binja tal-knisja. Il-maħżen tal-armar Kif spjegajt iktar ’il fuq meta tkellimt dwar il-proġett taċ-child care, dak il-proġett ġie ppjanat b’mod li l-parti ta’ wara tal-binja tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa b’aċċess separat minn Triq il-Maddalena (mill-ispazju llum vojt bejn il-bini u ċ-ċimiterju). Il-permessi għal dan il-proġett tal-maħżen huma approvati u fix-xhur li għaddew inbdew l-ewwel xogħlijiet żgħar strutturali fuq ġewwa tal-binja. Ilħsieb huwa li matul is-sena li ġejja jitlesta x-xogħol kollu strutturali li hemm bżonn isir fuq barra biex il-post ikollu l-aċċess ġdid kif ippjanat u jibda xogħol ta’ finishing biex dan il-post bżonjuż ikun jista’ jibda jintuża kemm jista’ jkun malajr. 10 snin mill-inawgurazzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali Meta nħarsu lura napprezzaw aktar kemm ilkontribut tagħna lill-parroċċa jissarraf f’inizjattivi ta’ ġid għall-komunita’. Fl-1 ta’ Mejju 2021 fakkarna l-10 snin mill-inawgurazzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali ‘Familja Mqaddsa’ li nbena u ġie attrezzat bil-ġenerożità tal-poplu ta’ Ħad-Dingli. Nafu kemm fl-aħħar għaxar snin dan il-post serva ta’ ġid għall-komunità tagħna. Fost l-oħrajn f’din il-binja nsibu l-Uffiċċju Parrokkjali. Fl-aħħar xhur, meta minħabba l-miżuri tal-pandemija l-uffiċċju kien qiegħed jiftaħ biss b’appuntament, saru żewġ biċċiet xogħol li għandhom jissarrfu f’servizz aħjar ladarba l-uffiċċju jerġa’ jiftaħ b’mod regolari. L-ewwel nett inbidlet l-għamara li kienet saret mal-erbgħin sena ilu meta l-uffiċċju kien fid-Dar Parrokkjali. L-għamara ma nbidlitx għad-dehra imma biex inħoloq biżżejjed spazju biex fl-Uffiċċju Parrokkjali jinġabar l-arkivju kollu tal-parroċċa. It-tieni nett ġie riorganizzat il-materjal kollu fl-arkivju tal-parroċċa. Din il-biċċa xogħol involviet sigħat twal ta’ xogħol minn voluntiera li huma professjonisti fl-istorja u l-amministrazzjoni pubblika. Ħames xhur xogħol issarrfu fl-għażla, katalogar u stivar tal-materjal kollu li jifforma l-Arkivju Parrokkjali. Ħafna minn dan ilmaterjal kien għadu merfugħ fid-Dar Parrokkjali. Wara l-festa, nixtiequ li nibgħatu għar-restawr xi pjanti u dokumenti antiki li ż-żmien għamel tiegħu fuqhom. Nistmaw li jonqos xahrejn oħra ta’ xogħol volontarju biex dan il-proġett ikun magħluq. Il-parroċċa qrib il-komunità matul il-pandemija tal-COVID-19 Kienu diversi l-inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar tnax-il xahar biex filwaqt li jiġu rispettati r-restrizzjonijiet ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, il-parroċċa tibqa’ qrib il-komunità. Fil-qasam tax-xandir tal-kelma, kruċjali kienet il-paġna tal-facebook ‘Parrocca Ħad-Dingli’. Insemmu b’mod partikulari inizjattivi li ttieħdu fil-perjodu ta’ ’l fuq minn 5 ġimgħat (bejn Marzu u April 2021) li matulhom ma ġietx
Kors għall-Carers fil-Komunità Tħobb tgħin lil ħaddieħor? Tħajrek karriera fis-settur tas-saħħa? Ix-xogħol ta’ carer jeħtieġ kompassjoni, il-konsiderazzjoni, u l-abbiltà li tikkomunika b'mod effettiv. Dan il-kors iwassal sabiex issir carer ikkwalifikat/a u tkun kapaċi toffri servizz professjonali fil-komunità tiegħek. L-istudenti ta‘ dan il-kors ser ikollhom ukoll l-opportunità li jagħmlu programm ta' apprentistat imħallas ma’ 3C Malta. Qegħdin infittxu carers li huma interessati li jaħdmu fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat u l-Imtarfa biex jgħinu lill-anzjani u nies oħra li huma fil-bżonn ġewwa djarhom stess. Għal aktar informazzjoni dwar il-kors żur www.cmbs.edu.mt, jew ikkuntatjana fuq info@cmbs.edu.mt jew 2247 0738
Awguri lill-familji Dinglin kollha għall-festa ta' Santa Marija
Ministru ghall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Hajja
+356 7999 9936 info@juliafarrugia.com
/juliafarrugia
B OO K A N E Y E T E ST O N L I N E AT OPTIKA.COM.MT
O R CALL A N Y OF OUR STOR ES:
RABAT
ST. JU LIA N S
SLIEMA
SLIEMA
74, Main Street RBT 1016 Tel: (+356) 2145 0573
Pendergardens Shop 3, St. Andrews Road - STJ 9023 (+356) 2138 2202
17, The Strand SLM 1025 (+356) 2133 5463
Level 0, DMall, Tigne Point TP01 (+356) 2131 0570
28
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
iċċelebrata quddiesa fil-pubbliku, ħlief għall-funerali. Għat-tieni sena infila, il-parroċċa żammet kuntatt millqrib man-nies fiż-żmien għażiż tal-Ġimgħa Mqaddsa permezz tal-media soċjali fosthom bi produzzjonijiet u xandir dirett tal-funzjonijiet mill-Knisja Arċipretali. Fost inizjattivi oħra fl-aħħar tnax-il xahar kien hemm ilĠimgħa Familja li saret kollha online fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru b’messaġġi apposta lill-familji Dinglin mill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Mario Grech u Monsinjur Arċisqof, Charles J. Scicluna. Fl-istess ġimgħa kellna wkoll taħdidiet minn tabib tal-familja, psikjatra, uffiċjal tal-Aġenzija Appoġġ u sesswologu. Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021, solennità talQalb Imqaddsa ta’ Ġesù, id-dinja Kattolika ngħaqdet bil-media soċjali għal inizjattiva internazzjonali li nvolviet 24 siegħa rużarju għall-qdusija tas-saċerdoti. Minn Malta ntgħażlu tliet postijiet, biex fi tliet ħinijiet partikulari ntalab ir-rużarju, fosthom mill-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum ta’ ĦadDingli. Ir-rużarju tmexxa mill-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley bil-parroċċa ħadet ħsieb tikkoordina l-produzzjoni li xxandret madwar id-dinja. Kelma ta’ radd il-ħajr lil ħafna għall-għajnuna u s-sostenn fil-ħajja tal-parroċċa Il-parroċċa tirringrazzja lil kull min jgħin b’modi diversi bħal b’għoti ta’ donazzjonijiet u sehem f’inizjattivi ta’ fund-raising. Fl-aħħar tnax-il xahar sar ħafna xogħol mingħajr ħlas minn persuni li għandhom għal qalbhom il-knisja bħal tindif ta’ fided u arkati ġodda tal-injam kompluti bid-dawl biex fil-festa jiddawwlu partijiet mill-kampnari. Inħadmet ukoll forma bl-injam tas-salib talfrontispizju biex fi żmien il-festa jiddawwal bilmod tradizzjonali. Għall-festi sekondarji, sar sett ta’ twapet ġodda għall-presbiterju u kaxxi ġodda tal-injam li ġew indurati għal taħt sett ta’ statwi ta’ evanġelisti u żewġ appostli li jintramaw fuq l-artal maġġur. Radd il-ħajr ukoll lil dawk kollha li anke fl-aħħar xhur ta’ sfida minħabba l-pandemija baqgħu jagħtu ħidma volontarja fil-parroċċa fosthom filknisja b’xogħol ta’ sagristana, armar, tindif, fjuri, ushers, kant u animazzjoni tal-liturġija, u permezz tal-media soċjali. Grazzi wkoll lil dawk li baqgħu jagħtu mill-ħin tagħhom bla ma jieħdu xejn lura flamministrazzjoni, liturġija u pastorali, attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, manutenzjoni u proġetti, tqassim ta’ fuljetti fid-djar, u l-kura taċ-ċimiterju, iċ-Ċentru Parrokkjali u l-Kappella tal-Adorazzjoni.
Programm tal-Festa 2021 GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru
GERALD JEWELLERY ❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND
ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561
29
32
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Tislima lill-Isqof Mons. Walter Michael Ebejer OP 1929 - 2021 Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021 tħabbret il-mewt tal-Isqof, Monsinjur Walter Michael Ebejer OP, iben il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-għomor ta’ 91 sena. L-Isqof Ebejer twieled Ħad-Dingli nhar it-3 ta’ Awwissu 1929. Għex l-ewwel erba’ snin ta’ ħajtu f’dan ir-raħal, qabel ma’ l-familja niżlet ir-Rabat. Irritornaw f’raħalna għal tliet snin oħra tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Missieru, Ġużè, kien surmast tal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli. Ħuh hu l-kittieb Francis Ebejer. Ġie ordnat saċerdot fl-1954 u kien membru tal-Ordni tal-Predikaturi (id-Dumnikani). Tliet snin wara beda ħidma missjunarja l-Brażil fejn iddedika l-kumplament ta’ ħajtu fl-art tal-missjoni; total ta’ 64 sena, 44 sena minnhom bħala Isqof. Irtira bl-età f’Jannar 2007 mit-tmexxija tad-djoċesi ta’ União da Vitória fl-istat ta’ Parana, li tagħha kien l-ewwel Isqof. Baqa’ jgħix hemmhekk bħala Isqof Emeritu. Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju 2020 iddaħħal l-isptar u miet l-għada, fis-Solennità talQalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Il-funeral sar l-għada, fil-Katidral tad-djoċesi, u d-difna saret f’binja fil-qrib. Hu kien l-iżjed isqof Malti anzjan. L-Isqof Monsinjur Walter Michael Ebejer dejjem żamm b’għożża lil art twelidu u lil Ħad-Dingli. Fl-aħħar żjara tiegħu f’Malta, 4 snin ilu, kien iċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd 29 ta’ Jannar 2017 f’ĦadDingli. + Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Qed nippubblikaw siltiet qosra minn intervista li Mons. Isqof Walter Michael Ebejer kien ta lil Mario Micallef fl-aħħar żjara tiegħu f’Malta. Hija xhieda tar-rabta li kellu mar-raħal tagħna, fejn għad hawn jgħixu qraba tiegħu. Twelidt Ħad-Dingli fil-bini fejn illum hemm l-għassa tal-Pulizija. Meta kelli erba’ snin morna noqogħdu faċċata tal-kunvent ta’ San Duminku fir-Rabat. Kont bdejt nattendi l-iskola r-Rabat iżda kont imqareb ħafna. Lil missieri qalulu aħjar tneħħih minn hawn u ħadni miegħu l-iskola ta’ Ħad-Dingli, fejn missieri kien surmast. Fi żmien il-gwerra għamilt tliet snin ngħix Ħad-Dingli. Għamilna sentejn ngħixu ma’ “Ta’ Paloċċ” (’il fuq mill-għassa tal-Pulizija) u sena fejn kienet toqgħod il-familja ta’ Monsinjur Louis Camilleri.
Programm tal-Festa 2021
33
Żmien il-gwerra kien ikrah. Meta kien jaqa’ ajruplan aħna konna naslu fuq il-post qabel il-Pulizija u konna naqilgħu l-ball bearings. Is-sejħa għas-saċerdozju ġietni Ħad-Dingli meta konna noqogħdu hemm tul il-gwerra. Kont abbati. Nitqarben kuljum. Kont tifel ferrieħi, qrar regolari, u hemmhekk kien hemm nies li verament biddlu ħajti u ta’ Ħad-Dingli: l-aħwa saċerdoti Huntingford u Fr Dalli minn Raħal Ġdid. Kienu jagħtuna l-istruzzjoni u kienu jeħduna irtiri l-Fawwara. Filgrupp magħna kien hemm dak li aktar tard sar Dun Ġwann Abela. Hemmhekk ġiet il-vokazzjoni. Kelli erbatax-il sena. Kont noqgħod fid-dar “Ta’ Paloċċ”. Kont nistudja u bħal ġuvintur oħra ħafna ħsibijiet: trid tagħmel hekk, tiżżewweġ, ikollok karozza. U vuċi qawwija ħafna kienet tgħidli: “inti se ssir patri”. Fantasija, imma mbagħad bdiet iddejjaqni. Immur nistudja fuq, f’kamra fid-dar u niddejjaq li ma nistax nistudja minħabba din il-vuċi. “Inti se ssir patri. Inti se ssir patri”.
Patri Walter Michael Ebejer OP, missjunarju żagħżugħ fil-Brażil
Tkellimt ma’ Dun Charles Huntingford u ddeċidejt. Kelli erbatax-il sena l-aktar. U minn hemm qatt ma’ mort lura. La ddeċidejt, iddeċidejt. Madwar sena wara dħalt madDumnikani, ir-Rabat. Mort il-Brażil għax dejjem xtaqt il-missjoni. Hawnhekk kont nara ħafna qassisin. Jien għedt irrid immur f’post fejn ma ssibx qassisin oħra. L-isbaħ mument bħala Isqof hu li rnexxieli nagħmel jiffunzjona Seminarju Maġġuri, fejn żgħażagħ iħejju ruħhom għas-saċerdozju. Dan bdejtu mix-xejn. Id-dar fi Triq il-Parroċċa, Ħad-Dingli, fejn jistqarr li ġietu l-vokazzjoni saċerdotali
Jien wara dan kollu, wara li ddedikajt ħajti għal Kristu, nixtieq narah. Għalija biżżejjed ikolli daqsxejn ta’ daħla żgħira fil-bieb tassema. Imma nidħol, dak li nixtieq. Għall-Maltin nixtieq li jibqgħu jgħożżu l-fidi u l-valuri tagħhom biex ma jibkux wara. Meta titlef il-valuri mhux faċli terġa’ ġġib lura s-sitwazzjoni morali tal-pajjiż. Oqogħdu attenti għall-wirt kulturali u reliġjuż ta’ Malta. Din hi x-xewqa tiegħi u dan hu l-messaġġ li nixtieq ngħaddi lill-Maltin. Mal-kleru tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-aħħar żjara tiegħu f’Malta - Jannar 2017
Home Loan. To help you get your perfect place.
