Programm tal-Festa 2017
Werrej
Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Ewkarist Zammit........................................................... 2
1
PARROÇÇA SANTA MARIJA ÓAD-DINGLI
Il-festa tagħna lil Santa Marija Kumitat Festa Esterna......................................................... 4 Jitlesta l-proġett tar-restawr tan-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija David Vassallo.....................................................................14 Sena ta’ ħidma u inizjattivi mill-parroċċa..............................20 60 sena missjunarju l-Brażil – 40 sena Isqof Intervista mal-Isqof Mons. Walter M. Ebejer O.P. Mario Micallef ...................................................................26 Programm tal-Festa................................................................35 Il-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima Paul Abela . ........................................................................42 Messaġġ mill-Papa Franġisku lill-poplu Malti .....................45 Il-Konvoj ta’ Santa Marija – Awwissu 1942 Savio D. Borg .....................................................................47 Meta faqqgħet il-gwerra – Il-ħajja f’Ħad-Dingli Maria Gambin ................................................................... 50 Francis Ebejer.....................................................................53 Ritratt tal-qagħda soċjali f’Ħad-Dingli Caritas Malta u parroċċa Ħad-Dingli .............................. 65 Arma ġdida għall-parroċċa ta’ Ħad-Dingli Rev. Roberto Gauci ........................................................... 68
Programm tal-Festa 2017 Bord Editorjali: Rev. Ewkarist Zammit Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo G˙ajnuna fil-produzzjoni: Georgina Ebejer Paul Ebejer Robert Falzon Mark Farrugia Doris Tanti Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iΩ-Ûurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ie˙or ta l-g˙ajnuna tieg˙u fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.
Il-qoxra fuq quddiem turi l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fin-niċċa tagħha filKnisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli. Madwarha riproduzzjoni tad-disinn dekorattiv li nstab b’sorpiża għal kulħadd fl-2015 impitter fuq il-ħitan tan-niċċa minn ġewwa (ġnub u saqaf). Id-disinn fuq skala ta’ griż u abjad fl-istil imsejjaħ trompe-l’oeil ġie restawrat fi proġett estensiv li ta dehra ġdida lin-niċċa tal-istatwa titulari. Il-proġett ġie inawgurat nhar it-8 ta’ Diċembru, 2016. Ritratti: Noel Zammit Disinn: www.designedbyal.com
2
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Arċipriet
L-ulied jiċċelebraw l-Omm
Il-figura tal-omm flimkien ma’ dik tal-missier hija essenzjali fil-ħajja tal-ulied. L-ewwel kuntatt li tarbija tagħmel, meta titnissel, tkun propju mal-omm li għal disa’ xhur sħaħ iġġorrha fil-ġuf tagħha, sakemm jasal il-mument tal-ħlas. Meta mbagħad it-tarbija titwieled, għaliha ma jkun jeżisti ħadd iżjed fid-dinja ħlief l-omm u għalhekk tfittex spiss, ilprotezzjoni tagħha, billi tkun viċin tagħha u toqgħod marbuta magħha. Frott din ir-relazzjoni intima li tinħoloq, l-ewwel kelma li tlissen it-tarbija, meta tibda tikber, tkun saħansitra l-kelma: “ma”. Din il-kelma tibqa’ għażiża wisq għallbniedem tul ħajtu kollha, daqskemm tibqa’ għażiża l-persuna ta’ ommu li dejjem jibqa’ jfittex relazzjoni magħha, wens u protezzjoni. Iva, ir-rabta tal-omm mal-ulied hija inseparabbli.
Ġesù, meta kien qiegħed imut fuq is-salib, kellu l-konsolazzjoni ħelwa li jkun akkumpanjat minn ommu Marija. Ġesù, imma, biex tassew jingħata b’mod sħiħ lillbnedmin, ma żammhiex għalih, imma offriha lid-dixxipli tiegħu ta’ kull żmien, bħala sostenn fil-mixja tal-ħajja tagħhom. Fil-fatt, lid-dixxiplu l-maħbub qallu: “Hawn hi ommok.” Imbgħad il-Vanġelu jgħidilna: “U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.” (Ġw 19, 27) Din hija l-istedina li qed jagħmlilna Ġesù fil-festa li ser niċċelebraw din is-sena, biex aħna lkoll, bħala d-dixxipli maħbuba tiegħu, nilqgħu dan id-don li huwa tana ta’ ommu minn fuq is-salib u nħalluha tkun il-mudell tagħna, biex aħna nwettqu r-rieda ta’ Alla, dik li tħarisna fil-mixja tal-ħajja quddiem l-isfidi li ngħaddu minnhom, dik li tmexxina fit-triq lejn binha Ġesù u dik li turina t-triq lejn is-sema. Kif ser nagħmluh dan? F’Marija, aħna nikkontemplaw kif tista’ tħobb lil Alla u kif tista’ twettaq ir-rieda tiegħu fil-ħajja tiegħek. Dan jurina li biex tagħmel ir-rieda ta’ Alla, irid tassew ikollok l-ewwel relazzjoni profonda miegħu, li tkun frott l-imħabba tiegħek lejh. Għalhekk, Marija għamlet dak li għamlet f’ħajjitha, għax ix-xewqa kbira li kellha f’qalbha għal Alla, wasslitha biex tistqarr: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1, 38). Naturalment, mhux kollox kien ward u żahar fil-ħajja ta’ Marija. Filwaqt li l-mumenti ta’ ferħ ma naqsux, nafu wkoll li l-isfidi li kellha tgħaddi minnhom ma kinux dejjem faċli. Nafu biżżejjed kemm kellha diffikultajiet matul il-ħajja ta’ Ġesù, imma hija baqgħet kuljum iġedded l-“iva” tagħha lil Alla. Dan għamlitu, għax kif jgħidilna l-Papa Franġisku: “Anki meta kollox jidher bla sens: hi dejjem fiduċjuża fil-misteru ta’ Alla, anki meta hu jidher li qed jinħeba ħtija tal-ħażen fid-dinja.” Għalhekk, f’din il-festa, Marija, ddur lejna b’imħabba ta’ omm lejn uliedha u tgħidilna: “Tibżgħux, ħalluni nurikom, kif tistgħu tħobbu lil Ġesù llum u kif tistgħu tibqgħu viċin tiegħu. Tiddejjqux tirriskjaw il-pjaniet tagħkom biex twettqu dak li Alla jixtieq minnkom. Dan huwa ta’ ġid għalikom.” Għalhekk illum hija tgħidlina l-istess kif qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu.” (Ġw 2, 5). Dan huwa l-isbaħ parir li hija tixtieq tagħtina u li nieħdu minn din il-festa. Jalla bħal Marija naslu li nistqarru: “Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.” (Lq 1, 49)
Programm tal-Festa 2017
3
Filwaqt li aħna lkoll nixtiequ li naslu biex nagħmlu dan, nafu wkoll li din mhix deċiżjoni faċli, għax aħna lkoll għandna x-xewqat u l-ħsibijiet tagħna. Filwaqt li nafu li l-ħażin mhux tajjeb, xi ftit jew wisq lkoll marbutin miegħu u mhux l-ewwel darba li nirriskjaw li nagħżlu d-dnub minflok dak li jixtieq Alla. Imma, ejjew ma naqtgħux qalbna, għax aħna fiduċjużi li Alla, tant jħobbna u juri ħniena magħna, li qatt ma jasal biex jaqta’ qalbu minna u jekk aħna tassew nuru sens ta’ ndiema minn ħtijietna, huwa żgur li mhux ser jonqos milli jaħfrilna. Apparti dan ejjew qatt ma ninsew li weħidna ma aħna qatt, għax kif jgħidilna l-Papa Franġisku: “Fil-mumenti ta’ diffikultà, ħa tkun Marija, l-omm li Ġesù ta lilna lkoll, li twieżen dejjem il-passi tagħna, u tgħid dejjem lil qalbna: Qum! Ħares ’il quddiem, ħares lejn ix-xefaq. Hi l-omm tat-tama.” B’din it-tama f’qalbna, ejjew nimxu ’il quddiem sa ma jasal dak il-waqt li nħallu din id-dinja, biex ningħaqdu ma’ Ġesù għal dejjem fis-sema. F’din is-sena, fejn qegħdin infakkru l-100 sena mid-dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, ejjew inqaddsu ż-żmien tagħna f’din id-dinja permezz tat-talba tarRużarju u nħalluha tkun il-komfort tagħna ħalli wara din il-ħajja, Marija takkumpanjana lejn is-sema. Kif jgħidilna Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna: “Bit-tlugħ tagħha fis-sema tgħidilna li d-destin tagħna huwa assigurat għax hi ngħatat lilna bħala sinjal ta’ dan id-destin. Aħna msejħin għall-ġenna u hi ttieħdet lejn is-sema biex tkun għalina sinjal li din il-wegħda hija vera, li se sseħħ kif seħħet lilha.” Fi tmiem dan il-ħsieb tiegħi, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor qed joffru l-ħin tagħhom biex permezz tal-ħidma volontarja flimkien niċċelebraw festa sabiħa lill-patruna tagħna Santa Marija. Inħeġġiġkom ħafna sabiex bħala komunità parrokkjali, nieħdu sehem dejjem fil-funzjoniet tal-Knisja. Matul il-kwindiċina, nersqu għall-qrar, kif wkoll nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet fuq barra organizzati mill-Kumitat Festa Esterna, bis-sehem ukoll tal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Ejjew flimkien niċċelebraw bħala familja waħda, biex b’hekk tkun tassew festa sabiħa fejn l-ulied qed jiċċelebraw l-Omm tagħhom li tant tħobbhom u li tixtieqhom jibqgħu dejjem magħqudin flimkien bħala aħwa. Nawgura l-festa t-tajba lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli u nitlob lill-Ommna Marija Santissima, sabiex mis-sema, tbierek lilna u lill-familji tagħna. Tkunu mberkin. Dun Ewkarist Zammit
Fl-okkażjoni tal-festa…
L-Arçipriet, flimkien mal-Kleru, il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kul˙add IL-FESTA T-TAJBA.
InΩommu f’mo˙˙na l-iskop ewlieni tal-festa; ji©ifieri li nag˙tu qima lill-Madonna, nersqu aktar qrib lejn binha Ìesù u fuq kollox in©eddu r-rieda tag˙na li nkunu nsara a˙jar. Il-festa tkun suççess jekk tg˙inna nag˙mlu dan.
Inkunu veru g˙aqlin jekk nersqu spiss lejn il-knisja, nie˙du sehem fit-tif˙ir lil Alla u lillMadonna, inqerru u nitqarbnu. Fl-a˙˙ar ©img˙a tal-festa jkollna konfessuri barranin g˙allqrar f’diversi ˙inijiet, skont kif indikat f’dan il-programm.
Il-kant, l-orkestra u l-muΩika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa jkunu ta˙t id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Titkanta l-Antifona Hodie Maria, kompoΩizzjoni ta’ Mro Chappell u propjetà tal-parroçça ta’ Óad-Dingli.
4
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-festa tagħna lil Santa Marija
L-organizazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fir-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna Santa Marija, entita’ fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra fosthom servizzi ta’ baned, logħob tan-nar, armar u loġistika. F’dan l-artiku, IL-KUMITAT FESTA ESTERNA jinfurmakom bl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa, jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fix-xhur li għaddew u inizjattivi ġodda li twettqu għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija 2017. Kumitat imġedded għal ħidma aħjar F’Ottubru 2016, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit ġie ppreżentat b’rapport minn kummissjoni li ħatar, bil-ħsieb li l-Kumitat Festa Esterna jissaħħaħ biex iwettaq aħjar il-ħidma tiegħu. Riżultat ta’ dan, nhar l-10 ta’ Marzu 2017 l-Arċipriet ppreżenta t-tifsila l-ġdida tal-kumitat li issa hu ffurmat minn erbatax-il membru f’dawn il-karigi: President: Dun Ewkarist Zammit (Arċipriet) Segretarju: Mario Micallef Chairperson: Savio D. Borg Kaxxier: Noel Zammit Assistent Kaxxier: Mark Farrugia Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi: Daniel Abela Direttur Armar u Maħżen: Marlon Chircop Prokuratur tal-istatwa titulari: Jimmy Farrugia Membri: Carmelo Abela, Alfred Cremona, Joseph Farrugia, Noel Muscat, Salvu Scerri u l-Perit David Vassallo. L-Arċipriet ħabbar ukoll it-twaqqif ta’ żewġ kummissjonijiet fi ħdan il-kumitat; waħda bil-għan li tippjana l-attivitajiet u inizjattivi biex jinġabru l-fondi meħtieġa għall-organizazzjoni tal-festa ta’ barra u kummissjoni oħra nkarigata mill-ħarsien u l-manutenzjoni tal-armar attwali u biex tippjana proġetti ġodda. Il-kummissjoni attivitajiet u ġbir ta’ fondi hi ffurmata minn: Noel Zammit, Mark Farrugia, Mario Micallef, Joel Attard, Matthias Attard, Ian Calafato u Silvan Chircop. Il-membri tal-kummissjoni armar huma: Marlon Chircop, il-Perit David Vassallo, Daniel Abela, Joseph Farrugia, John Micallef, Josef Micallef, Richard Seguna u Owen Zammit. Il-Kumitat Festa Esterna għandu kummissjoni oħra maħtura biex tieħu ħsieb proġett partikulari; il-maħżen tal-armar. Din il-kummissjoni li se tibqa’ taħdem fuq dan il-proġett sakemm jitlesta’ hi ffurmata minn Daniel Abela, Savio Borg, Marlon Chircop u l-Perit David Vassallo.
Programm tal-Festa 2017
5
Qabad ir-ritmu x-xogħol fuq il-maħżen tal-armar M’għadux biss ġebel u saqaf iżda dan il-garaxx kbir proprjetà tal-parroċċa qed jieħu sura biex jintlaħaq l-għan li għalih inbena, dak li jservi ta’ maħżen għall-armar tal-festa. Mill-bidu tas-sena s’issa twessgħu l-aperturi u saru sollijiet għalihom; inbnew faċilitajiet sanitarji fil-parti ta’ quddiem tal-maħżen; sar ilkisi tal-maħżen minn ġewwa, il-bitħa u l-apramorta; il-faċċata u l-ġenb talbinja nġiebu fuq il-fil; inbeda x-xogħol fuq l-istallazzjoni tas-sistema tal-elettriku; u nxtara l-madum u sett ta’ faċilitajiet sanitarji/shower. Dan kollu jfisser li din is-sena saret spiża li bejn xiri ta’ materjal u xogħol tlaħħaq it-€13,000. Il-ħidma tissokta wara l-festa bit-twaħħil tal-aperturi li huma ordnati, bieb ġdid għall-faċċata, deċiżjoni dwar l-art fuq ġewwa u t-twaħħil ta’ madum fil-bitħa, u ċ-ċaqlieq tal-pannelli tax-xemx minn fuq ilbejt. Ix-xogħol qed isir kemm minn kuntratturi kif ukoll minn voluntiera li qed jagħtu ħafna ħin u enerġija biex dan il-proġett jitlesta fix-xhur li ġejjin. B’hekk ikollna faċilita’ fejn l-armar tal-festa jintrefa’ f’ambjent sigur u bi spazju adekwat fejn ikun jista’ jsir xogħol biex l-armar li għandna jinżamm fl-aħjar stat possibbli. Lejlet il-festa… l-inawgurazzjoni ta’ sett ġdid ta’ pavaljuni Il-proġett ewlieni ta’ armar ġdid għal din is-sena hu sett ġdid ta’ pavaljuni għal Triq San Rokku. Il-pavaljuni ġew disinjati mill-artist żagħżugħ Paul Cassar. It-tfassil, xogħol tal-ħjata u l-isfumatura sar kollu minn membri tal-familja Cassar (Colomba Flag Makers) mir-Rabat, Għawdex. Għal Triq San Rokku nxtara arblu ġdid tal-ħadid u nbidel l-azzar u l-ħbula li jintużaw fl-armar ta’ dan is-sett ta’ pavaljuni. B’hekk, din it-triq fil-qalba tar-raħal, li minnha nhar il-festa tgħaddi wkoll il-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija, se tkun imżejna f’sett sabiħ ta’ pavaljuni. Nistiednu lil kulħadd biex lejlet il-festa, nhar is-Sibt 19 ta’ Awwissu 2017, fl-10.00 p.m. ninġabru quddiem ilknisja biex insegwu l-Innu l-Kbir u wara ssir iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett ġdid ta’ armar. Il-Kumitat Festa Esterna jieħu ħsieb li f’dawn il-jiem ir-raħal jilbes il-libsa talfesta bl-armar fit-toroq. Dan ix-xogħol isir minn membri tal-kumitat u voluntiera oħra. Fl-aħħar ġimgħat beda l-proġett biex jinħadem taraġ għal madwar il-pedestall tal-istatwa ta’ Santa Marija li tintrama f’Misraħ Ġużè Abela. Għall-festa ta’ din is-sena tlestiet il-bażi tal-ħadid għal taħt ilpedestall. Sadanittant, iż-Żgħażagħ Brijużi
6
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Dinglin ħallsu għal mekkaniżmu ġdid biex l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall fi tmiem il-marċ tat-tielet tridu. Grupp ta’ żgħażagħ u adoloxxenti komplew jaħdmu aktar liedna din id-darba għal ma’ fustuni tad-dawl f’Misraħ il-Mafkar. Tlesta wkoll id-disinn għal sett ta’ labardi ġodda għattnax-il arblu tal-bandalori fi Triq il-Parroċċa. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-armar tad-dawl fittoroq, mal-faċċata tal-knisja u mal-koppla, ix-xogħol jingħata lil kuntrattur. Baned Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza ħames servizzi li huma kummissjonati lil erba’ baned. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tat-tridu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza marċ li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Is-Sibt filgħaxija, lejlet il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas servizz li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan is-servizz jibda fit-8.30 p.m minn ħdejn il-knisja. Fl-10.00 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex minn fuq il-planċier, mal-banda jingħaqad il-kor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, ssir l-inawgurazzjoni ta’ sett ġdid ta’ pavaljuni għal Triq San Rokku u l-marċ jissokta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru. Il-marċ jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq il-Maddalena fejn kulħadd mistieden għall-ħruq tal-logħob tan-nar tal-art. Il-Ħadd filgħodu, nhar il-festa, ilKumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas il-marċ ta’ filgħodu li din issena se jibda fil-11.00 a.m. u jintemm fis-1.30 p.m. Il-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-marċ popolari hu fir-responsabilità sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa. Nemmnu li l-esperjenza sabiħa tal-marċ ta’ filgħodu fl-aħħar snin għandha tkun bażi tajba għal aktar ħidma flimkien bejn dawn it-tliet entitajiet. Nhar il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jistieden ukoll żewġ baned oħra: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem ’l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fil-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni; u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tar-raħal. Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tirringrazzja lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli li fil-jiem tal-festa ddoqq mingħajr ħlas f’għadd ta’ servizzi. Dawn jinkludu jum it-tfal organizzat mill-parroċċa u fit-tislima lill-istatwa titulari fuq iz-zuntier wara l-ħruġ min-niċċa. Fit-tieni jum tat-tridu tal-festa, il-Ħamis, wara li tintemm il-funzjoni fil-knisja l-kumplament tal-lejla jkun dedikat għall-programm vokali u strumentali mill-Għaqda Mużikali Santa Marija. Dan il-programm li jibda fid-9.00 p.m. ikun imtella’ u finanzjat mill-istess Għaqda Mużikali Santa Marija. L-istess għaqda tippermetti wkoll l-użu tal-planċier għall-banda mistiedna nhar il-festa filgħaxija mill-Kumitat Festa Esterna. Nhar ilfesta filgħaxija, wara l-barka sagramentali fil-knisja, l-Għaqda Mużikali Santa Marija torganizza u tiffinanzja l-marċ tal-aħħar.
