Restaurant Solutions at an Aordable Price
Tel: +356 21442123 www.sgsolutions.com.mt
World-Renown
Ricoh Economy Colour Printing
Tel: +356 21442123 www.sgsolutions.com.mt
Programm tal-Festa 2016
Werrej
Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Ewkarist Zammit............................................................2
1
PARROÇÇA SANTA MARIJA ÓAD-DINGLI
Il-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli: Issa Arċipretali Mario Micallef......................................................................4 Il-festa tagħna: ċelebrazzjoni sabiħa lil Santa Marija Kumitat Festa Esterna..........................................................8 Niċċa xierqa għall-istatwa titulari David Vassallo.....................................................................12 Dun Mark Mallia Pawley Issa Saċerdot għas-servizz tal-komunità.............................17 Is-Sena tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena Savio D. Borg......................................................................21 Programm tal-Festa................................................................31 L-Antifona Hodie Maria James Chappell...................................................................42 Ninvestu fil-formazzjoni nisranija u għall-ħajja Daniel Micallef u Odette Scerri..........................................46 Il-festa ta’ Santa Marija Riflessjonijiet dwar Ommna l-Verġni Marija Rev. Charles Buttigieg.........................................................50 L-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca Mario Micallef u Mons. Paul C. Vella................................54 Dun Xand Cortis: mitt sena minn mewtu Savio D. Borg......................................................................60
Programm tal-Festa 2016 Bord Editorjali: Rev. Ewkarist Zammit Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo G˙ajnuna fil-produzzjoni: Nancy Caruana Georgina Ebejer Robert Falzon Mark Farrugia Doris Tanti Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iΩ-Ûurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ie˙or ta l-g˙ajnuna tieg˙u fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.
Il-qoxra fuq quddiem turi tnejn mill-aktar mumenti ewlenin taċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli. Ir-ritratti mill-ajru meħuda minn Steve Zammit Lupi (Malta mill-Ajru), fuq inizjattiva tal-Kumitat Festa Esterna, juru l-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija nhar il-festa filgħaxija, bil-poplu ta’ Ħad-Dingli u nies oħra li jżuru r-raħal għall-festa miġbura quddiem il-knisja Arċipretali. Disinn tal-qoxra: Alan Bonello
2
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Arċipriet
Ma’ Marija nikkontemplaw biex flimkien magħha niċċelebraw
Din is-sena, l-festa ta’ Santa Marija fil-parroċċa tagħna ser niċċelebrawha fil-kuntest tas-Sena talĦniena. Żgur li hija, tista’ tkompli ddawwalna, biex mhux biss napprezzaw din il-grazzja li qed toffrilna l-Knisja, imma fuq kollox tressaqna aktar lejn ilqalb ħelwa u ħanina ta’ binha Ġesù. Ix-xewqa ta’ Marija, Omm il-ħniena, għalina f’din il-festa, hija li aħna, bħala wliedha, nagħmlu esperjenza sabiħa talimħabba ta’ Alla li trid tilħaq, il-midinbin kollha. Filfatt il-Papa Franġisku jgħidilna li “Marija tixhed li l-ħniena tal-Iben ta’ Alla ma tafx b’limiti u tilħaq lil kulħadd bla ma tħalli lil ħadd barra.”
Marija, fl-innu sabiħ tal-Magnificat, tfaħħar lil Alla u tistqarr: “Il-ħniena tiegħu, tinfirex f’kull żmien.” (Lq 1, 50) Dan ifakkarna fid-don ta’ Alla li minn żmien għal ieħor iwiegħed il-ħniena tiegħu lil dawk kollha li niedma u sogħbiena jersqu lejh. Iva, il-ħniena hija l-boxxla li tmexxi lil Alla, fir-relazzjoni tiegħu malbniedem. Li jonqos imma hi d-disponibiltà tagħna, li nħalluħ jħobbna u jagħtina l-maħfra. Veru li l-qawwa tal-ħażen, hija kbira u forsi l-bniedem iħares lejha bħala ostaklu u jaqta’ qalbu, imma wieħed ma jridx jinsa li min jafda f’Alla, għax hu rebbieħ fuq id-dnub u l-ħażen, hu ma jonqos qatt milli jagħtih d-don tal-maħfra. Huwa biss meta l-bniedem jagħmel din l-esperjenza ta’ ħelsien, li jista’ jasal u jistqarr l-għoli u l-fond tal-imħabba ta’ Alla lejh. Quddiem dan kollu, il-Papa Franġisku jistedinna biex “inħallu l-ħniena ta’ Alla tħaddanna magħha u nħabirku biex aħna wkoll nuru ħniena mal-oħrajn kif il-Missier juri magħna.” Għalhekk rridu nkunu xhieda u ħabbara ta’ din il-ħniena, billi naddottaw dan l-istil fir-relazzjonijiet tagħna maloħrajn. Kemm ikollna aktar paċi f’qalbna, jekk din il-ħniena twassalna biex ngħinu aktar lil xulxin u nuru kompassjoni lejn min qed ibati u jeħtieġ l-għajnuna tagħna! Din hija d-differenza li rridu noħolqu fis-soċjetà li qed ngħixu llum, bħala d-dixxipli tal-Mulej, billi nuru ħniena bħall-Missier tagħna tas-Sema. Id-don tal-ħniena, li matul din il-festa ma’ Marija aħna msejħa biex nikkontemplaw, irid iwassalna għall-pass ieħor, biex flimkien magħha wkoll niċċelebraw id-don tal-ħajja ta’ dejjem fis-sema. Għaliex Marija, wara li temmet il-kors ta’ ħajjitha fuq l-art, hija ġiet imtellgħa bir-ruħ u l-ġisem filglorja ta’ Alla u inkurunata bħala reġina tas-sema u l-art. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna jurina “li l-privileġġ li kien taha lil ommu, li hi dduq il‑glorja tal‑qawmien mill‑imwiet, hu għalina l‑ikbar ħniena. Sidtna Marija mtellgħa s‑sema hija konferma għalina, li dak li l‑Mulej għamel f’ibnu u fl‑irxoxt tiegħu, hu kapaċi jagħmlu magħna, u se jagħmlu ma’ kull wieħed u waħda minna; beda minn ommu biex aħna nindunaw li din hija opra tal‑ħniena, opra ta’ mħabba, u li aħna wkoll se jkollna sehem minn din il‑glorja”.
Programm tal-Festa 2016
3
Kristu, permezz tal-mewt u l-qawmien tiegħu, fetaħ għalina mill-ġdid il-bieb tal-ġenna, li kien ingħalaq minħabba d-dnub. Marija, mill-banda l-oħra, il-mara li ma tafx x’inhu dnub għaliex hija l-Immakulata, bl-ubbidjenza u bl-Iva tagħha għall-Kelma ta’ Alla terġa’ tiftħilna l-bieb tas-sema, għax tkun il-mezz li Alla għażel, biex permezz tagħha jasal għandna l-awtur tas-salvazzjoni tagħna. Din l-ubbidjenza ta’ Marija, li ġabet lid-dinja barka fuq barka, reġgħet għaqqdet lil Alla mal-bniedem, l-art mas-sema. Marija, mis-sema fejn tinsab tinterċedi għalina quddiem Alla, tixtieq li lkoll kemm aħna naslu fid-dar tal-Missier. Bħala Omm hija tixtieq li ħadd minnha ma jintilef fit-triq, imma bħala wliedha jinfetaħ għalina l-bieb tal-ġenna, għaliex aħna għas-sema ġejna msejħa. Fil-fatt San Bonaventura jgħallem: “Ħadd ma jista’ jidħol fis-sema jekk mhux permezz ta’ Marija li hija l-bieb’’. Għalhekk, Marija hija l-ogħla prova għalina ta’ “dak li għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u dak li qatt ma tnissel f’qalb il-bniedem, dak Alla lesta għal dawk li jħobbuh’’ (1 Kor 2:9). Dawn il-ħsibijiet li qsamt magħkom, jfakkruni fl-Innu Marċ, Lil Marija Assunta, meta aħna nlissnu dawn il-kelmiet: “Għax mill-qedem dar-raħal qies Lilek Bħala omm u mexxejja, patruna, Int bil-ħlewwa teħodna għand Ibnek U turina s-smewwiet, bejta sħuna.” Jalla, fil-festa li ser niċċelebraw flimkien, inħallu ’l Marija Assunta, patruna u omm tagħna tressaqna aktar lejn il-qalb ħelwa ta’ binha Ġesù u turina t-triq tal-ġenna, biex magħha naslu fil-glorja tas-sema. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Tkunu mberkin.
Dun Ewkarist Zammit
ÓBIEB TAL-ASSUNTA
Inizjattiva bl-iskop li nkomplu nkabbru l-festa TIEÓU SEHEM BILLI TOFFRI 2.50 jew 4.75 fix-xahar b’risq il-festa ● Biex tie˙u sehem kellem lill-Kappillan jew lil xi membru tal-Kumitat Festa Esterna. ● Fl-a˙˙ar tas-sena jittella’ premju sabi˙ fost dawk kollha li jkunu qed jipparteçipaw. ● L-iskema ti©©edded wara sena volontarjament. Waqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li g˙o©obhom jid˙lu membri f’din l-iskema, in˙e©©u o˙rajn biex jag˙tu sehemhom biex inkomplu nsebb˙u l-festa titulari f’©ie˙ Ommna Marija Mtellg˙a s-Sema.