Book an appointment today. E-support | www.bnf.bank | +356 2260 1000 Terms and conditions apply. The loan is subject to the Bank’s lending criteria. The Bank reserves the right to amend or withdraw this loan product from the market at any time, at its sole and absolute discretion and without any prior notice. BNF Bank p.l.c. is a credit institution licensed to undertake the business of banking by the MFSA in terms of the Banking Act 1994. Registered in Malta C41030 - 203, Level 2, Rue D’Argens, Gzira, GZR 1368, Malta.
36
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Toronto, Mons. Ivan Camilleri. Iben wild il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli Nhar it-28 ta’ Novembru 2020, il-Papa Franġisku nnomina lil Dun Ivan Camilleri bħala Isqof Awżiljarju ta’ Toronto fil-Kanada u Isqof Titulari ta’ Teglata fin-Numidia. Il-parroċċa ta’ ĦadDingli laqgħet bil-ferħ din l-aħbar billi missier l-Isqof, Benjamin, hu iben ir-raħal tagħna fejn għex sakemm iżżewweġ u mar joqgħod Tas-Sliema. Il-familja Camilleri emigrat lejn il-Kanada fl-1980. Monsinjur Ivan Camilleri għandu 52 sena, ġie ordnat saċerdot nhar it-12 ta’ Mejju 2007, u isqof nhar il-25 ta’ Jannar 2021, festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl. Hu wieħed minn erba’ Isqfijiet Awżiljarji tal-Arċidjoċesi ta’ Toronto li jassistu lill-Kardinal Thomas Collins. Il-Bord Editorjali jirringrazzja lill-Isqof Camilleri li aċċetta jikteb messaġġ għal din il-pubblikazzjoni.
Apprezzajt ħafna l-istedina biex nibgħatilkom messaġġ minn Toronto, il-Kanada, fejn bħalissa qiegħed nassisti lill-Kardinal Thomas Collins bħala wieħed minn erba’ Isqfijiet Awżiljarji tiegħu. Nixtieq nifirħilkom għal dan iż-żmien fejn qegħdin tiċċelebraw il-festa parrokkjali tagħkom. Għaddew ftit tas-snin mill-aħħar darba li żort ’l Ħad-Dingli, fejn twieled u trabba missieri Benjamin Camilleri, imma l-memorji sbieħ ta’ dan il-post jibqgħu dejjem qrib tiegħi. Niftakar li bħala tifel żgħir, fis-sebgħinijiet, ta’ kull sena kont niġi Ħad-Dingli mal-familja tiegħi f’Awwissu għall-festa parrokkjali. Hemmhekk kont niltaqa’ maz-zijiet u l-kuġini, kemm minn Ħad-Dingli kif ukoll minn partijiet oħra ta’ Malta. Minbarra l-esperjenza sabiħa ħafna tal-quddiesa, niftakar fil-purċissjoni bilvara ta’ Marija Assunta madwar t-toroq tar-raħal, imħallta max-xeni u l-irwejjaħ tal-logħob tan-nar u l-gabbani tal-ikel … ir-riħa tat-trikkitrakki, imqaret, hotdogs, u qubbajd, kollha għadhom stampati f’moħħi … dawk kienu żminijiet aktar innoċenti għalina lkoll!
Programm tal-Festa 2021
37
Il-familja tiegħi marret tgħix il-Kanada fl-1980 meta kelli 11-il sena. Bħala adult, iż-żjarat tiegħi f’ĦadDingli kienu jsiru l-aktar fil-perjodu kwiet ta’ Ġunju u Lulju, fejn kont inqatta’ l-ħin inżur lil qraba u ħbieb inkluż lil Dun Ġwann Abela, u naturalment lill-kuġin tiegħi Mons. Louis Camilleri. Waqfa fiċ-ċimiterju tar-raħal dejjem kienet tkun fuq l-aġenda, biex inżur lill-għeżież li għaddew qabilna; sfortunatament issa wkoll fosthom hemm Dun Ġwann. Meta naħseb f’Ħad-Dingli dejjem niftakar flirdumijiet, fix-xemx sabiħa, is-sema blu, u bl-istess lewn imma aktar skur il-baħar. Bħala saċerdot li kont għadni kif ġejt ordnat, fl-2007 kelli unur kbir li niċċelebra quddiesa għall-familja estiża tiegħi filkappella ddedikata lil Santa Marija Maddalena fuq l-irdumijiet li kienet ippakkjata f’Ħadd filgħaxija. Monsinjur Louis Camilleri assistieni fil-quddiesa. Niftakar li bejni u bejn ruħi bdejt ngħid li jien kont l-uniku kurat fid-dinja li għandu Monsinjur jassistih. Iż-żjarat fil-Knisja Arċipretali ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija għandhom tifsira speċjali għalija, peress li hemm midfun iz-ziju tiegħi, Carmel Camilleri. Hu kien seminarista li ġie ordnat djaknu fuq is-sodda tal-mewt tiegħu. Nitolbu li jinterċedi għalina lkoll bi grazzji speċjali.
Il-ġenituri tal-Isqof Ivan Camilleri (Benjamin u Josephine). Ritratt meħud fl-1963
Fis-servizz tiegħi hawnhekk f’Toronto, kelli x-xorti niltaqa’ ma’ nies ta’ oriġini Maltija kull fejn immur, speċjalment f’ministeri li qdejt fl-aħħar snin bħala bħala Kanċillier tal-Arċidjoċesi, Moderatur tal-Kurja, u Vigarju Ġenerali. Dejjem nistaqsi lill-Maltin minn liema belt jew raħal ġejjin. Jien kburi nsemmi li missieri kien minn Ħad-Dingli (ommi, Josephine, kienet minn Tas-Sliema, il-post fejn ilġenituri tiegħi marru joqogħdu wara li żżewġu).
Ċelebrazzjoni ta’ quddiesa għall-familjari fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, 2017
38
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Ħad-Dingli għandu post distintiv fil-formazzjoni tiegħi bħala persuna. Ninsab grat għall-ħafna esperjenzi u nies li ltqajt magħhom f’dan irraħal. Ix-xewqa tiegħi għalikom hi li ssibu ħin u tirriflettu fuq n-natura speċjali tar-raħal tagħkom, u filwaqt li tiċċelebraw l-festa ta’ Marija Assunta tirringrazzjawha għall-barkiet u t-tjubija li turi magħkom matul is-sena kollha. Nitlob għalikom u minn qalbi nawguralkom festa mill-isbaħ. Mons. Ivan Camilleri Isqof Awżiljarju ta’ Toronto Isqof Titulari ta’ Teglata fin-Numidia
Il-familja tal-Isqof Ivan Camilleri (il-ġenituri, iż-żewġ ħutu subien u n-nisa tagħhom flimkien man-neputijiet). Ritratt meħud fl-2013
J. MICALLEF SERVICE STATIONS
ŻEJTUN SERVICE STATION Tal-Barrani Road, Żejtun Tel: 21801493 Email: zejtunss@jmicallefgroup.com.mt
RABAT SERVICE STATION Buqana Road, L/O Rabat Tel: 21450853 Email: mjst@maltanet.net
www.facebook.com/J.Micallefservicestation
J. MICALLEF SERVICE STATION LIMITED is the owner of the Rabat Service Station and the Żejtun Service Station. Both service stations provide several services such as: • BOV ATM facilities • Fuel fill-up station • Routine servicing Exterior and Interior washes • Sale and repairs of tyres, car parts and car accessories in our shops
• Car wash • Valet services • Snack outlet • Liquigas facilities
Car Wash • 24hrs self-service carwash • Car polishing Valet Services Valet service is offered Monday to Friday by appointment. This service is given by the best staff, which includes: • Car washing from the outside • Wheel arches are jet washed • Proper engine care, starting off by cleaning the engine and adding a moisture protectant (ONLY by client request) • Polishing of windows both inside and outside • Car mats are cleaned and shampooed as well as the upholstery and seats • The inside of the car (dashboard, vinyl/plastics etc.) will be brushed and/or washed as needed • Satin polish and/or leather care is applied • The outside of the car will be waxed with our best products, giving the paint protection from UV rays, rain, salts and oxidization • Tyres and rims will be cleaned and polished • Ending with an air-freshner Car Services • Wheel balancing • Oil change • Oil filter • Plugs • Tyre Rotation
• Air filter • Fuel filter • Brakes • Coolant
http://www.jmicallefgroup.com.mt/
40
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-konservazzjoni u r-restawr tal-istatwa medjevali polikromatika ta’ San Ġwann il-Battista Nhar l-24 ta’ Ġunju 2021, solennità tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli ttellgħet serata li matulha ġie inawgurat il-proġett ta’ konservazzjoni u restawr ta’ statwa ta’ Ġwanni l-Battista – patrimonju storiku u artistiku li nsibu fil-Knisja tagħna. L-ispejjeż għal dan il-proġett kienu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. VALENTINA LUPO u MARIA GRAZIA ZENZANI, diretturi tal-kumpanija li ntgħażlet biex tagħmel dan ix-xogħol wara sejħa pubblika, jagħtu sfond storiku dwar l-istatwa, l-istat li kienet fih, l-istħarriġ li sar u l-proċess innifsu ta’ konservazzjoni u restawr. L-istatwa ttieħdet fil-faċilitajiet tal-kumpanija Atelier del Restauro nhar is-6 ta’ Settembru 2019 u damet hemmhekk madwar sena u nofs. Sfond storiku u ikonografija L-iskultura fl-injam ta’ San Ġwann il-Battista, li tmur lura għall-aħħar parti tal-Medjuevu, kienet tinsab fis-sagristija tal-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli. Hu maħsub li din l-istatwa nġiebet f’Malta fis-seklu sittax mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-Professur Mario Buhagiar kien l-ewwel studjuż li ta l-importanza mistħoqqha lil din ilbiċċa xogħol tal-arti. Aktarx li din l-istatwa hija l-unika eżempju li fadal f’Malta ta’ skultura polikromatika fl-injam, li tinsab għaliha weħidha, mill-perjodu Gotiku tardiv. L-istatwa għandha d-daqs ta’ bniedem robust, proporzjonijiet tajbin u turi numru ta’ attribwiti anatomiċi u dettalji li jagħtuha ċerta kwalità artistika. Il-figura hija miksija bil-ġilda tal-annimal tad-deżert, probabilment ġemel, li hi mlibbsa bħal tunika madwar il-qadd b’ċinturin tal-ħabel. It-tinjiet jaqgħu fi pjiegi riġidi lejn il-wiċċ u d-dwiefer tal-annimal taddeżert. L-istil tagħhom jagħtihom sens ta’ disinn araldiku. Jista’ jkun li l-istatwa għandha rabta mal-Gran Caracca Sant’Anna (1522 – 1548), possibbilment bħala waħda mill-istatwi tal-kult li kienu jżejnu l-kappella tal-ġifen. Fl-1684, il-Pirjol tal-knisja konventwali, Frà Pierre Vianny, ta din l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista flimkien ma’ statwa oħra mnaqqxa ta’ San Ġakbu lill-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Is-somma ta’ 6 tari kienet imniżżla filktieb tal-kontijiet tal-Grotta. Il-ħlas sar fit-8 ta’ Lulju 1684 lil żewġ irġiel li ġarrew dawn l-istatwi mill-Belt Valletta sal-grotta fir-Rabat. Ftit tas-snin wara, l-istatwi ġew trasferiti għall-knisja tal-parroċċa l-ġdida dedikata littlugħ fis-sema tal-Madonna, f’Ħad-Dingli. Mhux magħruf fejn tinsab u x’inhi l-istorja tal-istatwa ta’ San Ġakbu minħabba li ilha nieqsa minn ĦadDingli għal xi żmien. Matul is-snin, saru diversi interventi ta’ restawr lill-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista li iżda ma ġewx iddokumentati. F’intervent ewlieni, il-
Programm tal-Festa 2021
41
polikromija (l-arti tat-tpinġija b’diversi kuluri) tgħattiet b’kisja kannella skur, li biddlet din l-istatwa għal skultura monokromatika (lewn wieħed). L-unika intervent fuq l-istatwa li hu ddokumentat sar mill-artist u restawratur Oscar Testa (1909 – 1979) li fis-sittinijiet tratta l-istatwa kontra l-infestazzjoni tal-insetti. L-istatwa kienet qiegħda ssofri minn infestazzjoni qawwija ta’ nsetti u kienet ikkurata permezz ta’ insettiċida li ġiet applikata b’siringa. L-istat ta’ konservazzjoni Minn osservazzjonijiet preliminari flimkien ma’ referenzi li saru fl-investigazzjonijiet xjentifiċi għal teżi tal-B.Cons. (Hons) ‘A Study of the Polychrome Wooden Statue of St John the Baptist Located at Dingli Parish Church’ – V. Lupo, May 2011, ġie konkluż li l-istatwa sarulha numru ta’ interventi ta’ restawr tul is-snin. F’intervent maġġuri l-polikromija ġiet mgħottija b’kisja kannella skur, li biddlet din l-istatwa għal skultura monokramatika. Taħt il-kisja preżenti hemm traċċi ta’ polikromija fuq l-istatwa, li juru li qabel kienet miżbugħa u indurata bid-deheb. Ħadd ma jaf meta ġiet applikata din iż-żebgħa skura u r-raġuni għaliex l-istatwa kienet inbidlet f’waħda monokromatika. Jista’ jkun li l-polikromija tal-istatwa kienet ħżienet ħafna u ġie deċiż li l-istatwa tingħata kulur wieħed biex jgħattu xquq u polikromija li kienet meqruda. Hemm possibiltà li ż-żebgħa monokromatika ġiet applikata biex tagħti lill-istatwa dehra aktar uniformi. Fil-passat, kienet proċedura komuni fir-restawr ta’ skulturi polikromatiċi li tiġi applikata polikromija ġdida biex tagħti valur lill-potenzjal artistiku tal-istatwa. Possibilment dan seta’ ġie applikat biex ‘jgħatti’ l-interventi ta’ restawr li saru fuqha. Jista’ jkun ukoll li dan ġie applikat biex l-iskultura tiġi addattata għal dak li kien popolari f’dak il-perjodu partikulari tal-istorja. Pereżempju, tul is-seklu tmintax fl-Italja xi skulturi polikromatiċi tal-injam inksew b’kulur kannella skur biex iġiegħlu l-istatwa tidher li kienet magħmula mill-bronż, li f’dak il-perjodu kien materjal meqjus iktar prestiġjuż mill-injam. L-istat ħażin ta’ konservazzjoni tal-injam u l-fatt li taħt il-livelli ta’ żebgħa skura kienu jidhru sinjali ta’ polikromija, wasslu lill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli biex tidħol għall-proġett ta’ konservazzjoni bilgħan li tinkixef il-polikromija oriġinali u l-induratura tal-istatwa. Il-proġett twettaq bejn l-2019 u l-2021, ġie fdat lill-kumpanija stabbilita Atelier del Restauro Ltd., u tmexxa minna: Maria Grazia Zenzani u Valentina Lupo – konservaturi professjonali.