Programm tal-Festa 2017
7
Il-logħob tan-nar Għal sena oħra, il-Kumitat Festa Esterna qed jixtri l-logħob tan-nar tal-art u talajru għall-festa mingħand l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Ħal Qormi. IlKumitat Festa Esterna jixtri logħob tan-nar għal tmiem il-marċ tal-aħħar jum tat-tridu. Lejlet il-festa jinħaraq logħob tan-nar tal-arju fit-translazzjoni tar-relikwa u minn wara l-kant tal-Innu l-Kbir ’il quddiem, sakemm imbagħad fil-11.30 p.m. jinħaraq logħob tan-nar tal-art quddiem iċ-ċimiterju, fi Triq il-Maddalena. F’jum il-festa l-logħob tan-nar mixtri mill-Kumitat tal-Festa Esterna jinħaraq fil-ħruġ u fid-dħul tal-purċissjoni bl-istatwa titulari. Radd il-ħajr Il-Kumitat Festa Esterna m’għandux kliem biex irodd ħajr lil dawk li joffru l-ħin tagħhom f’xogħol għall-festa, b’uħud saħansitra jiddedikaw parti sostanzjali mil-leave tagħhom jew ilbtajjel tas-sajf għal dan il-għan. Li kieku ma jkunx għal dawn in-nies, ilfesta ma ssirx. Il-kumitat jirringrazzja lill-membri tal-kummissjonijiet u lil voluntiera oħra li jgħinu fl-armar, f’xogħol ta’ ħjata u manutenzjoni talarmar, u fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Mal-volontarjat, hemm l-għajnuna finanzjarja mill-poplu ta’ Ħad-Dingli, li jifhem l-ispejjeż kbar li hemm għall-organizazzjoni tal-festa u jikkontribwixxi mill-qalb. Il-Kumitat Festa Esterna jrodd ħajr lil entitajiet oħra li jaħdmu f’kollaborazzjoni miegħu u li l-għan tagħhom hu li niċċelebraw festa sabiħa u dinjituża, ewlenin fosthom l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Grazzi lil dawk li jagħtu servizz għall-festa ta’ barra fosthom lill-baned mistiedna (l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli, il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi, il-Banda Peace tan-Naxxar), l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Ħal Qormi u l-kuntrattur li jarma d-dawl. Irodd ħajr ukoll lil dawn it-tliet entitajiet għall-koperazzjoni tagħhom: il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, il-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema.
Il-festa t-tajba lil kulħadd Viva Santa Marija
CHRIS & BRIAN GENERAL CONTRACTORS
For all types of Construction, Restoration and Alteration Works We sell property Contact us on
9929 8587 / 9947 1465
Programm tal-Festa 2017
13
DANILO GALEA BUILDING & CONSTRUCTION
MOB: 7953 6873
14
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Jitlesta l-proġett tar-restawr tan-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija
Bi tkomplija mal-artiklu fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra, meta x-xogħol kien wasal nofs triq, il-PERIT DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn ittlestija u l-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ titjib u tisbiħ tan-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija.
Il-Perit David Vassallo
Xtaqt li nibda din il-kitba billi bħala sfond infakkar fil-qosor il-punti ewlenin relatati mal-idea wara dan il-proġett, l-istudji u d-diskussjonijiet li saru, iddeċiżjonijiet li ttieħdu u eventwalment il-bidu tal-implimentazzjoni:
• L-istatwa titulari kienet tinħareġ u tiddaħħal fin-niċċa b’mod diffikultuż ħafna minħabba d-daqs ristrett tan-niċċa. Aktarx biex din id-diffikultà titnaqqas, ħafna snin ilu (ma nafux meta), kienu tħaffru partijiet mill-ħitan tan-niċċa biex tkun tista’ tidħol il-bradella u anke biex l-id il-leminija tal-istatwa ma taħbatx. Iżda d-diffikultajiet xorta baqgħu. • Barra minn hekk, id-dehra tan-niċċa bdiet tikrieh hekk kif maż-żmien id-damask li kien jiksi n-niċċa minn ġewwa beda jittebba’ u allura kien wasal iż-żmien li dan jinbidel. • Il-proġett ta’ titjib u tisbiħ tan-niċċa tħabbar mill-Arċipriet fid-dħul tal-purċissjoni nhar il-festa tal2014. • Il-pjan oriġinali kien li n-niċċa titwessa’ b’mod sħiħ biex l-istatwa tkun tista’ tiddaħħal u tinħareġ b’mod eħfef. Għalhekk, f’Lulju 2015 bdew studji tekniċi fuq l-istruttura tal-knisja u tan-niċċa. • Hekk kif tneħħa d-damask abjad li kien hemm imwaħħal mal-ħitan tan-niċċa b’sorpriża nstab li l-ħitan fuq ġewwa (il-ġnub u s-saqaf) kienu mpittrin b’disinn dekorattiv fuq skala ta’ griż u abjad (stil trompe-l’oeil) esegwit direttament fuq il-ħajt. • Ġew konsultati diversi esperti fejn ġie stabbilit li dan ix-xogħol sar bejn tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin u li huwa ta’ valur tant li kellu jinżamm u jiġi restawrat. Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni finali li l-pjan oriġinali tat-twessiegħ tan-niċċa jinbidel biex tkun tista’ tinżamm ilpittura fuq il-ħajt. • B’konsegwenza t’hekk, kellhom jiġu studjati possibiltajiet ta’ interventi oħra. Ġie deċiż li l-uniku intervent li jħalli n-niċċa kif inhi (fuq ġewwa u fuq barra) u fl-istess ħin jippermetti ċaqliq iktar komdu tal-istatwa hu billi jsiru alterazzjonijiet fin-naħa t’isfel tal-ħitan. Dan biex jippermettu li l-istatwa tidħol u toħroġ b’mod iktar komdu imma f’livell iktar baxx permezz ta’ karru mekkanizzat
Programm tal-Festa 2017
15
iddisinjat apposta. L-istatwa titpoġġa fuqu u tkun tista’ togħla u titbaxxa għal-livell mixtieq kemm fin-niċċa kif ukoll barra minnha. • Fit-18 ta’ Mejju 2016 beda x-xogħol bit-twessiegħ żgħir fuq ġewwa u ftuħ ta’ partijiet mill-ħitan fin-naħa t’isfel tan-niċċa. • F’Ġunju 2016 bdew ix-xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-pittura fosthom it-twaħħil tal-partijiet tal-pittura li kienu qed jinqalgħu, it-tindif u tneħħija tas-saff ta’ verniċ safrani, l-eliminazzjoni tat-tbajja tal-umdità u t-tneħħija ta’ msiemer li kienu mwaħħla mal-ħitan. • Ingħalqu wkoll b’mod permanenti b’ġebel maħdum apposta ż-żewġ fetħiet fil-gwarniċa tan-niċċa li kienu saru biex jippermettu l-ħruġ u d-dħul tal-istatwa. Dan peress li b’dan il-proġett, ma kienx hemm iktar bżonnhom. • Biex tiġi ndirizzata l-problema talumdità fin-niċċa saru żewġ interventi importanti: tneħħew il-cupboards li fissnin tmenin kienu twaħħlu mal-ħajt ta’ wara tan-niċċa (fis-sagristija ż-żgħira), u saru ventilaturi ġodda li jippermettu iktar moviment tal-arja u għaldaqstant anqas umdità.
L-għeluq ta’ waħda mill-fetħiet fil-gwarniċ tan-niċċa
Tkomplija tax-xogħol Hekk kif għaddiet il-festa tal-2016, ix-xogħlijiet fuq il-proġett komplew b’ritmu qawwi.
Ir-restawr tal-pittura fuq il-ħajt tan-niċċa
F’dak li huwa xogħol fuq il-pittura fuq il-ħajt, ġew rikostruwiti b’materjal apposta ż-żewġ fetħiet fuq ġewwa talħajt li semmejna iktar ’il fuq. Imbagħad, dawn il-partijiet tal-ħajt kif ukoll dawk iżgħar fejn kienu nqalgħu l-imsiemer ġew imkaħħla u llivellati. Dan kien segwit mir-rikostruzzjoni/riproduzzjoni tal-pittura fuq dawn il-partijiet talħajt b’mod li jkomplu mal-bqija taddisinn. Ix-xogħol ta’ restawr tal-pittura ntemm billi ġiet applikata patina biex l-interventi l-ġodda ġew integrati ma’ dawk oriġinali hekk li fl-għajnejn jidhru bħala ħaġa waħda.
Sar ukoll dahar ġdid għan-niċċa li fih ġew integrati numru ta’ ventilaturi għall-arja. Wara diskussjoni bejn dawk kollha nvoluti ġie deċiż li fuq in-naħa ta’ ġewwa, id-disinn fuq dan il-ħajt ikun wieħed iktar sempliċi mill-ħitan l-oħra (biex ma tinħoloqx konfużjoni ta’ ħafna disinji u peress li jidher li hawn qatt ma kien jeżisti ebda disinn) imma fl-istess ħin kumplimentari mal-bqija tan-niċċa. Interessanti wkoll il-fatt li d-disinn sar b’mod li jinkorpora fih bħala parti minnu stess it-toqob għall-ventilazzjoni fin-niċċa.
16
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Sadanittant, sar xogħol ta’ restawr fuq l-injam kollu tan-niċċa, jiġifieri l-gwarniċa tal-bieba kif ukoll il-parti t’isfel ta’ quddiem tan-niċċa li hija xogħol antik fl-injam. Dan ix-xogħol kien jinkludi t-tiswija tal-partijiet imkissra jew nieqsa kif ukoll l-applikazzjoni ta’ lostru ġdid fuq l-injam kollu. Fl-istess żmien ukoll intagħżel l-irħam – tip emperador dark - u minnu nħadmu ż-żewġ uċuħ biex jitgħattew iż-żewġ fetħiet li saru fil-faċċata n-naħa t’isfel minn fejn se tkun qed tiddaħħal u tinħareġ ilbradella tal-istatwa. Ovvjament dawn iż-żewġ irħamiet huma magħmulin apposta b’mod li jinqalgħu mingħajr diffikultà kull darba li l-istatwa tkun se tiġi mċaqalqa.
Il-karru l-ġdid (xellug) u l-karru l-antik esebiti quddiem in-niċċa f’jum l-inawgurazzjoni
Filwaqt li kien qed isir dan kollu, kien għaddej ukoll ix-xogħol fuq il-karru mekkanizzat li ġie ddisinjat u nħadem apposta u li fuqu titpoġġa l-istatwa. Dan il-karru hu magħmul minn żewġ partijiet: parti bil-mekkaniżmu li bih tittella’ u titniżżel l-istatwa biex tkun tista’ tinħareġ minn postha u tiddaħħal lura, u parti oħra fissa li fuqha titpoġġa l-istatwa fin-niċċa matul is-sena. Ovvjament din kienet waħda mill-iktar partijiet kruċjali ta’ dan il-proġett u filfatt kienet tirrikjedi diversi provi fuq il-post sakemm il-parti mekkanika u l-parti fissa tal-karru ġew finalizzati kif mixtieq.
L-aħħar fażi tal-proġett kienet l-għażla ta’ sistema ġdida ta’ dawl għal ġon-niċċa. Hawnhekk ukoll kien hemm ħafna diskussjoni u provi ta’ sistemi differenti sakemm intgħażlet l-iktar sistema xierqa li ddawwal b’mod komplut kemm l-istatwa titulari nnifisha kif ukoll il-pittura artistika fuq il-ħajt tanniċċa. L-inawgurazzjoni Hekk, wara xhur ta’ ħidma, il-proġett wasal fi tmiemu. Kif kien xieraq, ġie deċiż li l-inawgurazzjoni ssir f’festa tal-Madonna. Għalhekk intagħżlet id-data tat-8 ta’ Diċembru, solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-inawgurazzjoni tan-niċċa restawrata sar waqt Akkademja Mużiko-Letterarja li ttellgħet fil-Knisja Arċipretali matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Il-parti mużikali kienet fdata f’idejn Maestro James Chappell li mexxa l-Kor Parrokkjali Regina Coeli u l-orkestra li, flimkien mat-tenur Charles Vincenti u s-sopran Karen Camilleri, esegwew tiżwiqa ta’ xogħlijiet Marjani fosthom l-Innu Popolari ‘Lil Marija Assunta’, l-Ave Maria kompożizzjoni ta’ Maestro James Chappell stess u li
Il-Knisja Arċipretali waqt Akkademja Mużiko-Letterarja f’jum l-inawgurazzjoni tal-proġett
Programm tal-Festa 2017
17
f’dik l-okkażjoni ndaqqet għall-ewwel darba minn orkestra, l-Innu Marċ ‘Lil Marija Assunta’, isSalve Regina, l-antifona l-ġdida Hodie Maria u l-Innu l-Kbir Inno Alla Beata Vergine. Għall-parti letterarja nqraw żewġ xogħlijiet letterarji Marjani: Tislima lil Marija Immakulata millpinna tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, u Tifħir lil Santa Marija Mtellgħa s-Sema ta’ Dun Frans Camilleri. Saru wkoll diskorsi minni bħala l-perit li kkoordinajt il-proġett mil-lat tekniku fejn tajt spjegazzjoni dwar il-ħtieġa tal-proġett u x-xogħol li sar; u preżentazzjoni dettaljata minn Valentina Lupo mill-kumpanija Atelier del Restauro dwar il-valur artistiku tad-disinn u r-restawr innifsu li sar fuqu. L-Arċipriet, Dun Ewkarist Zammit, għamel kelmtejn ta’ radd il-ħajr lejn l-aħħar tal-attività qabel ma għadda biex kixef in-niċċa restawrata. Għeluq Dan il-proġett, minbarra li kompla jsebbaħ il-knisja tagħna, reġa’ tana lura n-niċċa tal-patruna tagħna Santa Marija kif xtaquha u kif għamluha missirijietna tant snin ilu. Il-proġett kollu ta’ restawr tan-niċċa sewa €20,000, liema flus inġabru kollha fi żmien qasir mill-qalb ġeneruża tad-Dinglin. Verament din kienet prova oħra, jekk qatt kien hemm bżonn, ta’ kemm Santa Marija hija f’qalb il-poplu ta’ Ħad-Dingli.
In-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija restawrata
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
18
RABAT GARAGE MINI BUSES 14-22 SEATED For all occasions
Taxi & Car Hire
Telephone
2145 3161 Mobile
9947 1921 Email
info@rabatgarage.com Web
PRIVATE LESSONS AT DINGLI
MATHEMATICS SEC O-Level for May 2018 Form 4 for 2017-2018 Starting end of August 2017 Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532
www.rabatgarage.com
Beauty Touch
by Pauline
Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730
Ombre or Hair Stroke Eyebrows for the perfect natural shape
KENNETH AZZOPARDI WATER SUPPLY Mob: 7986 0469
Facials, Waxing, Manicures, Pedicures, Electrolysis, Nail Extensions, Soak-Off Gel Polish, Microblading and Make-up for all Occasions Guinot products for facials and retail
102 Convenience Shop Main Street, Dingli
David Vassallo (Il-Óa©i)
FREE DELIVERY
FOR ALL YOUR GROCERY NEEDS
Tel: 2145 9520 David John
7949 8254 Mob: 9982 2149 Mob:
Owner: Christopher Rapinett
Programm tal-Festa 2017
19
20
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Sena ta’ ħidma u inizjattivi mill-parroċċa
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, is-sena li għaddiet il-parroċċi ta’ ĦadDingli u l-Imġarr ingħaqdu flimkien biex organizzaw pellegrinaġġ bilmuturi. Nhar il-15 ta’ Awwissu 2016, fl-10.00am diversi sewwieqa ta’ muturi nġabru fuq iz-zuntier tal-knisja talImġarr. Il-kappillan Mons. Kalċidon Vassallo mexxa mument ta’ talb u minn hemmhekk is-sewwieqa talmuturi qabdu triqithom lejn Ħad-Dingli akkumpanjati minn membri tat-taqsima tat-traffiku tal-Pulizija. Mal-wasla f’Ħad-Dingli, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit bierek lis-sewwieqa li ngħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni. Ħafna mis-sewwieqa ħadu sehem fil-quddiesa tal-11.00am. Fost il-ħafna inizjattivi pastorali fil-parroċċa, f’Settembru 2016 is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. organizzat Ġimgħa ta’ Tagħlim marbuta mas-Sena tal-Ħniena. Il-laqgħat kienu miftuħa għal kulħadd u saru fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Bħal kull sena, fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru saret il-Ġimgħa Familja organizzata mill-Kummissjoni Familja u l-Grupp Familji Nsara tal-parroċċa. Fl-ewwel xahrejn tal-2017 sar ukoll il-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ li fih ħadu sehem 16-il koppja. F’Marzu, il-Kummissjoni Familja organizzat żewġ laqgħat formattivi b’kollaborazzjoni mal-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli għall-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal. Mill-bidu ta’ Ottubru ntroduċejna t-tieni quddiesa s-Sibt filgħaxija. Is-sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni kien tajjeb ħafna u dak li kellu jsir bi prova sal-aħħar tas-sena sar permanenti. B’hekk nhar ta’ Sibt filgħaxija fis-Sajf qed ikollna quddiesa fil-5.00pm u fis-7.00pm u fix-Xitwa fl-4.30pm u fis6.30pm. Inxtraw żewġ screens u camera biex min ikun bilqiegħda fin-navi jkun jista’ jsegwi aħjar iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. F’Ottubru 2016 beda xogħol ta’ restawr fuq il-ħitan minn ġewwa talkappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum. Il-parroċċa trodd ħajr lid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan ilMinisteru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li għamel dan ix-xogħol. Il-kappella reġgħet infetħet f’April li għadda meta l-grupp tal-abbatini organizza fiha wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ta’ kull sena wkoll, ilparroċċa flimkien mal-Kumitat Festa Esterna jorganizzaw il-festa f’din ilkappella. Din tiġi ċċelebrata fil-festa liturġika ta’ Santa Marija Maddalena, nhar it-22 ta’ Lulju. Ilfesta tibda biċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa, il-ħruq ta’ ħuġġieġa tradizzjonali u attività soċjali.