4
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli: Issa Arċipretali
It-22 ta’ Awwissu. F’din il-ġurnata l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta’ Marija Reġina. It-22 ta’ Awwissu tal-2015 jibqa’ mnaqqax fl-istorja tal-parroċċa ta’ ĦadDingli bħala jum storiku. Kien lejlet il-festa titulari ta’ Santa Marija. L-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, iddikjara li minn dakinhar ’il quddiem il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli tkun Arċipretali. MARIO MICALLEF jikteb dwar din il-ġrajja, is-sinifikat tagħha u kif il-parroċċa u l-poplu ċċelebraw dan ilmument. “Din hi waħda mill-eqdem parroċċi ta’ Malta, magħrufa fil-bidu bħala Ħal Tartarni. Fl-1436 tinsab imniżżla bħala waħda mill-ewwel parroċċi ta’ Malta. Għandi l-pjaċir niddeċiedi llum, f’din id-data, li mil-lum ’il quddiem din
il-parroċċa tkun Arċipretali.” Dan ilkliem ingħad mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, nhar it-22 ta’ Awwissu 2015, fi tmiem il-quddiesa solenni ta’ lejlet il-festa titulari ta’ Santa Marija fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Kliem li għal mument bħal donnu ħasad lil min kien preżenti. Kienet verament sorpriża! Il-poplu feraħ, imtela’ b’entużjażmu u ċapċipa twila dwiet mal-knisja. F’ħakka t’għajn l-aħbar ġriet mar-raħal kollu u l-poplu kien sodisfatt ħafna. Dan issentiment intwera b’mod speċjali f’dik il-lejla u fil-ġurnata tal-għada, il-jum li fih Ħad-Dingli ċċelebra l-festa ta’ Santa Marija. Iċċelebra festa doppja! L-Arċisqof Scicluna kellu għarfien tajjeb dwar l-istorja u l-għeruq antiki tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli mal-fidi nisranija. Jidher pero li d-deċiżjoni tiegħu kienet waħda spontanja. Tant hu hekk li b’nofs ċajta qal li ma kienx
Programm tal-Festa 2016
5
se jikteb id-digriet dak il-ħin iżda għamilha ċara li d-deċiżjoni kien ħadha. Iddikjara wkoll li Dun Ewkarist Zammit għandu jibda jissejjaħ bħala Arċipriet… l-ewwel Arċipriet ta’ Ħad-Dingli. Din ilġrajja seħħet fl-ewwel żjara li Monsinjur Charles J. Scicluna għamel f’Ħad-Dingli mindu nħatar bħala Arċisqof ta’ Malta. Is-sena 1436 li semma l-Arċisqof Scicluna tirreferi għal rapport li kien sar mill-Isqof Senatore de Mello li kien sab f’Malta għaxar parroċċi mwaqqfin u jiffunzjonaw. Fosthom kien hemm il-parroċċa ta’ Ħal Tartarni. Dan kien irħajjel viċin ta’ fejn illum hemm Villa Psaigon u l-Kulleġġ Savio. Ħal Tartarni serva ta’ parroċċa għal diversi snin, imma mal-medda taż-żmien ir-residenti resqu lejn żona oħra u b’hekk twaqqaf ir-raħal ta’ Ħad-Dingli li nafu llum u li mbagħad twaqqaf bħala parroċċa fil-31 ta’ Diċembru, 1678. Mill-għaxar parroċċi msemmija fir-rapport tal-Isqof de Mello, kien hemm tnejn li mhumiex Arċipretali: Ħad-Dingli u l-Mellieħa. L-Arċisqof Scicluna għollihom it-tnejn għad-dinjità ta’ Arċipretali, bilparroċċa tal-Mellieħa tingħata dan it-titlu fis-7 ta’ Settembru 2015, lejlet il-festa titulari tagħha, bħalma seħħ fil-każ ta’ Ħad-Dingli. Ħad-Dingli ċċelebra l-għoti tat-titlu ta’ parroċċa Arċipretali bi programm ta’ attivitajiet bejn l-4 u t-8 ta’ Diċembru 2015. Apparti l-aspett ċelebrattiv li jfakkar din il-ġrajja sabiħa fil-ħajja tal-komunità nisranija tagħna, il-parroċċa riedet li l-attivitajiet organizzati f’dawn il-ħamest’ijiet ikunu mezz biex il-parruċċani jgħożżu aktar id-don tal-fidi, jgħixu flimkien bħal aħwa u jitolbu għall-vokazzjonijiet. Għal din l-okkażjoni fil-parroċċa tagħna nġiebet ir-relikwa bid-demm ta’ San Ġorġ Preca, l-ewwel qaddis Malti kanonizzat. Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru filgħaxija, it-tfal tal-parroċċa nġabru fil-kappella tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien fejn laqgħu r-relikwa u għamlu mument qasir ta’ talb. Minn hemmhekk, imxew proċessjonalment wara r-relikwa lejn il-knisja. Ħadu sehem ukoll l-iScouts u l-Girl Guides. Fis-6.30pm ġiet iċċelebrata quddiesa għat-tfal kollha li fiha saret riflessjoni dwar San Ġorġ Preca bħala saċerdot u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Fi tmiem il-quddiesa, saret purċissjoni bir-relikwa mill-knisja salM.U.S.E.U.M. tal-bniet fejn saret velja ta’ talb. Is-Sibt 5 ta’ Diċembru filgħodu ġiet organizzata quddiesa għallanzjani kollha tal-parroċċa li fiha ġie amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda. Fi tmiem il-quddiesa kien hemm ċans għal talb privat quddiem irrelikwa ta’ San Ġorġ Preca. Is-Sibt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit inawgura wirja
6
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ta’ fjuri marbuta mas-sagramenti. Ilknisja baqgħet miftuħa sa tard filgħaxija waqt li fuq barra ġie organizzat villaġġ tal-Milied mill-Għaqda Talent Dingli. Ta’ min jgħid li l-knisja kienet armata għal din l-okkażjoni, inħarġet min-niċċa l-istatwa titulari ta’ Santa Marija u l-Kumitat Festa Esterna ħejja produzzjoni awdjo viżiva dwar l-għoti ta’ dan it-titlu lill-parroċċa. Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad9.30am ġie amministrat is-sagrament tal-Magħmudija. L-istess bħal-lejliet filgħaxija, il-knisja nżammet miftuħa l-ġurnata kollha. It-Tnejn 7 ta’ Diċembru wara nofsinhar, fil-knisja saret katina ta’ talb ta’ rużarju animat mil-Leġjun ta’ Marija. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ġiet organizzata Velja Marjana li ntemmet fil-Barka Sagramentali. Ħad-Dingli ċċelebra t-titlu ta’ parroċċa Arċipretali nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru, festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. F’għodwa b’temp sabiħ ħafna, ilbanda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli daqqet marċi ferrieħa mat-toroq ewlenin tar-raħal sakemm fid-9.30 am ingħatat merħba lill-Arċisqof Emeritu, Mons. Pawlu Cremona O.P., ħdejn Dar Dun Bosco. Mal-wasla ta’ Mons. Cremona nħaraq ukoll salut. Il-korteo akkumpanjat bilbanda tela’ lejn il-Knisja Arċipretali fejn fl-10.00 am l-Arċisqof Emeritu mexxa quddiesa kantata. Fil-bidu talquddiesa, Mons. Louis Camilleri qara d-digriet li permezz tiegħu l-Arċisqof, Mons. Charles J. Scicluna, ta lil din ilparroċċa t-titlu ta’ Knisja Arċipretali u li l-Kappillan tal-istess parroċċa jkollu t-titlu ta’ Arċipriet. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. inawgura lapida kommemorattiva fil-faċċata tal-knisja li tfakkar il-ġrajja tat-22 ta’ Awwissu, 2015. Skont il-permess kif approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar se ssir lapida oħra fil-faċċata tal-knisja biex tikkumplimenta ’l din u b’hekk ikun hemm lapida kull naħa tal-bieb il-kbir. Il-lapida l-oħra se tiġi inawgurata lejlet il-festa ta’ din is-sena mill-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech.
Programm tal-Festa 2016
7
8
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-festa tagħna Ċelebrazzjoni sabiħa lil Santa Marija
L-organizazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fir-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna Santa Marija, entità fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra fosthom servizzi ta’ baned, logħob tan-nar, armar u loġistika. F’dan l-artiklu, IL-KUMITAT FESTA ESTERNA jinfurmakom bl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa, rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fix-xhur li għaddew u inizjattivi ġodda li twettqu għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija fl-2016. Il-baned Is-servizzi tal-baned għal din is-sena jirriflettu l-bidliet li saru fil-festa tal-2015. Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza ħames servizzi li huma kummissjonati lil erba’ baned. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tat-tridu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza marċ li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, minn Dar Don Bosco sal-knisja, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġuże Abela. Is-Sibt filgħaxija, lejlet il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza servizz li għalih stieden lillGħaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Is-servizz ta’ tliet sigħat jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Dan is-servizz se jibda fit-8.30 p.m. minn ħdejn il-knisja fejn il-banda se ssellem bid-daqq tal-Innu Pontifiċju lill-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech. Wara li ssir l-inawgurazzjoni ta’ lapida kommemorattiva mal-faċċata tal-knisja jibda marċ mat-toroq. Fl-10.15 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex minn fuq il-planċier, il-kantant Ludwig Galea jingħaqad mal-banda fil-kant tal-Innu Marċ, Lil Marija Assunta. Wara, mal-banda jingħaqad il-kor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokkta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru u jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq il-Maddalena fejn kulħadd mistieden għallħruq tal-logħob tan-nar tal-art. Il-Ħadd filgħodu, nhar il-festa, ilKumitat Festa Esterna jorganizza l-marċ ta’ filgħodu bejn l-10.30 a.m. u s-1.00 p.m. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna bil-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-marċ hu firresponsabilità sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa f’dan il-marċ daqstant popolari. L-esperjenza sabiħa tal-marċ ta’ filgħodu fl-aħħar snin għandha tkun bażi tajba għal aktar ħidma flimkien bejn dawn it-tliet entitajiet. Nhar il-festa, il-Kumitat Festa Esterna jistieden ukoll żewġ baned oħra: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fil-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni; u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tar-raħal.
Programm tal-Festa 2016
9
Fil-jiem tal-festa, l-Għaqda Mużikali Santa Marija ddoqq mingħajr ħlas f’għadd ta’ servizzi, fosthom fil-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari. Fit-tieni jum tat-tridu tal-festa, il-Ħamis, wara li tintemm il-funzjoni fil-knisja l-kumplament tal-lejla jkun iddedikat għall-programm vokali u strumentali mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-programm li jibda fid-9.00 p.m. ikun imtella’ u finanzjat mill-istess Għaqda Mużikali Santa Marija. L-istess għaqda tippermetti wkoll l-użu tal-planċier għall-banda mistiedna nhar il-festa filgħaxija mill-Kumitat Festa Esterna. Nhar ilfesta filgħaxija, wara l-barka sagramentali fil-knisja, l-Għaqda Mużikali Santa Marija torganizza u tiffinanzja l-marċ tal-aħħar. Il-logħob tan-nar Għal sena oħra, il-Kumitat Festa Esterna kkummissjona x-xogħol tal-logħob tan-nar tal-art u talajru lill-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Ħal Qormi. Nieħdu l-okkażjoni nawguraw lil din l-għaqda li qed tiċċelebra d-90 sena mit-twaqqif tagħha u li din is-sena kklassifikat fit-tieni post fil-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar organizzat mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. L-armar tal-festa F’dawn il-ġranet ir-raħal tagħna jilbes il-libsa tal-festa, fost l-oħrajn bl-armar u t-tiżjin fit-toroq. Il-Kumitat Festa Esterna jieħu ħsieb ukoll dan l-aspett. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-armar tad-dawl fit-toroq, mal-faċċata talknisja u mal-koppla, ix-xogħol jingħata lil kuntrattur. Il-kumplament tax-xogħol tal-armar isir minn membri tal-kumitat u voluntiera oħra. Is-sena li għaddiet inawgurajna l-ewwel minn sett ta’ pavaljuni ġodda għal Triq San Rokku. Kienu ħafna l-kummenti pożittivi li rċevejna kemm dwar id-disinn tal-artist Paul Cassar u anke dwar ixxogħol u l-isfumatura li sar mill-familja Cassar mir-Rabat Għawdex. Din is-sena għandu jkollna żewġ pavaljuni oħra lesti u b’hekk inkunu qbiżna nofs triq. Fi Triq San Rokku qed jinbidel ukoll l-azzar u l-ħbula tal-pavaljuni. Il-kumitat se jkun qiegħed fuq medda ta’ ftit snin ibiddel l-azzar u l-ħbula tal-pavaljuni kollha. Fl-aħħar ġimgħat tlesta x-xogħol fuq aktar arbli ġodda tal-ħadid biex b’hekk issett ta’ tnax-il bandalora fi Triq il-Parroċċa issa se jittellgħu ma’ sett arbli ġodda tal-ħadid. Grupp ta’ żgħażagħ u adoloxxenti komplew jaħdmu għexieren ta’ metri ta’ liedna għal Triq Ġuże Ellul Mercer, mnejn tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Il-kumitat irodd ħajr lill-Kunsill Lokali li waqt ix-xogħol ta’ tisbiħ fi Triq il-Parroċċa u Misraħ Ġuże Abela ħaseb għall-armar tal-festa u nkorpora fil-proġett it-toqob għall-arbli. Il-kumitat għadu qed jistenna li jitlesta minn kollox it-tisbiħ ta’ Misraħ Ġużè Abela, inkluż l-istallazzjoni tad-dawl dekorattiv biex ikun jista’ jippjana sew l-armar il-ġdid li se jidħol għalih għal dan il-misraħ. Jonqos ukoll li jsir xi xogħol ieħor kif imwiegħed mill-Kunsill Lokali relatat mal-armar. X’jiswa’ li għandek l-armar iżda m’għandekx fejn terfgħu sewwa? Din hi l-mistoqsija li għandhom x’iwieġbu ħafna kumitati tal-festa u li għal ħafna hi problema. Fil-każ tagħna, ma nistgħux ngħidu li m’għandniex fejn nerfgħu l-armar iżda hemm sfidi li qed nindirizzaw. Fl-aħħar sena sar it-tindif ta’ maħżen li l-parroċċa bniet xi snin ilu fuq art tagħha fi Triq il-Ġnien li iżda minħabba prioritajiet oħra tħalla ġebel u saqaf. Dan il-proġett hu priorità fuq l-aġenda tal-kumitat talfesta u twaqqaf sotto-kumitat biex jieħu ħsieb t-twettiq tiegħu. Saru l-pjanti ta’ kif dan il-post jista’ jintuża bħala maħżen bl-aħjar użu tal-ispazju u f’ambjent sigur għall-armar tal-festa. B’sodisfazzjon ngħidu li x-xogħol beda u wara l-festa r-ritmu għandu jiżdied biex ma ndumux ma nikkonkludu x-xogħol bażiku.