00356 2792 2222 OLD RAILWAY TRACK, ST VENERA
WWW.BRIDGEPOINTMALTA.COM
44
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Investigazzjoni xjentifika u tomografija kompjuterizzata (CT) Scan Studji li kienu saru fil-passat dwar l-istatwa jindikaw li din tnaqqxet f’injam tal-ġewż. L-istess studji inkludew investigazzjoni tal-istruttura interna permezz ta’ radjografija x-ray. Minħabba xi limitazzjonijiet, dan ilmod intuża biss għal studju tar-ras talistatwa. Għalhekk, din id-darba ġie deċiż li l-istruttura interna tal-istatwa tiġi investigata fid-dettall bl-użu ta’ CT scan. CT scan jew tomografija kompjuterizzata hija sistema li tipproduċi rappreżentazzjonijiet tri-dimensjonali interni u anke esterni. Permezz tagħha wieħed ikun jista’ jara l-parti interna mingħajr metodi invażivi. F’dan il-każ, CT scan kien metodu mhux invażiv bżonjuż biex wieħed jifhem l-istruttura u l-kompożizzjoni interna tal-istatwa, kif ukoll l-ispazji vojta fi ħdan l-istruttura tal-injam. Għal dan il-għan, l-istatwa ttieħdet fid-Dipartiment tal-Medical Imaging tal-iSptar Mater Dei, fejn saret scan tal-istatwa bl-użu tac-CT scanner tal-isptar. Interventi ta’ konservazzjoni u restawr Il-pjan ta’ konservazzjoni u restawr kien maħsub biex jippreserva l-materjali tal-istatwa u jwaqqaf milli l-qagħda tagħha tmur għall-agħar. It-trattament ippjanat ġie deċiż skont id-dokumentazzjoni preliminari u l-investigazzjoni xjentifika li saret. Wara analiżi dettaljata tal-istatwa u taħdidiet malparroċċa ta’ Ħad-Dingli, ġie deċiż li l-interventi jinkludu tindif biex jitneħħa s-saff ta’ żebgħa kannella u b’hekk toħroġ il-polikromija oriġinali. Dokumentazzjoni fotografika u grafika Qabel ma bdew l-interventi ta’ konservazzjoni u restawr, saret dokumentazzjoni fotografika dettaljata permezz ta’ ritratti u dawl ultravjola. Din id-dokumentazzjoni fotografika saret ankè waqt, kif ukoll wara, l-interventi ta’ konservazzjoni u restawr biex b’hekk ġew dokumentati fid-dettall il-fażijiet kollha tal-proġett. Diżinfestazzjoni Wara analiżi dettaljata tal-injam talistatwa, ġie konkluż li għalkemm kien hemm numru ta’ toqob assoċjati ma’ attività minn insetti, ma kienx hemm infestazzjoni attiva. Għalhekk ġie deċiż li t-trattament kontra l-infestazzjoni mill-insetti ssir lejn l-aħħar tal-pjan ta’ konservazzjoni, bħala miżura preventiva. Sar ukoll trattament anossiku tal-istatwa biex jiġu eliminati xi organiżmi li jtaqqbu l-injam. Ittrattament anossiku ħa madwar xahar u b’hekk ta garanzija li jekk hemm xi insetti preżenti, fi kwalunkwe stadju talħajja tagħhom, ġew diżinfettati.
Programm tal-Festa 2021
45
Tindif: It-tneħħija ta’ saff żebgħa kannella L-intervent twil u kumpless tat-tindif tal-istatwa involva t-tneħħija ta’ trab u ħmieġ li akkumula fuq ilwiċċ tagħha flimkien mas-saff żebgħa kannella. Dan kixef il-polikromija oriġinali tal-istatwa. Testijiet li saru f’din il-fażi tax-xogħol urew li kien hemm żewġ saffi oħra ta’ żebgħa kannella li riedu jitneħħew. Biex sar hekk, ġie applikat fuq il-wiċċ solvent b’bażi ta’ gel. Wara, sar tindif sewwa nkluż tlaħliħ, biex tneħħew xi fdalijiet li seta’ kien fadal. Din il-proċedura ġiet ripetuta biex tneħħew traċċi ta’ żebgħa li mhix l-oriġinali. F’żoni fejn kien hemm saffi ħoxnin ta’ żebgħa sar tindif mekkaniku bl-użu ta’ xafra kirurġika. It-tneħħija ta’ dawn is-saffi ta’ żebgħa kixfet ilpolikromija oriġinali tal-istatwa, li kienet tinkludi diversi kuluri. Barra minn hekk, dehru wkoll nuqqasijiet fl-injam. Inkixfu wkoll diversi toqob riżultat ta’ infestazzjoni ta’ insetti. Waqt il-proċess dehru wkoll telf u grif fil-polikromija oriġinali. Barra minn hekk, fil-parti t’isfel tal-istatwa nstabu għadd ta’ stemmi minquxin fl-injam, armorial graffiti. Dawn il-graffiti kellhom numru ta’ stemmi kif ukoll is-salib ta’ Malta bi tmien ponot. Waħda minnhom tixbaħ lill-istemma ta’ Villiers de l’Isle Adam, indikazzjoni li jista’ jkun hemm rabta malGranmastru li ġab il-Kavallieri f’Malta. F’dan ir-rigward għaddejja aktar riċerka biex tiġi determinata l-oriġini u t-tifsira ta’ dawn il-graffiti. It-tneħħija tal-mili ta’ xquq antiki It-tindif tas-saffi taż-żebgħa wera li diversi xquq antiki kienu mimlija bilġibs. It-tneħħija ta’ dan il-ġibs sar blużu ta’ xfafar kirurġiċi. Ġie deċiż li x-xquq jitnaddfu sew għax dawn kienu nstabu fi stat ħażin ta’ konservazzjoni u l-materjal użat kien ta’ kwalità fqira. It-tneħħija tal-ġibs żvela telf kbir ta’ sapport tal-injam ikkawżat minn attività mill-insetti. Ir-riżultat ta’ dan kollu kien li kellek partijiet mill-injam fi stat ħażin, b’partijiet mill-istruttura interna mitlufa għalkollox. Minħabba d-deterjorazzjoni li kien hemm, sibna ammont ta’ injam li sar trab. Konsolidazzjoni Dan l-istat wera l-ħtieġa ta’ konsolidazzjoni biex wieħed jgħaqqad mill-ġdid is-saffi tal-istatwa u jerġa’ jistabbilizza s-saħħa tal-injam. Taħlita miżjuda bl-ilma ta’ resin termoplastiku (15%/20% Paraloid B72) ġiet injettata f’dawn ix-xquq u qtugħ fis-saffi tal-istatwa.
48
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-mili ta’ partijiet li kienu mitlufa u t-tisħiħ tal-injam Billi l-istatwa hi vojta minn ġewwa kien meħtieġ li l-partijiet nieqsa jinbnew mill-ġdid bl-injam. Għal dan il-għan, intużaw biċċiet żgħar ta’ injam tal-għamla tulip. Fejn kien hemm telf aktar fond intuża l-balsite, li huwa materjal b’saħħtu u li jista’ jieħu diversi forom, jixbaħ lill-karatteristiċi talinjam, u jippermetti s-sapport oriġinali tal-injam jespandi jew jiċkien skont it-tibdil fil-kundizzjonijiet ambjentali li jkun imdawwar bihom. Il-mili tax-xquq bil-balsite ġie llivellat sal-wiċċ tas-sapport tal-injam. Meta l-mili tax-xquq nixef, ġie applikat il-Gesso di Bologna biex dawn ix-xquq mimlija jilħqu l-livell taż-żebgħa. Ladarba nixef sar l-ixkatlar b’sand paper fina biex b’hekk il-wiċċ ġie lixx u kullimkien l-istess. Ir-ri-integrazzjoni ta’ partijiet nieqsa Fl-aħħar l-istatwa ġiet integrata kromatikament biss fejn kienu preżenti nuqqasijiet kbar fis-saff tal-ġibs. Rikostruzzjonijiet minn interventi tal-passat kif ukoll brix ma ġewx irtukkjati bħala evidenza tal-mogħdija taż-żmien u l-awtentiċità tal-iskultura. L-integrazzjoni mill-ġdid saret bl-użu ta’ gouache u kuluri tal-verniċ applikati f’toni newtrali, li jippermettu li s-saff tażżebgħa oriġinali tħalla jidher fil-wiċċ. Fi tmiem ilproċess, l-istatwa ngħatat il-verniċ b’resin sintetiku li jiflaħ għal temperaturi għojin u għaż-żmien, kif ukoll b’karatteristiċi ottiċi li jixbħu ħafna lir-resin naturali. Fl-aħħar ingħatat ukoll verniċ satin biex tipproteġi l-polikromija u l-induratura kif ukoll tirfina l-preżentazzjoni estetika tagħha. Konklużjoni Bis-saħħa tal-konservazzjoni u r-restawr li sar f’dan il-proġett, raddejna lura biċċa xogħol fejn din l-immaġini ta’ San Ġwann il-Battista, li tant kienet minquxa u mpittra b’mod eleganti, tista’ tiġi apprezzata millġdid fid-dettalji anatomiċi u mill-fattizzi espressivi u dettaljati tagħha. L-esperjenza tagħna fil-konservazzjoni u r-restawr tatna ċ-ċans li nagħmlu intervent ibbażat fuq teoriji moderni tar-restawr li kixfu l-oriġinalità tal-istatwa, b’mod li s-sinjali taż-żminijiet ma ntmissux. Il-kumpanija tagħna tinsab kburija li ġiet fdata b’din l-isfida u proġett importanti minħabba li din il-biċċa arti hija waħda mill-ftit eżempji ta’ skulturi tal-aħħar parti tal-Medjuevu f’Malta. It-tama tagħna hi li dan ir-restawr jagħti aktar valur lill-wirt artistiku ta’ Ħad-Dingli u jkompli fl-isforzi għall-ħarsien tal-patrimonju kulturali ta’ dan ir-raħal. Il-kumpanija Atelier del Restauro twaqqfet fl-2012 u titmexxa minn Maria Grazia Zenzani, Valentina Lupo u Simon Dimech. Il-kumpanija ħadmet fuq diversi proġetti importanti ta’ konservazzjoni u restawr fuq skala nazzjonali fosthom: ix-xbieha ta’ Ġesù Redentur tal-Isla, il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, l-ikona tad-Damaxxena fil-Belt, u l-koppli tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex u tal-Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.
Programm tal-Festa 2021
49
DINGLI TYRE SERVICE Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.
(ħdejn iċ-Ċimiterju)
Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195
DINGLI IRONMONGERY Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine
All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on
9949 8074 7972 9689
M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates
Over 10,000 Paint Colours Available 21, Triq il-Parroċċa, Dingli Tel: 2745 4545 Mob: 7905 3401
OPENING HOURS TUES, WED, FRI 7.00am - 12.00pm 4.00pm - 7.00pm THU 7.00am - 12.00pm SAT 7.00am - 12.00pm
Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli
7927 9650
Triq G˙ar Bittija, Dingli Mob: 7926 6565 Email: msddingli@gmail.com
WHERE TRADITION MEETS DIGITAL TRANSFORMATION Introducing our new Card Designs
Talk to us | 2131 2020 | bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta).