Programm tal-Festa 2017
21
Nhar it-13 ta’ Diċembru 2016 il-parroċċa organizzat mixja għall-karità minn Ħad-Dingli sad-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi. Il-parteċipanti ħallew donazzjoni għad-dar. Fi żmien il-Milied li għadda, mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli nġabret is-somma ta’ €4,160 għad-Dar tal-Providenza. Dawn il-flus inġabru mid-donazzjonijiet tal-parteċipanti talmixja, il-ġabra li saret fil-quddiesa tal-lejl tal-Milied u mill-envelopes imqassma fid-djar għall-kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli.” Il-flus ġew ippreżentati mill-Arċipriet, Dun Ewkarist Zammit, fl-1 ta’ Jannar 2017 waqt open day tad-Dar tal-Providenza. Nhar is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Frar 2017 ilqajna fil-parroċċa r-relikwa talBeata Marija Adeodata Pisani, Maltija li kienet soru Benedittina fl-Imdina. Hi protettriċi tal-familji, b’mod speċjali dawk li għaddejjin minn xi diffikultà, anke għaliex hi stess kienet bint ġenituri separati. Is-Sibt 11 ta’ Frar fl-4.00pm saret purċissjoni mill-kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Dun Bosco sal-knisja bir-relikwa tal-beata u wara ġew iċċelebrati l-quddies tal-ħin. Il-Ħadd 12 ta’ Frar, għall-quddiesa tad-9.30am ġew mistiedna l-anzjani u fi tmiem ilquddiesa kien hemm ċans għal talb privat quddiem ir-relikwa tal-beata. Il-Ġimgħa Mqaddsa ġabet fi tmiem proġett ta’ restawr u induratura biddeheb ta’ ġilandra antika kompluta bir-raġġiera. Dan hu patrimonju flinjam tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Fl-altar tar-repożizzjoni ntramat irraġġiera ta’ din il-ġilandra bħala sfond għall-kapsola li fiha jitpoġġa Ġesù Ewkaristija. Aktar qabel, għall-Milied ġiet inawgurata l-ġilandra li ntramat fuq l-altar u fiha tpoġġiet ix-xbieha ta’ Ġesù Bambin u fl-aħħar jiem tas-sena Ġesù Ewkaristija għall-kwaranturi. Ir-restawr u l-induratura bid-deheb ġie fdat lil Arthur Vassallo, induratur mir-Rabat, bl-ispiża laħħqet l-€10,000. Peter Muscat waħħal b’mod volontarju drapp ġdid fuq ġewwa tal-ġilandra. Għall-Milied nxtara bambin tax-xemgħa li tħallas minn benefattur. Din is-sena, it-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa ġiet iċċelebrata l-festa tasSalib Imqaddes. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, sar pellegrinaġġ millknisja sal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet bixxbieha ta’ Ġesù Kurċifiss li matulu ġiet immeditata t-Triq tas-Salib. Bejn stazzjon u ieħor, is-salib fuq quddiem
22
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
tal-pellegrinaġġ intrefa’ minn familji li joqogħdu fit-toroq minn fejn għadda l-istess pellegrinaġġ. Fittmiem sar mument ta’ talb fil-kappella tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet. Apparti t-tberik tal-familji fi żmien l-Għid, is-saċerdoti tal-parroċċa żaru lill-familji tat-tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina u lill–adoloxxenti li għamlu l-Griżma tal-Isqof. Nhar il-Ħadd 30 ta’ April ġie organizzat seminar għall-operaturi pastorali bit-tema: “Iż-żwieġ u l-familja fit-tagħlim tal-Papa Franġisku.” Is-seminar li tmexxa mir-Rev. David Cilia u mir-Rev. Dr Kevin Schembri sar fiċ-Ċentru Parrokkjali u ffoka fuq l-eżortazzjoni appostolika Amoris Laetitia. Il-festa lil San Ġorġ Preca din issena ġiet iċċelebrata nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fil-quddiesa tad-9.30am li kienet animata mill-membri talM.U.S.E.U.M. Għal din il-quddiesa kienu mistiedna t-tfal, l-adoloxxenti u l-familji tal-parroċċa. Fil-quddiesa ġiet inawgurata pittura bi xbieha ta’ San Ġorġ Preca, saċerdot djoċesan u fundatur tal-M.U.S.E.U.M. biex issa fil-knisja tagħna għandna wkoll xbieha permanenti tal-ewwel qaddis Malti kanonizzat. Din is-sena jaħbat għeluq l-għaxar anniversarju mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorg Preca. Il-pittura hi xogħol l-artist żagħżugħ Għawdxi Manuel Farrugia u turi lil San Ġorġ Preca bil-ktieb talBibbja f’idejh, jgħallem. Il-pittura tinsab bħala sotto-kwadru fuq l-altar tal-Madonna tar-Rużarju u tħallset minn benefattur. Il-kwadru għall-pittura, komplut bix-xogħol tal-iskultura fl-injam, inħadem b’mod volontarju minn Victor Micallef u l-induratura saret mill-kumpanija Atelier del Restauro. Għal din l-okkażjoni nġiebet ukoll relikwa bid-demm ta’ San Ġorġ Preca. L-isbaħ preżenża ta’ San Ġorġ Preca fil-parroċċa tagħna jibqgħu l-oqsma tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u l-bniet. Inħeġġu lillġenituri biex jibgħatu lil uliedhom għad-duttrina għax kif kien jgħid San Ġorġ Preca stess: “it-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid.” Iċ-Ċentru Parrokkjali Familja Mqaddsa għandu basement spazjuż taħt il-livell tat-triq li kien għaqli li sar meta twettaq il-proġett iżda ma kienx qed jirriżulta użu pastorali għalih. Għalhekk bħalma għamlu parroċċi oħra u anke entitajiet fir-raħal, il-parroċċa kriet il-basement li qed jintuża bħala gym. Biex sar hekk, ġiet irranġata l-art li ngħatat wiċċ ġdid b’materjal apposta u ġew stallati faċilitajiet sanitarji. Il-basement jibqa’ proprjetà tal-parroċċa u b’dan il-mod qed ikun mezz ta’ introjtu biex il-parroċċa ssostni l-ħidmiet tagħha. Fl-aħħar sena, Emanuel Abela u John Micallef għamlu xogħol volontarju ta’ manutenzjoni u żebgħa tal-lift fis-sagristija u taż-żewġ statwi fil-faċċata tal-knisja: waħda ta’ Santa Marija u l-oħra ta’ San Ġużepp. Bħalissa għand il-kumpanija Soundweld, f’Suffolk, l-Ingilterra qed isir restawr fuq qanpiena storika li hi patrimonju ta’ Ħad-Dingli. L-użu ta’ din il-qanpiena intilef kompletament wara li inqasmet u minkejja intervent li sar fuqha biex tiġi salvata dan ma rriżultax effettiv. Ilqanpiena kienet tħalliet fiċ-ċimiterju talparroċċa u issa hemm il-ħsieb li la tasal
Programm tal-Festa 2017
23
lura Malta restawrata terġa’ tittella’ fil-kampnar fejn kienet. Il-kumpanija Soundweld tispeċjalizza f’dan ix-xogħol u fost il-ħafna proġetti li għamlet, kellha tnejn simili għal Malta u li t-tnejn kienu suċċess. Waħda kienet qanpiena kbira ta’ żewġ tunellati tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u l-oħra talPatrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt. Il-proġett qed ikun koordinat mill-kampanoloġista, Kenneth Cauchi. Għall-finanzjament tax-xogħol, il-parroċċa sabet l-appoġġ tal-Fond Kawżi Ġusti amministrat mill-Ministeru tal-Finanzi, u tal-Onorevoli Ministru, Dr Ian Borg. Il-qanpiena tfondiet mill-Mastru Fonditur tal-Ordni ta’ San Ġwann, Aloisio Bouchut. Bouchut huwa magħruf li għamel aktar minn erbgħin qanpiena matul il-karriera tiegħu. Beda fl-ewwel kwart tasseklu tmintax u baqa’ għaddej sa mewtu wara l-1763. Aloisio Bouchut huwa magħruf ukoll għax għamel iżżewġ qniepen il-kbar tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kif ukoll dawk il-qodma tal-Katidral t’Għawdex. Bouchut fonda din il-qanpiena għal Ħad-Dingli fl1762. Fuqha għamel midaljun bil-figura ta’ Marija Annunzjata, riljev dekorattiv li uża wkoll fuq qniepen oħra f’Ħal Tarxien u fl-Għarb, Għawdex.
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
24
Tony’s Garage TAĊ-ĊOMBA THE DAILY MARKET
Triq San Ġwann Bosco Dingli
24HRS TAXI SERVICE
Dingli
Mob: 9944 4142 Fax: 2145 1584 Travel in Comfort & in Style Fully Airconditioned
Tel: 21453821
FREEWAY MARKETING
WELCOME BAZAAR
Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts
ONE STOP SHOP & SUB-POST OFFICE
Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta
Stockist of Underwear, Children, Ladies and Gents’ Wear, Toys and Linen, Household Appliances.
Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351
1, Misra˙ Frenç Abela, Dingli Tel: 2745 4575
TAL-LENNIE Water Supplies (Tax-Xini)
CAR WASH SERVICE UPHOLSTERY CLEANING PRICES one seat 9 Euros all seats 36 Euros INSIDE AND OUTSIDE CLEANING Starting from 15 Euros
Donovan Scerri Mobile
7924 2588
MOB: LOCATION:
9903 0121
ÓAD-DINGLI
donovancarwash
Programm tal-Festa 2017
in business since 1977
25
Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort.
For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191 DINGLI ALUMINIUM
Web: www.dinglialuminium.com
Workshop: 17, G˙ar Bittija Street, Dingli Email: dinglim3@onvol.net
GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND
ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561
• Ûvilupp ta’ Films • Ritratti tal-passaport • Tila u Lamination • Irran©ar ta’ ritratti bil-kompjuter • Photo Sessions fi Studio b’ambjent rustiku naturali • Ritratti u Video g˙al kull okkaΩjoni • Trasferiment ta’ kull tip ta’ tape fuq DVD jew CD • G˙aΩla kbira ta’ albums u frames g˙al kull okkaΩjoni Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day
• Frame Makers 32, Triq il-Kulle©©, Rabat Tel: 2145 3837
TAR-RITRATTI
• Digital Prints minn kull tip ta’ Media “while you wait”
26
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
60 sena missjunarju l-Brażil 40 sena Isqof
Intervista mal-Isqof imwieled Ħad-Dingli, Mons. Walter Michael Ebejer O.P.
Twieled Ħad-Dingli nhar it-3 ta’ Awwissu, 1929. Għex l-ewwel erba’ snin ta’ ħajtu f’Ħad-Dingli u tliet snin oħra tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Jistqarr li jaf il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu għal Ħad-Dingli, raħal li baqa’ jħobb u fejn għad għandu qraba jgħixu. Ħuh hu l-kittieb Francis Ebejer. Ġie ordnat saċerdot fl-1954 u hu membru tal-Ordni tal-Predikaturi. Tliet snin wara beda ħidma missjunarja l-Brazil fejn issa ilu 60 sena, 40 sena minnhom bħala Isqof. Irtira bleta’ mit-tmexxija tad-djoċesi ta’ Uniao da Vitoria 10 snin ilu, u llum għadu jgħix f’dik id-djoċesi bħala Isqof Emeritus. MARIO MICALLEF intervista lill-Isqof Walter Michael Ebejer O.P., fl-4 ta’ Frar 2017, waqt l-aħħar żjara li għamel f’Malta. X’tiftakar mit-tfulija tiegħek f’Ħad-Dingli? Jien twelidt fil-bini fejn illum hemm l-għassa tal-Pulizija. Niftakar li kont noqgħod bilqegħda fil-gallarija ta’ fuq il-bank (fejn illum hemm l-ATM), saqajja ’il barra mill-ħadid, u kont noqgħod inkanta kanzunetta u nirrepetiha. Dak l-iżjed li niftakar għax imbagħad meta kelli erba’ snin morna noqogħdu faċċata tal-kunvent ta’ San Duminku fir-Rabat. Kont bdejt nattendi l-iskola r-Rabat iżda kont imqareb ħafna. Lil missieri qalulu aħjar tneħħieh minn hawn u ħadni miegħu l-iskola ta’ Ħad-Dingli, fejn missieri kien surmast. Kif għext it-Tieni Gwerra Dinjija? Kont student il-Liċeo però fi żmien il-gwerra għamilt tliet snin ngħix Ħad-Dingli. Għamilna sentejn ngħixu ma’ “Ta’ Paloċċ” (’il fuq millgħassa tal-Pulizija) u sena fejn kienet toqgħod ilL-għassa tal-Pulizija f’Ħad-Dingli fejn familja ta’ Monsinjur Camilleri. Jien kont l-ewwel twieled l-Isqof Ebejer ġuvnott Ħad-Dingli, ċert minn dan, li uża r-roller skates. Tgħallimt waħdi u bdejt ngħallem lil ħaddieħor. Kont abbati u konna nqumu kmieni biex inkantaw il-quddiesa tal-mejtin fil-5 ta’ filgħodu. Dak iż-żmien kien hemm blackout, għal kollox bla dawl. Konna nkantaw u mbagħad konna ninżlu l-Liċeo, l-Imdina. Minn Ħad-Dingli għall-Imdina u lura kont immur bir-roller scates. Żmien il-gwerra kien ikrah. Darba ħija, Francis Ebejer, kien qiegħed fuq il-bejt bir-rifle għax dak kien uffiċjal tal-home guard. Kien ġej xi ajruplan Ġermaniż minn fuq il-knisja. Dejjem minn hemm kienu jiġu, minn fuq il-knisja ta’ Ħad-Dingli, u dan beda jisparalu u ħija qabeż għal isfel bil-biża’. Jien kelli t-truppa tiegħi. Alla għamilni hekk, b’sens ta’ leadership. U għamilt is-suldati tiegħi. Ma
Programm tal-Festa 2017
27
kellniex rifle, iżda lasta tal-ixkupa tal-knis. Konna naraw s-suldati Ingliżi jagħmlu d-drill tagħhom u konna nimitawhom u l-Ingliżi kienu joqogħdu jidħku bina. Aħna kellna bejn tnax u tlettax-il sena. Huma suldati żgħażagħ. Meta kien jaqa’ ajruplan, aħna konna naslu fuq il-post qabel il-Pulizija u konna naqilgħu l-ball bearings. Meta u fejn ġietek is-sejħa għas-saċerdozju? Ħad-Dingli. Meta konna noqogħdu hemmhekk tul il-gwerra, kont abbati. Nitqarben kuljum. Kont tifel ferrieħi, qrar regolari, u hemmhekk kien hemm nies li verament biddlu ħajti u ta’ Ħad-Dingli: l-aħwa saċerdoti Huntingford u Fr Dalli minn Raħal Ġdid. Kienu jagħtuna l-istruzzjoni u kienu jeħduna irtiri l-Fawwara. Fil-grupp magħna kien hemm dak li aktar tard sar Dun Ġwann Abela. Hemmhekk ġiet il-vokazzjoni. Kelli erbatax-il sena. Kont noqgħod fid-dar “Ta’ Paloċċ”. Kont nistudja u bħal ġuvintur oħra ħafna ħsibijiet: trid tagħmel hekk, tiżżewweġ, ikollok karozza. U vuċi qawwija ħafna kienet tgħidli “inti ser issir patri”. Fantasija imma mbagħad bdiet iddejjaqni. Immur nistudja fuq, f’kamra fid-dar “Ta’ Paloċċ” u niddejjaq li ma nistax nistudja minħabba din il-vuċi. “Int ser issir patri. Int ser issir patri”. Tkellimt ma’ Dun Charles Huntinford u ddeċidejt. Kelli erbatax-il sena l-aktar. U minn hemm qatt ma’ mort lura. La ddeċidejt, iddeċidejt. Madwar sena wara dħalt mad-Dumnikani, ir-Rabat. Id-dar tal-familja Ebejer fi Triq il-Parroċċa fejn ħass is-sejħa għas-saċerdozju
Bħala familja, wara l-gwerra erġajtu mortu toqogħdu r-Rabat, fid-dar faċċata tal-kunvent tad-Dumnikani. Għalhekk għażilt li tissieħeb f’din l-ordni reliġjuża? Hawnhekk dħalt ta’ sittax-il sena. Mitt metru bogħod mid-dar. Kont nisma’ lill-ommi tgħajjat minn hawn. Wara tliet snin mort l-Ingilterra nistudja Oxford, mad-Dumnikani. Meta ġejt lura għamilt ftit snin ngħallem fil-Kulleġġ St Albert, il-Belt, u fil-kunvent tagħna fir-Rabat. Imbagħad mort il-Brażil għax dejjem xtaqt il-missjoni. Hawnhekk kont nara ħafna qassisin. Jien għidt irrid immur f’post fejn ma ssibx qassisin oħra. Ilni l-Brażil 60 sena. Ma nafx kif għadni niftakar ilMalti! F’60 sena l-Brażil, naħseb tkellimt massimu ta’ ġurnata sħiħa bil-Malti. Minn tant pajjiżi madwar id-dinja, għaliex għażilt il-Brażil? Aċċidentalment. Tlabt l-Urugwaj u ma rrispondewx. Tlabt l-Arġentina, ma rrispondewx u mbagħad irrispondew negattivament. Tlabt il-Bolivja, kien hemm it-Taljani qaluli li se jitilqu, imbagħad ma telqux. Tlabt il-Brażil u aċċettawni. Forsi ħasbu li kont patri disklu, li qed nipprova niskappa lis-superjur, għax mhux faċli ssib patri joffri ruħu hekk. Għall-ewwel m’għoġobnix il-Brażil. Bdejt nidra wara seba’ xhur. Niftakar ċar u tond li malli wasalt bil-vapur f’Porto de Santos ħadt qata’ bil-korruzzjoni li kien hemm. Żammewli l-bagalji, mid-disgħa ta’ filgħodu sal-ġurnata ta’ wara biex inħallas xi ħaġa. Mort fl-akbar pajjiż fl-Amerika Latina. X’sibt il-Brażil 60 sena ilu? Xokk enormi. Kien il-Milied tan-1957. Kif se nitgħallem il-Pater Noster? Kont inkwetat minħabba l-lingwa. Diffiċli nitgħallem ittalba tal-“Missierna”, aħseb u ara quddiesa sħiħa.