10
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Tiġdid fil-kumitat Din is-sena tnieda proċess li għandu jwassal biex il-Kumitat Festa Esterna jiġi ri-organizzat u msaħħaħ u b’hekk iwettaq aħjar il-ħidma tiegħu. Għaldaqstant twaqqaf kumitat ad hoc li qed jagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa biex jippreżenta rapport lill-Arċipriet għallkunsiderazzjoni tiegħu. Wara jkunu jistgħu jiġu implimentati l-bidliet li wieħed jaħseb ikunu tal-aħjar ġid għall-kumitat u l-ħidma tiegħu florganizazzjoni tal-festa ta’ barra. Appell għall-għajnuna u radd il-ħajr Il-Kumitat Festa Esterna jistieden lil dawk kollha li jixtiequ joffru materjal jew mill-ħin tagħhom f’xogħol volontarju għall-proġett tal-maħżen, l-organizazzjoni tal-festa jew l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi biex javviċinaw lil xi membru tal-kumitat. Kull għajnuna tgħodd u hi apprezzata. Il-kumitat m’għandux kliem biex irodd ħajr lil dawk li joffru l-ħin tagħhom f’xogħol għall-festa, b’uħud saħansitra jiddedikaw parti sostanzjali mil-leave tagħhom jew il-btajjel tas-sajf għal dan il-għan. Li kieku ma jkunx għal dawn in-nies, il-festa ma ssirx. Malvolontarjat, hemm l-għajnuna finanzjara mill-poplu ta’ Ħad-Dingli, li jifhem l-ispejjeż kbar li hemm għall-organizazzjoni tal-festa u jikkontribwixxi mill-qalb. Il-Kumitat Festa Esterna jrodd ħajr lil entitajiet oħra li jaħdmu f’kollaborazzjoni miegħu u li l-għan tagħhom hu li niċċelebraw festa sabiħa u dinjituża, ewlenin fosthom l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Grazzi lil dawk li jagħtu servizz għall-festa ta’ barra fosthom lill-baned mistiedna (l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli, il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi, il-Banda Peace tan-Naxxar), l-Għaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Ħal Qormi u l-kuntrattur li jarma d-dawl. Irodd ħajr ukoll lil dawn it-tliet entitajiet għall-koperazzjoni tagħhom: il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, il-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema.
Il-festa t-tajba lil kulħadd
Viva Santa Marija
Programm tal-Festa 2016
11
12
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Niċċa xierqa għall-istatwa titulari
Meta fid-dħul tal-purċissjoni u t-tmiem tal-festa tal-2014, l-Arċipriet ħabbar li ttieħdet iddeċiżjoni li l-parroċċa tibda proġett ta’ tisbiħ tan-niċċa tal-istatwa titulari, dawk kollha preżenti laqgħu din l-aħbar b’ferħ. F’dan l-artiklu, il-PERIT DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn dak kollu li sar sallum u kif dan il-proġett se jkun qed jitkompla u jiġi konkluż fix-xhur li ġejjin. Il-bżonn ta’ intervent ta’ titjib u tisbiħ tan-niċċa talistatwa titulari ta’ Santa Marija kien ilu jinħass. Kull min hu midħla tal-festa jaf b’liema diffikulta’ u preċiżjoni l-istatwa tinħareġ u tiddaħħal fin-niċċa. Dan għaliex in-niċċa hija pjuttost ristretta u allura l-istatwa ma tistax tiġi mċaqalqa b’mod faċli. Jidher li ħafna snin ilu (mhux magħruf eżattament meta), biex din iddiffikulta’ titnaqqas xi ftit, kienu saru xi alterazzjonijiet fil-ħitan in-naħa t’isfel tan-niċċa (biex tkun tista’ tidħol il-bradella tal-istatwa) u ankè tħaffer parti mill-ħajt finnaħa ta’ fuq biex l-id il-leminija tal-istatwa ma taħbatx. Minkejja dawn l-alterazzjonijiet, id-diffikultajiet xorta baqgħu. Hekk kif il-parroċċa ddeċidiet li timbarka fuq dan il-proġett, kien jeħtieġ li l-ewwel pass ikun li jsiru l-istudji neċessarji biex jiġi deċiż liema tip ta’ intervent kellu jsir. L-ewwel pjan kien li jsir twessiegħ tan-niċċa kollha biex l-istatwa tkun tista’ tiddaħħal u tinħareġ b’mod aktar faċli. F’dan l-istadju kien hemm żewġ kunsiderazzjonijiet ewlenin: • li ssir analiżi teknika tal-istruttura tan-niċċa u talknisja biex ikun assigurat li dan it-twessiegħ jista’ jsir mingħajr ebda problemi ta’ natura strutturali; u • tingħata attenzjoni għad-dehra tanniċċa minn barra. Ġie deċiż li jibda l-istudju fuq l-istruttura u għal dan il-għan, f’Lulju 2015 tneħħa d-damask abjad li kien hemm imwaħħal mal-ħitan tan-niċċa. Kien hawnhekk li, b’sorpriża kbira, instab li l-ħitan fuq ġewwa tan-niċċa (il-ġnub u s-saqaf) kienu mpittrin b’disinn mill-isbaħ esegwit direttament fuq il-ħajt. Għalkemm xi wħud kellhom idea li fl-antik kien hemm xi forma ta’
Programm tal-Festa 2016
13
dekorazzjoni, kulħadd kien sorpriż bit-tip ta’ disinn li nstab. Fil-fatt, il-pittura hija disinn dekorattiv fuq skala ta’ griż u abjad bl-istil imsejjaħ trompe-l’oeil: kelma Franċiża li tfisser ‘tqarraq bl-għajn’ għaliex id-disinn joħloq illużjoni ottika li taħsbu li huwa skultura fil-ġebla u mhux pittura fuq il-ħajt. Huwa stmat li dan ix-xogħol sar bejn tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin. F’dan l-istadju, ġie deċiż li jiġu konsultati numru ta’ esperti tal-arti biex jagħtu l-pariri tagħhom. Jista’ jingħad li prattikament kollha kienu kelma waħda: li din il-pittura/disinn hija biċċa xogħol ta’ arti ta’ valur u li għandha tiġi rrestawrata biex titgawda mill-ġdid. Kien hawn li tqabbdet il-kumpanija Atelier del Restauro - li fil-parroċċa tagħna nafuha għal diversi xogħolijiet oħra fosthom ir-restawr tal-kurċifiss l-antik u wieħed mill-kwadri tal-Via Sagra – biex tagħmel studju dettaljat u proposta għar-restawr u l-konservazzjoni tal-istess pittura. L-istudju daħal f’dettall tat-tip ta’ interventi li hemm bżonn isiru. Mill-istess studju rriżulta wkoll li d-disinn għandu elementi simili ħafna għall-pedestall tal-istatwa. Kien hawn li ttieħdet id-deċiżjoni finali li l-pjan oriġinali tat-twessiegħ tan-niċċa jinbidel biex tkun tista’ tinżamm il-pittura fuq il-ħajt. Dan fisser ukoll li riedu jiġu studjati possibiltajiet oħra ta’ interventi fin-niċċa li jippermettu ċ-ċaqliq tal-istatwa b’mod iktar komdu. Wara li ġew ikkunsidrati diversi għażliet, ġie deċiż li l-uniku intervent li jħalli n-niċċa prattikament kif inhi kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra (għal raġunijiet estetiċi) u fl-istess ħin jippermetti manuvrar iktar komdu talistatwa hu billi jsiru: • alterazzjonijiet fil-ħitan fin-naħa t’isfel biss biex jippermettu li l-istatwa tidħol b’mod iktar komdu imma f’livell iktar baxx; u • jiġi ddisinjat karru mekkanizzat li l-istatwa titpoġġa fuqu u tkun tista’ togħla u titbaxxa għal-livell mixtieq kemm fin-niċċa kif ukoll barra minnha, filwaqt li jippermetti li d-dħul u ħruġ tal-istatwa min-niċċa jsir f’livell baxx skond l-alterazzjonijiet proposti fil-ħitan fin-naħa t’isfel. Dan kien se jippermetti wkoll li t-tkissir li kien sar snin ilu għall-bradella u id l-istatwa ikun jista’ jerġa jingħalaq u hekk id-disinn f’dawn il-partijiet ikun jista’ jerġa jiġi riprodott kif kien oriġinarjament. Wara li nġiebu l-permessi neċessarji, fit-18 ta’ Mejju 2016 beda x-xogħol fuq in-niċċa bl-alterazzjonijiet strutturali fin-naħa t’isfel tagħha: twessiegħ żgħir fuq ġewwa u ftuħ ta’ partijiet mill-ħitan.
14
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
F’Ġunju mbagħad bdew ix-xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-pittura: • il-partijiet taż-żebgħa li kienu qed jinqalgħu minn mal-ħajt reġgħu twaħħlu bi proċess ta’ sħana u kolla apposta applikati b’siringi rqaq ħafna; • saret konsolidazzjoni tal-qsim li kien hemm; • sar tindif u tneħħija tas-saff ta’ verniċ safrani – proċess twil kemm minħabba li maż-żmien ilverniċ bi proċessi naturali weħel sew maż-żebgħa oriġinali, kif ukoll peress li fis-saff ta’ verniċ kien hemm varjazzjoni kbira fil-ħxuna minn parti għal oħra; • tneħħija tat-tbajja tal-umdita’ li nħolqu mhux biss minħabba l-umdità fil-ħajt imma ankè minħabba condensation ikkawżata mill-ambjent fin-niċċa u ankè peress li l-pittura kienet mgħottija għal ħafna snin bid-damask; u • tneħħija ta’ msiemer, trattament ta’ fejn kien hemm is-sadid u tikħil tat-toqob tal-istess imsiemer. Sadattant twaħħlu b’mod permanenti f’posthom il-biċċiet ta’ ġebel filgwarniċa tan-niċċa li kienu jinqalgħu biex jippermettu l-ħruġ u d-dħul talistatwa. Dan peress li mhux se jkun hemm iktar bżonn li dan isir. Ingħalqet ukoll b’mod permanenti l-ħofra li kienet saret għal id l-istatwa. Waqt li kien għaddej dan kollu, ġiet innutata ħafna l-problema ta’ umdita’ u ankè n-nuqqas ta’ ventilazzjoni adekwata fin-niċċa. Għalhekk, saru żewġ interventi importanti: • biex titnaqqas l-umdita’, tneħħew cupboards li fis-snin tmenin kienu twaħħlu fis-sagristija ż-żgħira f’pożizzjoni li tiġi eżatt wara n-niċċa u li kienu qed joħolqu iktar umdita’ fuq wara tal-istess niċċa; u • ittejbet is-sistema ta’ ventilazzjoni tanniċċa billi saru ventilaturi ġodda fin-naħa ta’ fuq li jippermettu iktar moviment talarja. Wara waqfa għal żmien il-festa, huwa ppjanat li x-xogħol jitkompla lejn l-aħħar ta’ Awwissu. F’dak li huwa restawr tal-pittura fuq il-ħajt, se jkunu qed isiru dawn l-interventi: • rikostruzzjoni b’materjal apposta talpartijiet tal-ħajt li kienu tkissru żmien ilu biex tista’ tidħol il-bradella tal-istatwa;
Programm tal-Festa 2016
15
• tikħil/illivellar tal-ħajt u rikostruzzjoni tal-partijiet tal-pittura li huma nieqsa, kemm dawk kbar fejn kien tkisser il-ħajt kif ukoll dawk iżgħar fejn kienu twaħħlu msiemer, eċċ; • applikazzjoni ta’ patina biex tintegra l-interventi ġodda ma’ dawk oriġinali; u • dahar ġdid għan-niċċa li se jinżamm b’disinn iktar sempliċi mill-ħitan l-oħra (peress li hawn jidher li qatt ma kien hawn disinn) imma fl-istess ħin kumplimentari mal-bqija tan-niċċa. Barra minn hekk, se jkunu qed isiru wkoll dawn ix-xogħolijiet: • tlestija tax-xogħol fuq il-karru mekkanizzat; • restawr tal-injam tan-niċċa: kemm il-parti ta’ fuq (il-bieba) kif ukoll il-parti t’isfel li hija xogħol tal-injam antik; u • sistema ġdida ta’ dawl. Huwa stmat li l-proġett kollu se jiswa ‘il fuq minn €20,000. Illum li wasalna s’hawn inħarsu ‘l quddiem biex jekk Alla jrid, fi ftit tax-xhur oħra jkollna dan ilproġett lest: proġett li se jsebbaħ mhux biss in-niċċa u l-knisja imma ankè l-istatwa titulari li tant se jkunu jikkumplimentaw lil xulxin kif kienet l-intenzjoni oriġinali ta’ min pitter in-niċċa tant snin ilu. Irrid fl-aħħarnett insemmi kemm idDinglin qed isegwu dan kollu b’interess kbir. Matul dawn ix-xhur waqt li għaddejjin b’dan ix-xogħol irċevejna ħafna kummenti pożittivi għal dak li qed isir. Barra minn hekk, kienu diversi dawk li ħadu nteress u staqsew jew taw is-suġġerimenti tagħhom. Xhieda ta’ dan l-entużjażmu huma wkoll iddonazzjonijiet li qed jingħataw b’riżq dan il-proġett. Dan kollu jkompli juri kemm Santa Marija hija f’qalb id-Dinglin.