L-AVUKAT
RACHEL POWELL LL.B (Hons.), M.Adv. (Melit.), CIPP/E
IL-FESTA T-TAJBA LID-DINGLIN KOLLHA! 99190095 rachel@powellrachel.com
TA’ SPANJA TRANSPORT SERVICES For further details and reservations contact us on 79704962 School Transport | Special Occasions | Planned Group Trips | Airport Transfers
52
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Jitlesta l-konservazzjoni u r-restawr tat‑titular tal-artal tal-Madonna tar‑Rużarju, ta’ żewġ kwadri kbar fil‑kor u tal-kwadri tal-Via Sagra fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli Fl-aħħar sena tlesta x-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr tal-kwadru tal-Madonna tarRużarju akkumpanjata minn San Duminku, Santa Katerina ta’ Siena u San Tumas ta’ Akwinu; il-pitturi tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi u ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp; u tlettax il-kwadru tal-Via Sagra. L-ispejjeż għalihom ġew kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. RODERICK ABELA, restawratur u wieħed mid-diretturi tal-kumpanija ReCoop li għamlet dan ix-xogħol, jagħtina sfond storiku dwar dawn ix-xogħlijiet ta’ arti li jżejnu l-knisja tagħna u jispjega l-interventi li saru fil-perjodu li għamlu fil-faċilitajiet tal-kumpanija. Il-proġett kollu fdat f’idejn ReCoop kien jinvolvi l-konservazzjoni u r-restawr ta’ 16il pittura u l-gwarniċ tagħhom. Il-kwadri tal-Via Sagra, li jinsabu mqassmin 7 f’kull navata, ftit li xejn insibu tagħrif dwarhom. Huma xogħol tas-seklu 18 iżda l-artist mhux magħruf. Ir-raġuni għalxiex dan il-proġett kien jinvolvi interventi fuq 13 mill-14-il kwadru li jirrappreżentaw il-mixja ta’ Ġesù fit-triq tassalib hi li wieħed mill-kwadri kien ġie restawrat diġà fis-sena 2015. Il-pitturi tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi u ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp li jinsabu faċċata ta’ xulxin fil-kor kienu magħmula fis-seklu 17. Filwaqt li l-artist tal-Adorazzjoni tal-Maġi mhux magħruf, il-kwadru li juri ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp hu xogħol l-artist Portuġiż, Manuel Pereira. Infatti wieħed jista’ jara l-firma ta’ dan l-artist fil-parti ta’ isfel tal-kwadru, in-naħa tal-lemin. Fuq dawn iż-żewġ pitturi wieħed jista’ jara l-emblema talfamilja Inguanez li tindika li din il-familja setgħet ikkummissjonat il-pitturi jew saħansitra ħallset għalihom. Minn dokumentazzjoni preżenti, dawn il-pitturi għamlu xi żmien fil-kappella ddedikata lil Marija Maddalena li tinsab fuq l-irdum ta’ Ħad Dingli u nġiebu fil-knisja mal-40 sena ilu. Minnaħa l-oħra, il-pittura tal-artal tal-Madonna tar-Rużarju hi tas-seklu 18. Għandha l-armi tal-familji Inguanez u Testaferrata flimkien, f’emblema waħda. Kien jidher ċar li dawn il-kwadri kellhom bżonn ta’ intervent ta’ restawr u konservazzjoni peress li l-verniċ kien skura ħafna u b’hekk ilpitturi ma baqgħux aktar vivaċi. L-istruttura tal-kwadri ma’ kinitx għadha tajba u kienu bdew jintelqu. Dan wassal biex partijiet miż-żebgħa bdiet taqa’ wkoll! Wara spezzjoni tal-kwadri fuq il-post, u wara li ġew diskussi mas-supervisor tal-proġett, Dr Mark Sagona, ġie stabbilit li l-kwadri jistgħu jittieħdu fil-laboratorju tar-restawr. Nhar it-12 ta’ Marzu 2020
Programm tal-Festa 2021
53
ittieħdu mill-knisja t-3 kwadri l-kbar waqt li fil-11 ta’ Mejju 2020 ittieħdu t-13-il kwadru tal-Via Sagra. Filfaċilitajiet tal-kumpanija, fic-Central Business District fl-Imrieħel, saru l-ewwel fażijiet ta’ dokumentazzjoni bilkwadri ġew fotografati waqt li ttieħdu wkoll ritratti tal-ultra violet u l-infra red. Tajjeb ngħidu li dan il-proċess ta’ dokumentazzjoni hu importanti ħafna għar-restawraturi għax b’hekk ikunu jistgħu jidentifikaw bl-aktar mod ċar ilprocess ta’ restawr li jkun hemm bżonn fuq kull pittura. Dawn ir-ritratti għenu biex jiġi identifikat b’mod aktar preċiż il-partijiet fejn il-kwadri kellhom restawr u interventi li kienu saru fil-passat. Minn din id-dokumentazzjoni ġie stabbilit li l-kwadri kellhom ħafna ħmieġ u li l-verniċ kien sfar biż-żmien u li kien qed itellef l-aspett estetiku tal-kwadri. Ġew identifikati wkoll numru ta’ postijiet fejn kien hemm irtokk żejjed u li kien qed ikopri partijiet sew mill-oriġinal. Il-kwadri kollha kellhom bżonn li ssirilhom tila ġdida biex issaħħaħ l-istruttura tagħhom peress li t-tila oriġinali kienet intelqet biż-żmien. Interventi li kienu saru fil-passat ma baqgħux aktar b’saħħithom. Il-proċess fiżiku tar-restawr beda billi saru interventi ta’ konsolidazzjoni biex jiġu msaħħa partijiet li kienu fraġli u f’periklu li jintilfu. Wara dan il-proċess, bdew jsiru diversi testijiet tat-tindif f’diversi partijiet biex b’hekk tinstab l-aħjar metodoloġija għal dan ix-xogħol. Waqt it-tindif, ħareġ ċar mill-ewwel, li l-kwadri skuraw ħafna u li l-kuluri oriġinali kienu għadhom vivaci u b’saħħithom. Bil-mod il-mod waqt l-intervent tat-tindif, ħarġet aktar ċara t-teknika talartisti li ħadmu dawn il-kwadri kif wkoll tneħħa dak kollu li kien meqjus żejjed, bħal irtokk antik u ġibs li kien qiegħed fuq l-oriġinal. Wara l-proċess tat-tindif, il-kwadri kollha sarilhom intervent ta’ rintilar. Il-proċess beda billi tpoġġiet karta Ġappuniża fuq quddiem tal-pitturi biex isservi ta’ protezzjoni waqt l-intervent tar-rintilar. Il-pitturi mbagħad tneħħew minn fuq it-tilari tal-injam tagħhom, ġew imnaddfa sew minn wara u twaħħlet tila ġdida biex il-pitturi setgħu jkunu strutturalment stabbli għal darb’oħra. Apparti dan il-proċess, sar studju fuq it-tilari tal-injam tal-pitturi kolha u ġie stabbillit li t-tilari kellhom bżonn isiru ġodda biex jagħtu aktar stabilità lil pitturi. Kif il-proċess kollu kien lest, il-pitturi reġgħu ġew stirati fuq tilar ġdid tagħhom. Wara dan l-intervent, tneħħiet il-karta ta’ protezzjoni li kellhom fuq quddiem, ġew imnaddfa u sar mili bilġibs fejn kien hemm nuqqasijiet tal-kuluri oriġinali. Wara din il-fażi, kien imiss il-proċess tal-irtokk bil-kuluri tar-restawr apposta, li huma prodotti riversibbli u ma jagħmlux ħsara lill-pitturi. L-aħħar intervent kien li l-pitturi ngħatalhom diversi passati ta’ verniċ biex b’hekk jiġu ppreservati u protetti.
56
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Apparti l-pitturi, sar ukoll xogħol ta’ restawr fuq ilgwarniċi tagħhom. Il-gwarniċi tal-Via Sagra nstab li kellhom ħafna interventi u tiswijiet li kienu saru fil-passat li kellu bżonn jitneħħa. Waqt il-proċess ta’ tindif instab li l-iskrizzjoni oriġinali kienet bitTaljan minflok bil-Malti. Kien għalhekk li dawn l-interventi tneħħew biex setgħu jitgawdew fl-istat kif kienu maħsuba orġinarjament. L-induratura kienet magħmula mill-fidda u kellha passati ta’ shellac biex jiġi lewn id-deheb b’faxx iswed maddawra tal-kwadru u fuq is-salib. L-intervent beda bilproċess ta’ konsolidazzjoni tal-partijiet fraġli, u wara sar t-tindif, kif ukoll integrazzjoni b’ġibs ġdid fejn kien mitluf, biex ikun lest għall-induratura. Wara, l-induratura l-ġdida ġiet integrata mal-oriġinali u reġa’ ġie mogħti x-shellac. Il-gwarniċi tal-Adorazzjoni tas-Slaten Magi u tażŻwieġ tal-Madonna u San Ġużepp, kienu saru b’induratura tar-ram. Biż-żmien, partijiet talgwarniċi kienu ħdaru. Dan l-intervent jitqies bħala wieħed riċenti u ma kienx jagħmel parti millħsieb oriġinali. Għalhekk, wara diskussjoni bejn l-Arċipriet, is-supervisor u r-restawraturi, ġie deċiż kif dan l-intervent jitneħħa u minflok issir induratura ġdida bil-folji tad-deheb pur, bis-sistema tradizzjonali tal-bolo. Il-gwarniċ tal-Madonna tar-Rużarju kien diġà indurat bid-deheb. Għalhekk ġie mnaddaf u saret induratura ġdida fejn kien mitluf, biex jiġi integrat mal-oriġinali. Qabel ir-restawr, ilgwarniċ tal-Madonna tar-Rużarju, kien imsammar direttament fuq il-pittura. Dawn l-imsiemer kienu qed jagħmlu ħsara lil pittura u kien għalhekk li nbidlet is-sistema ta’ kif dawn jitwaħħlu lura malpittura. B’hekk tiġi evitata l-ħsara. Wara dan il-proċess ta’ restawr u konservazzjoni, wieħed jista’ jara li l-kuluri oriġinali kienu ħafna iktar vivaċi, dettaljati u li ħafna mill-pittura oriġinali kienet għadha kollha preżenti. Ħafna mid-dettalji ta’ dawn il-pitturi ma setgħux jitgawdew minħabba numru konsiderevoli ta’ interventi żejda li kienu saru fil-passat, li grazzi għal dan ir-restawr, issa tneħħew. Tajjeb li wieħed jinnota li l-kwadri tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi u taż-Żwieġ ta’ San Ġużepp mal-Madonna, setgħu kienu akbar filpassat u li dawn ġew imċekkna biex ikunu jistgħu joqogħdu fil-post il-ġdid tagħhom fil-Knisja Arċipretali. Mill-banda l-oħra, il-kwadru tal-‘Madonna tar-Rużarju’, jidher li għadda minn proċess strutturali iktar minn darba. Mir-restawr li sar fuq din l-pittura, sibna dettalji li kienu moħbija li jissuġerixxu li dan il-kwadru kien oriġinarjament akbar u maż-żmien, iċċekken. Jidher ċar, li meta sab postu fejn hu llum, dan il-kwadru reġa’ ġie mkabbar, sabiex ikun jista’ joqgħod fil-gwarniċ tal-ġebla li hemm fuq l-artal.
Programm tal-Festa 2021
57
Nhar is-27 ta’ Awwissu 2020 twaħħlu lura f’posthom ż-żewġ kwadri l-kbar tal-kor. Fl-ewwel jiem ta’ Settembru 2020 ġew ritornati mill-faċilitajiet talkumpanija t-13-il kwadru tal-Via Sagra li minnufih iddendlu f’posthom fin-navi. Nhar l-10 ta’ Novembru 2020 twaħħal f’postu mill-ġdid il-kwadru tal-artal talMadonna tar-Rużarju. B’dan il-proġett, il-pubbliku jista’ jgawdi pitturi ħafna isbaħ, b’kuluri aktar vivaċi u strutturalment b’saħħithom. Ix-xogħol kien possibbli bil-ħidma li saret mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li għalih nkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-kwadri jkomplu jarrikku u jsaħħu l-esperjenza tad-ditta ReCoop Ltd, li għandha esperjenza vasta fuq l-istudju u l-konservazzjoni talpitturi. ReCoop ilha attiva fil-qasam tal-konservazzjoni u r-restawr mill-2003 fejn ħadmet fuq diversi proġetti kbar li jinkludu diversi pitturi ta’ importanza storika u kulturali, fosthom mill-artisti Stefano Erardi, Mattia Preti u Stefano Pieri. ReCoop tixtieq tirringrazzja lillArċipriet ta’ Ħad-Dingli, Dun Mark Mallia Pawley; lil Dr Mark Sagona, akkademiku fid-Dipartiment talArti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta li kien nominat mill-parroċċa bħala supervisor tal-proġett; u ’l kull min kien involut għall-possibilità li giet mogħtija biex taħdem fuq dan ix-xogħol.
alex agius saliba Membru Parlamentari Ewropew
Il-festa t-tajba
lid-Dinglin kollha S&D
Group of the Progressive Alliance of
Uffiċini 23a, Jackson Court, St. Michael’s Str. Fgura 74/7, Triq Borg Olivier, Rabat, Għawdex
Socialists & Democrats in the European Parliament
www.alexagiussaliba.com
AKTAR FAĊLI GHALIK MAKING IT EASIER It-Tieni Ġimgha tax-xahar Second Friday of the month
DINGLI
8am-12pm in Triq Pawlu Ebejer
Issa tista’ tiddisponi minn dawn l-oġġetti f’Roadshow Truck Now you can dispose of the following items at the Roadshow Truck
Ħwejjeġ
Clothes
Bozoz u Tubi tad-Dawl
Light Bulbs & Neon Tubes
Basktijiet Bags
Plastik Plastic
Vażetti u Fliexken tal-Ħġieġ
Glass Bottles & Jars
Polystyrene
Polystyrene
Żebgħa u Solventi
Żejt tat-Tisjir Cooking Oil
Karta u Kartun Paper & Cardboard
Batteriji Żgħar Household Batteries
Apparat Borom u Taġnijiet
Pots & Pans
Elettroniku Żgħir Small Electronics
Bottijiet tal-Isprej Aerosol Sprays
Paints & Solvents
wsm.com.mt/roadshow
Metall Metal
8007 2200
60
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Patri Pawl Muscat OSA
50 sena servizz lill-Knisja f’Malta u barra Din is-sena hu mument speċjali għal iben ir-raħal tagħna: Patri Pawl Muscat OSA. Hu qiegħed ifakkar il-ġublew tad-deheb mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. SAVIO D. BORG jikteb dwar il-mumenti ewlenin ta’ ħajjet dan il-patri Agostinjan li minkejja ’l ħafna impenji dejjem għożż lil Ħad-Dingli, speċjalment il-jiem tal-festa titulari ta’ Santa Marija. Patri Pawl, iben Salvu u Giuseppa neè Zahra, twieled nhar l-14 ta’ Diċembru, 1946, f’dar numru 10, Triq il-Buskett, Ħad-Dingli. Tgħammed l-għada, fil-15 ta’ Diċembru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Studja fl-iskola primarja tal-istess lokal, f’dik tar-Rabat u wara għadda għall-Kulleġġ tal-Agostinjani, f’Ħal Tarxien. Ta’ 17-il sena beda l-mixja tiegħu fl-Ordni Agostinjan u flimkien ma’ erbgħa minn sħabu huwa beda s-sena tan-novizzjat ġewwa l-kunvent tal-Agostinjani, fir-Rabat, Għawdex. Kif jistqarr huwa stess, il-ħajra li jissieħeb ma’ ulied Santu Wistin, taf il-bidu tagħha meta fit-tfulija tiegħu kien iservi bħala abbati fil-kappella tal-Buskett u kien iqaddes ċertu Patri Rafel Azzopardi OSA. Fil-familja kellu wkoll liz-ziju ta’ missieru, Patri Luiġi Muscat, Agostinjan. Wara n-novizzjat, kompla bl-istudji tal-filosofija u tat-teoloġija fil-kunvent tal-Agostinjani, ir-Rabat, Malta. Wara l-professjoni solenni tiegħu fl-ordni Agostinjan, nhar l-14 ta’ Marzu 1971, flimkien ma’ sitt reliġjuzi oħra, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat, Malta. Matul din il-medda twila ta’ ħamsin sena, Patri Pawl ħadem ħafna fost diversi komunitajiet, kemm f’Malta kif ukoll barra, dejjem b’sens kbir ta’ dover, disponibilità u ubbidjenza lejn is-superjuri tiegħu. Hekk insibuh fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu l-Belt, propju fil-Parroċċa ta’ Santu Wistin li kienet fil-bidu tagħha. Wara ħames snin, intbagħat jagħti servizz pastorali fit-Tuneżija, f’La Goulette, port ċkejken ftit ’il bogħod mill-belt kapitali fejn dam erba’ snin. Ix-xogħol tiegħu primarjament kien li jieħu ħsieb il-komunitajiet Taljani u tal-lingwa Ingliża mxerrda mat-Tuneżija. Mit-Tuneżija rritorna Malta fejn għal bosta snin kien fil-kunvent tal-Belt. Fl-1994 insibuh fil-Kunvent tar-Rabat, Malta, fejn kien jieħu ħsieb il-kappella tal-Buskett u n-nies tal-inħawi. Wara erba’ snin intalab imur Sqallija, fil-belt ta’ Katanja, fejn l-Agostinjani Maltin kellhom knisja u kunvent fil-qalba tal-belt. F’din il-knisja kien hemm devozzjoni kbira lejn Santa Rita, soru Agostinjana meqjuma bħala l-qaddisa tal-impossibbli. Biżżejjed insemmu li fil-festa tagħha, kienu jattendu eluf kbar ta’ devoti; kienu jidħlu mill-bieb prinċipali tal-knisja u joħorġu mill-kunvent! Fis-snin li dam Katanja kien jieħu ħsieb spiritwalment iż-żgħażagħ li kienu l-ħabs. Billi f’Katanja hemm komunità sabiħa ta’ Maltin, kien jieħu ħsieb li regolarment jiltaqgħu flimkien biex tinżamm ċerta għaqda u fraternità, kemm fuq livell spiritwali kif ukoll fuq livell soċjali. Mal-kunvent kien hemm ukoll hostel imfittxija ħafna mill-Maltin speċjalment fil-festa ta’ Sant’Agata, il-qaddisa patruna ta’ Katanja. Lura Malta, insibuh
Programm tal-Festa 2021
61
L-ordinazzjoni saċerdotali ta’ Patri Pawl Muscat OSA, 14 ta’ Marzu 1971
f’ħidma pastorali għal kważi għaxar snin fil-kunvent tal-Agostinjani fil-gżira ta’ Għawdex. Illum qed iservi fil-Parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt u bħala kappillan tas-sorijiet klawstrali Agostinjani. Patri Pawl hu saċerdot b’qalb pastorali kbira; dejjem għaddej b’sens qawwi ta’ servizz f’diversi parroċċi, skejjel u fejn ikun mitlub bħal meta kien imur f’Bona (fejn twieled Santu Wistin) l-Alġerija, jissostitwixxi xi patri minħabba mard jew raġunijiet oħra. Mhux biss; Patri Pawl qatt mhu se ssibu b’idejh fuq żaqqu! Dejjem iħabrek fix-xogħol tal-id, jaħdem u jirsisti kull fejn ikun hemm il-ħtieġa. Bħalissa fil-kunvent u l-knisja fejn qiegħed konventwali (il-Belt), għaddej xogħol kbir ta’ restawr. Lil Patri Pawl hemm issibu, dejjem mal-ħaddiema, għaddej kull ħin, jipprova jtawwal il-ġurnata ħalli jlaħħaq ma’ kollox u ma’ kulħadd! Nawguraw lil Patri Pawl aktar snin ta’ ħidma flgħalqa tad-dwieli tal-Mulej u nżommuh fit-talb tagħna. Kif wera x-xewqa hu stess, nitolbu għal aktar vokazzjonijiet reliġjużi u saċerdotali għax il-ħsad huwa kbir imma l-ħaddiema huma ftit!