Patri Walter Michael Ebejer O.P., missjunarju żagħżugħ fil-Brażil
28
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-Brażil hu pajjiż enormi u għalhekk diffiċli titkellem dwaru. Anke bejn it-tramuntana u n-nofsinhar ta’ stat wieħed hemm differenzi kbar, aħseb u ara l-pajjiż kollu! Il-Brażil iltqajt ma’ Patri Dumnikan minn Malta, Gejtanu Scerri. Ħadni Brasilia, il-kapitali tal-Brażil, li kienet għadha qed tinbena. Kien hemm ħmieġ, trab, kostruzzjonijiet. Kien hemm biss il-Palazz talPresident u lukanda moderna biex tilqa’ lin-nies li jiġu minn barra, bħall-ġurnalisti u delegazzjonijiet. Imbagħad ħadni fil-qalb tal-Brażil, fejn hemm muntanja li minn fuqha tista’ tara l-foresta Amazonia. Jien wasalt il-Brażil fil-mument li kien hemm mewġa ta’ migrazzjoni minn għadd ta’ stati lejn iċċentru. Kien qisu qed tara film li ma jirrepetix ruħu. Fil-fatt, dak il-perjodu spiċċa. X’kienet tinvolvi l-ħidma tiegħek fil-bidu? Kollox, tippriedka, tqaddes, tqarar. Iddubbawli debba u meta tlajt fuqha kważi waqajt għax ma kontx naf kif fil-bidu u mort għal għonq it-triq. Tintilef u ssaqsi. Ġieli ddum sigħat fil-foresti għax ma tiltaqax ma’ ruħ. Torqod fejn issib. Ħajja primittiva u ta’ faqar. Ma tistax timmaġina xi ħaġa aktar primittiva minn hekk. Għall-ewwel kelli biża’ imma imbagħad ma kellix iżjed. Ivvjaġġajt ħafna bil-lejl, fid-dlam, tant li ma stajtx nara liż-żiemel tiegħi quddiemi. U ż-żiemel li normali jara bil-lejl, kien hemm postijiet fejn ma setax jara u kelli ninżel jien quddiemu, liebes ta’ Dumnikan bl-abjad, nimbuttah.
Patri Walter Michael Ebejer O.P. (ir-raba mix-xellug) ma’ grupp ta’ tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina
Għadda ż-żmien u bagħtuni fin-nofsinhar tal-Brażil, f’Parana, fejn kien hemm ħafna barranin: Ġermaniżi, Pollakki, Ukreni. Kien hemm ħafna xogħol. Insemmilek biss li f’sena waħda għammidt 1,200 tarbija f’parroċċa waħda. Parroċċa waħda kienet tliet darbiet iddaqs ta’ Malta. Imbagħad bagħtuni max-xtajta fl-Atlantiku, 50 kilometru ta’ kosta u nies kienu jiġu mill-Arġentina, l-Urugwaj u l-Brażil. Il-ħin kollu taħdem. Imbagħad għażluni biex immur fil-favelas fil-kapitali u wara sena bagħtuni Isqof fi djoċesi ġdida, Uniao da Vitoria, finnaħa t’isfel tal-istat ta’ Parana.
Fl-1976, il-Papa Pawlu VI innominak Isqof u ġejt konsagrat fis-6 ta’ Marzu 1977. L-ewwelnett kif ħadtha l-aħbar? Qatt ma ħsibt li se nkun Isqof. Jien dejjem ħdimt f’post primittiv u bdejt mill-bidu. Din id-djoċesi ġdida ħafna isqfijiet ma riduwhiex għax qalu ma tistax issostniha u vera. Għamlu ħafna korrispondenza mal-Vatikan u man-Nunzju Appostoliku u bejniethom ma qablux, sakemm qabbdu lili. Is-sitwazzjoni llum inbidlet kompletament. Meta mort fid-djoċesi, l-ewwel kellha daqs u mbagħad kabbruha u ġiet 26 darba akbar minn Malta. Kien hemm knejjes u anke sorijiet, iżda saċerdoti xejn. Tawni 18-il saċerdot, b’kull wieħed kien ikollu bejn wieħed u ieħor żona tliet darbiet daqs Malta u Għawdex. Jien stess kont Isqof nagħmel xogħol ta’ kappillan. Ma stajtx inħalli dawk in-nies kollha bla servizzi ta’ xejn. Trid tiġri. Wara 7 snin, il-Papa żiedli mat-territorju tad-djoċesi 2,300 kilometru kwadru. F’din iż-żona kelli nerġa’ nibda millbidu għax knejjes u kappelli kien hemm iżda saċerdoti le. Jien iżda nemmen li jekk tiżra’ tieħu l-frott. Wara seba’ snin Isqof kont diġà qed nordna l-ewwel patrijiet. Ikompli f ’paġna 31
Il-Festa t-Tajba
Il-�a���ja � �a�-����l� � l-I��a�� � l-I�ta��a � �al-���a �al ����� � I�-�abat � Is-�����e�� � �a�-�ebb��
ian@ianborg.eu | 99777666
Is-Sindku Sandro Azzopardi
u l-familja tiegħu jawguraw lir-residenti ta’
Ħad-Dingli u l-Buskett
Il-Festa t-Tajba Email: sanazzopardi@gmail.com Mob: 9987 9543
30
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru
GERALD JEWELLERY ❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00, 16.00-18.30 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
SANTA MARIJA SELF SERVICE • Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer FREE DELIVERIES Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6
Triq Çensa Spiteri, Dingli Tel: 2745 0454 Mob: 9945 4158 Santa Marija Self Service Dingli
Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba - Malta Tel/Fax: 2157 7301 Mob: 7925 4324
JANET PORTELLI VTCT MARIA CAMILLERI ITEC MARIE A. VASSALLO ITEC Fully Qualified Beauty Therapists Waxing • Eyebrow shaping/tinting • Eyelash tinting Manicures • pedicures • Nail extensions Manual & machine facials • Make-up for all occasions Slimming treatments, massages. Gem technology laser/ipl for hair removal, pigmentation, acne, wrinkles, etc… Specialising in semi-permanent make-up and 6 inch loss guarantee in 2 hours only
Opening hours: Daily: 8.00 a.m. - 7.00 p.m. Wednesday closed Saturday: 8.00 a.m. - 12.00 p.m.
Dingli Tel: 2145 5602
Programm tal-Festa 2017
31
Bħala l-ewwel Isqof ta’ djoċesi ġdida, x’kienu l-isfidi ewlenin li ffaċċjajt u xi proġetti ewlenin wettaqt? Kellna problema ta’ flus għax tinsiex d-djoċesi kienet ġdida u riedu jinbnew knejjes, swali u djar talkappillani. Jien bnejt Seminarju mix-xejn, li qed jiffunzjona sew. Għandi numru tajjeb ta’ professuri kwalifikati. Il-flus biex bnejtu ġibthom minn Malta, il-Ġermanja u l-Olanda. Konna nirċievu numru ta’ seminaristi minn djoċesi aktar fqira minna u rnexxielhom isiru saċerdoti. Minn dawn kien hemm 60 li studjaw mingħajr ħlas. Sitwazzjoni fejn il-fqir jgħin lill-fqir. Waħda mill-konsolazzjoni tiegħi li meta rtirajt minn Isqof ħallejt id-djoċesi b’sitwazzjoni finanzjarja sostenibbli. Mument diffiċli fil-ħajja kien il-frakass li ħalla għargħar qawwi fl-1983. Id-dar tiegħi spiċċat mgħarrqa fi 2.2 metri ta’ ilma. Mill-banda l-oħra rajt id-djoċesi tkompli tibker. Bħala parroċċi fil-belt minn 4 saru 8 u fiddjoċesi kollha minn 12 fil-bidu llum hemm 25. Minkejja li rtirajt jien għadni ngħallem fisSeminarju. Sa mit-twaqqif tas-Seminarju qatt ma fallejt milli ngħallem suġġetti bħall-Ingliż, il-filosofija u t-teoloġija. Nagħti wkoll irtiri lissaċerdoti u s-seminaristi.
Fl-għargħar qawwi li laqat id-djoċesi ta’ Uniao da Vitoria fl-1983
Issa li inti Isqof irtirat, ma tħajjartx tirritorna Malta? Lanqas noħlom li nirtira Malta. Inħobb lil Malta. F’60 sena l-Brażil m’għaddietx ġurnata li ma tlabtx għal Malta, għall-Knisja u għadDumnikani. Imma jien bniedem li nħares ’il quddiem. Issa qed inħares lejn is-seconda patria. Għandi 87 sena u qrobt sew.
L-Isqof Walter Michael Ebejer O.P. fl-aħħar quddiesa li ċċelebra f’Ħad-Dingli – il-Ħadd, 29 ta’ Jannar 2017
Liema kien l-aktar mument sabiħ bħala Isqof? L-isbaħ mument hu li rnexxieli nagħmel jiffunzjona Seminarju Maġġuri, fejn żgħażagħ iħejju ruħhom għas-saċerdozju. Dan bdejtu mix-xejn. Ta’ sodisfazzjon kien ukoll il-fatt li ħallejt id-djoċesi finanzjarjament vijabbli.
Fl-aħħar nett għandek xi xewqa li tixtieq taraha mwettqa u x’messaġġ tixtieq tgħaddi lillMaltin? Jien wara dan kollu, wara li ddedikjat ħajti għal Kristu, nixtieq narah. Għalija biżżejjed ikolli daqsxejn ta’ daħla żgħira fil-bieb tas-sema. Imma nidħol, dak li nixtieq. Għall-Maltin nixtieq li jibqgħu jgħożżu l-fidi u l-valuri tagħhom biex ma jibkux wara. Meta titlef ilvaluri mhux faċli terġa’ ġġib lura s-sitwazzjoni morali tal-pajjiz. Oqogħdu attenti għall-wirt kulturali u reliġjuż ta’ Malta. Din hi x-xewqa tiegħi u dan hu l-messagg li nixtieq ngħaddi lill-Maltin.
Cards • Gifts • Toys Magazines • Books Copy Service • Laminaton • Binding Naxxar Road, San Ìwann Tel: 2136 1397 • Email: metrostationery@melita.com Find us on Facebook - MetroStationery San Gwann
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jawgura l-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha.
Programm tal-Festa
Il-Ġimgħa, 4 ta’ Awwissu – Bidu tal-kwindiċina u ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija
Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ barra. 7.00 p.m. Quddiesa tal-okkażjoni tal-bidu tal-Kwindiċina mmexxija mir-Rev. Ewkarist Zammit, Arċipriet ta’ Ħad-Dingli. Fi tmiem, dawk preżenti jassistu għall-mod ġdid kif tinħareġ min-niċċa l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Dan ser ikun qed isir għall-ewwel darba minn meta tlesta l-proġett tar-restawr tan-niċċa f’Diċembru li għadda. Jingħata wkoll il-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija. Fl-għeluq issir il-funzjoni talKwindiċina, titkanta l-antifona Hodie Maria u tingħata l-Barka Sagramentali.
Is-Sibt, 5 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nroddu ħajr lil Alla għall-ħidma mwettqa mill-Kumitat Festa Esterna u l-voluntiera tal-festa
6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Frans Abdilla, Vigarju Episkopali għas-Saċerdoti u l-Parroċċi. Il-quddiesa tkun animata mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna, l-entità fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb torganizza l-festa ta’ barra. Mistiedna wkoll kollaboraturi f’din il-ħidma: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Wara l-quddiesa jsir riċeviment fl-okkażjoni tal-festa għall-kleru, il-Kunsill Lokali u d-diriġenti tal-każini, għaqdiet u gruppi.
Il-Ħadd, 6 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nuru s-solidarjetà tagħna maloħrajn u nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa
Fil-quddies tal-bieraħ filgħaxija u llum nagħmlu l-offerta tagħna għall-karità li din is-sena se tmur għall-Malta Community Chest Fund biex tkompli tgħin lil dawk ilpersuni li jmorru barra l-pajjiż għall-kura medika. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Ryan Lee Pace, saċerdot novell. Tieħu sehem l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Wara ssir ilfunzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tlieta, 8 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mark Mallia Pawley li fiha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar, arranġamenti ta’ fjuri u t-tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 9 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa animata mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ta’ Ħad-Dingli. Imexxi r-Rev. Bernard Mangion M.S.S.P., missjunarju fil-Pakistan. Wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Quddiesa fil-knisja organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ. Imexxi r-Rev. Clinton Farrugia M.S.S.P.
Il-Ħamis, 10 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna
6.00 p.m. It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.40 p.m. L-Arċipriet, ir-Rev. Ewkarist Zammit, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M., il-banda talGħaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides. 7.00 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Mark Zammit. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira fl-okkażjoni tal-festa.
Il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Imexxi r-Rev. Charlon Muscat. Wara jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fejn nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji u tal-parroċċa tagħna. Ikollna wkoll servizz ta’ qrar. Issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Is-Sibt, 12 ta’ Awwissu – Jum il-komunità parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija
6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Imexxi r-Rev. Sinclair Bugeja, saċerdot novell. Fi tmiem il-quddiesa ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fuq iz-zuntier. Wara nsellmu lill-istatwa għażiża ta’ Santa Marija, patruna tar-raħal tagħna. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.15 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.
Il-Ħadd, 13 ta’ Awwissu – Marija tħares lit-trabi fil-ġuf u fil-bidu tal-ħajja nisranija
8.30 a.m. Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ il-Mafkar (wara l-monument ta’ Ġużè Ellul Mercer). L-għoti tad-demm isir sas-1.00 p.m. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Anton Grech, missjunarju fil-Gwatemala, li fiha jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija. Marija Assunta tipproteġi lit-trabi tagħna
Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Ewkarist Zammit, Arċipriet ta’ Ħad-Dingli. F’din ilquddiesa niċċelebraw id-don tal-ħajja, fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena. It-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni.
It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta
8.45 a.m. Tluq tal-pellegrinaġġ tal-muturi mid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Is-sewwieqa jagħmlu waqfa qasira f’Ħad-Dingli u jkomplu fi triqithom sal-Imġarr fejn flimkien jieħdu sehem fil-quddiesa tal-10.30 a.m. Il-pellegrinaġġ hu organizzat għat-tieni sena mill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr. 9.30 a.m. Quddiesa solenni tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna mmexxija mir-Rev. Paul Muscat O.S.A. Wara, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 16 ta’ Awwissu – L-Ewwel jum tat-tridu – Marija Assunta tħares il-familji tagħna
6.15 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 7.00 p.m. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mir-Rev. Charlon Muscat. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja lil xi persuna jew familja fil-parroċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l-ħin lill-familji fil-bżonn. Il-prietki tat-tridu ser isiru mir-Rev. Albert Buhagiar, Rettur tas-Seminarju talArċisqof. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis, 17 ta’ Awwissu – It-Tieni jum tat-tridu - Marija Assunta tħares l-għaqdiet tagħna
6.15 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mark Mallia Pawley. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali u l-membri u d-diriġenti tal-għaqdiet, gruppi u każini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun.
Il-Ġimgħa, 18 ta’ Awwissu – It-Tielet jum tat-tridu - Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet
6.15 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Eric Cachia, S.D.B. li ser itemm sitt snin ta’ ħidma fil-Kulleġġ Savio f’Ħad-Dingli. Fil-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri tal-abbatini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Misraħ Suffara, San Pawl talPitkali, Ġann Mari Abela, il-Merill, il-Ħemda, Francesco Zammit, Carmelo Bugeja, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela, il-Kunċizzjoni, il-Kbira, ilParroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fl-aħħar parti tal-marċ il-banda takkumpanja lillistatwa ta’ Santa Marija sakemm titpoġġa fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Fittmiem jinħaraq logħob tan-nar u jsir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna.
Is-Sibt, 19 ta’ Awwissu – Lejlet il-festa
8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 9.00 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi r-Rev. Mark Spiteri, saċerdot novell. Għal din il-quddiesa huma mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.10 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien salknisja. Imexxi Mons. Louis Camilleri. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija minn Mons. Louis Camilleri. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ilParroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fl-10.00 p.m. ssir waqfa quddiem il-knisja biex il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bis-sehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. Minnufih wara ser isir l-inawgurazzjoni ta’ sett ġdid ta’ pavaljuni fi Triq San Rokku. Il-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Salesjani u l-Maddalena. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna.
Il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu – Jum il-festa ta’ Santa Marija
6.30 a.m. Quddiesa 8.00 a.m. Quddiesa 9.15 a.m. Pontifikal Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxi mill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles J. Scicluna, li jinseġ ukoll il-paniġierku. 11.00 a.m. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ix-Xefaq, Dun Xand Cortis, il-Ħawli, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġużè Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika. 11.15 a.m. Quddiesa. 5.00 p.m. Quddiesa kantata mmexxija minn Mons. Paul C. Vella. 5.45 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. 5.45 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt ilħruġ tal-purċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. 7.00 p.m. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni Mons. Paul C. Vella. 10.15 p.m. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-knisja. 10.45 p.m. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli.
61/62, Triq Santu Wistin, Rabat
Tel: 2145 0712  Mob: 9942 5156
42
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima
L-2017 hi l-ewwel ċentinarju tad-dehriet tal-Madonna f’Fatima, bil-messaġġ li l-Madonna wasslet f’dawk id-dehriet għadu rilevanti għal-lum. Il-Madonna għadha sal-lum tkellimna u ssejħilna għall-penitenza, għall-konverżjoni u għall-għaqda ma’ binha Ġesù fit-talb. PAUL ABELA jikteb dwar il-ġrajja ta’ 100 sena ilu f’Fatima, il-messaġġ tal-Madonna u ż-żjara li l-Papa Franġisku għamel f’Mejju li għadda f’dan is-Santwarju Marjan.
Xbieha tal-Madonna u fl-isfond is-Santwarju Marjan f’Fatima
Id-dehriet tal-Madonna lil tliet itfal firraħal ta’ Fatima fiċ-ċentru tal-Portugal bdew fit-13 ta’ Mejju 1917. Dan seħħ waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija… żmien ta’ ġlied, biża’ u mwiet. F’dik il-ġurnata, il-Madonna riedet tinqeda bi tfal innoċenti biex twassal messaġġ tant importanti lid-dinja. Dan ilmessaġġ kompla jinbena matul id-dehriet li komplew iseħħu fit-13 ta’ kull xahar sa Ottubru. Biex il-messaġġ jasal kif xtaqitu, il-Madonna talbet ħafna minnhom ir-reċita tar-Rużarju u ħafna penitenza.