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra
16
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
in business since 1977
Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort.
For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191 DINGLI ALUMINIUM Workshop: 17, G˙ar Bittija Street, Dingli Email: dinglim3@onvol.net
Prop. Matthew Scicluna (Ta’ Ìulinu tal-Pastizzi) VRT TESTING FRONT & REAR WHEEL ALIGNMENT
MOTOR VEHICLE SERVICING & REPAIRS
Triq il-Forti, Mosta Tel: 2141 9817 Mob: 9949 0187
Alley 2, Rabat Road, Dingli Mob: 9949 0187 / 7900 8630
Banka tal-Lottu Nru 147 Ħad-Dingli Tel: 2145 0759 Mob: 7960 5001, 7929 2558 Maltco Agent: Robert Vella Opening Hours Tue-Wed-Fri-Sat (Mornings & Evenings) Thursdays Evenings
Mobile and EasyLine Cards are also available Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day
Programm tal-Festa 2016
17
Dun Mark Mallia Pawley Issa saċerdot għas-servizz tal-komunità
Nhar id-29 ta’ Ġunju 2016, festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna ordna tmien saċerdoti ġodda. Fosthom wieħed li fl-aħħar sena kien attiv fil-parroċċa tagħna, l-ewwel bħala djaknu u issa bħala saċerdot, u daħal fil-qlub tal-komunità residenti f’Ħad-Dingli. Ir-REV. MARK MALLIA PAWLEY jikteb dwaru u l-esperjenza tiegħu firrigward tas-sejħa għas-saċerdozju. “Issa saċerdot...!” Din kienet l-ewwel frażi li ġietni f’moħħi dakinhar tad-29 ta’ Ġunju wara l-funzjoni li fiha, sħabi u jien, ġejna ordnati saċerdoti. Issa saċerdot! Kienet ġurnata li konna ilna nippreparaw irwieħna għaliha, mhux għax kienet se tkun it-tmiem ta’ xi ħaġa partikulari, imma għax din kienet ser tkun il-ġurnata li fiha aħna nibdew il-ministeru li aħna msejħin għalih; li nkunu saċerdoti. Is-sejħa għassaċerdozju hi verament xi ħaġa sabiħa. Hi sejħa li minnha nnifisha, tistieden lil dak li jkun biex kontinwament, jagħti ħajtu lill-komunità li jkun magħha. Hi Mark Mallia Pawley (it-tielet mix-xellug) bħala abbati fil-Vatikan mal-Papa Ġwanni Pawlu II (2002) sejħa li tistieden lis-saċerdot jingħaqad ħaġa waħda mas-sagrifiċċju li jkun qed jiġi offrut fuq l-altar, u jagħmel tiegħu l-kliem ta’ Ġesù li jgħid waqt il-konsagrazzjoni, jiġifieri “dan huwa ġismi… dan huwa demmi… li jingħata għalikom u għall-bnedmin kollha.” Hi din is-sejħa kontinwa li għandu s-saċerdot, li jingħata kollu kemm hu b’imħabba, għas-servizz tal-oħrajn. Iżda din is-sejħa ma tibdiex minn ftit snin biss qabel u tispiċċa mal-ordinazzjoni, imma hi sejħa kontinwa li tikber ftit ftit fil-ħajja ta’ dak li jkun. Jien ġej minn familja li kabbritni f’fidi b’saħħitha, u li minn dejjem urietni l-importanza taċ-ċentralità ta’ Alla filħajja tiegħi. Minn mindu kont żgħir, dejjem kont nattendi l-quddiesa mannanna jew m’ommi, u bħala familja konnu ninvolvu rwieħna kif nistgħu filħajja tal-parroċċa. Missieri kien janima l-quddiesa tas-7 ta’ filgħodu kull nhar ta’ Ħadd, u wkoll jaqra fil-quddiesa matul il-ġimgħa. Ommi kienet tgħin lill-kappillan f’dak li kien ikollu bżonn fit-tindif tad-dar parrokkjali. Kbirt ukoll f’familja fejn wieħed miz-zijiet tiegħi hu Patri Franġiskan Konventwali.
Ħaddiem tal-Maltapost fil-head office u l-fergħa tal-Università fis-sena barra mis-Seminarju (2013)
18
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Għalhekk nista’ ngħid li l-ambjent ta’ madwari dejjem għinni biex jitrawwmu fija valuri nsara. Meta għamilt il-Preċett, dħalt abbati u kont ngħin ta’ kuljum il-quddies ta’ qabel l-iskola. Hekk bqajt nikber viċin is-saċerdot, u diversi drabi kont ngħid li la nikber, nixtieq insir qassis. Iżda l-fatt li z-ziju hu patri, iktar kont ngħid li nixtieq insir patri bħaz-ziju. Għalkemm kont nattendi l-laqgħat talvokazzjonijiet tas-seminarju u tal-patrijiet, bqajt aktar miġbud lejn il-ħajja tal-komunità. Dan kollu kien sakemm għalaqt is-16-il sena. Wara, ġie ftit żmien ta’ taqlib. Bdejt nistaqsi lili nnifsi kemm verament din kienet is-sejħa tiegħi, għax jien qatt ma kont ħriġt ma’ tfajla, u ma kontx naf x’iġifieri toħroġ tgawdi ma’ sħabek. Għalhekk iddeċidejt li ma mmurx aktar laqgħat vokazzjonali u qtajt il-kuntatt kompletament. Mhux se ngħid li sirt xi bniedem ħażin, iżda dan iż-żmien ta’ turbolenza beda jxekkilni ftit minn dak li kont kbirt fih. Ikolli nammetti li l-quddies kienet saret xi ħaġa peżanti, u kultant bdejt immur biex insodd ħalq tad-dar! Il-mumenti ta’ talb ukoll bdew Waqt it-tqegħid tal-idejn fl-ordinazzjoni saċerdotali. Dun Mark Mallia Pawley (l-ewwel mil-lemin) mal-Vigarju Ġenerali, jonqsu, u sar xi ħaġa tal-bżonn. Iżda Mons. Joe Galea Curmi jkolli nammetti wkoll li l-Mulej tani kulma tlabt. Ħriġt ma’ sħabi u għaddejt minn diversi avventuri. Kelli wkoll esperjenza mill-isbaħ ma’ tfajla, li għallmitni s-sabiħ li tkun f’relazzjoni speċjali ma’ persuna oħra u li tikber fl-imħabba lejha. Għalhekk nista’ ngħid li issa kelli diversi esperjenzi li setgħu jgħinuni nieħu deċiżjoni fil-ħajja tiegħi. U d-deċiżjoni ħadtha; dħalt l-Università nistudja biex insir social worker, bil-ħsieb li nkompli fir-relazzjoni mat-tfajla. Imma kif jgħid il-Malti, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi! Ġie żmien u ċirkustanzi li fihom erġajt staqsejt dwar dan kollu li kont għaddejt minnu, u ħassejt li hemm xi ħaġa li kienet għadha hemm, u li jien bdejt nipprova kontinwament naħrab minnha. Wara li waqqafna r-relazzjoni, erġajt inġbart fija nnifsi u ppruvajt niskopri kif kont ser nimla’ dak il-vojt kbir li bdejt inħoss ġewwa fija. Lit-tfajliet, bħal kull ġuvni ieħor, kont inħobbhom u kont ninġibed lejhom. Xtaqt li jkolli familja, ikolli t-tfal tiegħi u jkolli karriera. Iżda darba minnhom waqt mument ta’ talb, ħassejt fija stedina li qatt qabel ma kont esperjenzajt bħala. Xi ħaġa fija qaltli dan il-kliem: “Mark, dik l-imħabba li tista’ taqsam ma’ waħda, għandi bżonnha biex naqsamha ma’ ħafna.” Hija din is-sentenza li jien żammejt f’qalbi u f’moħħi tul il-mixja ta’ formazzjoni tiegħi. Kienet din l-istedina li wasslitni biex nidħol is-Seminarju, u li laqqgħetni magħkom. Hija sejħa ta’ mħabba, mhux tiegħi, iżda li l-Mulej irid iwassal permezz tiegħi. U huwa dan li ppruvajt
Is-saċerdoti novelli mal-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, wara l-ordinazzjoni saċerdotali (29 ta’ Ġunju, 2016)
Programm tal-Festa 2016
19
ngħix magħkom f’din is-sena li ilni magħkom bħala djaknu u issa bħala saċerdot. Kienet sena millisbaħ, li fiha skoprejt komunità li ssapportjatni u mbuttatni lejn dak il-jum tad-29 ta’ Ġunju, u minn qalbi nixtieq nirringrazzjakom ta’ dan kollu! Fl-entużjażmu tagħkom kont nara l-konferma ta’ dak li l-Mulej qed isejjaħli għalih! Grazzi talli għintuni nkompli niskopri s-sabiħ ta’ din is-sejħa li l-Mulej għamilli, mhux biex tkun tiegħi, iżda biex issir tagħkom. Grazzi talli għintuni niskopri l-imħabba kbira li l-Mulej qed jaqsam miegħi permezz tagħkom! Għax tassew li m’għandix waħda tħobbni, iżda għandi komunità sħiħa! Napprezza kull kelma ta’ kuraġġ u appoġġ li sibt mingħandkom, kull kelma ta’ apprezzament, kull att sempliċi, bħal xi tazza ilma jew kikkra kafè jew xi basket bi ftit frott u ħaxix, li bih urejtuni li qed tilqgħuni. Huma affarijiet żgħar, iżda li lili jgħinuni nagħraf is-sabiħ ta’ dak li l-Mulej sejjaħli għalih. U fuq kollox, nirringrazzjakom talli qsamtu miegħi l-imħabba kbira li għandkom lejn Ommna Marija! Kienet hi li wieġbet bl-ewwel “iva,” u hi l-“iva” tiegħi magħquda ma’ din l-“iva” ta’ Marija, li trid tkompli tmexxini lejn binha Ġesù. Għaldaqstant, filwaqt li nerġa’ nirringrazzjakom minn qalbi ta’ kull m’għamiltu miegħi, nitlobkom tkomplu titolbu għalija, biex inkun saċerdot skont il-Qalb ta’ Kristu, u biex inħalli lil Marija twassalni biex nagħmel kontinwament ir-rieda tiegħu. Inħeġġiġkom biex ta’ kuljum inkomplu Dun Mark Mallia Pawley mal-kor tat-tfal Joy of the Gospel nitolbu għal vokazzjonijiet saċerdotali tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-ewwel quddiesa li ċċelebra u reliġjużi mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. f’Ħal Qormi (30 ta’ Ġunju, 2016) Jien konvint li l-Mulej qed isejjaħ u li hemm min qed itih widen, għalhekk hu tajjeb li lil dawn inkomplu nsostnuhom bit-talb tagħna. Nixtieq nistedinkom biex nhar il-Ħadd 28 ta’ Awwissu filgħaxija, niltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi, biex flimkien nirringrazzjaw lil Alla għad-don tas-saċerdozju li għoġbu jagħmilli. Filwaqt li nawguralkom il-Festa t-tajba, inwiegħdkom ukoll it-talb tiegħi.
Il-Komunità ta’ Ħad-Dingli mistiedna trodd ħajr lil Alla għad-don tas-saċerdozju u tifraħ mas-saċerdot novell, ir-Rev. Mark Mallia Pawley, nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu 2016 b’quddiesa fil-Knisja Arċipretali fis-7.00 p.m.