Ad Multos Annos Iċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel quddiesa solenni. Jilqa’ l-offerti mingħand oħtu, Sister Renata Muscat OSA
QUALITY STONES AT AFFORDABLE PRICES Kitchen Tops, Staircases, Flooring, Pool Coping, Fireplaces & Cladding.
www.desanamarbles.com
+356 2145 1350 | 9946 7776
Desana, Buskett Road, Dingli
info@desanamarbles.com
64
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
THE CATHEDRAL OPTICIANS 50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976
JC Detergent & More
All kinds of detergents, toiletries, carpets, sheets, towels & many more items
Triq San Ġwann Bosco, Dingli Tel: 27181010
ry e v i l e D Free
Opening Hours Monday • Tuesday • Thursday • Friday 8.00am - 12.00pm & 4.00pm - 7.00pm Wednesday & Saturday 8.00am - 1.00pm
Free D elivery
It-tabib Malcolm Paul AGIUS GALEA u l-familja tiegħu jawguraw il-festa t-tajba lid-Dinglin kollha fl-okkażjoni TAL-FESTA TA’ SANTA MARIJA Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq is-6 u s-7 Distrett. www.mpagiusgalea.com
VIVA SANTA MARIJA
AGĦTI DONAZZJONI ISSA FUQ SMS - 5061 8936 - €6.99 +356 7909 6249 Din il-paġna ġiet finanzjata minn persuna li xtaqet tibqa’ anonima. Grazzi ta’ dan il-ġest sabiħ.
Il-Programm tal-Festa Il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija. Fil-bidu tal-Kwindiċina, il-parroċċa qed tagħmel stedina lil kulħadd biex din is-sena nibdew il-mixja tagħna għall-festa flimkien madwar l-Ewkaristija. Bejn it-8.00 a.m. u s-6.00 p.m., il-knisja se tkun miftuħa għal mumenti ta’ talb u adorazzjoni privata quddiem Ġesù Sagramentat. Min jixtieq jista’ jattendi fil-Kappella tal-Adorazzjoni, f’Dar Don Bosco. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Imexxi l-Arċipriet, irRev. Mark Mallia Pawley. Wara, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Is-Sibt, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi tal-parroċċa. Fil-quddiesa ta’ filgħaxija u ta’ għada nagħmlu l-offerta tagħna għall-karità fi żmien il-festa li din is-sena se tmur għall-missjoni mmexxija mill-patrijiet Dumnikani Maltin fl-Albanija. Illum u għada wkoll se tingħata l-opportunità ’l min jixtieq biex jirreġistra bħala donatur talorgani. Fil-knisja ser ikun hemm membri tal-Kummissjoni Djakonija jilqgħu applikazzjonijiet mingħand persuni interessati. 4.30 p.m. Quddiesa. 5.45 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.00 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Matthew Pulis li fiha niftakru b’mod speċjali filbenefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Il-Ħadd, 8 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nuru s-solidarjetà tagħna mal-oħrajn u nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa. 8.30 a.m. L-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley, jinawgura Child Care & Educational Centre fi proprjetà tal-parroċċa fi Triq il-Ġnien. Iċ-ċentru hu operat mill-privat. Illum iċ-ċentru jibqa’ miftuħ sa 12.00 p.m. għal min jixtieq iżur din il-faċilità ġdida. Mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m., għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela. 9.30 a.m. Quddiesa, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. It-Tnejn, 9 ta’ Awwissu 6.30 p.m. Quddiesa mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley f’Misraħ Frenċ Abela. Tieħu sehem il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mittwaqqif tagħha. Fi tmiem issir il-funzjoni tal-Kwindiċina. Dawk li se jattendu jridu jirreġistraw minn qabel id-dettalji personali tagħhom fis-sagristija jew fil-każin tal-banda. It-Tlieta, 10 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro MSSP li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna. 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa u wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.00 p.m. Quddiesa fil-knisja għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-parroċċa. Imexxi r-Rev. Jake Mamo SDB, Direttur ta’ Dar Don Bosco. Il-Ħamis, 12 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna. 5.00 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 5.30 p.m. Quddiesa miftuħa għal kulħadd. 6.30 p.m. Quddiesa fil-knisja għat-tfal kollha tal-parroċċa (mal-ġenituri tagħhom). Jiċċelebra r-Rev. Jean Claude Schembri, saċerdot novell. Il-Ġimgħa, 13 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares ’l għaqdiet u l-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli. 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP. Mistiedna speċjali l-Kunsill Lokali u l-membri ta’ każini u għaqdiet soċjali, kulturali u sportivi. Fi tmiem, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Is-Sibt, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija. 9.00 a.m. Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Imexxi r-Rev. Wistin Attard OFM Cap. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. 4.30 p.m. Quddiesa. 5.45 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.00 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi fi ħdan il-parroċċa. Wara, issir l-inawgurazzjoni tar-restawr tad-Domus mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onor. Dr Ian Borg. Il-Ħadd, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta. Open Day tad-Domus bejn it-8.30 a.m. u 12.00 p.m. u bejn l-4.30 u s-6.00 p.m. Kulħadd mistieden iżur din il-binja storika li tmiss mad-Dar Parrokkjali u japprezza sena u nofs xogħol biex ġiet restawrata. 9.30 a.m. Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Jiċċelebra l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. Għal din il-quddiesa mistiedna speċjali l-ġenituri u l-ulied li twieldu minn Lulju 2019 sa Lulju 2020. Dawn it-tfal jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Illum, il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru wara l-quddiesa tat-8.00 a.m. It-Tnejn, 16 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi tagħna; fil-ġuf u imwielda. 5.00 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 5.30 p.m. Quddiesa miftuħa għal kulħadd. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Joshua Cortis, saċerdot novell. Din il-quddiesa se tkun għall-ġenituri u t-trabi li twieldu fl-aħħar sena (minn Awwissu 2020 sa Awwissu 2021).
It-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija biex flimkien jitolbu t-talba għat-tarbija fil-ġuf. It-Tlieta, 17 ta’ Awwissu – Marija fl-arti sagra. 5.45 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Carmelo Sacco SDB. 7.15 p.m. Serata Marjana fil-knisja li matulha ssir l-inawgurazzjoni tal-konservazzjoni u r-restawr tat-titular tal-artal tal-Madonna tar-Rużarju, ta’ żewġ kwadri kbar fil-kor u tal-kwadri tal-Via Sagra. Rappreżentant tal-kumpanija ReCoop u s-supervisor talproġett jagħmlu preżentazzjoni dwar l-istorja ta’ dan il-patrimonju u l-interventi li saru. Jieħu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Kulħadd mistieden. L-Erbgħa, 18 ta’ Awwissu – L-ewwel jum tat-tridu - Fis-Sena Ġużeppina, niċċelebraw ’l San Ġużepp: eżempju ta’ kif tkun il-qalb ta’ missier. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Paul Galea OFM li fiha nilqgħu fostna l-bastun talistatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni malArċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat fis-sena li l-Papa Franġisku ddikjara bħala Sena Ġużeppina. Din is-sena bdiet fit-8 ta’ Diċembru li għadda meta tfakkar il-150 anniversarju minn meta San Ġużepp ġie proklamat bħala Patrun tal-Knisja Universali. Il-bastun se jibqa’ fil-Knisja Arċipretali sal-Ħadd 22 ta’ Awwissu biex isir talb bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp. Mistiedna speċjali għall-quddiesa l-koppji li din is-sena jew is-sena li għaddiet għalqu 60 jew 50 sena miżżewġin, li jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-Ħamis, 19 ta’ Awwissu – It-tieni jum tat-tridu – Marija Assunta tħares il-familji tagħna. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mir-Rev. Joseph Mizzi, Kappillan ta’ Santa Luċija. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jew is-sena li għaddiet għalqu 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fissagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli f’Misraħ Frenċ Abela u Triq Ċensa Spiteri. Bħala parti mill-programm jitkanta l-Innu l-Kbir Inno Alla Beata Vergine. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Il-Ġimgħa, 20 ta’ Awwissu – It-tielet jum tat-tridu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Allister M. Aquilina OFM Conv., Direttur talVokazzjonijiet tal-Franġiskani Konventwali. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri tal-abbatini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.
Is-Sibt, 21 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa. 7.30 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq ilKwindiċina. Imexxi l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. 4.30 p.m. Quddiesa. 4.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.15 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mid-Domus sal-Knisja. Imexxi Mons. Frans Abdilla. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija minn Mons. Frans Abdilla. 8.15 p.m. Programm speċjali ta’ lejlet il-festa organizzat u ffinanzjat mill-Kumitat Festa Esterna ħdejn il-Knisja Arċipretali. Il-programm se jixxandar dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Il-programm jinkludi intervisti u tagħrif dwar il-festa tar-raħal tagħna u għalih ġiet mistiedna l-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli li se ddoqq għadd ta’ marċi. 10.00 p.m. Il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bis-sehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-Tenur Charles Vincenti u s-Solista Isaac Micallef. Il-knisja tibqa’ miftuħa sal-10.30 p.m. b’ċans li l-pubbliku jidħol irodd ħajr lil Alla u jitlob quddiem l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Hi okkażjoni wkoll li wieħed japprezza l-patrimonju storiku u artistiku tal-knisja, fosthom id-diversi opri ta’ arti li ġew restawrati fl-aħħar sena. Il-Ħadd, 22 ta’ Awwissu – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija. 6.30 a.m. Quddiesa. 8.00 a.m. Quddiesa. 9.15 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mir-Rev. Pawl Muscat OSA, li din is-sena qiegħed ifakkar il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Jinseġ il-paniġierku l-Kan. Richard-Nazzareno Farrugia, Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex. 11.15 a.m. Quddiesa. 5.00 p.m. Il-Knisja Arċipretali tiftaħ għal talb privat. 6.00 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. 7.30 p.m. Kulħadd mistieden biex flimkien nitolbu r-Rużarju Meditat bit-tema: “Marija, Omm it-Tama”. Fi tmiem, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Jibda programm ta’ logħob tan-nar tal-ajru. Il-kant u l-mużika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa filgħaxija ser ikunu bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell. L-istess, l-orkestra u l-kantanti fil-quddiesa solenni ta’ jum il-festa filgħodu. F’dawn il-ġranet titkanta l-antifona Hodie Maria, kompożizzjoni ta’ Mro Chappell u proprjetà tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-koperazzjoni ta’ kulħadd hi mistennija biex inħarsu l-miżuri ta’ prevenzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Il-programm tal-festa jista’ jkun suġġett għal bidliet li m’għandniex kontroll fuqhom. Aġġornamenti jingħataw fil-knisja jew permezz tal-paġna ta’ facebook ‘Parrocca HadDingli’.