Kollox beda madwar nofs in-nhar ta’ ġurnata sabiħa, meta t-tliet itfal, Luċija u l-kuġini tagħha Franġisku u Ġjaċinta spiċċaw ir-rużarju waqt li kienu qed jieħdu ħsieb in-nagħaġ. Huma raw bħal dawl ta’ berqa qawwija waqt li semgħu l-ħsejjes tar-ragħad. Kien għalhekk li niżżlu n-nagħaġ f’post għall-kenn. Inħasdu ħafna x’ħin raw il-figura ta’ mara żagħżugħa, liebsa libsa bajda tlellex bilkuruna tar-rużarju f’idejha. Miblugħin bil-biża’, Luċija, Franġisku u Ġjaċinta semgħu lill-Madonna tgħidilhom biex imorru f’dak il-post tad-dehra fix-xhur ta’ wara. Insistiet ħafna, b’mod speċjali ma’ Franġisku, biex jitolbu r-rużarju u biex jagħmlu penitenza għall-konverżjoni tal-midinbin. Fil-fatt, dawn it-tfal sofrew ħafna għaliex fil-bidu ma bdewx jiġu emmnuti la minn talfamilja u lanqas mill-Kappillan. Kellhom isofru ħafna wkoll mill-imġieba lejhom tal-Pulizija u tas-Sindku. Minkejja kollox, il-folla tan-nies għal kull dehra bdiet dejjem tikber, tant li għall-aħħar waħda kien hemm preżenti madwar 70,000 persuna. Fost dawn kien hemm ħafna morda jitolbu għall-fejqan tagħhom. Għalkemm nhar it-13 ta’ Ottubru 1917, il-ġurnata tal-aħħar dehra, niżlet ħafna xita, il-folla stenniet fisskiet għatxana biex tara x’ser jiġri. Fil-ħin tad-dehra, li damet madwar 10 minuti, ix-xita waqfet u s-sema iċċara ħafna. Ilfolla bdiet tara x-xemx iddur u kienet tisreġ ħafna. F’dak ilħin, it-tfal semgħu il-messagg tant mistenni: “Jiena l-Madonna tar-Rużarju”. Talbithom ukoll biex jgħidu lill-Kappillan biex f’dak il-post tinbena kappella bħala devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata tagħha u biex isir ħafna talb għall-konverżjoni tal-midinbin.
Luċija, Franġisku u Ġjaċinta
Programm tal-Festa 2017
43
Fl-1918 faqqgħet l-influwenza Spanjola li qatlet ħafna nies, fosthom lil Franġisku (4 ta’ April, 1919) u lil Ġjaċinta (20 ta’ Frar, 1920). Luċija daħlet soru fejn għaddiet ħajjitha tinsisti għat-talb tar-rużarju u l-penitenza. Hi mietet fit-13 ta’ Frar 2005, fl-età ta’ 97 sena. Fatima nbidel f’Santwarju Marjan u post ta’ talb. Nhar it-13 ta’ Mejju 1967, il-Papa Pawlu VI, iċċelebra quddiesa f’Fatima quddiem folla ta’ miljun ruħ. Fit-13 ta’ Mejju 1982, il-Papa Ġwanni Pawlu II, mar ukoll iqaddes f’Fatima bħala ringrazzament lill-Madonna li salvatlu ħajtu fl-isparatura tas-sena ta’ qabel fi Pjazza San Pietru. Sentejn wara hu offra lil dan is-santwarju l-balla li nifditu flisparatura ta’ Mejju 1981. Il-balla tpoġġiet fil-kuruna tal-istatwa tal-Madonna f’Fatima. L-istess Papa li kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna, għamel żjarat oħra f’Fatima fis-snin 1991 u fl-2000. Il-Papa Benedittu XVI żar Fatima f’Mejju tal-2010. Fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tad-dehriet ta’ Fatima, nhar it-13 u l-14 ta’ Mejju ta’ din is-sena, il-Papa Franġisku żar Fatima. Hemmhekk hu kkanonizza lil Franġisku u Ġjaċinta Marto, tnejn mittliet itfal li assistew għad-dehra tal-Madonna. Fil-messaġġ prinċipali tiegħu, wara li talab biex il-qlub ta’ kull individwu u tal-familji kollha fid-dinja jaqgħu taħt l-interċessjoni tal-Qalb Immakulata talVergni Marija, il-Papa talab biex noffru l-idejn tagħna ħalli ngħinu lill-fqar; saqajna biex inkunu qrib il-proxxmu; idejna biex ngħinu lill-batut u moħħna biex inressqu oħrajn lejn il-messaġġ tal-Vanġelu. F’Fatima, il-Papa Franġisku qal li hemm ħtieġa kbira għat-talb u l-penitenza biex jintemmu l-gwerer speċjalment fil-Lvant Nofsani fejn il-minoranzi għaddejjin minn tbatija kbira minħabba l-vjolenza u d-diskriminazzjoni. Qal li f’Fatima t-talb ilu mitt sena jgerbeb bħal xmara biex ikollna l-protezzjoni materna ta’ Marija fuq iddinja kollha. Żied jgħid li l-eżempju tat-tliet itfal li fi żmienhom kienu jitolbu biex tintemm l-Ewwel Gwerra Dinjija għadu jgħodd illum. “Illum Il-Papa Franġisku jitlob quddiem xbieha tal-Madonna ukoll,” kompla jgħid ilf’Fatima – Mejju 2017 Papa, “hemm bżonn it-talb u l-penitenza, nitolbu l-grazzja tal-konverżjoni. Nitolbu għat-tmiem tal-gwerer li hawn madwar iddinja kollha. Nitolbu wkoll biex jintemmu l-kunflitti kbar u żgħar u l-vjolenza li qed tisfigura l-wiċċ tal-umanità.” Inħoss li tkun ħaġa verament sabiħa li fil-festa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, aħna d-devoti talMadonna nagħrfu ngħixu l-messaġġ trio ta’ Fatima li jitlob minna: il-qadi sewwa ta’ dmirijietna, ittalb għall-paċi u l-penitenza għall-konverżjoni tal-midinbin. Ma’ dawn inżid il-parteċipazzjoni sħiħa fis-sagramenti u l-ħarsien ta’ Jum il-Mulej.
Programm tal-Festa 2017
45
Messaġġ mill-Papa Franġisku lill-poplu Malti
“Inqdew spiss b’din l-għodda qawwija, li hi t-talba tar-Rużarju Mqaddes, biex iġġib il-paċi fil-qlub, fil-familji, fil-Knisja, fid-dinja.”
Il-Papa Franġisku bagħat l-ewwel messaġġ miktub apposta lill-poplu Malti mill-bidu talpontifikat tiegħu. Il-messaġġ intwera fuq big screen nhar il-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2017, waqt ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-mużajċi li saru fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Il-mużajċi jirrappreżentaw l-għoxrin misteru tar-Rużarju Mqaddes. Għeżież pellegrini, ilqajt bil-ferħ l-istedina li nsellem lilkom kollha miġburin hawn illum quddiem is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fejn, fi tħaddina kbira ta’ dawn ilmużajċi, qed jistennewkom Ġesù u l-Omm tiegħu. Ix-xbihat taz-zuntier li llum qed tinawguraw iqegħdulna quddiem għajnejna l-ġmiel ta’ talba kontemplattiva, sempliċi, aċċessibbli għal kulħadd, kbar u żgħar: it-talba tar-Rużarju Mqaddes. Jien ukoll spiss nitlob ir-Rużarju quddiem xbieha talmużajk: kwadru ċkejken tal-mużajk tal-Madonna bilBambin, fejn donnu fiċ-ċentru jidher li hemm Marija, meta fil-verità, b’dirgħajha, hi ssir bħal sellum li minnu Ġesù jista’ jinżel fostna. Iċ-ċentru jibqa’ dejjem Ġesù, li jitbaxxa biex jista’ jimxi magħna l-bnedmin, sabiex aħna nistgħu nitilgħu l-ġenna miegħu. Fit-talba tar-Rużarju aħna nduru lejn il-Verġni Marija, biex tqarribna dejjem aktar lejn Binha Ġesù, biex dejjem nagħrfuh u nħobbuh iżjed. U waqt li ntennu s-Sliema, aħna nimmeditaw il-misteri, ittappi ta’ ferħ, dawl, tbatija u glorja fil-ħajja ta’ Kristu, imma anki fil-ħajja tagħna, għax aħna qed nimxu mal-Mulej. Fil-fatt, din it-talba sempliċi tgħinna nikkontemplaw dak kollu li Alla fi mħabbtu għamel għalina u għas-salvazzjoni tagħna; u tgħinna nifhmu li ħajjitna hi magħquda ma’ dik ta’ Kristu. Fit-talb, aħna noffru kollox lil Alla: it-tbatijiet, il-ġrieħi, il-biżgħat, imma anki l-ferħ, id-doni, ilpersuni għeżież għalina… kollox lil Alla. Fit-talb, aħna nħallu lil Alla jidħol fiż-żmien tagħna, jilqa’ u jibdel dak kollu li aħna qed ngħixu. Inqdew spiss b’din l-għodda qawwija, li hi t-talba tar-Rużarju Mqaddes, biex iġġib il-paċi fil-qlub, fil-familji, fil-Knisja, fid-dinja. U nitlobkom, tinsewx titolbu għalija. Il-Mulej iberikkom, u l-Omm Verġni tħariskom.
Id-Deputat
Jean Pierre DEBONO u l-familja tiegħu jawguraw
a b j a T t a t s Il-Fe a h l l o k n i l g lid-Din
Cell: 99470062 Social: facebook.com/JeanPierreDebono/
Programm tal-Festa 2017
47
Il-Konvoj ta’ Santa Marija Operation Pedestal Awwissu 1942
Baqa’ magħruf mal-Maltin bħala “il-konvoy ta’ Santa Marija”. F’għeluq il-75 sena minn din il-ġrajja, SAVIO D. BORG jagħti ħarsa lejn l-istorja ta’ dan il-konvoy u għaliex f’Awwissu 1942 il-poplu Malti stenna b’tant ħerqa l-wasla tiegħu. Bejn l-1940 u l-1944, kien hemm 17-il konvoj bid-destinazzjoni tagħhom tkun Malta. Mhux kollha kellhom tmiem mixtieq; xi wħud sfaw mgħarrqa, oħrajn irnexxielhom iwasslu l-provisti tant meħtieġa. Bla dubju ta’ xejn, l-aktar konvoj li jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ ġensna, huwa dak li daħal f’Awwissu 1942. Riżultat ta’ dan, il-Maltin dejjem emmnu li t-talb u l-interċessjoni tal-Verġni Mqaddsa Santa Marija salvaw il-gżejjer Maltin mill-madmad tal-għadu. Mad-dikjarazzjoni tal-Italja li daħlet fi gwerra kontra l-Alleati fl-10 ta’ Ġunju 1940, Malta bdiet tħoss l-effetti tatTieni Gwerra Dinjija li kienet bdiet f’Settembru 1939, mal-invażjoni talPolonja mill-Ġermanja Nażista. Filkontinent, il-gwerra kienet qed tinfirex b’mod mill-aktar mgħaġġel. L-għada stess tad-dikjarazzjoni, nhar il-11 ta’ Ġunju 1940, Malta esperjenzat l-ewwel attakk mill-ajru fuq l-inħawi tal-Belt Valletta li ħalla wkoll l-ewwel vittmi. Tiġrif ikkawżat mill-attakki mill-ajru L-attakki mill-ajru komplew dejjem jiżdiedu fin-numru u fil-qawwa u bil-mod il-mod Malta spiċċat assedjata mill-forzi Ġermaniżi u Taljani. Il-ħajja tal-poplu Malti bdiet kulma jmur dejjem teħżien u s-sitwazzjoni ġenerali kienet diffiċli. Ewlenin fost il-problemi li t-tmexxija Ingliża bdiet tħabbat wiċċha magħhom konsegwenza tal-attakki mill-ajru, kienu l-iskarsezza fl-oġġetti tal-ikel u l-fjuwil. L-ewwel xhur tal-1942, kienu fost l-agħar xhur talgwerra; attakki kontinwi mill-ajru li ħallew ħsarat kbar fl-infrastruttura, diversi bini mġarraf fosthom diversi knejjes, imwiet ta’ ċivili, mard, nuqqas ta’ ikel u nuqqas ta’ munizzjon. Il-ħajja fil-gżejjer Maltin kienet qed issir dejjem aktar miżerabbli. Fit-tmexxija Ingliża kienet tinħass ċerta għejja wkoll. Infatti f’Mejju 1942, il-Gvernatur Dobbie ġie mibdul u minfloku nħatar bħala Gvernatur Lord Gort. Għal Malta iżda, kien April 1942 l-agħar xahar fit-Tieni Gwerra Dinjija. Biss biss, f’April twaddbu fuq din il-gżira 6,700 tunellata ta’ bombi; it-tripplu tax-xahar ta’ qabel u sitt darbiet aktar minn Frar. F’April saret ħsara jew twaqqgħu
Il-messaġġ mibgħut lill-Gvernatur ta’ Malta mir-Re George VI
48
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-Gvernatur, Lord Gart, jippreżenta l-George Cross lill-Prim Imħallef, Sir George Borg, f’isem il-poplu Malti. Iċ-ċerimonja saret fil-Pjazza tal-Palazz nhar it-13 ta’ Settembru, 1942
’il fuq minn 11,000 binja. Fil15 ta’ April 1942, mill-Palazz Buckingham ntbagħat messaġġ maħsub biex iqawwi l-moral u jsaħħaħ it-tama fil-poplu. Fil-messaġġ miktub b’idejh stess, ir-Re George VI informa lill-Maltin li kien qiegħed jirregalalhom il-George Cross bħala unur għad-devozzjoni u l-qlubija li wrew, li qal se tibqa’ mfakkra għal żmien twil. Fuq il-medalja tal-George Cross li ġiet ippreżentanta ħames xhur wara, il-kliem mistħoqq For Galantry, għall-qlubija.
Il-baħar Mediterran kien arena ta’ gwerra; kemm fuq ix-xaqliba tal-kontinent Ewropew kif ukoll in-naħa ta’ fuq tal-Afrika. Il-gżejjer Maltin kienu ta’ ostakolu għall-forzi Ġermaniżi u Taljani. Malta kienet weħidha f’nofs il-Mediterran, assedjata. Il-ħajja fil-gżejjer Maltin kompliet sejra għall-agħar waqt li fost il-gvern kolonjali kien hemm għarfien li l-għadu għandu pjani għall-invażjoni ta’ Malta. F’Lulju, 1942, fil-Gran Brittanja, beda jitħejja pjan sigriet sabiex f’Malta jintbagħat konvoj mgħobbi bi provisti ta’ ikel u munizzjon. Dan il-konvoj kien jikkonsisti minn 78 bastiment, 14 minnhom talmerkanzija u tanker wieħed, l-Ohio, mgħobbi bil-fjuwil. Kien importanti ħafna li din il-missjoni tkun suċċess. Malta kienet f’punt li ċċedi. Konvoj simili, f’Ġunju 1942, kien safa mgħerreq. Fit-3 ta’ Awwissu, 1942, il-konvoj salpa mill-Ingilterra lejn Malta u bejn id-9 u l-10 tal-istess xahar daħal fil-Mediterran min-naħa ta’ Ġibiltà. Il-forzi Ġermaniżi u Taljani bdew jattakkaw bla ħniena lillbastimenti u wħud sfaw mgħarrqa. Minn Ġibiltà sa Malta, l-attakki ma waqfux, lejl u nhar. Nhar il-festa ta’ Santa Marija filgħodu kmieni, deher fuq ix-xefaq tal-gzejjer Maltin, il-konvoj tant mistenni. Xena li baqgħet immortalizzata fl-imħuħ ta’ dawk kollha preżenti fuq is-swar tal-Belt u tal-Kottonera, u mfakkra f’diversi ritratti u pitturi kienet dik tattanker Ohio, nofsu mgħerreq, mgħejjun mid-destroyers Ledbury u l-Penn dieħel fil-Port il-Kbir. Minkejja l-attakki, kien irnexxielu jwassal il-provisti tant meħtieġa. Ħamsa biss mill-14-il vapur Il-Port Chalmers jasal Malta fost il-ferħ tal-poplu merkantili rnexxielhom jidħlu fil-Port il-Kbir. Madwar 500 persuna tilfu ħajjithom f’din l-operazzjoni. L-Ohio ġie rmunkat sa taħt l-għolja ta’ Kordin fejn tbattal. L-istorja tat raġun lid-determinazzjoni tal-poplu Malti. Il-fortizza Malta kienet salvat, u l-gwerra ħadet żvolta oħra. Storiċi jgħidu li l-konvoj ta’ Santa Marija apparti li wassal provisti essenzjali, warrab il-biża’ li Malta taqa’ f’idejn l-għadu. Mhux se nidħol fil-mertu jekk kinitx kumbinazzjoni li dan il-konvoj wasal propju nhar Santa Marija. Li hu żgur, hu, li t-talb tal-poplu Malti flimkien mar-rieda li ma jċedux instema’ u Malta ħarġet
Programm tal-Festa 2017
49
rebbieħa fuq il-forzi tal-ħażen li riedu jieħdu l-gżejjer Maltin taħt idejhom. Imbagħad, daqs sena wara, fil-festa Marjana tal-Vitorja, fit-8 ta’ Settembru, 1943, l-Italja ċediet, u l-flotta Taljana daħlet telliefa fil-portijiet Maltin. Mhux ta’ b’xejn missirijietna għażlu lillVerġni Mqaddsa Marija bħala patruna speċjali tal-gżejjer Maltin!
It-tanker Ohio dieħel fil-Port il-Kbir fl-għodwa tal-15 ta’ Awwissu, 1942
50
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Meta faqqgħet il-gwerra Il-ħajja f’Ħad-Dingli
Nhar l-10 ta’ Ġunju 1940, l-Italja ddikjarat gwerra kontra Franza u l-Ingilterra… u għalhekk kontra Malta. L-għada, il-11 ta’ Ġunju 1940, il-flaġell tal-gwerra laħaq lil Malta li spiċċat vittma tal-ewwel attakk dirett fuqha minn ajruplani Taljani. Minn dakinhar u għal bosta xhur li segwew il-ħajja tal-poplu nbidlet. Fl-1990, Laurence Mizzi kien ħa l-inkarigu li jiġbor fil-ktieb “Meta faqqgħet il-gwerra” 50 rakkont mibnija fuq esperjenzi personali ta’ Maltin li għexu t-Tieni Gwerra Dinjija. Tnejn mir-rakkonti huma ta’ Dinglin, Maria Gambin u Francis Ebejer. Qed nirriproduċu dawn iż-żewġ rakkonti b’tifkira tal-ħajja f’Ħad-Dingli f’dak il-perjodu li għadu fil-memorja ta’ ftit.