20
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
The Cathedral Opticians 50% off selected sunglasses Daysoft UV One day disposable contact lenses 1 Hour Service Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976
Nickovich Fruit, Vegetables & Groceries Fresh Fruit & Vegetables daily Opening Hours: Mon-Fri: 7am - 7pm Sat: 7am - 1pm
21, Triq il-Kulle©©, Rabat (Opposite Primary School)
Tel: 2720 3934
Programm tal-Festa 2016
21
Is-Sena tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena
8 ta’ Diċembru, 2015 – 20 ta’ Novembru, 2016
Il-Knisja Kattolika qed tgħix il-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill-Papa Franġisku permezz talBolla ‘Misericordiae Vultus’ – Il-Wiċċ tal-Ħniena. SAVIO D. BORG jispjega x’inhu ġublew għall-Knisja, jagħti ħarsa lejn dan il-ġublew speċjali u kif il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli għexet il-Ġublew tal-Ħniena. Id-definizzjoni tal-ġublew hija li dan huwa żmien speċjali fejn l-insara huma mistiedna biex jirrikonċiljaw ruħhom u jindmu, u hekk iġeddu r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla u mal-proxxmu. Il-ġublew hu żmien ta’ ferħ, minħabba l-effetti tiegħu fuq il-ħajja tan-nisrani; hu żmien ta’ grazzja, ta’ maħfra, ta’ karità, ta’ ringrazzjament lill-Mulej u ta’ tiġdid spiritwali biex nakkwistaw il-ħelsien mid-dnub bħala wlied Alla. Kien il-Papa Bonifaċju VIII li fl-1300, bilBolla ‘Antiquorum habet fida relatio’ ħabbar l-ewwel ġublew fil-Knisja Kattolika u li kellu jibda jkun iċċelebrat kull mitt sena. Għall-Knisja Kattolika kienet xi ħaġa straordinarja ta’ qawmien spiritwali, b’diversi pellegrini jżuru l-bażiliċi papali, jgħaddu mill-bibien imqaddsa u jirċievu l-indulġenza. Dan il-fatt jissemma fil-kapolavur ta’ Dante, li għex u esperjenza l-ewwel ġublew, fid-Divina Commedia (Paradiso Canto XXXI). Il-Papa San Ċelestinu V, li ftit wara li nħatar abdika mill-kariga, fl-1294 kien diġà ippronunzja ġublew ‘lokali’ fil-Knisja ta’ Santa Marija di Collemaggio, f’Aquila; ġublew ta’ maħfra li jiġi ċċelebrat kull sena fid-29 ta’ Awwissu, festa tal-martirju ta’ San Ġwann Battista. Iż-żmien ta’ meta jissejjaħ ġublew beda jinbidel, sakemm fl-1475, ilPapa Pawlu II, bl-iskop li kull ġenerazzjoni tkun mogħtija l-opportunità li tesperjenza l-ħniena tal-Mulej fil-ġublew, ordna li jibda jiġi ċċelebrat kull ħamsa u għoxrin sena. Żgur li għadna niftakru l-preparamenti u l-festi kbar li saru fil-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000! Wara dan ilġublew, il-Papa Franġisku ħass li għandu jħabbar ġublew speċjali; il-Ġublew tal-Ħniena li beda fit-8 ta’ Diċembru, 2015, fl-anniversarju tal-ħamsin sena mill-għeluq tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, u se jkun konkluż fl-20 ta’ Novembru, 2016, solennità ta’ Kristu Re. Ġublew straordinarju huwa xi ħaġa rari u jsir f’okkażjonijiet ta’ importanza speċjali; l-aħħar ġublew ta’ din il-forma sar bejn l-1983 u l-1984 fis-sena tad-Redenzjoni, l-1950 sena mill-fidwa tal-bniedem. Fl-Antik Testment, il-poplu Lhudi ukoll kien jiċċelebra l-ġublew kull ħamsin sena. Fil-fatt il-kelma ‘ġublew’ ġejja mill-kelma ‘jobel’ li hija l-kelma Lhudija għall-qarn tal-muntun li kien jindaqq biex iħabbar il-bidu tal-ġublew. Biss il-Ġublew Lhudi kellu aktar xejra ekonomika milli spiritwali. L-ilsiera u l-kalzrati kienu jinħelsu, id-djun jinħafru u r-raba’ ma kienx jinħadem. Hekk il-Profeta Isaija u Kristu fis-sinagoga ta’ Nazaret iħabbru: ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, inrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej’ (Is. 61, 1-2; Lq. 4, 18-19). Il-Bolla tal-Indizzjoni tal-Ġublew tal-Ħniena jisimha ‘Misericordiae Vultus’ u ġiet imxandra millPapa Franġisku fil-11 ta’ April, 2015. Fiha l-Papa jelenka t-tema ta’ dan il-ġublew: il-ħniena – ‘Il-
22
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
maħfra għandha l-qawwa li tqajjimna lura għal ħajja ġdida u timliena bilkuraġġ biex nistgħu nħarsu b’tama lejn il-ġejjieni’. Il-kelma oriġinali latina misericordia ġejja minn żewġ kelmiet miserere (ikollok ħniena mill-miżerja) u cor (qalb). Bħala motto għal dan ilġublew intgħażel il-vers, ‘Inħennu bħall-Missier’, li jistedinna ngħixu l-ħniena fuq l-eżempju tal-Missier li jaħfer u ma jikkundannax. Din isIl-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan qabel il-ftuħ sena speċjali ġiet fdata f’idejn Marija tal-Ġublew tal-Ħniena Santissima, l-Omm tal-Ħniena kif insejħulha fis-Salve Regina. Il-logo tal-ġublew, xogħol ta’ Patri Marko Ivan Rupnik SJ, huwa ġabra tat-tema tal-ħniena; l-Iben tal-Missier jerfa’ lill-bniedem (Adam) fuq spallejh bħar-Ragħaj it-Tajjeb u f’dan il-waqt l-għajnejn jitwaħħdu ma’ xulxin. Kristu jara b’għajn Adam u Adam jara b’għajn Kristu. Il-bniedem jiskopri fi Kristu li jsir Adam ġdid, l-umanità u l-futur tiegħu, huwa u jikkontempla f’ħarstu l-imħabba tal-Missier Etern. Żewġ ħwejjeġ marbuta intrinsikament mal-ġublew huma: il-pellegrinaġġ u d-dħul mill-Bieb Imqaddes u l-għoti tal-Indulġenza. Il-ftuħ tal-ġublew jibda bir-rit tal-ftuħ tal-Bieb Imqaddes, ġeneralment fil-Bażilika Papali ta’ San Pietru f’Ruma (fl-erba’ Bażiliċi Papali hemm Bieb Imqaddes u li jinfetħu biss fis-sena tal-ġublew). Sa ftit ta’ snin ilu, f’dan ir-rit il-ġebel li jinbarra l-bieb, Il-Papa Franġisku jiftaħ il-Bieb Imqaddes kien jitwaqqa malli l-Papa isammar fuq tal-Bażilika ta’ San Pietru l-imsemmi bieb. Illum il-ġebel jitneħħa qabel, u l-Papa jiftaħ il-Bieb Imqaddes personalment. Wara li l-Papa jgħaddi mill-Bieb Imqaddes, l-insara kollha jkollhom l-opportunità li jgħaddu mill-bieb; il-bieb hu Kristu, u l-passaġġ mid-dlam għad-dawl tal-grazzja. Biss qabel trid issir it-tħejjija; l-indiema u l-qrara u l-pellegrinaġġ sal-bieb. Mad-dħul, il-grazzja, l-indulġenza. X’inhi l-indulġenza, parzjali jew plenarja? Il-katekiżmu tal-Knisja jgħallimna; ‘L-indulġenza hi l-maħfra quddiem Alla tal-piena taż-żmien li kienet tistħoqq minħabba dnubiet li tagħhom ġa tħassret il-ħtija. Maħfra li n-Nisrani b’dispożizzjoni tajba jikseb taħt ċerti kundizzjonijiet determinati, permezz tal-ħidma tal-Knisja li, bħala dispensatriċi tal-fidwa, tqassam u tapplika bl-awtorità tagħha t-teżor talmerti ta’ Kristu u tal-qaddisin’ (Ara KKK, 1471 – 1479). Il-Papa Franġisku, isejjaħ l-Indulġenza tal-Ġublew bħala L-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna waqt il-ftuħ esperjenza ġenwina tal-ħniena ta’ Alla. tal-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral tal-Imdina Għalhekk huwa jrid li dan it-teżor,
Programm tal-Festa 2016
23
jitqassam lill-kotra tal-popli, ankè dawk li jinsabu fil-periferiji, lill-morda u lill-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom, lil min jgħix l-opri tal-ħniena u għall-mejtin ħutna. Il-Papa Franġisku, għal din is-Sena Mqaddsa, ikkonċeda l-fakultà lis-saċerdoti kollha li jaħfru dnubiet riservati. Minbarra hekk, il-Papa Franġisku, għall-ewwel darba fl-istorja, ordna li f’kull djoċesi jinfetaħ Bieb tal-Ħniena jew aktar, skont kemm l-Isqof tal-post iħoss il-bżonn. Fid-djoċesi ta’ Malta nfetħu tliet bibien: filKatidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla, u fis-Santwarju tal-Madonna, il-Mellieħa. Fid-djoċesi t’Għawdex nfetħu tliet bibien oħra, fil-Katidral tal-Assunta, ir-Rabat, fil-Bażilika Ta’ Pinu, l-Għarb u fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni, il-Qala. Il-parroċċa tagħna ma qagħditx lura milli tagħmel użu minn dan iż-żmien speċjali fil-ħajja nisranija għall-ġid spiritwali. Kien għalhekk, li ttieħdu diversi inizjattivi bil-għan li din is-sena tkun opportunità ta’ tiġdid spiritwali, żmien ta’ grazzja, żmien ta’ qawmien. Il-bidu ta’ din il-mixja kienet l-Assemblea Parrokkjali li saret fuq jumejn f’Novembru 2015, fejn ġiet diskussa s-Sena tal-Ħniena u kif se ngħixuha fil-parroċċa. Fl-24 ta’ Jannar 2016, saret quddiesa speċjali għat-tfal Dinglin fejn fiha ċċelebraw il-Ġublew tal-Ħniena. Waqt l-offertorju t-tfal offrew oġġetti tal-ikel biex jingħataw lill-familji fil-bżonn. Fis-Sena tal-Ħniena, bejn l-20 u s-26 ta’ Frar, membri mill-Uffiċċju Missjunarju taw taħdidiet ta’ informazzjoni lill-membri tal-għaqdiet dwar ilħidma li twettaq il-Knisja fil-missjoni. Nhar l-1 ta’ Marzu, kien imiss lillKlabb tan-Nisa li jiċċelebra dan ilġublew bi żjara fil-Bażilika tal-Isla fejn hemm wieħed mill-bibien tal-ħniena. Il-pellegrini għamlu mument ta’ talb quddiem l-istatwa tar-Redentur u ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Mis-Sibt 5 sal-Ħadd 13 ta’ Marzu ġiet organizzata Ġimgħa tal-Ħniena li għaliha nġiebet fostna l-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, proprjetà tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, L-istatwa ta’ Ġesù Redentur ħierġa mill-Knisja Arċipretali tar-Rabat tal-Imdina. Tul din il-ġimgħa ta’ Ħad-Dingli saret katekeżi fuq il-ħniena t’Alla filparabboli, laqgħa ta’ talb fuq stil Taizè, preżentazzjoni tat-trabi lir-Redentur, ċelebrazzjoni speċjali għat-tfal u għall-anzjani u l-morda, quddiesa solenni mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P., u pellegrinaġġ mat-toroq tal-parroċċa li sar fl-aħħar jum, il-Ħadd 13 ta’ Marzu. Matul ir-Randan, il-flus li nġabru millkarus ta’ imħabba li jitqassam lit-tfal kollha ngħataw liż-żgħażagħ ta’ San Blas li f’Ħamis ix-Xirka kienu fostna biex magħna ċċelebraw il-bidu tattliet ijiem imqaddsa tal-Għid u lilhom l-Arċipriet ħasel ir-riġlejn fil-quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka.