RETAIL
ENTERPRISE
OFFICE
+356 2144 2123
www.sgsolutions.com.mt
+356 2256 4370
https://icentre.com.mt
info@sgsolutions.com.mt
facebook.com/icentremalta
Programm tal-Festa 2021
73
“B’qalb ta’ Missier”
Sena Ġużeppina 08.12.2020 – 08.12.2021 Nhar it-8 ta’ Diċembru 2020 ġie mfakkar il-150 anniversarju minn meta l-Beatu Piju IX iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Kattolika. F’dak l-anniversarju speċjali, ilPapa Franġisku ħareġ l-Ittra Appostolika ‘Patris Corde - B’Qalb ta’ Missier’, u ddikjara li sat-8 ta’ Diċembru 2021 tiġi ċċelebrata Sena Ġużeppina. B’dan il-mod, qed tingħatalna opportunità li fuq l-eżempju ta’ San Ġużepp nissaħħu fil-fidi u fir-rieda tagħna f’Alla. Fil-ktejjeb li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ħejjiet issena li għaddiet fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija, ġie pubblikat artiklu dwar il-figura tal-patrijarka San Ġużepp, xbihat Ġużeppini f’ĦadDingli u l-istorja tal-bastun ta’ San Ġużepp. Dan sar bi tħejjija għall-fatt li fil-ġranet tal-festa, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli kellna fostna l-bastun devot tal-istatwa ta’ San Ġużepp miżmum b’għożża fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp fir-Rabat. L-inizjattiva ttieħdet fid-dawl tal-fatt li fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-2020, il-Knisja Kattolika kienet se tfakkar il-150 sena minn meta San Ġużepp ġie dikjarat bħala Patrun tal-Knisja Universali. Billi f’dak l-anniversarju importanti, ilPapa Franġisku ddikjara li se tibda Sena Ġużeppina, ħsibna li bħala mezz ta’ katekeżi nippubblikaw l-introduzzjoni sħiħa tal-Ittra Appostolika ‘Patris Corde - B’Qalb ta’ Missier’, segwita minn taqsira tal-ħsibijiet li l-Papa kompla jiżviluppa fl-istess ittra. Fl-għeluq qed nippubblikaw ukoll parti millIttra Pastorali li l-Isqfijiet Maltin ħarġu għar-Randan 2021 fejn irreferew għall-figura ta’ San Ġużepp f’din is-sena li l-Knisja qed tiddedika lilu. L-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku ‘Patris Corde - B’Qalb ta’ Missier’ Introduzzjoni B’qalb ta’ missier: dan hu l-mod kif Ġużeppi ħabb lil Ġesù, li fl-erba’ Evanġelji nsibuh imsejjaħ “bin Ġużeppi”. Iż-żewġ Evanġelisti li xeħtu dawl fuq il-figura tiegħu, Mattew u Luqa, ftit jirrakkuntawlna, imma biżżejjed biex juruna xi kwalità ta’ missier kien u l-missjoni li fdatlu f’idejh il-Providenza. Nafu li hu kien mastrudaxxa umli (ara Mt 13:55), l-għarus imwiegħed ta’ Marija (ara Mt 1:18; Lq 1:27); “raġel ġust”(Mt 1:19), dejjem lest biex iwettaq ir-rieda ta’ Alla li dehret fil-Liġi tiegħu (ara Lq 2:22,27,39) permezz ta’ mhux inqas minn erba’ ħolmiet (ara Mt 1:20; 2:13,19,22). Wara vjaġġ twil u
76
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ta’ taħbit minn Nazaret għal Betlehem, ra lill-Messija jitwieled fi stalla, għax “ma kienx hemm post għalihom” (Lq 2:7). Kien xhud tal-adorazzjoni tar-rgħajja (ara Lq 2:8-20) u tal-Maġi (ara Mt 2:112), li kienu jirrappreżentaw il-poplu ta’ Iżrael u l-popli pagani, rispettivament. Kellu l-kuraġġ jieħu fuqu l-paternità legali ta’ Ġesù, li lilu tah l-isem li tarraflu l-Anġlu: “Inti ssemmih Ġesù: għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”(Mt 1:21). Kif nafu, għall-popli tal-qedem, li tagħti isem lil xi persuna jew xi ħaġa kien ifisser li dik tappartjeni lilek, kif għamel Adam fir-rakkont tal-Ġenesi (ara 2:19-20). Fit-tempju, erbgħin jum wara t-twelid, flimkien mal-omm, Ġużeppi offra t-tarbija lill-Mulej u sema’ mistagħġeb il-profezija li Xmun għamel dwar Ġesù u Marija (ara Lq 2:22-35). Biex iħares lil Ġesù minn Erodi, mar jgħix barrani fl-Eġittu (ara Mt 2:13-18). Lura f’art twelidu, għex moħbi fir-raħal ċkejken u minsi ta’ Nazaret fil-Galilija – mnejn, kien jingħad, “ebda profeta ma jqum” u “ma tista’ toħroġ ebda ħaġa tajba” (ara Ġw 7:52; 1:46) – bogħod minn Betlehem, belt missirijietu, u minn Ġerusalemm, fejn kien hemm it-tempju. Meta, proprju waqt pellegrinaġġ lejn Ġerusalemm, tilfu lil Ġesù ta’ tnax-il sena, hu u Marija fittxewh inkwetati u reġgħu sabuh fit-tempju jiddiskuti malgħalliema tal-liġi (ara Lq 2:41-50). Wara Marija, Omm Alla, ebda qaddis ma ħa daqshekk wisa’ mill-Maġisteru tal-Papiet daqs żewġha Ġużeppi. Il-predeċessuri tiegħi niżlu fil-fond tal-messaġġ li nsibu fil-ftit tagħrif li għaddewlna l-Evanġelji biex juru iżjed ir-rwol ċentrali tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni: ilBeatu Piju IX iddikjarah “Patrun tal-Knisja Kattolika”, il-Venerabbli Piju XII ippreżentah bħala “Patrun tal-ħaddiema”, u San Ġwanni Pawlu II bħala “Ħarries tal-Feddej”. Il-poplu jsejjaħlu bħala “Patrun tal-mewt it-tajba”. Għalhekk, fil-150 anniversarju minn meta ġie ddikjarat Patrun tal-Knisja Kattolika millBeatu Piju IX, fit-8 ta’ Diċembru 1870, nixtieq – kif jgħid Ġesù – li “fommi jesprimi dak li bih mimlija qalbi” (ara Mt 12:34), biex naqsam magħkom xi riflessjonijiet personali fuq din il-figura straordinarja, tant qrib tal-qagħda umana ta’ kull wieħed u waħda minna. Din ixxewqa kibret matul dawn ix-xhur tal-pandemija, li fihom nistgħu nduqu, qalb il-kriżi li qed tolqotna, li l-ħajja tagħna hi minsuġa u mwieżna minn persuni komuni – is-soltu minsija – li ma jidhrux fit-titli tal-ġurnali u tar-rivisti u lanqas fuq il-palkijiet tal-isfilati kbar tal-aħħar shows imma, bla dubju ta’ xejn, illum qegħdin jiktbu l-ġrajjiet deċiżivi tal-istorja tagħna: tobba, infermiera, ħaddiema fis-supermarkets, dawk li jieħdu ħsieb it-tindif, dawk li jduru bil-morda, ilbdoti tal-merkanzija, il-forzi tal-ordni, voluntiera, saċerdoti, reliġjużi u tant u tant oħrajn li fehmu li ħadd ma jista’ jsalva waħdu. Kemm persuni ta’ kuljum iħaddmu s-sabar u jxerrdu t-tama, u jaraw li ma jiżirgħux paniku imma korresponsabilità. Kemm missirijiet, ommijiet, nanniet, għalliema juru lil uliedna, b’ġesti ċkejkna u ta’ kuljum, kif għandhom jaffrontaw u jgħixu kriżi billi jaddattaw id-
Programm tal-Festa 2021
77
drawwiet tagħhom, jerfgħu ħarsithom u jħeġġu fit-talb. Kemm persuni jitolbu, joffru u jinterċedu għall-ġid ta’ kulħadd. Kulħadd jista’ jsib f’San Ġużepp, il-bniedem li jgħaddi mingħajr ħadd ma jagħti kasu, il-bniedem tal-preżenza fil-ħajja ta’ kuljum, diskreta u moħbija, interċessur, għajnuna u gwida fil-waqtiet ebsin. San Ġużepp ifakkarna li dawk kollha li jidhru moħbija jew fit-“tieni post” għandhom protagoniżmu li m’hemmx ieħor bħalu fl-istorja tas-salvazzjoni. Għalihom kollha din il-kelma ta’ rikonoxximent u ta’ gratitudni. Wara din l-introduzzjoni, il-Papa Franġisku jkompli bl-Ittra Appostolika Patris Corde billi jiddedika 7 kapitli għal San Ġużepp bħala missier taħt diversi titli: missier maħbub, missier fil-ħlewwa, missier fl-ubbidjenza, missier li jilqa’, missier ta’ kuraġġ kreattiv, missier ħaddiem u missier fid-dell. Lejn it-tmiem, il-Papa jfisser li l-għan ta’ din l-ittra hu li jkebbes aktar l-imħabba lejn dan il-qaddis kbir, biex nitħeġġu ħalli nsejħu l-interċessjoni tiegħu u nixbħu l-virtujiet u l-ħeġġa li kellu. Jirrakkomanda li nitolbu lil San Ġużepp, dik li jsejjaħ bħala l-grazzja tal-grazzji kollha: il-konverżjoni tagħna, u jħeġġeġ biex f’riġlejh inressqu din it-talba: Sliem għalik, ħarries tal-Feddej, u għarus tal-Verġni Marija. Lilek Alla fdalek lil Ibnu: fik Marija qiegħdet il-fiduċja tagħha; miegħek Kristu trawwem bħala raġel adult. O Mqaddes Ġużeppi, kun missier għalina wkoll, u mexxina fit-triq tal-ħajja. Aqlgħalna l-grazzja, il-ħniena u l-kuraġġ, u ħarisna minn kull deni. Ammen.
Enjoy discounts with tallinja card Reduced fares on buses, ferries, bikes and more!
Charles Azzopardi Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq is-7 Distrett
Il-festa t-tajba lid-Dinglin kollha Viva Santa Marija
80
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-Isqfijiet Maltin: “San Ġużepp: eżempju għal soċjetà ta’ għożża u solidarjetà” Fl-ittra pastorali għar-Randan 2021, l-Arċisqof Mons. Charles Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma, u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi, ikkonkludew il-messaġġ tagħhom b’referenza għal San Ġużepp. L-Ittra Pastorali pubblikata fl-20 ta’ Frar 2021 kellha bħala tema “Nibnu soċjetà ta’ għożża u solidarjetà” “Fil-ħidma tagħna għal soċjetà ta’ għożża u solidarjetà, għandna eżempju mill-isbaħ f’San Ġużepp, li l-Papa Franġisku ried li jkun ta’ ispirazzjoni għalina b’mod speċjali f’din is-sena ddedikata lilu. San Ġużepp hu l-bniedem li għadda minn mumenti ta’ kriżi u ta’ tbatija, fosthom it-tfittxija ta’ kenn barra minn artu mal-familja tiegħu refuġjata. Imma lil San Ġużepp insibuh dejjem b’fiduċja kbira f’Alla, mimli mħabba u ħlewwa lejn l-oħrajn u sensittività lejn il-ħtiġijiet tagħhom. Hu l-bniedem li jisma’ u li fl-istess waqt jieħu azzjoni b’kuraġġ biex jipproteġi l-ħajja ta’ Marija, u ta’ Ġesù, ukoll qabel it-twelid. San Ġużepp jurina kif tkun il-qalb ta’ missier.”
Fl-okkażjoni tas-Sena Ġużeppina Fuq xewqa ta’ ħafna, għat-tieni sena, filjiem tal-festa ta’ Santa Marija, ser ikollna fostna l-bastun devot tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat miżmum b’għożża fisSantwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp, ir-Rabat, Malta. 18.08 – 22.08.2021 Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli
Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba Tel: 2157 7301 Mob: 7925 4324
Programm tal-Festa 2021
81
IanVassalloHagi
In-Nutar Dr Michela Marie Mifsud
tawgura il-festa t-tajba lil kulħadd
www.pscdingli.com
The Professional Services Centre Guzi’ Cutajar Street, Dingli DGL 1201, Malta T: (+356) 2145 3973, (+356) 2145 3974 • E: nutarmifsud@gmail.com f: facebook.com/nutarmichela • t: twitter.com/PSCDingli
84
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-festa ta’ Santa Marija fl-2020
L-ewwel waħda waqt il-pandemija tal-Covid-19 Iċ-ċirkustanzi kienu straordinarji. L-isfidi kbar. Effett tar-restrizzjonijiet tal-pandemija, ilfesta titulari lil Santa Marija għas-sena 2020 kienet partikulari f’kull sens. Il-parroċċa ta’ ĦadDingli ma’ waqfitx man-nostalġija ta’ tifkiriet sbieħ ta’ snin oħra jew m’għamlet xejn, iżda ċċelebrat it-tlugħ fis-sema ta’ Ommna Marija b’diversi inizjattivi pastorali u ċelebrazzjonijiet liturġiċi. MARIO MICALLEF jagħti ħarsa lejn kif ġiet iċċelebrata l-festa f’Ħad-Dingli s-sena li għaddiet, b’ħarsien sħiħ tad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.
Meta fl-aħħar ta’ Ġunju 2020 tnaqqsu xi restrizzjonijiet tal-pandemija, l-awtoritajiet tal-Knisja ħabbru li l-festi se jkunu jistgħu jsiru kif imħabbar b’direttivi maħruġa aktar qabel. It-tifsila tal-festa kienet ċara. F’jum il-festa ssir quddiesa tal-festa fil-knisja, isir pellegrinaġġ ta’ talb u ringrazzjament fittoroq bl-istatwa titulari akkumpanjata mill-banda tal-lokal, u ma jkunx hemm ċelebrazzjonijiet oħra interni u esterni. Madankollu, lejn l-aħħar ta’ Lulju reġgħu żdiedu l-każi tal-COVID-19 u ddaħħlu xi restrizzjonijiet mill-awtoritajiet. Effett ta’ dan, nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu l-Isqfijiet ħabbru d-deċiżjoni li ma jsirux aktar pellegrinaġġi. F’dan l-isfond, il-programm tal-festa kellu jerġa’ jiġi adattat għal sensiela ta’ inizjattivi pastorali u ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-knisja. Dawn taw iċ-ċans lill-komunità tirrifletti fuq is-sens veru ta’ dak li niċċelebraw: ix-xewqa li nsiru dixxipli li nixbħu lil Marija u li permezz tagħha naslu għand Ġesù. Il-Knisja Arċipretali ġiet armata għall-festa, iżda mhux bl-armar kollu tas-soltu. Fost oħrajn, it-tużell ma ntramax u lanqas id-damask kollu. L-istatwa titulari ta’ Santa Marija nħarġet min-niċċa fil-privat nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu. Irid jingħad ukoll li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kienet waħda mill-ftit li żammet l-appuntament annwali mal-pubblikazzjoni ta’ ktejjeb għall-okkażjoni tal-festa. Bħal snin oħra, dan tqassam f’kull dar tar-raħal. Apparti d-dettalji dwar iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li kienu se jsiru fil-knisja, il-ktejjeb kellu diversi artikli ta’ interess fosthom dwar it-tifkira ta’ anniversarji speċjali u okkażjonijiet, kif ukoll dwar il-ħajja u l-ħidma fil-parroċċa fit-tnax-il xahar ta’ qabel.