“Ħad-Dingli mtela bir-refuġjati… Riżultat tal-gwerra nbidel mil-lejl għan-nhar.” Maria Gambin
Il-papà kien bniedem li jaħseb ħafna. Sa minn qabel il-gwerra, infatti malli bdiet il-gwerra tal-Abbisinja, hu beda jħaffer xelter fil-ġnien tad-dar tagħna f’Ħad-Dingli. Kien iħaffru bilmod, biċċa biċċa. Il-ħaddiema stess kienu jidħku bih u l-mamà kienet tgħidlu: “M’għandekx fiex tonfoq il-flus?” Iżda hu ma kienx jagħti kas għax kien jobsor x’ġej speċjalment wara li darba, waqt żjara fl-Italja, ra dimostrazzjoni kbira tal-faxxisti li impressjonatu ħafna. U għalhekk hu baqa’ jħaffer ix-xelter. U mn’Alla! Għax meta faqqgħet il-gwerra mhux biss aħna stkennejna fih imma anke n-nanniet, iz-zijiet, ħbieb u ġirien u nies li lanqas biss konna nafuhom.
Maria Gambin
Dakinhar tal-10 ta’ Ġunju, aħna konna lkoll id-dar miġbura madwar ir-radju nisimgħu l-aħbarijiet u d-dikjarazzjoni ta’ Mussolini li biha l-Italja kienet daħlet fi gwerra kontra l-Ingilterra u kontrina. Meta smajna l-aħbar naturalment bżajna għax għidna li issa kien ġej żmien ikrah fuqna. Jien ma jidhirlix li nkwetajt iżżejjed għax moħħi kien fl-eżami tas-Senior Oxford (l-O levels jew is-SEC tal-lum) li kont ser nagħti.
L-għada, il-11 ta’ Ġunju sebħet ġurnata sabiħa. Aħna, tliet aħwa u l-papà, fis-sebgħa ta’ filgħodu konna ħerġin għall-karozza tal-linja biex bħas-soltu mmorru l-Belt. Il-papà, għax-xogħol fl-uffiċċju
Programm tal-Festa 2017
51
tal-Water Works, ħija Joe għall-Università u jien fis-St Louis Central School, il-Belt ukoll, waqt li ħija l-ieħor ried imur is-Seminarju, il-Furjana. Jien kelli 17-il sena u kont qed nagħmel l-eżamijiet talOxford. Iż-żewġ ħuti subien l-oħra, Achille u Feliċ, kienu qed ilestu għall-iskola primarja, u ż-żgħira, Alfreda, kienet għadha ta’ tliet snin. Ġurnata bħas-soltu minn għalina…
Id-dar tal-familja Abela fi Triq il-Parroċċa Ħad-Dingli fejn Maria Gambin għexet it-Tieni Gwerra Dinjija
F’daqqa waħda nisimgħu ħafna sparar u ħsejjes oħra. Tlajna fuq it-terrazzin u rajna dħaħen kbar in-naħa tal-Port il-Kbir. Smajna t-tvenvin tal-ajruplani, għall-ewwel fil-bogħod, iżda xħin qorob lejna kulħadd imtela bil-biża’ u nżilna niġru lejn ix-xelter. Billi aħna konna noqogħdu quddiem il-knisja, innies bdew jiġu għandna biex jidħlu fixxelter tagħna. Hemm, fix-xelter tagħna, dakinhar kulħadd beda jitlob bil-qalb. Il-kbar jgħidu r-rużarju u ż-żgħar ukoll. Waħda ġara, niftakar, bdiet iżżebbeġ il-kuruna u tqabbel, “San Pawl – keċċi l-għadu minn haw’.” Il-ġenituri tagħna malajr qatgħuha li jniżżlu s-saqqijiet biex filgħaxija norqdu hemm isfel.
Sadattant, in-nies bdiet ġejja lura lejn Ħad-Dingli mill-ibliet, l-iżjed mit-tarzna. Aħna kellna żewġ zijiet jaħdmu hemm u kellna seba’ mitt sena sakemm jerġgħu lura. Meta ġew, kulħadd beda jirrakkonta x’biża’ qabadhom fuq ix-xogħol, fuq il-bini mwaqqa’ u n-nies li mietu. Sa mill-ewwel ġurnata, wieħed minn Ħad-Dingli li kien joqgħod Bormla safa maqtul. Jien ngħid għalija barra l-biża’ tal-gwerra kelli ħsibijiet oħra li kienu qed jinkwetawni. Dakinhar tlift il-practical exam tad-Domestic Science. Tgħid se nkomplih? Iva issa ser jinqala’ kollox? Min jaf? L-għada, it-12 ta’ Ġunju, Ħad-Dingli mtela bir-refuġjati, l-iżjed min-naħa ta’ Raħal Ġdid u tal-Kottonera. Il-Kappillan ta’ Raħal Ġdid u xi qassisin u seminaristi minn hemm ukoll ġew bil-familji tagħhom ifittxu dar hawn u magħhom ġew ħafna nies oħra minn Raħal Ġdid, fosthom il-familja ta’ dak li iżjed tard kellu jkun żewġi – Guido Gambin. Kos anke l-gwerra għandha t-tajjeb tagħha… Ir-refuġjati bdew jittalbu xi kamra. Ġabu magħhom xi ftit għamara u bdew jittalbu t-tiben ħalli jkollhom fuqiex jorqdu. Kien hemm min saħansitra fittex l-irdum biex jistkenn ġo l-għerien. Ħafna Dinglin ħassew għalihom, daħħluhom u għenuhom. It-toroq tar-raħal imtlew bin-nies, bil-karozzi, bil-karettuni wkoll. Għalina dehra mhux tas-soltu. Ma kienx hawn familja firraħal li ma daħħlitx xi refuġjat magħha. Tassew kien żmien li wera kemm id-Dinglin kienu laqgħu bil-qalb lill-barranin. Kemm l-iskola primarja kif ukoll id-Domus ġew allokati lirrefuġjati. Għal xi żmien saru klassijiet anke fi djar privati; waħda minnhom ta’ ħdejna. Kien hemm klassi wkoll filkappella ta’ Santa Duminka biex ir-refuġjati ma jitkeċċewx mill-iskola.
Id-Domus tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli li laqa’ bosta refuġjati
52
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Sadanittant, jien u ħuti komplejna għal xi żmien immorru l-iskola f’postijiet different. Jien, bħal sħabi l-oħra kelli tibdil kbir; eżamijiet mill-ġdid tas-Senior Oxford għax il-karti li marru l-Ingilterra ntilfu. Kellna nibdlu s-sillabu, nagħmlu eżamijiet u nistkennu fix-xelters fosthom dak ta’ taħt l-Auberge de France u fil-Mina s-Sewda, il-Belt, fejn ħafna nies kienu jgħixu u jistkennu. Għaddew ħafna xhur u ħarġu r-riżultati. Stajt nidħol pupil teacher imma għażilt l-ewwel xogħol tiegħi, dak ta’ supervisor fil-Victory Kitchen li nfetħet f’Ħad-Dingli. (Domt hemm sakemm għalaqt l-għoxrin u stajt nidħol għalliema fl-iskejjel primarji.) Mela ta’ 18-il sena bdejt esperjenza interessanti fil-Victory Kitchen. Konna staff żgħir u l-koka żgur sajret tajjeb il-ftit li kellha. Jien ridt nixtri l-mezez tal-ħaxix mingħand il-bdiewa, inżomm kontijiet u nara li jsir tisjir u tqassim sew. In-nies ma setgħux igergru mill-kwalità iżda mhux mill-kwantità għax ir-riżorsi kienu ftit wisq. L-agħar żmien kien meta ġie l-laħam tal-mogħoż u l-fwied tal-friża. Insajru kif insajru ma tagħti gost lil ħadd. It-tisjir kien isir f’kaldaruni kbar fuq nar tal-ħatab. Trid tara d-duħħan u n-nugrufun! Povra fattiga, kienet qisha Cindirella. Imma povri iżjed kull min kien jiġi b’borma kbira u bilkemm imissu porzjon li jgħattilu l-qiegħ. Għall-ewwel kulħadd sab xi ħaġa x’jiekol għax il-familji tal-bdiewa kienu jħobbu jużaw il-prodotti tagħhom mhux biss tal-istaġun imma anke dawk li jippreservaw ukoll. Il-ħobż kienu jagħġnuh id-dar mill-qamħ li jiżirgħu. Iżda mbagħad kollox beda jonqos bil-mod il-mod u l-Gvern beda jżomm anke li jintaħan il-qamħ. Kollox ried ikun miktub u mqassam; ftit għal kulħadd. Attakki diretti Ħad-Dingli ftit li xejn kellna. Veru li waqgħu xi bombi u għamlu ħsara f’xi djar u oħrajn waqgħu fl-għelieqi. Imwiet kellna ta’ xi suldat tad-Durham Light Infantry li kienu stazzjonati fil-qrib u ta’ wieħed anzjan li miet b’xokk tal-bombi. Waqgħu wkoll xi ajruplani fl-għelieqi. Okkażjoni tal-biża’ kienet meta sar l-attakk fuq l-Illustrious. L-ajruplani Ġermaniżi daħlu min-naħa tagħna, tant fil-baxx, li bżajna li ser jaqgħu fuqna. Dakinhar jien għoddejt 25 Stuka suwed u kbar. Nista’ ngħid li bħala riżultat tal-gwerra Ħad-Dingli nbidel mil-lejl għannhar. Id-drawwiet tal-ibliet intisġu ma’ dawk tal-irħula. Il-gwerra ġabet taħlit ta’ nies, ta’ familji, ta’ użanzi… L-attakk fuq l-Illustrious – 16 ta’ Jannar, 1941 ’Il quddiem dan irriżulta fi ħbiberiji dejjiema u fi żwiġijiet ma’ nies li kienu refuġjati r-raħal u ma’ suldati li kienu stazzjonati fl-inħawi. Kif għidt qabel, mhux kollox kien ħażin fil-gwerra.
Maria Gambin, née Abela, twieldet Ħad-Dingli fl-1923 u żżewġet lil Guido fl-1953. Kienet tgħallem fl-iskejjel primarji tal-Gvern u tat sehem volontarju f’diversi ħidmiet fil-paroċċa ta’ Ħad-Dingli fosthom fil-Klabb Nisa Dingli li twaqqaf fl-1974 u li tiegħu damet Presidenta 32 sena. Maria Gambin mietet fl-2016.
Programm tal-Festa 2017
53
“Sens ta’ għaqda fost in-nies… ħbiberija tal-għaġeb li bħalha m’erġajniex rajna minn tmiem il-gwerra ’l hawn.” Francis Ebejer
Fit-28 ta’ Awwissu, 1940, kelli nagħlaq 15-il sena. Kont noqgħod fi Pjazza San Duminku, ir-Rabat, ma’ missieri, Ġużè, ommi, Ġuża, u ħuti Flora, Kelinu, Nina u Salvinu. Kont student fil-ħames klassi tal-Liċeo fi Triq Merkanti, il-Belt. Fl-10 ta’ Ġunju wara nofsinhar kont fil-garigor tad-dar, suppost biex nistudja l-De Bello Gallico ta’ Ġulju Ċesare, għax l-eżami tal-Latin tal-matrikola kien riesaq ġmielu. Fil-garigor, għall-kwiet, qatt ma kont inħobb nistudja wisq; għalkemm il-homework kont nieħdu bis-serjetà. Missieri kien isfel jisma’ r-radju. Minn fejn kont, stajt nisma’ l-ħsejjes tal-folla fi Pjazza Venezja, iżda kliem Il Duce ma wasallix ċar. Dak iż-żmien rari kont inħabbel rasi bil-politika u ftit li xejn kont nittanta nifhimha. Ħsiebi kien band’oħra. Iktar kmieni dakinhar, kienu bagħtuni Ħad-Dingli għand iz-zija Serafina biex nagħtiha ferħ ta’ qattus li Lulu, il-qattusa tagħna, kienet ferrgħet ma’ xi ħamest ifrieħ oħra. Qabel ma tlaqtha biex nerġa’ lura d-dar, iz-zija qaltli: “Dalwaqt narawk suldat, Frans,” u daħket tarani ninfixel. Ma kont intbaħt bl-ebda loġika fi kliemha.
Francis Ebejer
Kliemha ftakartu għal ftit hekk kif kont qiegħed nistudja l-gwerer tar-Rumani u koinċidentalment nisma’ lil Mussolini jagħtiha qatta’ bla ħabel f’Ruma: li dan ried jerġa’ jirxoxta lill-Imperu Ruman, u s’hemm kont naf.
F’ħin minnhom nisma’ lil missieri jsejjaħli biex ninżel, kif kien ġa sejjaħ lil ommi u lil ħuti. “Ninsabu fi gwerra,” lissen, kollu ħosbien. Inkwiet fuq wiċċ ommi, u ħuti jsaqsu. Flora: “Jien ukoll (fil-gwerra)?” U għamilt waħda minn tiegħi. Kollni ferħan qbadt lil Ċesri u b’kemm kelli saħħa tfajtu ’l barra mittieqa għal ġol-pjazza. Kelb tal-fenek, minn dawk mitluqin għal rashom, lebbet ’l hinn hekk kif ra l-ktieb ġej għal fuqu. U jien ngħajjat: “Daqshekk eżami!”. Ferħ u eċitament liema bħalu. F’moħħi żewġ ħwejjeġ biss: li ma kellix għalfejn nistudja aktar, u gwerra, jiġifieri... avventura. Għall-anqas bl-għagħa li qajjimt il-ġenituri derrew xi ftit minn min jaf kemm ħsibijiet suwed kienu għaddejjin minn moħħhom dak il-ħin. “Int se tiskot? Dan x’eżempju qed tagħti lil ħutek?” (Jien l-akbar fost ħuti). “Mur iġbor dak il-ktieb.” Kont mort niġbru iżda kellhom igħaddu ’l fuq minn sentejn qabel m’erġajt ftaħtu. Aktar tard, missieri kellimna dwar il-ħtieġa tal-blackout. Dawwarna mad-dar biex jurina x’nixgħelu u x’ma nixgħelux, u meta u kif għandna nżommu l-gvieret mat-twieqi. Ir-Rużarju għidnieh għarkupptejna quddiem xbieha tal-Madonna u tal-Qalb ta’ Ġesù li minn dejjem kellna ħdejn it-taraġ, bil-ftila tixgħel quddiemhom lejl u nhar.
54
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Kont għadni eċitat sew, għalkemm ma bsart anqas b’tikka x’kellu jseħħ l-għada. Iżda rqadt tajjeb. Qabel ma għajni marret bija ħażżejt daqsxejn ta’ poeżija; ejjew ngħidu speċi ta’ poeżija, imma li bqajt niftakar, forsi għax dik kienet l-ewwel darba li ttantajt nikteb waħda (sa dak iż-żmien ħlief xi novella ’l hawn u ’l hinn ma kontx inħażżeż) u minħabba l-partikularità ta’ dak il-jum. Xtrajna d-deffun għall-ballata U ġbarna l-ilma mill-għajn tar-raħal. Lill-bhejjem sqejnihom u għalifnihom, Kollox lest għal għada. Minn għada jkollna saqaf għall-wens tagħna U għall-bhejjem imsieken bħalna. Iżda qabel l-għada ġie l-lejl mudlam, U bil-lejl ġie xi ħadd inkiss inkiss U ħadilna kollox sa l-ilma stess, U issa la deffun m’għandna u anqas ilma. Bħalissa fiha qiegħed nara l-influwenza Dinglija, għax jien kont twelidt hemm; konna morna noqogħdu r-Rabat meta kelli tmien snin, fl-1933. Ommi kienet inkwetata bid-doppju għax kellha lil ommha li kienet armla, in-nanna Marta, u ħuha, Salvu, joqogħdu Ħal Lija. Tlabna għalihom ukoll. Dik il-lejla kulħadd ifissed lil Lulu (simbolu, ċentru ta’ paċi, ta’ ħajja kwieta, għammiela, xejn gwerer). Nies joqtlu bil-gzuz, u Lulu tagħti l-ħajja. Kultant ngħid li lill-annimali Alla ħalaqhom bil-għan li f’xi ħwejjeġ nitgħallmu minnhom. Nies joqtlu u jitqatlu bl-eluf u bl-addoċċ; l-annimali meta u għax joqtlu u kemm iżommu f’qalbhom? Fil-każ tagħna l-Maltin, il-qatla l-kbira bdiet mill-għada stess. Konfużjoni. Ħolma. Rutina mqallba ta’ taħt fuq. Eċitament u biża’. Iżda wkoll, u mill-ewwel, tista’ tgħid, sens ta’ għaqda fost in-nies ta’ kull għamla u sura. Camaraderie tal-għaġeb li bħalha m’erġajniex rajna minn tmiem il-gwerra ’l hawn. Jien u wieħed minn sħabi erġajna ħbieb. Konna ksirnieha fuq ħmerija. L-ewwel sirena u l-ewwel splużjonijiet ma smajthomx. Kont qiegħed ninħasel biex nilbes u mmur il-quddies – kont tnikkirt – u kien hemm il-ħsejjes tal-ilma. L-ewwel ħjiel ta’ x’kien qed jiġri tathuli Tonina, xebba minn Ħal Bajjada li kultant kienet tiġi tgħin lil ommi. Kollha mbikkma qaltli: “Għid lill-mà li mort id-dar.” “Imm’int għadek kemm ġejt.” “Qegħdin jitfgħu l-bombi.” “X’bombi? Jien ma qiegħed nisma’ xejn.” U minnufih smajthom; m’għandniex xi ngħidu, fil-bogħod, għax jien kont ir-Rabat u l-attakk kien qed iseħħ fuq il-Kottonera, kif ma domniex ma sirna nafu.