Mument waqt il-pellegrinaġġ fi Triq Ġużè Ellul Mercer
Fil-31 ta’ Marzu, it-tfal tal-parroċċa ingħaqdu ma’ tfal oħra biex iċċelebraw il-ġublew flimkien mal-Arċisqof u tfal minn Malta kollha fil-Katidral,
24
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
l-Imdina. Fl-10 ta’ April, kien imiss li l-parroċċa torganizza l-ġublew għall-familji fis-Santwarju talMellieħa. F’din is-sena partikulari, il-parroċċa ġiet mistiedna tgħin b’oġġetti tal-ikel lil xi istituzzjoni ta’ karità. Għal dan il-għan ħdejn il-bibien tal-knisja tpoġġew qfief bl-oġġetti miġbura ngħataw lidDar San Ġużepp, f’Ħaż-Żabbar. Fis-27 ta’ Mejju, ilqajna fostna lill-missjunarju tal-ħniena, Dun Pawl Fenech, li amministra s-sagrament tal-qrar u pprietka fuq il-ħniena ta’ Alla. Okkażjoni oħra maħsuba li tiġbor flimkien lill-parroċċa kollha f’din il-mixja fis-Sena tal-Ħniena, se tkun il-bidu tal-kwindiċina talfesta ta’ Santa Marija. Din ser issir fil-Katidral tal-Imdina. F’Settembru, il-parroċċa flimkien mal-Kummissarjat tat-Terra Santa, se torganizza pellegrinaġġ lejn l-Art Imqaddsa, wieħed mit-tlett postijiet ewlenin u sinonimi mal-pellegrinaġġi tal-insara (Ruma, Palestina u Santiago de Compostella, Spanja). Kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar, Fr Eric Cachia SDB, kompla jmexxi sezzjoni ta’ meditazzjoni u talb fuq il-Kelma t’Alla permezz tal-Lectio Divina, b’enfasi speċjali fuq il-ħniena t’Alla.
Stedina għall-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu – Pellegrinaġġ lejn il-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral
L-Għajn Main Street, Dingli
Stationery • Gifts & Toys Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722
Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
Din is-sena straordinarja tal-ħniena hija okkażjoni biex il-Knisja kollha tirrifletti u terġa’ tiskopri l-ħniena infinita tal-Mulej – ilħniena marbuta mal-ġustizzja, mal-verità u l-imħabba. Fin-nuqqas tagħha, kif jgħidilna l-Papa Emeritus Benedittu XVI, ikollna karikatura tal-biki. Il-ħajja tan-nisrani, għalkemm midneb u għandu bżonn il-ħniena, trid tkun mera ta’ dak li jemmen, u għalhekk irid iħenn bħal Missier. Din hija sejħa radikali għall-konverżjoni vera u ritorn lejn Alla, pellegrinaġġ lejn l-art imwegħda, lejn Alla li jismu Misericordia.
102 Convenience Shop Main Street, Dingli
Free Delivery
for all your grocery needs
Tel: 2145 9520 Owner: Christopher Rapinett
Chris & Brian General Contractors
For all types of Construction, Restoration and Alteration Works Contact us on
9929 8587 / 9947 1465
Elvin Galea Demolition & Excavation Works Ta’ Peswella
Mob: 9986 2410 • Excavation & Demolition • Swimming Pools • Rock Cutting • Large & Small Machinery • Jackhammer Works We also provide grease for excavation and loaders
n natio lami ering , g in v Bind ook co le b b and o availa als
Cos acc tumes ava essori and e ilab le s are rou all yea nd r
Y vari ou can ety find o gree f statio a larg t for a ing c nery, b e ard oo ll sum occasio s, gifts ks, mer ns, muc items toys, a hm ore nd
service um
Balloons decorations for all occasions
e servic copy o t c o h la P b k ur or in colo ite with & wh e prices etitiv comp
Don’ mem t leave y o o phon ries on y ur our e or card . Prin memory only t them f o 18c e ach r
Hel i
Programm tal-Festa
Il-Ħamis, 4 ta’ Awwissu – Jum Ir-Rikonċiljazzjoni 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Qrar minn konfessur barrani. Quddiesa u wara ċelebrazzjoni penitenzjali b’diversi saċerdoti disponibbli għall-qrar sat-8.30 p.m.
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Awwissu – Bidu Tal-Kwindiċina u Pellegrinaġġ lejn il-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral – Ma’ Marija ngħaddu mill-Bieb tal-Ħniena biex hi twassalna għall-Bieb tal-Ġenna
Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ barra. 6.30 p.m. Jitlaq trasport għal kulħadd provdut mill-parroċċa għall-Imdina. 7.00 p.m. Ninġabru fil-kappella tal-Monasteru tal-Benedittini fl-Imdina. Minn hemmhekk nimxu
f’pellegrinaġġ lejn il-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral tal-Imdina fejn tiġi ċċelebrata quddiesa. Imexxi Mons. Frans Abdilla, Vigarju tal-Arċisqof għall-Kleru u l-Parroċċi.
Is-Sibt, 6 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nroddu ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju 6.15 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mark Mallia Pawley, saċerdot novell, li għamel iddjakonat fostna. Permezz ta’ din il-quddiesa, il-parroċċa trodd ħajr lil Alla għad-don tassaċerdozju u bħala komunità tifraħ mar-Rev. Mark Mallia Pawley għall-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Wara, bibita fuq iz-zuntier.
Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nuru s-solidarjetà tagħna maloħrajn u nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa Fil-quddies
tal-bieraħ filgħaxija u llum nagħmlu l-offerta tagħna għall-karità li din issena se tmur bħala sostenn għall-ħidma mwettqa mill-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Charlon Muscat bis-sehem tal-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 8 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna
It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.40 p.m. L-Arċipriet ir-Rev. Ewkarist Zammit, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tasSubien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M., u l-gruppi taliScouts u l-Girl Guides. 7.00 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Mario Mangion, Kappillan ta’ Marsaxlokk. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira fl-okkażjoni tal-festa. 6.00 p.m.
It-Tlieta, 9 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Alfred Sacco S.D.B. li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Rużarju. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, ir-Rev. Ewkarist Zammit li fiha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar, arranġamenti ta’ fjuri u t-tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna
Rużarju. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri u wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Quddiesa fil-knisja organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ. Imexxi r-Rev. Brendan Mark Gatt. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija
Rużarju. Quddiesa animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Imexxi r-Rev. Charlon Muscat. Wara jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fejn nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji u tal-parroċċa tagħna. Issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Is-Sibt, 13 ta’ Awwissu – Il-Ħruġ min-Niċċa tal-Istatwa Titulari ta’ Santa Marija
Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija. Imexxi l-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi. Fi tmiem il-quddiesa, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fuq iz-zuntier. Wara nsellmu lillistatwa għażiża ta’ Santa Marija, patruna tar-raħal tagħna. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.30 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġuże Abela. 7.00 p.m.
Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija
Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, ir-Rev. Ewkarist Zammit, li fiha jiġi ċċelebrat issagrament tal-Magħmudija. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. 4.30 p.m. Rużarju. 5.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mark Mallia Pawley bis-sehem tal-fratelli tal-parroċċa li fiha jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.30 a.m.
It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta
Quddiesa solenni tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna mmexxija minn Mons. Louis Camilleri. Wara, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 10.00 a.m. Pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli. Mal-wasla ħdejn il-knisja, isir it-tberik tas-sewwieqa li huma mistiedna jieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tal-11.00 a.m. 9.30 a.m.
It-Tlieta, 16 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi tagħna Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Josef Mifsud, Kappillan tal-parroċċa
San Ġużepp Ħaddiem, f’Birkirkara. F’din il-quddiesa niċċelebraw id-don tal-ħajja, fil-preżenza talġenituri u t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena. It-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Wara, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 17 ta’ Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu - Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet
Qrar minn konfessur barrani. Rużarju bil-litanija kantata. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Mark Mallia Pawley li matulha ssir il-vestizzjoni talabbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll ilġenituri tal-abbatini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.15 p.m. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Il-Ħamis, 18 ta’ Awwissu – It-Tieni Jum tat-Tridu - Marija Assunta tħares l-għaqdiet tagħna
Qrar minn konfessur barrani. Rużarju bil-litanija kantata. Quddiesa mmexxija mir-Rev. James Saydon, saċerdot novell. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali u l-membri u d-diriġenti tal-għaqdiet, gruppi u każini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. 6.15 p.m. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu – It-Tielet Jum tat-Tridu - Marija Assunta tħares il-familji tagħna
Qrar minn konfessur barrani. Rużarju bil-litanija kantata. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mir-Rev. Andrew Schembri, saċerdot novell. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja lil xi persuna jew familja fil-parroċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l-ħin lill-familji fil-bżonn. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Misraħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, Ġużè Ellul Mercer, il-Gvernatur William Reid, il-Ħemda, Claudette Agius, Carmelo Bugeja, Ġuże Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela, ilKunċizzjoni, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġuże Abela. Fl-aħħar parti tal-marċ ilbanda takkumpanja lill-istatwa ta’ Santa Marija sakemm titpoġġa fuq il-pedestall f’Misraħ Ġuże Abela. Fit-tmiem jinħaraq logħob tan-nar u jsir ġbir mill-membri talKumitat Festa Esterna. 6.15 p.m. 6.30 p.m. 7.00 p.m.
Is-Sibt, 20 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa
Qrar minn konfessur barrani. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi r-Rev. Paul Muscat O.S.A. Għal din il-quddiesa huma mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Wasla tal-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech. Hu jintlaqa’ mill-Arċipriet u jidħol jagħmel viżta quddiem Ġesù Sagramentat fil-Kappella talAdorazzjoni f’Dar Don Bosco. 6.10 p.m. Translazzjoni Pontifikali tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien salknisja. Imexxi l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Parroċċa, Misraħ Ġuże Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fl-10.15 p.m. ssir waqfa quddiem il-Knisja biex il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bissehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. Wara, il-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Sależjani u l-Maddalena waqt li jsir ħruq ta’ logħob tan-nar tal-ajru. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri talKumitat Festa Esterna. 8.30 a.m. 9.00 a.m.
Il-Ħadd, 21 ta’ Awwissu – Jum il-Festa ta’ Santa Marija 6.30 a.m. 8.00 a.m. 9.15 a.m. 10.30 a.m.
11.15 a.m. 5.00 p.m. 5.45 p.m. 5.45 p.m.
7.00 p.m.
10.15 p.m.
10.45 p.m.
Quddiesa. Quddiesa. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mill-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, irRev. Ewkarist Zammit. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Eric Cachia S.D.B. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Lemħet Filfla, Ġuże Ebejer, Dun Karm Azzopardi, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġuze’ Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġuże Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika. Quddiesa. Quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. Alistair Aquilina O.F.M. Conv., saċerdot novell. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ talpurċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni r-Rev. Alistair Aquilina O.F.M. Conv. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Luke Scicluna Cascun. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-knisja. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli.