Programm tal-Festa 2021
85
Il-ġimgħa tal-festa bdiet b’okkażjoni sabiħa ħafna. Nhar itTnejn 17 ta’ Awwissu lqajna fostna mir-Rabat il-bastun devot ta’ San Ġużepp Inkurunat. Id-devozzjoni lejn dan il-bastun, li jitqies minn bosta bħala mirakoluż, tmur lura għas-seklu XVIII. L-inizjattiva ttieħdet billi l-2020 kienet timmarka l-150 anniversarju minn meta San Ġużepp ġie proklamat bħala Patrun tal-Knisja Universali. Din il-ġrajja seħħet nhar it-8 ta’ Diċembru 1870. Fil-bidu tal-quddiesa li tmexxiet minn Patri Marcellino Micallef OFM, il-bastun devot ta’ San Ġużepp twassal filknisja proċessjonalment mir-Rettur tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, is-Sur Anthony Casha. Hu kien akkumpanjat minn membri tal-istess Arċikonfraternità u l-membri tal-fratellanzi tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Malwasla fil-knisja, il-bastun intlaqa’ bil-kant mill-kor parrokkjali Regina Coeli tal-Innu Popolari lil San Ġużepp, sinonimu mal-festa ċċelebrata fir-Rabat. Dan l-innu nkiteb minn Patri Anastasju Cuschieri O.Carm, b’mużika ta’ Mro Carlo Diacono. Il-bastun tħalla espost fuq il-presbiterju tal-knisja sa jum il-festa titulari. Matul dik il-ġimgħa, kienu bosta dawk li resqu quddiemu fil-knisja u talbu bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp. It-Tlieta 18 ta’ Awwissu żammejna f’talbna lil ħutna l-mejtin, b’mod speċjali ’l dawk li mietu flaħħar sena. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija li kienet b’sufraġju għal ruħhom ġew mistiedna l-familjari ta’ Dinglin li mietu fit-tnax-il xahar ta’ qabel. L-għada, l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ġie espost Ġesù Sagramentat u sar servizz penitenzjali, b’diversi saċerdoti kienu disponibbli għas-sagrament tal-qrar. Il-Ħamis 20 ta’ Awwissu kien jum ta’ ċelebrazzjoni ta’ ħarsien ta’ patrimonju artistiku li għandna fil-Knisja Arċipretali. F’Serata Marjana ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq in-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. F’isem il-kumpanija li għamlet ix-xogħol, Atelier del Restauro, is-Sinjura Valentina Lupo għamlet preżentazzjoni dwar l-interventi li saru. Is-serata, li ġiet imxandra dirett fuq il-paġna ta’ facebook tal-parroċċa, kienet imżewqa b’interventi mużikali mill-arpista, is-Sur Jacob Portelli. Ċelebrazzjoni oħra sabiħa u unika ġiet organizzata nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu. Dakinhar, il-quddiesa ta’ filgħaxija kienet waħda ta’ radd il-ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners Dinglin waqt il-pandemija tal-COVID-19. L-attendenza kienet tajba ħafna bil-knisja mimlija b’tobba, infermiera, professjonisti fil-qasam tas-saħħa, pulizija, suldati, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u impjegati tal-Kunsill Lokali. Fil-każ tad-Dipartiment
SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com
Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 sas-19.30 Is-Sibt mit-08.00 sas-13.00 u mill-16.00 sas-19.00
Tgħumx viċin is-slipways u tagħlaqx l-aċċess għad-dgħajjes. Irrispetta l-limitazzjonijiet tad-dgħajjes qrib tiegħek. Toħloqx periklu. Id-dgħajjes bil-magna m’għandhomx ifixklu dgħajjes bil-qlugħ jew dgħajjes li qegħdin jistadu. Gawdi u tpaxxa u l-ikel li jifdal itfgħu fil-kaxxa mhux tħallih warajk u fil-baħar. Tħammiġx.
Dejjem segwi l-Avviżi Lokali lill-Baħħara fuq www.transport.gov.mt
88
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
tal-Protezzjoni Ċivili attendew ilħaddiema li kienu qed jaħdmu millistazzjon temporanju li d-dipartiment kellu f’Ħad-Dingli fl-ewwel fażi talpandemija. Għal dan il-għan kien intuża l-bini tal-iskola sekondarja li għandna nofs triq bejn Ħad-Dingli u r-Rabat. Fi tmiem il-quddiesa, lil dawn il-frontliners kollha, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley ppreżentalhom bħala tifkira tpinġija li ħejjew it-tfal tal-parroċċa bil-kelma “Grazzi”. Dan il-ġest kien apprezzat ħafna minn dawk kollha preżenti. Lejlet il-festa, nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu, fis-7.30 p.m. saret iċċerimonja tat-tberik tas-salib il-ġdid tal-frontispizju tal-Knisja Arċipretali li b’mod temporanju tqiegħed fuq izzuntier. L-inawgurazzjoni saret millMinistru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Dr Ian Borg, u mill-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley. Iċ-ċerimonja saret fil-bidu ta’ programm imtella’ mill-Kumitat Festa Esterna minn fuq iz-zuntier tal-knisja u mxandar dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Parti sostanzjali mill-programm ixxandret dirett ukoll fuq l-istazzjon Xejk. Il-programm wassal tagħrif dwar il-festa f’Ħad-Dingli, filmati mill-imgħoddi u intervisti malprotagonisti tal-festa li ġejjin minn għaqdiet u gruppi differenti. Dakinhar il-knisja baqgħet miftuħa sa tard filgħaxija, b’ċans lill-pubbliku jidħol irodd ħajr lil Alla u jitlob quddiem l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Kienet okkażjoni wkoll biex wieħed japprezza l-patrimonju storiku u artistiku talknisja. Dan kollu sar fil-ġurnata li fiha tfakkar il-5 anniversarju minn meta l-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna, iddikjara li l-knisja tagħna tingħata t-titlu ta’ Arċipretali. Il-festa titulari ta’ Santa Marija f’ĦadDingli fis-sena 2020 ġiet iċċelebrata nhar il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu. Fid9.30 a.m. saret il-konċelebrazzjoni solenni ta’ Jum il-Festa li tmexxiet minn Monsinjur Louis Camilleri, fis-sena li fakkar il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. L-omelija saret minn Patri Joseph Buttigieg O.F.M. Cap. Monsinjur Louis Camilleri kellu jfakkar il-ġublew taddeheb mill-ordinazzjoni saċerdotali
Programm tal-Festa 2021
89
fil-ġurnata proprja tal-anniversarju, nhar il15 ta’ Marzu 2020. Madankollu, dan ma kienx possibbli li jsir minħabba li fil-jiem ta’ qabel daħlu fis-seħħ bosta restrizzjonijiet marbuta malpandemija tal-COVID-19. Fost oħrajn, twaqqfet iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa għall-pubbliku filknejjes. Għalhekk, fil-quddiesa solenni ta’ jum il-festa, l-Arċipriet irregala lil Monsinjur Louis Camilleri kalċi bħala rigal li l-parroċċa ħasbet li tagħtih f’dan l-anniversarju speċjali. B’sorpriża għal kulħadd, waqt il-quddiesa l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna ġie jwassal messaġġ ta’ radd il-ħajr lil Monsinjur Louis Camilleri għall-50 sena ta’ servizz li ta lill-Knisja f’Malta u lill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. F’jum il-festa filgħaxija ġew organizzati żewġ mumenti ta’ talb fil-knisja; wieħed fis-6.00 u ieħor fis-7.15. Fl-għeluq ingħatat il-barka sagramentali. Minkejja r-restrizzjonijiet tal-pandemija, matul il-ġurnata l-parruċċani attendew bi ħġarhom għall-quddiesa fil-knisja jew għall-mumenti ta’ talb lill-patruna: Santa Marija. Għal dawk li ma kienx possibbli jattendu, il-quddiesa solenni ta’ filgħodu u l-mumenti ta’ talb filgħaxija xxandru dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parrocca HadDingli’. Għall-festa tas-sena li għaddiet, il-Kumitat Festa Esterna żied ħafna l-preżenza fuq il-mezzi talmedia soċjali fosthom il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’ u instagram. Hawnhekk ġie ppreżentat programm virtwali li nkluda r-rubrika “l-uċuħ tal-festa” li laqqgħatna mal-voluntiera mpenjati b’ħidmiet differenti b’riżq il-festa tagħna u features minn festi tal-imgħoddi u dwar ċelebrazzjonijiet speċjali. Il-qofol intlaħaq lejlet il-festa filgħaxija bil-produzzjoni u l-preżentazzjoni tal-programm ‘Memorji ta’ Festa’, li xxandar dirett minn fuq iz-zuntier tal-knisja. Bħala armar, fl-aħħar tliet ijiem tal-festa, mal-gallarija tal-Knisja Ariċpretali ddendlet bandalora b’pittura li turi t-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Din hi waħda minn sett ta’ tnax-il bandalora li s-soltu l-kumitat jarma fi Triq il-Parroċċa. Qrib il-knisja ttellgħu xi arbli u magħhom intramaw bnadar. Ilpubbliku ngħata wkoll l-opportunità jara trofew antik bi skultura rikka fl-injam li ġie restawrat fixxhur ta’ qabel. Dan it-trofew intrama’ f’Misraħ Ġużè Abela, f’dehra b’lewn wieħed qabel ma ttieħed għall-irħamar. Intant, diversi kienu r-residenti li laqgħu l-istedina biex xorta waħda jżejjnu l-faċċati tad-djar u l-gallariji bi bnadar, liedna u dawl – sinjal li minkejja kollox Ħad-Dingli kien qiegħed jagħti ġieħ lill-patruna tiegħu, Santa Marija.
A New Eatery Concept in the Heart of Dingli. Book your Table. hello@barbajean.com +356 2756 0308 Monday - Friday
Saturday - Sunday
Dinner
Lunch & Dinner
19:00-22:30
12:00-15:00, 19:00-22:30
Tuesday CLOSED
No 6, Misrah Frenc Abela c/w Triq il-Parroċċa, Dingli, Malta @barbajeanmalta
NAWGURA L-FESTA T-TAJBA LID-DINGLIN KOLLHA E: galeagraziellapn@gmail.com M: 9947 0538
7 U 12-IL DISTRETT
92
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Christopher Cassar Mob: 9986 1769 leoconfectionery@gmail.com facebook.com/leoconfectionery
t filgħodu Nhar ta’ Sib ers nkun il-Farm ali Q Market, Ta’
Leo Confectionery
21, St Mary Street, Qormi QRM 2302
RABAT GARAGE MINI BUSES 14-22 SEATED For all occasions
Taxi & Car Hire
PRIVATE LESSONS AT DINGLI
MATHEMATICS
Telephone
SEC O-Level for 2022 Form 4 (Year 10) for 2021-2022
Mobile
Starting August 2021
Lessons will be held online until further notice
2145 3161 9947 1921 info@rabatgarage.com Web
www.rabatgarage.com
Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532
Programm tal-Festa 2021
93
Fr Philip Grech Salesjan ta’ Don Bosco
100 sena mit-twelid tal-ewwel surmast tal-Kulleġġ Savio f’Ħad-Dingli Għal ħafna snin, Fr Philip Grech għex fir-raħal tagħna bħala parti mill-komunità Salesjana. F’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ dan l-awtur Salesjan, SAVIO D. BORG ilaqqagħna mal-karattru ta’ dan il-bniedem disponibbli u akkoljenti, saċerdot umli u twajjeb, persuna maħbuba u rispettata li tat ħajjitha f’servizz ħalli tinbena soċjetà aħjar. Fr Philip twieled nhar il-11 ta’ Mejju, 1921, f’Ħaż-Żebbuġ, Malta. Hu iben Pietru u Carmela neè Caruana. Ta’ 18il sena wieġeb għas-sejħa tal-Mulej u daħal is-Seminarju Maġġuri ħalli jipprepara ruħu għat-triq tas-saċerdozju. Studja fl-Università Rjali ta’ Malta fejn iggradwa filfilosofija u t-teoloġija. Meta kien seminarista, il-kjeriku Philip, ġie magħżul għal okkażjoni speċjali u unika. Kellu jħejji diskors biex bih jindirizza lill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-okkażjoni tal-ingress solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina nhar Fr Philip Grech, 1921-1988 it-Tnejn, it-22 ta’ Mejju, 1944. Dakinhar tal-ingress, sewwasew ħdejn il-Banca Giuratale fl-Imdina, twaqqaf ark trijonfali u biswitu pulptu minfejn il-kjeriku Philip qara diskors ta’ merħba lill-Arċisqof. Iddiskors kien milqugħ b’applawsi kbar mill-folla kbira preżenti. Fr Philip baqa’ jgħożż u jiftakar dik l-okkażjoni għomru kollu! Nhar il-11 ta’ Awwissu 1946, hu ġie ordnat saċerdot. Intbagħat fl-Università ta’ Nottingham, l-Ingilterra, biex ikompli bl-istudji tiegħu fil-lingwa Ingliża. Lura f’Malta, hu għallem fis-Seminarju Minuri u għal diversi snin kien jaħdem fl-Azzjoni Kattolika. Bejn l-1953 u l-1956 hu serva bħala s-sitt Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Waqt l-għoti tal-pussess bħala Kappillan ta’ San Ġiljan
Gilder
The
Arthur Vassallo
70, Doni Street, Rabat, Malta Tel: 2145 9828 Mob: 9982 1006
96
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Fl-1956 irriżenja minn Kappillan u ssieħeb masSalesjani ta’ Don Bosco. Bħala aspirant hu ntbagħat f’Shrigley, l-Ingilterra, fejn kien jgħallem lill-aspiranti sħabu. Fl-1957, beda n-novizzjat tiegħu f’Burwash, l-Ingilterra u kompla f’San Gregorio, Katanja, Sqallija. Fl-1958 ħa l-ewwel voti bħala Salesjan u pprofessa b’mod solenni nhar it-30 ta’ Novembru, 1962. Sal1968, kien assenjat fl-Aspirantat ta’ San Ġużepp f’Pedara, f’Katanja. Fl-1965, is-Salesjani bdew jiżviluppaw biċċa art firraħal tagħna biex isservi bħala skola; dak li kellu jkun il-Kulleġġ Savio. Il-mibki Fr Joseph Mangion – li din is-sena wkoll jaħbat il-mitt sena minn twelidu – kien fdat b’din il-ħidma delikata u ta’ responsabilità. Fl1968, il-Kulleġġ Savio beda jiffunzjona bħala skola u bħala l-ewwel surmast insibu lil Fr Philip Grech li għamel sentejn f’din il-kariga. Wara hu baqa’ filkomunitá Salesjana f’Ħad-Dingli iżda ntalab jagħti sehmu fl-Azzjoni Kattolika, u fl-1973 nħatar Assistent Ekkleżjastiku Ġenerali tal-imsemmi moviment. Fr Philip kellu pinna tajba. Fost l-għadd kbir ta’ Ma’ aspiranti Salesjani Maltin f’Pedara, Sqallija xogħlijiet tiegħu nsibu; ‘Il-Bniedem ta’ Kulħadd’, ‘Noti Żgħar ta’ Katekiżmu’, ‘Passi Żgħar Wara Mgħallem Kbir’, u għadd ta’ bijografiji fosthom l-aktar waħda magħrufa, dik ta’ San Ġwann Bosco, flimkien mal-ħajja ta’ Don Rua, ta’ Dun Nazzaren Camilleri SDB, ta’ Ceferino Namuncura u ta’ Laura Vicuna. Fr Philip kien saċerdot li jħobb il-pastorali fost il-poplu. Għall-bosta snin, ta sehmu b’mod assidwu fil-parroċċa tagħna. Mhux biss! Kien jinteressa ruħu f’dak kollu li jiġri f’Ħad-Dingli; il-figura tiegħu kienet waħda familjari. Ħafna għadhom jiftakruh għaddej mit-triqat tagħna. Ħad-Dingli kien f’qalbu u kien kuntent jgħix fostna. Hekk insibuh ukoll bħala wieħed mill-finalisti fil-konkors imniedi millKumitat Ċiviku, fl-1969, biex jintgħazel innu għal raħalna. Dan hu l-kliem tal-innu li Fr Philip Grech ressaq għal dan il-konkors, bin-nom de plume PHILOCHRON.