Id-dar tal-familja Ebejer f’Misraħ San Duminku, ir-Rabat (l-ewwel waħda mix-xellug)
Programm tal-Festa 2017
55
Tonina marret biex tinġabar mal-familja tagħha u jien tlaqt lejn il-knisja ta’ San Duminku. Il-pjazza baħħ, ħlief għall-kelb tal-bieraħ, miskin. Tbissimtlu u xejjirtlu. Ħsejjes ta’ ajruplani u tfaqqigħ ta’ bombi – esperjenza għalkollox ġdida, stħajjiltni qiegħed nistenbaħ f’dinja oħra, misterjuża, impossibbli li tqabbilha f’xi ħaġa mad-dinja li jien ta’ żagħżugħ kont fiha sa dakinhar. Madankollu ħsiebi kien li mal-ewwel ċans ninżel il-Belt biex nara x’ġara mill-qrib, aktar u aktar għax kont ħlist mill-piż tal-eżamijiet. Dħalt il-knisja; le, mhux dħalt, imma qabduni u ġebbduni ’l ġewwa bis-saħħa. Hemm, jistkennu wara l-bieb il-kbir, ċorma nies, fosthom ommi u missieri u Kelinu (illum Isqof il-Brażil) ma’ xi patrijiet. “Isa, idħol. Għalqu l-bieb, għalqu l-bieb!” u talb. Inkwetajt għax ma kontx rajt lil ħuti l-oħra. Ilmaħthom f’ċirku f’tarf wieħed tar-rassa jilagħbu ż-żibeġ ma’ xi tfal oħra fuq il-paviment tal-knisja. Xi ftit wara ngħaqadt ma’ tlett iħbieb tal-pjazza u rħejnielha għall-Buskett. Intasabna wara l-Verdala minn fejn qagħdna naraw id-dħaħen lejn il-Port il-Kbir. Seħħ attakk ieħor. Xi ajruplani għaddew filqrib, iżda mingħajr periklu għalina. Għall-ewwel darba ħsibt sew fil-mewt: kien hemm nies qegħdin imutu dak il-ħin stess, mal-ħars ħaj tagħna! Niftakar ir-reżħa li ħassejt f’ġismi hekk kif sibt ruħi wiċċ imb’wiċċ ma’ realtà għalkollox ġdida. Fi triqitna lura lejn San Duminku, m’għidniex kelma. Iżda xorta xtaqt li kont il-Belt. Id-dar kien hemm xi ħobż biż-żejt u t-tadam. Blajt nofs kisra u warrabt il-bqija. Missieri qabadha, għolliha u qalilna: “Mil-lum ’il quddiem ma rridx nara ħela hawn ġew.” Qabel ma kilna, għidna ħames posti Rużarju – is-soltu r-Rużarju jingħad filgħaxija – u xi talb ieħor għal dawk li mietu jew kienu f’periklu aktar minna. Il-bqija tal-jum b’pinzell taż-żebgħa f’idi għax qabbduni niżbogħ il-bieb tal-kċina. U Effie Ciantar fuq ir-Rediffusion: “Air Raid Warning – Sinjal ta’ Attakk mill-Ajru; Air-Raid warning – Sinjal ta’…” Sadanittant kienu ġew għandna żewġ zijiet nisa minn Ħad-Dingli (ħut missieri), għajnejhom ħomor bid-dmugħ. Żwieġhom kienu ħaddiema tad-Dockyard. Bħalma kien ukoll ħu ommi, iz-ziju Salv, boiler-maker. Iż-żewġ zijiet telqu m’ommi lejn is-Saqqajja. Lili ma ridunix magħhom. “Int kompli iżbogħ.” Wara sirt naf li fuq is-Saqqajja kienet inġabret kotra nies, l-iktar nisa u tfal, jistennew lil nieshom irġiel li kienu jaħdmu ’l isfel, l-aktar fid-Dockyard talAmmiral. Sar ħafna talb hemm, bil-Kappillan tar-Rabat imexxi kollox hu. Sa fl-aħħar bdew telgħin xi rġiel, fosthom dawk taz-zijiet. Ommi kienet marret l-Għassa tar-Rabat biex minn hemm tara ċċempilx l-Għassa ta’ Ħal Lija għal xi aħbar ta’ ħuha. Damet tistenna,
56
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
iżda mbagħad ħadet l-aħbar li z-ziju Salv kien salv. L-erba’ zijiet għaddew għandna fi triqthom lura lejn Ħad-Dingli; smajna x’kien ġara hemm isfel fl-ewwel attakk mir-Regia Aeronautica ta’ Mussolini. Il-Kottonera braġ ta’ ġebel… Ħadd minn niesi ma safa maqtul jew midrub. In-nanna Marta u binha Salvu ma ridux jitilqu minn Ħal Lija u jiġu għandna. “Imm’hemm qrib ta’ Vnezja wisq!” (Hekk konna ngħidulu Ta’ Qali.) Marta: “Intom ir-Rabat f’xi dinja oħra, jew?” Skejjel magħluqa u t-tfal id-dar il-ħin kollu, barra dawk li kienu diġà jaħdmu. F’ħafna familji kellhom jitfasslu proċeduri ġodda, inkella taħwida nobis. Jien minn bieb wieħed avvanzajt għal xi ħamsa oħra, erba’ siġġijiet u mejda. Faċendi. Kju għar-razzjon. Naqra u kultant nikteb xi ħaġa. Beda l-ġuħ. Ippruvajt nidħol mal-Voluntieri tar-Rabat; imġennen biex nagħmel xi ħaġa “tal-gwerra”. Oppożizzjoni qawwija mill-ġenituri. Ommi qaltilhom: “Għadu taħt l-età, mhux imbilli butwila!” Jien webbist rasi. Meta qabbduni nagħmel għassa ta’ bil-lejl fl-imkejjen tal-pjazza ħadt għasluġ f’idi (kienu għadhom ma qassmux armi) u kull dell nistħajlu l-għadu. U daqshekk ħallewni nagħmel mal-Voluntieri tarRabat.
L-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli fejn missier Francis Ebejer, Ġużè, kien surmast
Ftit wara, id-dar tagħna tlaqnieha f’idejn żewġ familji refuġjati min-naħa t’isfel. Aħna morna Ħad-Dingli fejn daħħluna magħhom kuġini ta’ missieri. Hemm ħaffirna xelter, kulħadd jagħti daqqa t’id, it-tfal ukoll. Missieri kien ilu Surmast tal-iskola ta’ Ħad-Dingli. Ħatruh ukoll Special Constable u Protection Officer, għax issa kien 24 siegħa fuq il-post. Kellu ħafna x’jagħmel, speċjalment meta bdew jaslu aktar u aktar refuġjati u dawn kellu jinstabilhom il-kenn fl-iskola, fil-każin, fid-Domus u f’ħafna djar privati u rziezet. Mitt elf problema.
L-għalliem u attur Godwin Scerri hu iben waħda mill-familji li daħħalna fid-dar tagħna tar-Rabat. Twieled fil-bidu tal-gwerra. Wara bosta snin kelli niltaqa’ miegħu għall-ewwel darba meta beda jieħu sehem fid-drammi tiegħi. Fis-16 ta’ Jannar 1941, l-irdum ta’ Ħad-Dingli kont tistħajlu platea ta’ teatru, miżgħud b’irġiel, nisa u tfal jaraw id-dramm ta’ żegħda kbira ma taqta’ xejn ta’ Stuka, l-ewwel li qatt dehru fis-sema tagħna, qegħdin jattakkaw lill-Illustrious hi u zzappap lejn il-Port il-Kbir. Ħad-Dingli kelli xorti aħjar mal-Voluntieri t’hemm. Imexxi l-grupp kellna lill-Kaptan Serafin Xuereb; ħatarni fizzjal tiegħu. Kont għadni m’għalaqtx is-16. Manuvri u church-parades. Kien xtralna l-uniformijiet hu, qisna xi armata privata! Fil-bidu lili tawni azzarin Lee Enfield, Kanadiż. (Wara kienu armawna b’Karbini Taljani li kienu ġew maqbuda fid-deżert.) Id-dar, dan kont inżommu fit-turretta tal-bejt. Minn hemm kont noqgħod nispara lejn l-iStuka u l-Junker hekk kif kienu jgħaddu baxx sew minn fuq ir-raħal u għal fuq il-baħar wara li l-bombi
Programm tal-Festa 2017
57
tagħhom ikunu ġa ħattewhom għal fuq Ta’ Qali. Fl-1942, bdejt noqgħod aktar attent għax huma u jlebbtu ’l barra bla bombi kienu bdew jimmaxingjaw l-għelieqi biex jaħarqulna l-uċuħ tar-raba’. Filħitan tal-kamra tal-bejt bdew jidhru qabda toqob! Mal-ħajt kont waħħalt stampi ta’ silwetti ta’ ajruplani tal-gwerra Ingliżi, Taljani u Ġermaniżi biex inkun nista’ nagħrafhom aħjar. Iżda mbagħad ma domtx ma bdejt naqta’ x’kienu mill-ħoss tagħhom biss. Dak tad-Dormier mill-ewwel drajtu, b’dik id-damdima tqila tiegħu, l-aktar bil-lejl. Kont insaffar suffara biex tal-ħwienet u oħrajn li kienu jibqgħu jaħdmu minkejja li jkun ingħata l-allert, idabbru rashom. Fl-1943, malli l-Alleati ħadu Tripli u b’hekk il-Ġermaniżi kienu qegħdin jirtiraw lejn it-Tuneżija, applikajt biex immur hemm, Tripli, għax l-8th Army Ingliża kellha bżonn ta’ nies li kienu jafu kemm bl-Ingliż u bit-Taljan, biex jaħdmu ta’ interpreti ma’ fizzjali tagħha. Lili u xi Maltin oħra ħaduna Tripli fuq Blenheim Bomber se jaqa’ biċċiet. Tripli, Benghazi, Sabratha u nħawi oħra fiċ-Ċirenajka, kif kienet tissejjaħ il-Libja dak iż-żmien meta kienet għadha kolonja Taljana, domt 18-il xahar, kburi… li jien kont l-iżgħar fost l-interpreti Maltin. Ma setax jonqos li bħal fil-każ ta’ ħafna oħrajn, il-gwerra swietli ta’ ġid f’xi oqsma. Rawmet ġo fija minn kmieni sens ta’ indipendenza marbuta ma’ sens ta’ responsabbiltà; għalkemm, min-naħa l-oħra, nittama li mhux il-każ li jekk il-ġemel jara ħotobtu, jaqa’ u jmut zobtu! L-esperjenza – u hawn ma semmejtx kollox – li ħadt dak iż-żmien ’il barra minn ċirku komdu, imma dejjaq wisq, u meta kont għadni bilkemm bdejt inqaxxarha sew il-leħja, swietli qatigħ fil-burraxki li sfajt fihom wara.
Il-monument ta’ Francis Ebejer fi Triq il-Kbira, Ħad-Dingli
Francis Ebejer twieled Ħad-Dingli fl-1925. Kittieb bil-Malti u bl-Ingiż ta’ rumanzi, drammi, novelli u poeżiji. Hu rċieva bosta unuri b’għarfien għallkontribut kbir tiegħu fil-letteratura. Kien ukoll membru tal-Akkademja tal-Malti. Francis Ebejer miet fl-1993.
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra
58
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 9940 9715
Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
GÓAL KULL XORTA TA’ QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA Irrikorru
VINCE BUTCHER
18, Parish Street, Dingli Tel: 2145 2854 Mob: 7945 2854
Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132
The Magic Price DETERGENTS & TOILETRIES SHOP 18, Daħla Tas-Sienja, Dingli
(Ftit ’l isfel mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali)
RABAT
Shoe Repair 66, Main Street Rabat, Malta Tel: 2745 4593
Mob: 9924 8677, 9956 8239 Ħinijiet tal-ftuħ: Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sa 12.30pm u mill-4.00pm sas-7.30pm Is-Sibt: mis-7.30am sas-2.00pm Għal kull għażla ta’ detergents u affarijiet għall-kura tal-persuna bi prezzijiet kompetittivi ħafna u għall-but ta’ kulħadd. Għandna għażla tajba ta’ shampoos, deodorants u shower gels, kif ukoll nappies u wipes fost affarijiet oħra
Narawkom u nixtiequ lid-Dinglin kollha l-Festa t-Tajba
Programm tal-Festa 2017
It-Tabib Godfrey Farrugia jawgura l-festa t-tajba lid-Dinglin kollha
Tel Klinika: 9949 5486 / 2146 5359 Tel/SMS Personali: 7996 0808 Email: farrugiagodfrey@gmail.com
59
60
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
DINGLI TYRE SERVICE Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.
(ħdejn iċ-Ċimiterju)
Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195
DAVID’S HARDWARE STORE
Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine
All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on
9949 8074
M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates
Over 10,000 Paint Colours Available Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 7071 Mob: 7905 3401
80, Triq Ġużè Ellul Mercer, Dingli Tel: 2145 3289 • Mob: 7961 9839 Email: rita864@hotmail.co.uk Prop: Lippu Galea
Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 3744
AGIUS STONE WORKS ltd.
Valletta Road, Mqabba, MQB 9019 | t: 21640202 | f: 21647188 | m: 99447305 | agius.com.mt | info@agius.com.mt restoration | conservation | sculptures | mouldings | lathe works | natural stones | marble | lime products | scaffolding | netting
SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com
Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 08.00 – 12.30 u 16.00 – 19.30 Is-Sibt 08.00 – 13.00 u 16.00 – 19.00
TA’ SACCO GREEN GROCER
Fruit & Vegetables Inguanez Street, Dingli Opening Hours Monday to Friday: 7.00am to 12.00pm & 4.00pm to 7.00pm Saturday: 7.00am to 12.00pm
ELVIN GALEA Demolition & Excavation Works TA’ PESWELLA
Mob: 9986 2410 • Excavation & Demolition • Swimming Pools • Rock Cutting • Large & Small Machinery • Jackhammer Works We also provide grease for excavation and loaders
Programm tal-Festa 2017
65
Ritratt tal-qagħda soċjali f’Ħad-Dingli Studju minn Caritas Malta u l-parroċċa
Lejn tmiem l-2016, Caritas Malta flimkien mal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ppreżentaw ir-riżultati tal-Osservatorju Soċjali, studju dwar il-qagħda u r-realtajiet soċjali f’Ħad-Dingli. Il-konklużjoni prinċipali kienet li l-isfida prinċipali ta’ din il-komunità titratta persuni anzjani li għandhom diffikultà ta’ nuqqas ta’ kuntatt man-nies, li tirriżulta fir-realtà tas-solitudni. Minn total ta’ 1,157 familja residenti f’Ħad-Dingli, intgħażlu 156 familja b’mod każwali. Minnhom, 51 familja ntgħażlu apposta peress li kienu jirċievu xi tip ta’ għajnuna (l-iskema tal-ikel tal-Unjoni Ewropea). L-istudju tmexxa minn Dr Maria Adele Farrugia f’isem il-Caritas u sar b’intervisti minn grupp ta’ 44 voluntier li wara li rċevew taħriġ żaru lill-familji magħżula u magħhom iddiskutew issitwazzjoni tagħhom. L-istudju sar ma’: • parteċipanti li kienu ta’ età medja ta’ 50 sena • 18% minnhom kellhom ’il fuq minn 65 sena • edukazzjoni li b’mod ġenerali kienet sal-livell sekondarju. X’ħareġ mill-istudju: • F’Ħad-Dingli spikkat realtà differenti minn realtajiet soċjali ta’ parroċċi oħra, fosthom li m’hemmx żoni partikulari li magħhom tista’ tassoċja sfidi soċjali bħal dħul baxx jew nies li jiddependu mill-benefiċċji soċjali. F’parroċċi oħra dan jispikka fejn issib żona sħiħa fejn jgħixu persuni b’diffikultajiet soċjali, ħafna drabi żoni fejn jgħixu familji f’appartamenti tal-gvern. • Il-familji ma jgħixux il-faqar assolut, għalkemm f’xi familji nstab stress finanzjarju. Minn 156 familja, 17-il familja, li jinkludu anzjani u romol, isibu diffikultà biex jixtru 4 mid-9 oġġetti essenzjali f’lista kif stipulata mill-Eurostat. • Fil-maġġoranza tal-każi, id-dħul finanzjarju ġej minn salarju. • Fl-ikel jonfqu medja ta’ ftit aktar minn € 500 ewro fix-xahar li jitqabbel eżatt man-nefqa li Caritas Malta stabbiliet fl-istudju ta’ ftit xhur ilu A minimum essential budget for a decent living, dak l-ammont li familja għandha bżonn biex tiekol b’mod bnin. • L-anzjani jirriżulta li jonfqu anqas f’ikel imma iktar f’saħħa bħal mediċina, servizzi ta’ terapija, etċ. • Il-maġġoranza ta’ dawk li ġew intervistati, id-dar hija tagħhom u mhux mikrija. Il-konklużjoni ewlenija tal-istħarriġ hi li l-isfidi prinċipali f’Ħad-Dingli huma s-solitudni fost l-anzjani u każi ta’ problemi ta’ saħħa mentali (tirrifletti l-perċentwal nazzjonali li wieħed minn kull erba’ persuni jesperjenza xi problema ta’ saħħa mentali f’ħajtu). Nofs l-anzjani li pparteċipaw u li jgħixu weħidhom qalu li jesperjenzaw xi forma ta’ solitudni.
66
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Ir-riżultati ta’ dan l-istudju ġew ippreżentati l-ewwel lir-residenti ta’ Ħad-Dingli nhar id-9 ta’ Novembru 2016 waqt sessjoni tal-Assemblea Parrokkjali. Fid-19 ta’ Diċembru 2016, Caritas Malta u l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ppreżentaw l-istudju f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ ĦadDingli u li għaliha attendew rappreżentanti mill-entitajiet tal-istampa f’Malta. Id-Direttur ta’ Caritas Malta, Leonid McKay, qal li dan kien it-tielet “Osservatorju Soċjali” li għamlet Caritas Malta. L-ewwel tnejn saru f’Ħal Qormi u San Ġiljan. Dwar l-isfida prinċipali identifikata fil-komunità ta’ Ħad-Dingli: is-solitudni fost l-anzjani, is-Sur McKay qal li din hi realtà li ħafna drabi ma tidhirx meta tara l-komunità minn barra. Żied jgħid li kien hemm xi individwi, mhux f’perċentwal għoli, Id-Direttur ta’ Caritas Malta (fin-nofs) mal-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli li qalu li jafu xi familji jew persuni li (xellug) jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet esperjenzaw xi forma ta’ problema ta’ abbuż ta’ sustanzi fosthom droga jew alkoħol. Is-Sur McKay qal li sfida oħra soċjali li ssemmiet hi r-realtà tad-diffikultajiet li jgħaddu minnhom familji fi proċess ta’ separazzjoni u li ntqal ħafna drabi jiġu affettwati tfal fl-istess familji. L-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, Dun Ewkarist Zammit, qal li l-parroċċa jinteressaha mill-ħajja tan-nies u għalhekk tixtieq tkun ta’ sostenn u għajnuna f’dak kollu li n-nies jgħaddu minnu fi stadji differenti ta’ ħajjithom. Żied jgħid li l-parroċċa għandha l-Kummissjoni Djakonija li għandha dan l-għan speċifiku. Dun Ewkarist Zammit qal li bir-riżultati ta’ dan l-istudju f’idejha, il-parroċċa u l-Kummissjoni Djakonija qed jaraw kif se jindirizzaw dawn ir-realtajiet soċjali biex ikunu tassew ta’ servizz f’dak li n-nies jeħtieġu.