61/62, Triq Santu Wistin, Rabat
Tel: 2145 0712  Mob: 9942 5156
SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com
Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-08.00 – 13.00 u 16.00 – 19.00
Gilder
The
Arthur Vassallo
70, Doni Street, Rabat, Malta Tel: 2145 9828 Mob: 9982 1006
Ta’ Sacco Green Grocer
Fruit & Vegetables Inguanez Street, Dingli Opening Hours Monday to Friday: 7.00am to 12.00pm & 4.00pm to 7.00pm Saturday: 7.00am to 12.00pm
Programm tal-Festa 2016
41
free life cover on all personal loans We all have dreams and wishes in our lives to refurbish our home, buy a new car, or enjoy being at sea on a new boat we have always wanted. Make your dreams a reality with a BOV Personal Loan.
your success is our goal
BOV PERSONAL LOANS
2131 2020 I bov.com
All personal loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from your BOV branch. Benefit of free life cover applies to a maximum of â‚Ź25,000 per loan, until age 69 or until loan account is closed whichever is the earlier. Terms and conditions apply. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Ĺťakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130
42
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-Antifona Hodie Maria
Mument sabiħ u mimli entużjażmu f’kull festa hu dak tad-dħul tal-istatwa titulari lura fil-knisja fi tmiem il-purċissjoni, eżattament malli jindaqqu l-ewwel noti tal-antifona. Waqt li kulħadd ikanta bi ħġaru dan l-innu ta’ tifħir, l-istatwa bil-mod il-mod titwassal sa fuq il-bankun u mattmiem tal-antifona n-nies tinfexx f’ċapċipa waħda ta’ tifħir lejn il-patrun jew patruna. MRO. JAMES CHAPPELL ALCM LLCM OLJ jikteb dwar l-antifona Hodie Maria li kkompona hu stess u li issa hi l-antifona tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Meta fi żmien il-parrokat tal-Kappillan Dun Norman Zammit ġejt fdat u nkarigat bħala Maestro di Cappella tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, bħala ripertorju ta’ mużika sibt biss żewġ partijiet tal-orgni; waħda talInnu Popolari u waħda tal-antifona Virgo Prudentissima. Kien għalhekk ta’ urġenza kbira li nibda nibni ripertorju ta’ mużika biex tintuża fil-festa ta’ Santa Marija u nista’ ngħid b’sodisfazzjon li din il-mira ambizzjuża qegħdin nilħquha. Mument importanti kien fl-2011 meta kkomponejt u ppreżentajt għall-ewwel darba l-innijiet propji tal-introjtu u l-offertorju, Cantate Domino u Ascendat Ad te, Domine. Segwa mbagħad is-salm F’Lemintek is-Sultana, li kompla kkumplimenta mal-primi u s-secondi vespri, il-litanija tat-tridu, u tant mużika oħra. L-antifona kienet storja differenti. Dik li aħna konna nkantaw bil-versi ta’ Virgo Prudentissima, u li kienet ġiet introdotta mill-predeċessur tiegħi lejn l-aħħar tas-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor, kienet filverità Sancta Mater Teresia. Din kienet antifona li l-mibki Mro. Anthony Sammut kien ikkompona għall-festa ta’ Santa Tereża ta’ Bormla u li għada tindaqq hemm sallum. Kienet antifona li ndrat millpoplu ta’ Ħad-Dingli u kienet maħbuba, għax hija antifona sabiħa u melodjuża. Għadni niftakar tidwi f’widnejja l-vuċi inimitabbli ta’ Mons. Paul Carmel Vella, meta fl-ewwel jum tat-tridu tal-festa fl-2012, kien fetaħ il-prietka tiegħu bil-versi sbieħ ta’ din l-antifona: Hodie Maria Virgo Cœlos ascendit Gaudete Quia cum Christo Regnat in æternum. Alleluia. Illum Marija Verġni telgħet fis-sema, ifirħu, għax qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem. Alleluia. Fuq dawn il-versi tas-solennità ta’ Santa Marija, ikkomponejt antifona ġdida: Hodie Maria. Żammejt stil mexxej fuq il-mudell tal-antifoni kif tradizzjonalment nisimgħu fil-festi tagħna, b’partitura li flimkien mal-orkestra titlob kor u tenur solista. Ħejjejt ukoll verżjoni għall-orgni għal meta ma tkunx preżenti l-orkestra.
Programm tal-Festa 2016
43
Kien nhar is-Sibt 16 ta’ Awwissu 2014, lejlet il-festa titulari, meta ppreżentajt din l-antifona Hodie Maria li ndaqqet għall-ewwel darba dakinhar. Intlaqgħet b’entużjażmu minn dawk preżenti. Ilprovidenza divina riedet ukoll li dakinhar Mons. Vella mexxa t-translazzjoni solenni, il-primi vespri u l-quddiesa. Ġara li kif għaddiet il-festa tal-2014 ġejna nnotifikati uffiċċjalment mill-familja Sammut li l-antifona Sancta Mater Teresia (f’Ħad-Dingli magħrufa bħala Virgo Prudentissima) ma setgħetx tindaqq aktar f’Ħad-Dingli. Il-parroċċa vverifikat il-fatti u wara diskussjoni mal-Awtoritajiet Ekklesjastiċi fil-Kurja ġie konfermat li din l-antifona mhix proprjetà tal-parroċċa. L-Arċipriet, dakinhar Kappillan, Dun Ewkarist Zammit, talab lill-familja Sammut biex l-antifona ta’ Mro Anthony Sammut tindaqq għallaħħar darba fil-festa tal-2015. Din it-talba ntlaqgħet bil-kundizzjoni li ssir dikjarazzjoni pubblika dwar dan. Waslet Santa Marija tal-2015, partikolarment id-data memorabbli tat-22 ta’ Awwissu, lejlet il-festa titulari u festa ta’ Marija Regina. Għalija personali hija data speċjali wkoll, għax taħbat jum twelid marti Marica. Dakinhar kellna fostna lill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, li fi tmiem il-quddiesa tana sorpriża mill-isbaħ u li tant kienet ilha mixtieqa u mistura f’qalbna: “Jien għandi l-pjaċir niddeċiedi llum, f’din id-data, li millum ’il quddiem din il-parroċċa tkun Arċipretali.” X’ferħ kbir! Mal-knisja dwiet ċapċipa qawwija! Iżda dan ma kienx l-unika rigal ta’ Mons. Arċisqof lill-parroċċa tagħna. Hekk kif sema’ lill-Arċipriet (għax issa b’mod effettiv ma kienx għadu Kappillan) jaqra d-dikjarazzjoni pubblika dwar l-antifona, skond kif kien miftiehem mal-familja Sammut, filwaqt li fakkar ukoll li s-sena ta’ qabel kont irregalajt antifona ġdida, Mons. Scicluna dar iħares lejja u għajjatli nitla’ maġenbu fuq il-presbiterju. Niftakar qabadli jdejja t-tnejn u qalli: “Grazzi tal-kontribut tiegħek. Bravu. Prosit. Ankè l-għasar, sabiħ. Iżda nagħmillek kundizzjoni” . . . qalbi waqfet għal ftit f’dak il-mument, u bi tbissima kompla . . . “li nisma’ l-antifona tiegħek illejla”. Pubblikament iddikjara wkoll li issa l-parroċċa kellha l-antifona tagħha. Kienet okkażjoni unika: funzjoni li bdiet bl-antifona Virgo Prudentissima u li għalqet bl-antifona Hodie Maria, li ndaqqet minflok l-Innu Popolari. Hekk kif għaddiet il-festa, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit wera x-xewqa li d-donazzjoni tal-antifona Hodie Maria tkun formalizzata. Beda l-proċess għar-rikors malKurja tal-Arċisqof. Eventwalment l-antifona Hodie Maria ndaqqet nhar it-8 ta’ Diċembru 2015, solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni, meta l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ċċelebrat ittitlu ta’ parroċċa Arċipretali. Kienet ukoll id-data ta’ għeluq ir-raba’ sena mill-bidu talparrokat ta’ Dun Ewkarist Zammit, l-aħħar Kappillan u l-ewwel Arċipriet tal-parroċċa tagħna. F’Mejju tal-2016 ħareġ id-digriet uffiċċjali mill-Kurja tal-Arċidjoċesi ta’ Malta taħt il-firma ta’ Mons. Vigarju Ġenerali biex l-antifona Hodie Maria li jien ikkomponejt esklussivament għall-parroċċa ta’ Ħad-Dingli tkun l-antifona ewlenija tal-parroċċa. Il-kuntratt notarili tad-donazzjoni tal-antifona kien iffirmat fid-Dar Parrokkjali nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016 minni bħala d-donatur u mill-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit f’isem il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, fil-preżenza tan-Nutar Dr. Gerard Spiteri Maempel. Hekk ingħalaq il-kapitlu twil dwar l-antifona għall-festa ta’ Santa Marija biex finalment illum il-parroċċa tagħna għandha din l-antifona tagħha, miktuba apposta u esklussivament għaliha, kif jixirqilha verament.
44
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Accounts
Private Tuition in Dingli Courses starting soon • Ordinary Level • Intermediate Level • Advanced Level • Others Individual Attention * Small Groups Course notes provided Ms F. Borg B.Accty(Hons.), MIA, CPA
Mob: 7909 2845
Ironmongery & Hardware Needs LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. – 7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. – 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables FREE DELIVERY Ódejn il-Knisja ta’ Óad-Dingli It-Tnejn u l-Óamis : 8.00am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ìimg˙a : 9.30am - 12.00pm Ódejn id-dar ‘Moncheri’, Triq ÌuΩè Ellul Mercer, Óad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Óamis u l-Ìimg˙a 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm
40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery Vet Service Tuesdays and Fridays 6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884
Programm tal-Festa 2016
Colours of the Rainbow For all kinds of fresh flowers, arrangements and bouquets for all occasions
45
Tony’s Garage 24Hrs Taxi Service
Dingli
Mob: 9944 4142 Fax: 2145 1584 Travel in Comfort & in Style Fully Airconditioned
Kull nhar ta’ Sibt filg˙odu narmaw ˙dejn iç-çimiterju ta’ Óad-Dingli Tel: 2146 5918 Mob: 7970 9436, 7905 2174 E-mail: mariatalfjuri@gmail.com
FREEWAY MARKETING
WELCOME BAZAAR
Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts
ONE STOP SHOP & SUB-POST OFFICE
Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta
Stockist of Underwear, Children, Ladies and Gents’ Wear, Toys and Linen, Household Appliances.
Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351
1, Misra˙ Frenç Abela, Dingli Tel: 2745 4575
Tal-Lennie Water Supplies (Tax-Xini)
Car Wash Service Upholstery Cleaning Prices one seat 9 Euros all seats 36 Euros Inside and Outside Cleaning Starting from 15 Euros
Donovan Scerri Mobile
7924 2588
Mob: Location:
9903 0121
Óad-Dingli
donovancarwash
46
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Ninvestu fil-formazzjoni nisranija u għall-ħajja
Stedina biex ngħinu ’l-oqsma tal-M.U.S.E.U.M.
Kull sena fi żmien il-festa ta’ Santa Marija, il-parroċċa tagħmel ġest ta’ solidarjetà permezz ta’ għotja finanzjarja li tkun inġabret mill-komunità tagħna. Din is-sena ħsibna li nibqgħu ĦadDingli stess u ngħinu fil-ħidma volontarja li ssir ta’ kuljum mill-membri tal-M.U.S.E.U.M. fost it-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna. Is-Superjur DR DANIEL MICALLEF u s-Superjura ODETTE SCERRI jintroduċuna mal-ħidma li titwettaq fl-oqsma tagħhom. Aħna mħeġġa nsostnu din il-ħidma bl-offerti tagħna waqt il-ġbir fil-knisja s-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Awwissu. Il-M.U.S.E.U.M. tal-bniet “Lil Alla min ħalqu?” “Alla sar waħdu.” Kienet din it-tweġiba ta’ Ġanni s-sagristan lil tfajjel ċkejken, fis-sagristija tal-knisja tal-Ħamrun, li qanqlet lil San Ġorġ Preca biex jibda jaħseb x’għandu jagħmel biex ixerred il-Kelma t’Alla. Il-ħolma tiegħu kienet li Alla jkun magħruf u maħbub. Din ilħolma ssarrfet f’Soċjetà li lkoll nafuha bħala l-M.U.S.E.U.M. Ir-raħal tagħna għandu l-grazzja li għal dawn l-aħħar 82 sena gawda minn din il-ħolma. F’April 1934 infetaħ ilQasam tal-bniet. Illum dan il-qasam għadu jagħti s-servizz lill-komunità f’Ħad-Dingli permezz tat-tagħlim, li fi kliem il-fundatur huwa “l-għajn ta’ kull ġid.” Il-qasam tal-bniet jilqa’ fih madwar 120 tifel u tifla (nilqgħu subien ta’ bejn it-3 snin u 5 snin). Dawn barra li jattendu għall-katekiżmu jieħdu sehem f’attitajiet varji. It-tfal minn 10 snin ’il fuq ikunu mistiedna wkoll jattendu fi tmiem il-ġimgħa fejn ikun hemm iktar ħin rikreattiv u ta’ soċjalizzazzjoni u ħruġ. Minn żmien għal żmien isiru ukoll laqgħat ta’ formazzjoni għall-ġenituri . Aħna nippruvaw li nżommu l-qasam aġġornat mażżmien li aħna bħala Knisja nkunu qed ngħixu. Dan isir biex kemm it-tfal kif ukoll il-familji tagħhom ikunu megħjuna jgħixu l-mixja ta’ fidi flimkien mal-Knisja. Eżempju ta’ dan huwa l-Bieb tal-Ħniena li flimkien mat-tfal inbena fil-qasam biex flimkien niċċelebraw u ngħixu aħjar dan il-ġublew ta’ bħalissa. Minħabba n-numru limitat ħafna tas-soċji, bħala għajnuna fit-tagħlim għandna 3 katekisti li mhumiex soċji. Dawn qed jgħinu b’dedikazzjoni kbira ħafna.