Ma’ Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca f’għeluq il-45 sena mit-twaqqif tal-Azzjoni Kattolika
Programm tal-Festa 2021
97
LIL ĦAD-DINGLI (INNU POPOLARI)
O Ħad-Dingli, għalkemm inti ċkejken, iżda għall-qedem, int fost l-ewlenin; f’dawn l-għerien għexu missirijietna, żergħu hawn nisel ġensna l-Maltin.
Hawn temgħu lil Malta b’ġid arthom, b’nies tal-pinna u tax-xogħol lilha għanew; u fidili għad-Din li ġab Pawlu, lill-Assunta minn qalbhom ħabbew.
Hawnhekk twieldu, hawn mietu, hawn indifnu, b’għaraq ġbinhom saqqew dan it-tub; jekk hebbew drabi għalihom l-għedewwa, għal din arthom issieltu bħal lpup.
Rit:
Rit:
O Ħad-Dingli, art utieqa, inti kont ta’ ġensna n-nieqa; f’dawn l-għerien u rdumijiet, ta’ Malta hawn l-istorja bdiet.
Tul iż-żmien dan ir-raħal għex hieni, f’ħidma bieżla ġos-saqwi, fl-irdum; niesu twajba, għaqlija, ħabrieka, baqgħu jaħdmu dar-raba’ sal-lum.
O Ħad-Dingli, art utieqa …
Drabi ġid, drabi għaks, ġuħ u nixfa, fuq da’ r-raħal, bl-eluf gerrbu s-snin; iżda l-bdiewa għaqlija ta’ dari, ma’ din l-art baqgħu sfiq marbutin. W jekk il-ħtieġa llum tbegħ’dna minn darna, jekk l-iskola ssejħilna fl-ibliet, qalbna tibqa’ tixxennaq u toħlom, dawn l-għerien u dawn l-irdumijiet. Rit:
O Ħad-Dingli, art utieqa …
Fr Philip għadda għal ħajja ta’ dejjem fil-Kulleġġ Savio f’Ħad-Dingli, nhar it-13 ta’ Awwissu 1988, fl-għomor ta’ 67 sena. Il-quddiesa tal-funeral saret fil-kulleġġ stess u d-difna fiċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata, fl-oqbra tal-Kongregazzjoni Salesjana. Għaddew 33 sena mill-mewt ta’ Fr Philip; biss dawk fostna li kellhom ix-xorti jiltaqgħu miegħu, żgur li jibqgħu jgħożżu l-memorji sbieħ tiegħu, l-eżempju tajjeb tiegħu, id-dedikazzjoni ġeneruża tiegħu, it-tbissima naturali tiegħu. Fr Philip ħaddan u mexa wara l-kariżma ta’ Don Bosco, li għalih kien missier u hu sar iben denn tiegħu! Fr Philip, grazzi ta’ kollox!
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra
NAOMI CACHIA Kandidata ġdida għall-Elezzjoni Ġenerali fis-7 distrett
Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha!
naomicachia.mt 9977 0027 naomi@naomicachia.mt 88, St. Rita Street, Rabat
eshop.wuerth.com.mt
Würth Limited, Würth Centre, Mdina Rd., Zebbug, ZBG 9016 - T:2149 4604
100
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Mr Paul Falzon MANAGING DIRECTOR Opening Hours Monday to Friday 6.00am - 5.00pm Saturday 6.00am - 12.30pm
Tlata Ltd, Hardstone Quarry 32, Triq Santa Katarina, Rabat RBT 3210, Malta Email: hardstonequarry@gmail.com Tel: 2145 4346, 2145 0119 Mob: 9933 5501, 7949 5319 WhatsApp: 99335502
Triq l-Għajn
(on your way out of Dingli) Mob:
79008630
Free Delivery
Programm tal-Festa 2021
101
ĊENSA SPITERI STREET, DINGLI
For all your daily needs €5.00 discount with every €250 spent
Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day
Groceries, Fresh Bread, Fruit & Vegetables, Detergents, Drinks and much more
Free Delivery 27450454 Factory: Anthony John Coleiro Street, Industrial Zone, Ħandaq, Qormi For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191
in business since 1977
DINGLI ALUMINIUM Web: www.dinglialuminium.com Email: dinglim3@onvol.net
Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort. Charlie and Janet welcome you to:
The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here
Mob: 79423666
Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 14.00
XUEREB JOSEPHINE LEJN FUTUR BI TBISSIMA
Kanditata fuq is-7 u t-13-il distrett +356 99992382 josephinexuereb.pn@gmail.com
Il-festa t-tajba lid-Dinglin kollha Ħaż-Żebbuġ • Ħad-Dingli • l-Imtarfa • l-Imġarr Ir-Rabat • Il-Baħrija • Tal-Virtù • Ġħawdex
104
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Meta d-Duka ġie Ħad-Dingli! Nhar id-9 ta’ April 2021 tħabbret il-mewt tal-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, fl-età ta’ 99 sena. Fl-1954, ir-Reġina Eliżabbetta II u żewġha d-Duka ta’ Edinburgh għamlu żjara uffiċċjali f’Malta. Wieħed mill-impenji li kellu l-Prinċep Philip ġabu proprju fir-raħal tagħna, għal żjara lill-proġett tal-grawnd tal-futbol. Sa fejn hu magħruf din kienet l-uniku darba li hu żar Ħad-Dingli. MARIO MICALLEF jikteb dwar x’ġara fl-għodwa ta’ nhar is-6 ta’ Mejju 1954. L-artiklu hu bbażat fuq tagħrif u ritratti ġentilment mogħtija mis-Sur Paul Ebejer. Iż-żjara li r-Reġina Eliżabbetta II u żewġha d-Duka ta’ Edinburgh għamlu f’Malta bejn it-3 u s-7 ta’ Mejju 1954 kienet l-ewwel waħda mindu r-Reġina nħatret bħala kap tal-monarkija Ingliża. Għar-Reġina u d-Duka iżda, Malta ma kinitx post ġdid. Dan għaliex fis-snin bejn l-1949 u l-1951 kienu jgħixu f’pajjiżna. Dan seħħ fi żmien meta l-Prinċep kien stazzjonat f’Malta bħala uffiċjal mal-flotta rjali. Irridu napprezzaw li ż-żjara tal-1954 seħħet għaxar snin qabel ma’ Malta saret stat indipendenti. Għalhekk, sa dik il-ħabta l-pajjiż kien parti mill-Imperu Ingliż u l-koppja rjali kellha rwol sinifikanti għal pajjiżna. Din iż-żjara kellha tifsira speċjali għal Ħad-Dingli billi d-Duka ta’ Edinburgh żar ’l dan ir-raħal flgħodwa tas-6 ta’ Mejju 1954. Dak li ġara għadu mnaqqax fil-memorja ta’ xi anzjani li kienu preżenti u ġie rappurtat fid-dettall l-għada, fil-ħarġa tal-ġurnal The Times of Malta. Ir-rapport li beda fil-faċċata tal-ġurnal u ssokta f’paġna 2 qal li ż-żjara kienet waħda informali u ma kinitx fil-programm uffiċċjali. Iż-żjara saret speċifikament biex id-Duka jara l-ewwel proġett tal-Malta Playing Fields Association (M.P.F.A.) li kien jinvolvi l-iżvilupp ta’ biċċa art fi grawnd. Qed nitkellmu fuq il-post li llum hu l-grawnd tal-futbol, li jinsab f’idejn il-klabb Dingli Swallows. Liebes l-uniformi ta’ ammirall tal-flotta navali Ingliża u akkumpanjat mic-Chairman tal-M.P.F.A., ilLogotunent Kurunell J.V. Abela, id-Duka ngħata merħba kulurita u mimlija entużjażmu mit-tfal tal-iskola u mir-residenti ta’ Ħad-Dingli. Ir-rapport f’The Times of Malta jgħid li ż-żjara saret f’jum karatterizzat minn riħ kiesaħ. Hu ġie ntrodott malmembri tal-kumitat distrettwali ta’ Ħad-Dingli kompost minn Dun George Mercieca li kien il-President; u s-Sinjuri
Programm tal-Festa 2021
105
Joseph Farrugia, Segretarju; Rogantino Gambin, Viċi President; Edwin Ebejer, Assistent Segretarju; Anthony Farrugia, Kaxxier; u Saviour Bonello u Felix Abela li kienu membri. Id-Duka mexa qalb it-tfal tal-primarja li xejru l-bnadar nazzjonali ta’ Malta u l-Ingilterra u mbagħad ġie ntrodott malmembri li jiffurmaw l-Eżekuttiv tal-Malta Playing Fields Association. Preżenti wkoll għal din iż-żjara kien hemm il-Baruni Sceberras D’Amico Inguanez li f’ġest mill-aktar ġeneruż, ta l-art li fuqha ġie żviluppat dan il-grawnd għal pagament żgħir. Skont ma’ ġie rappurtat f’The Times of Malta, id-Duka ġie mgħarraf li residenti ta’ Ħad-Dingli wettqu l-parti l-kbira taxxogħol tal-id f’dan il-grawnd b’mod volontarju, wara l-ħin tax-xogħol regolari tagħhom. Intqal li l-grawnd qiegħed jitkabbar u nies fl-industrija tal-bini ġew imħeġġa jgħinu billi jħallu ġebel u radam fil-qrib biex jintużaw fil-pedamenti għat-tkabbir. Minn dak rappurtat fil-ġurnal, iż-żjara tad-Duka kienet qasira tant li ħadet ftit minuti iżda ntqal li hu ħa impressjoni eċċellenti tax-xogħol li kien qed isir mill-M.P.F.A. Minn dak iż-żmien, saru għadd ta’ żviluppi fil-grawnd li llum hu b’wiċċ sintetiku u mgħammar b’diversi faċilitajiet addattati għal-logħob kompetittiv tal-futbol. Dan kollu sar grazzi għall-impenn tal-klabb tad-Dingli Swallows, diversi voluntiera li tul is-snin taw sehemhom u oħrajn li kkontribwew finanzjarjament.
u f a N u Insir aghna T m e s i l-G Għal aktar Informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ, skennja dan il-Kodiċi QR.
Xows tax-xjenza u attivitajiet oħra bbażati fuq din it-tema minn Lulju sa Settembru Esplora, Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Villa Bighi, Kalkara KKR 1320 Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 2300 jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt
Quality assured
VISITOR ATTRACTION
MALTA TOURISM AUTHORITY
Segwina fuq Esplora iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza kien kofinanzjat mill-ERDF Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea
esplora.org.mt
Artisan Ice Cream A Genuine Handcrafted Local Produce +356 21555655
www.d-gelato.com
tag us on instagram @dgelatomalta
108
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Crazy for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 7945 4453 / 7931 9674
Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
FREEWAY MARKETING Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts
Cook
St Rita Street, Rabat, Malta Tel: 2145 3750
EXCAVATION WORKS & DEMOLITION Carl Mifsud Mob: 9924 6985
Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta
Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351
Nickovich
Fruit & Vegetables and Groceries Issibu frott u ˙axix frisk kuljum, frawli tal-aqwa kwalità kif ukoll xelta vasta ta’ mlu˙a.
Free Delivery 31, Triq il-Kulle©©, Rabat (Faççata l-Iskola Primarja)
Tel: 2720 3934 Mob: 9948 9409 Óinijiet tal-Ftu˙: Mon - Fri: 7.00am - 7.00pm Saturday: 7.00am - 1.00pm
CAR WASH SERVICE Upholstery Cleaning Prices One seat 10 Euros All four seats 40 Euros Inside and Outside Cleaning Starting from 15 Euros Lens Polish (fanali) Starting from 10 Euros each
Donovan Scerri MOB: LOCATION:
9903 0121
ÓAD-DINGLI and on site
Donovan John Scerri
Programm tal-Festa 2021
109
L-Għajn Main Street, Dingli
GALSONS TA K E - O U T
Ġużè Ellul Mercer Street, Dingli Tel: 21453289 Mob: 79405820
STATIONERY • GIFTS & TOYS SUB-POST OFFICE from Monday to Saturday
Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722
Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. – 7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. – 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables Ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli It-Tnejn u l-Ħamis : 9.30am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ġimgħa : 10.00am - 12.00pm Ħdejn il-ħanut fi Triq il-Kbira Minn Settembru sa Ġunju, is-Sibt u l-Ħadd 9.00am - 3.00pm Ħdejn id-dar ‘Moncheri’, Triq Ġużè Ellul Mercer, Ħad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa : 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm Triq Ġużi Cutajar It-Tnejn u l-Ħamis : 8.00am - 9.30am Triq Ġużè Ebejer u Triq San Pawl tal-Pitkali It-Tlieta u l-Ġimgħa : 8.00am - 9.30am
Mob: 9947 9810
40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery
6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884
SUSTAINING A GREEN FUTURE ONE HOP AT A TIME! The project will mainly be restoring the ecological situation of the lakes, while developing hard standing infrastructure, to ensure that the site achieves its full potential as a recreational and trekking site for tourists and locals alike
chadwicklakes.mt
CHADWICK LAKES TRAIL
Chadwick Lakes Trail
ERDF.05.027
FIND US ON FACEBOOK: BRIAN ZAMMIT PLASTERING
BRIAN ZAMMIT PL A ST E R I N G & PA I N T I N G C a l l u s o n 79729442
FEATURE WALLS | PLASTERING | LIQUID MEMBRANE AND MUCH MORE
In-Nutar
AYRTON BUHAGIAR jawgura l-festa t-tajba lill-familji Dinglin kollha. Uffiċju: 107, Triq il-Kbira, Ħad-Dingli (faċċata tal-iskola) Mob: 99449687 Email: ayrton_b@live.com