ÓBIEB TAL-ASSUNTA
Inizjattiva bl-iskop li nkomplu nkabbru l-festa TIEÓU SEHEM BILLI TOFFRI 2.50 jew 4.75 fix-xahar b’risq il-festa ● Biex tie˙u sehem kellem lill-Arçipriet jew lil xi membru tal-Kumitat Festa Esterna. ● Fl-a˙˙ar tas-sena jittella’ premju sabi˙ fost dawk kollha li jkunu qed jipparteçipaw. ● L-iskema ti©©edded wara sena volontarjament. Waqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li g˙o©obhom jid˙lu membri f’din l-iskema, in˙e©©u o˙rajn biex jag˙tu sehemhom biex inkomplu nsebb˙u l-festa titulari f’©ie˙ Ommna Marija Mtellg˙a s-Sema.
Programm tal-Festa 2017
Accounts
Private Tuition in Dingli Courses starting soon • Ordinary Level • Intermediate Level • Advanced Level • Others Individual Attention * Small Groups Course notes provided Ms F. Borg B.Accty(Hons.), MIA, CPA
Mob: 7909 2845
67
L-Għajn Main Street, Dingli
STATIONERY • GIFTS & TOYS Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722
Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. – 7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. – 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables FREE DELIVERY Ódejn il-Knisja ta’ Óad-Dingli It-Tnejn u l-Óamis : 8.00am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ìimg˙a : 9.30am - 12.00pm Ódejn id-dar ‘Moncheri’, Triq ÌuΩè Ellul Mercer, Óad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Óamis u l-Ìimg˙a 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm
40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery Vet Service Tuesdays and Fridays 6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884
68
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Arma ġdida għall-parroċċa ta’ Ħad-Dingli
Fit-22 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna ddikjara li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli hi Arċipretali, l-ewwel waħda li ġiet mogħtija dan it-titlu fl-episkopat tal-Arċisqof Scicluna. Wara dan il-mument storiku, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit ikkummissjona lis-saċerdot u artist Għawdxi, Dun Roberto Gauci, biex jiddisinja arma araldika għall-istess parroċċa. L-arma ġiet inawgurata nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2016, lejlet il-festa titulari ta’ Santa Marija, u tinsab imnaqqxa fuq lapida kommemorattiva fil-faċċata tal-knisja. F’dan l-artiklu, DUN ROBERTO GAUCI jispjega fid-dettall it-tifsira tal-aspetti differenti li jiffurmaw l-arma araldika tal-parroċċa Arċipretali ta’ Santa Marija ta’ Ħad-Dingli.
Dun Roberto Gauci
L-araldika hija arti antika u nistgħu ngħidu li hija ġabra ta’ sinjali li jiddeskrivu persuna, soċjetà jew grupp. Anke filknisja, sa mis-seklu ħdax, l-araldika ġiet użata minn papiet, kardinali u isqfijiet, imma wkoll minn entitajiet, bħala sinjal viżibbli tal-personalità tagħhom. Ninnutaw li fi żmienna jidher li hawn qawmien talaraldika, anke fil-kamp ekkleżjastiku, fejn din l-arti qed tqanqal dejjem aktar interess, riċerka u wkoll innovazzjoni. It-tendenza ta’ żmienna hija dik tar-ritorn għall-oriġinalità u s-sempliċità medjevali, wara żmien li fih l-araldika ġiet spiss imtappna minn disinji tqal u ornamenti goffi, li tawha impressjoni ta’ xi ħaġa medjokri u konfuża.
Jidher li din it-tendenza qabdet art meta wieħed jara armi ta’ isqfijiet, kardinali u papiet, magħmulin b’ċerta eleganza u sengħa, xi drabi anke b’ħila artistika notevoli. Ma tonqosx xi froġa, frott in-nuqqas ta’ għarfien tar-regoli araldiċi, jew minħabba armi li jkunu tqal fil-kompożizzjoni li flok jattiraw, jgħejju l-għajn. Imma ma naħsibx li din hija regola ġenerali. Innovazzjoni interessanti li dieħla f’ħafna bnadi hija dik li mhux biss il-persuni qed jadottaw armi araldiċi, imma wkoll entitajiet, fosthom ukoll il-parroċċi u dekanati. Meta l-Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, Dun Ewkarist Zammit, talabni biex naħseb għal arma tal-parroċċa, jien ilqajt din l-isfida bi pjaċir. Mhux l-ewwel darba li dħalt għal xogħol bħal dan, anke għax l-interess tiegħi fl-araldika jmur lura fis-snin tat-tfulija tiegħi. Imma kull darba li tidħol għal biċċa xogħol bħal din hija sfida ġdida, għax f’arma trid tiġbor b’mod simboliku, sintetiku u eleganti xi ħaġa li tirrappreżenta lil min juża dik l-arma. Fil-każ ta’ parroċċa, il-ħaġa tkun aktar kumplikata peress li kif ngħidu mitt bniedem mitt fehma. F’dak il-każ trid verament tilħaq kunsens bejn diversi gosti u fehmiet, biex tkun arma li tirrapreżenta lil kulħadd. Dak li jiena xtaqt nagħmel hu li noħloq arranġament oriġinali li mal-ewwel daqqa t’għajn jidentifika ruħu mal-komunità. Għalhekk eskludejna li ndaħħlu elementi li tarahom kullimkien, bħalma hija n-Nome di Maria, biex hekk ikollna arma li tiddistingwi ruħha. Minbarra dan, l-ittri ma tantx huma
Programm tal-Festa 2017
69
propjament elementi araldiċi, għalkemm huma pjuttost komuni dan l-aħħar. Wara ftit ħsieb, jien ispirajt ruħi minn żewġ sorsi marbuta ma’ Ħad-Dingli: l-ilwien aħmar u ikħal meħuda mill-arma tarraħal, u elementi simboliċi li jidhru fl-istatwa titulari. Għal xhur sħaħ kont f’kuntatt mal-Arċipriet, jien inħejji d-disinni u hu jibgħatli l-kummenti tiegħu u ta’ oħrajn. B’xorti tajba stajna wkoll nieħdu ż-żmien tagħna, biex hekk kollox isir bil-qies u bil-ħsieb. Fl-aħħar wasalna għal verżjoni finali, li qaluli li ġiet aċċettata u apprezzata. L-arma l-ġdida tal-parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Ħad-Dingli hija ispirata mit-titular talparroċċa, li huwa dak tat-tlugħ fis-sema talImqaddsa Marija Omm Alla. Permezz ta’ simboli u sinjali, l-arma turi r-rabta li għandha l-komunità nisranija f’dan ir-raħal ma’ dan il-misteru. It-tarka hija maqsuma f’żewġ kompartimenti permezz ta’ linja li teknikament tissejjaħ chevron, forma ta’ V maqluba. Iż-żewġ kompartimenti jippreżentaw l-ilwien aħmar u ikħal li huma wkoll marbuta mar-raħal ta’ ĦadDingli, kif jidher fl-arma tal-istess lokalità. Il-parti ta’ isfel hija fuq sfond ikħal. L-ikħal huwa l-kulur tas-sema, u fl-ikonografija nisranija jfakkarna fil-bniedem, għax ilbniedem li jgħix fid-dinja għandu is-sejħa li jidħol fl-għamara ta’ Alla li hija simbolikament fis-sema. Din is-sejħa hija mwettqa b’mod sħiħ L-arma l-ġdida tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fil-Madonna, għax hija diġà tinsab b’mod sħiħ fil-glorja tas-sema bir-ruħ u l-ġisem. Fuq dan l-isfond ikħal jidhru l-qabar miftuħ (jew sarkofagu, kif jidher fl-istatwa titulari) lewn id-deheb, u minnu ħierġa kewkba ta’ tmien ponot lewn il-fidda. Dawn is-sinjali jfakkruna fil-misteru tal-assunzjoni ta’ Marija. Il-qabar miftuħ u vojt huwa sinjal li hija għaddiet mill-mewt għal ħajja ġdida fi Kristu. Il-kewkba ta’ tmien ponot hija sinjal ta’ Marija li hija l-kewkba ta’ filgħodu. Kif il-kewkba ta’ filgħodu tħabbar li tlugħ ix-xemx huwa fil-qrib, hekk ukoll Marija mtella’ fis-sema tħabbrilna li aħna wkoll, bħalha, għad nidħlu f’ħajja ġdida fi Kristu. It-tmien ponot huma sinjal tat-tmien jum: jekk iż-żmien ta’ issa huwa mqassam fuq ġimgħa ta’ sebat’ijiem, it-tmien jum huwa figura tal-ħajja eterna, lil hinn miż-żmien ta’ issa. Il-parti ta’ fuq għandha sfond aħmar, u l-aħmar għall-kristjani tal-ewwel millenju kien sinjal talħajja divina. L-aħmar hu l-lewn tad-demm, u fl-iskrittura nsibu li fid-demm hemm il-ħajja li ġejja minn Alla, u allura l-aħmar ifakkarna f’Alla. Fuq dan l-isfond jidhru żewġ fjuri: il-ġilju lewn ilfidda u l-warda dehbiena. Dawn l-elementi huma wkoll meħuda mill-istatwa titulari tal-parroċċa, fejn jidhru żewġ anġli jġorru dawn is-sinjali. Fl-Għanja tal-Għanjiet, l-għarusa titkellem hekk dwarha nnifisha: “Jiena r-ranġisa ta’ Saron, il-ġilju tal-widien.” (2:1) U l-għarus iwieġeb: “Bħal ġilju qalb ix-xewk, hekk hi l-maħbuba tiegħi fost ix-xebbiet.” (2:2) Mela l-ġilju huwa sinjal tas-safa ta’ Marija, li għalkemm għexet qalb ix-xewk tal-ħażen tad-dinja ma ġiet qatt mirbuħa minnu. Ir-ranġisa, tradotta wkoll bħala warda f’xi verżjonijiet tal-Bibbja, hija sinjal tal-imħabba tal-għerusija, imħabba li ssir għotja sħiħa lill-maħbub. Allura dawn iż-żewġ simboli jfakkruna fil-virtujiet li bihom hija mżejjna l-Omm ta’ Alla, frott l-għaqda sħiħa u perfetta tagħha ma’ Kristu binha. It-tarka hi akkumpanjata minn elementi esterni, propji tal-araldika ekkleżjastika. Peress li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ġiet mgħollija għad-dinjità arċipretali, l-elementi esterni huma dawk propji ta’ saċerdot li għandu it-titlu ta’ arċipriet. Hija tradizzjoni pjuttost komuni li fl-araldika ekkleżjastika, il-persuni
70
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
kollettivi, bħal ngħidu aħna monasteri jew kapitli ta’ kanonċi, jiddekoraw l-arma bl-insinji ta’ dak li jmexxi dik l-istituzzjoni. Għalkemm din mhix regola ġenerali u lanqas ma hi prattikata kullimkien, hemm bosta eżempji, anke f’pajjiżna stess, fejn l-arma tal-parroċċa hija dekorata bl-insinji araldiċi tal-kurat (jew kif insibuh aħna, il-kappillan) tagħha. Peress li fil-każ tagħna, il-kurat għandu t-titlu ta’ Arċipriet, allura l-arma tal-parroċċa mmexxija minnu turi l-elementi dekorattivi li huma proprji għalih. Mhux dejjem huwa faċli li wieħed jasal għal konklużjoni ċara u definita liema huma l-elementi araldiċi ta’ Arċipriet, għax fuq dan ma hemmx regoli definiti, imma biss tradizzjonijiet li jistgħu xi drabi jvarjaw minn post għal ieħor. Tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li t-titlu ta’ Arċipriet, fil-medjuevu kien marbut ma’ uffiċċju ta’ ċertu importanza u ġurisdizzjoni. L-Arċipriet kien ikun qassis li jmexxi xi parti minn djoċesi f’isem l-Isqof, jew inkella jirrappreżentah meta jkun nieqes. Bejn wieħed u ieħor nistgħu nqabblu dan l-uffiċċju ma’ dak tal-Vigarju Ġenerali fi żmienna. Għalhekk il-knejjes jew parroċċi l-aktar importanti, l-aktar dawk li minnhom kienu jiddependu knejjes oħra, kienu jkunu mmexxija minn saċerdot li jissejjaħ Arċipriet, li kien iħaddem fuqhom setgħa ġuridika. Maż-żmien, din il-kariga tilfet l-importanza tagħha u baqgħet biss titlu onorifiku, marbuta l-aktar ma’ knejjes jew parroċċi li għandhom ċertu qedem jew importanza. Minkejja li dan it-titlu llum huwa sempliċiment onorarju, u ma jġorr ebda setgħa ġuridika aktar minn kull kurat ieħor, naħseb li wieħed irid jagħti każ ukoll tal-isfond storiku ta’ dan it-titlu. L-istatwa titulari ta’ Ħad-Dingli Għalhekk naqbel ma’ dawk l-awturi li huma tal-opinjoni li saċerdot bit-titlu Arċipretali jista’ jġorr insinji li juru ċerta ġurisdizzjoni, minkejja li din mhix reali, imma biss marbuta mal-istorja ta’ dan it-titlu. Għalhekk wasalna għall-konklużjoni li l-arma tal-parroċċa Arċipretali ta’ Ħad-Dingli tiġi dekorata bil-kappell ekkleżjastiku iswed, b’sitt ġmiemen kull naħa tal-istess lewn. Il-kappell iswed juri l-ordni presbiterali, filwaqt li l-ġmiemen jindikaw il-grad. Sitt ġmiemen kull naħa, fil-każ ta’ saċerdot juru l-għola grad ta’ ġurisdizzjoni ’l isfel minn dik tal-isqof. Fil-fatt, dawn l-insinji huma wkoll proprji tal-Vigarji Ġenerali li m’għandhomx l-ordinazzjoni episkopali. Nisħaq fuq il-fatt, li fil-każ tagħna, din il-ġurisdizzjoni ma teżistix fir-realtà, imma sempliċiment tindika l-istorja marbuta ma’ dan it-titlu onorifiku. Minbarra dan l-argument, minn riċerka li għamilt, jidher li f’pajjiżna diversi Arċiprieti fil-passat użaw dawn l-insinji, u allura hemm ukoll preċedent marbut mat-tradizzjoni lokali. L-aħħar element tal-arma huwa l-motto, li huwa speċi tal-ideal jew ispirazzjoni ta’ min iġorr l-arma. Il-motto magħżul mill-parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Ħad-Dingli huwa BEATA QUAE CREDIDIT;
Programm tal-Festa 2017
L-arma mnaqqxa fuq lapida kommemorattiva fil-faċċata tal-knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli
71
“Ħienja dik li emmnet” (Lq 1;45). Dan huwa l-kliem li qalet Eliżabbetta lil Marija meta marret iżżurha fid-dar tagħha. Marija hija ħienja, u filfatt igglorifikata fis-sema, għax hija emmnet u għexet dak li l-Mulej riedha tkun. Il-misteru tattlugħ tagħha fis-sema huwa intimament marbut mal-fidi u r-rabta tagħha mar-rieda tal-Mulej. Jekk din ir-rabta tagħha ma’ Kristu kienet daqshekk sħiħa u perfetta f’ħajjitha, hija stħaqqilha wkoll li jkollha glorja sħiħa, bir-ruħ u l-ġisem, fis-sema ma’ Binha rxuxtat u rebbieħ fuq il-mewt. Il-motto jista’ jkun ukoll ispirazzjoni sabiħa għall-komunità parrokkjali li għamlitu tagħha: komunità ħienja u mimlija bil-barka hija dik il-komunità fejn hemm fidi ħajja u rabta ma’ Kristu. Il-komunità li tfittex li tikber fil-fidi bis-smiegħ tal-Kelma ta’ Alla, biċċelebrazzjoni tal-kult imqaddes u fil-qadi tal-aħwa, hija komunità li bħal Marija tagħmel esperjenza tal-hena u l-barka ta’ Alla, mhux biss fiż-żmien ta’ issa, imma wkoll fil-ġejjieni etern tal-ħajja ta’ dejjem.
Charlie and Janet welcome you to:
The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here
Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 18.00
72
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
THE CATHEDRAL OPTICIANS 50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976
Nickovich Fruit, Vegetables & Groceries Fresh Fruit & Vegetables daily Opening Hours: Mon-Fri: 7am - 7pm Sat: 7am - 1pm
21, Triq il-Kulle©©, Rabat (Opposite Primary School)
Tel: 2720 3934
Costa Fascinosa
Malta-to-Malta Cruises
2018
April | May | October | November
7 Nights Packages Starting from
â‚Ź449 per Person in Twin
Savona Marseille
Barcelona
Naples
Catania Malta
Wed Thu Fri Sat Sun Mon Tue Wed
Port
Country
Valletta At Sea Barcelona Marseille Savona Naples Catania Valletta
Malta
Arrival
Departure
09:30 09:00 08:30 13:30 13:00 08:00
14:00 17:00 17:00 16:30 20:00 20:00 -
Spain France Italy Italy Sicily Malta
4 Nights Packages Starting from
Mini Fly & Cruise Packages also Available â‚Ź379 07 April | 23 May | 29 September | 21 November per Person in Twin
Early Bird Discounted Rates available. Book now and benefit! Tel: 2277 6000
Valletta | Birkirkara | Paola | Sliema | Hamrun | Gozo
www.smsmondial.com.mt
CREDIT CARDS
I BELIEVE IN A WORLD OF OPPORTUNITIES CLASSIC
CLASSIC
GOLD
GOLD
I want the freedom that comes with owning a Credit Card. I want an easy and secure method of payment to shop locally, abroad and online. My Credit Card from Banif Bank gives me a world of opportunities!
f l Banif Bank (Malta) plc Terms and conditions apply. All credit cards are subjects to the Bank’s lending criteria. The Bank reserves the right to amend or withdraw the product from the market at any time, at its sole and absolute discretion and without any prior notice. Banif Bank (Malta) plc is a credit institution licensed to undertake the business of banking by the MFSA in terms of the Banking Act 1994 and is a member of the Depositor Compensation Scheme established under the Depositor Compensation Scheme Regulations (Legal notice 383 of 2015). Registered in Malta C41030 - 203, Level 2, Rue D’Argens, Gzira GZR 1368, Malta.