Programm tal-Festa 2016
47
Din il-missjoni biex titkompla hemm bżonn tal-għajnuna ta’ kulħadd. Dan isir permezz tat-talb u l-koperazzjoni. Hekk flimkien naħdmu biex uliedna jkomplu jiġu ffurmati f’insara awtentiċi. Jalla dak li beda 82 sena ilu jkompli jissaħħaħ biex Ġesù jkompli jkun magħruf u maħbub. Il-M.U.S.E.U.M. tas-subien Kien proprju tmenin sena ilu, fl-1936 li nbdiet il-ħidma tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien f’Ħad-Dingli, l-ewwel fidDomus, imbagħad f’dar maġenb ilknisja. Il-post kellu jinbidel kemm-il darba, sakemm tletin sena ilu, fl-1986, infetħet id-dar tal-Museum (qasam) li għandna llum fi Sqaq il-M.U.S.E.U.M.. L-iskop tal-M.U.S.E.U.M. kien dejjem ċar għall-fundatur San Ġorġ Preca: “Biex Ġesù jkun magħruf u maħbub”… u hekk għadu sal-lum… għax kif tista’ tħobb lil xi ħadd jekk ma tkunx tafu? U kif tista’ ssir taf lil Ġesù jekk ma titgħallimx fuqu? Forsi ħafna jassoċjaw il-M.U.S.E.U.M. mat-tfal u l-preparazzjoni għas-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof. Imma bħalma l-edukazzjoni ma tiqafx meta ntemmu l-iskola primarja, lanqas nistgħu ngħidu li l-formazzjoni fil-fidi tieqaf meta nirċievu l-Griżma tal-Isqof. Għalhekk, filM.U.S.E.U.M., kuljum ikollna katekeżi għall-adolexxenti waqt li minn żmien għal żmien ikollna laqgħat ta’ formazzjoni għall-ġenituri. Din is-sena jekk Alla jrid f’Settembru se jkollna Ġimgħa ta’ Tagħlim għal kulħadd. “Għix biex titgħallem u tgħallem biex tgħix”, kien jgħid San Ġorġ Preca. Li nsiru nafu lil Ġesù billi nitgħallmu fuqu hi l-ewwel pass, imma l-formazzjoni permezz tal-lezzjonijiet mhix biżejjed. Trid twassalna biex it-tagħlim ngħixuh billi nħobbu lil Ġesù u lill-bnedmin. Dan ikollna ċ-ċans nagħmluh fl-attivitajiet bħall-futbol, indoor games, ħarġiet filkampanja u ħarġiet il-baħar li jiffurmaw part importanti mill-formazzjoni filMuseum. L-adolexxenti jkollhom iċċans li jieħdu sehem kemm fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam, kif ukoll f’live-ins u laqgħat li jsiru ma’ adolexxenti oħra madwar Malta. L-akbar teżor li nirċievu mingħand id-Dinglin huwa l-parteċipazzjoni mit-tfal, l-adolexxenti u l-adulti fl-attivitajiet li jkollna kuljum. Fl-istess waqt, biex dawn isiru, il-qasam ikollu bżonn manutenzjoni, tibdil u attrezzar li jsir bil-ġenerożità ta’ kulħadd u għaldaqstant nirringrazzjawkom tal-għajnuna li toffrulna. Min-naħa tagħna, aħna nitolbu għalikom kuljum.
48
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
ANIMAL for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 9940 9715
Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
GÓAL KULL XORTA TA’ QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA Irrikorru
VINCE BUTCHER
18, Parish Street, Dingli Tel: 2145 2854 Mob: 7945 2854
Food Shop 28, Triq il-G˙ajn Dingli Tel: 2145 6199
Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132
The Magic Price Detergents & Toiletries Shop 18, Daħla Tas-Sienja, Dingli
(Ftit ’l isfel mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali)
Rabat
Shoe Repair 66, Main Street Rabat, Malta Tel: 2745 4593
Mob: 9924 8677, 9956 8239 Ħinijiet tal-ftuħ: Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sa 12.30pm u mill-4.00pm sas-7.30pm Is-Sibt: mis-7.30am sas-2.00pm Għal kull għażla ta’ detergents u affarijiet għall-kura tal-persuna bi prezzijiet kompetittivi ħafna u għall-but ta’ kulħadd. Għandna għażla tajba ta’ shampoos, deodorants u shower gels, kif ukoll nappies u wipes fost affarijiet oħra
Narawkom u nixtiequ lid-Dinglin kollha l-Festa t-Tajba
Programm tal-Festa 2016
49
Dingli Tyre Service Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.
(ħdejn iċ-Ċimiterju)
Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195
DAVID’S HARDWARE STORE
Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine
All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on
9949 8074
M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates
Over 10,000 Paint Colours Available Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 7071 Mob: 7905 3401
80, Triq Ġużè Ellul Mercer, Dingli Tel: 2145 3289 • Mob: 7961 9839 Email: rita864@hotmail.co.uk Prop: Lippu Galea
Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 3744
50
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-festa ta’ Santa Marija
Riflessjonijiet dwar Ommna l-Verġni Marija
Fl-okkażjoni tal-festa tat-tlugħ fis-sema bir-ruħ u l-ġisem tal-Madonna, Ir-REV. CHARLES BUTTIGIEG mill-Qala jislet tliet riflessjonijiet dwar il-Madonna. F’dan l-artiklu, jikteb dwar Marija ta’ Nazaret, Marija fil-misteru ta’ Kristu u Marija fil-misteru tal-Knisja. Marija ta’ Nazaret Fil-ħajja tal-Verġni Marija naraw l-isbaħ storja ta’ imħabba ta’ bejn Alla u l-bnedmin. Mhux ta’ b’xejn mela li f’Marija naraw il-glorja t’Alla, dik li hi: “mimlija bil-grazzja” (Luqa 1:28), għaliex hija tassew l-ewwel frott tar-Redenzjoni ta’ Kristu, magħżula biex tkun Omm Alla. Għall-ubbidjenza tal-Madonna nħallet l-għoqda tad-diżubbidjenza ta’ Eva kif jikteb San Irinew ’Adversus Haereses u għalhekk hija Advocata Evae u Causa Salutis. Din l-istorja ta’ imħabba hija inizjattiva ta’Alla. Sa milleternità Alla għażel biex tkun Omm Ibnu, waħda minn ulied Iżrael, tfajla Lhudija minn Nazaret tal-Galilija: “xebba mgħarsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David. Din ix-xebba kien jisimgħa Marija.” (Luqa 1:26-27). Missirijiet il-Knisja jsejħu lill-Madonna bittitlu Grieg ta’ Panaghia, jiġifieri dik li hi ‘kollha kemm hi qaddisa’ u li hija tassew ‘Omm Alla’, Theotokos. Marija mħabbra mill-profeti hija l-Eva l-ġdida. Il-Papa Marija Omm Alla (2009) Hajdúdorog, l-Ungerija San Ġwanni Pawlu II, fl-Enċiklika tiegħu, Redemptoris Mater, jikteb hekk dwar is-sehem tal-Madonna fil-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja: “B’mod tassew speċjali u eċċezzjonali, Marija hi marbuta ma’ Kristu, u bl-istess mod hi maħbuba għal dejjem f’dan l-Iben il-Maħbub, l-Iben li hu tal-istess natura tal-Missier, u li fih tinġabar il-milja kollha tal-glorja tal-grazzja.” Marija fil-misteru ta’ Kristu Bosta qaddisin fil-Knisja huma kbar fl-għajnejn tal-bnedmin għaliex spiritwalment kienu qrib ta’ Ġesù. Marija ma kinetx biss spiritwalment qrib Ġesù imma ankè fiżikament: “Alla bagħat lil Ibnu mwieled minn mara” (Galatin 4:4). Fit-tieni seklu San Irinew ta’ Lyon juri l-missjoni tal-Madonna fil-ħidma tar-redenzjoni. Dan il-ħsieb jiktbu wkoll fuqu fit-tnax-il seklu San Anselmu u San Bernard. Fil-vanġeli naraw din il-preżenza kontinwa tal-Madonna fil-ħajja ta’ Kristu, f’Betlehem, f’Nazaret, fil-Galilija u fil-passjoni; fil-mumenti tal-ferħ kif ukoll f’dawk tat-tbatija. Is-sehem ta’ Marija jilħaq il-qofol tiegħu fil-vanġeli, fl-ikbar siegħa ta’ Kristu li skont San Ġwann hija s-siegħa tas-salib għaliex hija s-siegħa tal-glorja fuq il-Golgota. Il-Konċilju Vatikan II, fil-Lumen Gentium iddeskrivilna b’mod tassew ċar il-missjoni ta’ Marija taħt is-salib: “hekk ukoll il-Verġni Mqaddsa mxiet ’il quddiem filpellegrinaġġ tagħha ta’ fidi u żammet bil-fedeltà l-għaqda tagħha ma’ binha sas-salib fejn, mhux mingħajr pjan ta’ Alla, hi baqgħet wieqfa, qasmet b’qawwa ma’ binha t-tbatijiet tiegħu u ngħaqdet b’qalb ta’ omm mas-sagrifiċċju tiegħu waqt li b’imħabba tat il-kunsens tagħha għall-offerta tal-
Programm tal-Festa 2016
51
vittma li hi kienet welldet.” U fl-aħħar, mill-istess Kristu Ġesù li kien qiegħed imut fuq is-Salib, hi ngħatat lid-dixxiplu bħala Omm b’dan il-kliem: ‘Mara, hawn hu Ibnek’. Dan il-ħsieb nebbaħ lil Jacopone minn Todi sabiex fit-tlettax-il seklu jikteb l-iStabet Mater u t-twaqqif tal-festa tad-Duluri fis-sena 1423. Din l-importanza tal-Madonna tidher fuq kollox fid-dokumenti uffiċjali talMaġisteru dwar il-Madonna kif naraw fl-Ineffabilis Deus tal-Beatu Papa Piju IX fl-1854, fil-Munificentissimus Deus tal-Papa Piju XII fl-1950, fil-Marialis Cultus tal-Beatu Papa Pawlu VI tal1974 u r-Redemptoris Mater tal-1987 u l-Mulieris Dignitatem tal-1988 talPapa San Gwanni Pawlu II. “Il-Verġni Marija tidħol definittivament fil-misteru ta’ Kristu permezz tal-ġrajja tattħabbira tal-anġlu. Dan ġara f’Nazaret, f’ċirkostanzi preċizi tal-ġrajja tal-poplu ta’ Iżrael, il-poplu li kien l-ewwel wieħed li rċieva l-wegħdiet ta’ Alla.” (Enċiklika Redemptoris Mater dwar il-Verġni Mqaddsa Marija fil-ħajja tal-Knisja). Marija fil-misteru tal-Knisja Fl-aħħar kelmiet jew frażijiet ta’ Ġesù fuq is-salib li tassew jidhru bħala t-testment tiegħu, Ġesù jagħtina lil ommu Marija bħala Ommna lkoll. Ġesù jsejjaħ lil ommu bit-titlu dinjituż ta’ ‘mara’, li tfisser ‘sinjura’, l-istess bħal fl-episodju tat-tieġ ta’ Kana. Il-Madonna taħt issalib ta’ binha hija tassew il-mara l-ġdida tas-salvazzjoni ġdida minn Ġesù Kristu. L-‘iva’ ta’ Marija lill-anġlu Gabrijel fid-dar umli ta’ Nazaret issa tiġi kkonfermata b’din l-‘Iva’ ta’ Marija fuq il-kalvarju taħt is-salib, fejn Ġesù jgħidilha: “Mara, Hemm hu ibnek. “Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi Ommok” (Ġwanni 19:26-27). Mhux ta’ b’xejn li fis-sena 110 San Injazju ta’ Antijokja jirreferi għal Marija bħala Vergni u Omm. Fir-raba’ seklu, San Ambroġ u Santu Wistin juru lill-Madonna bħala s-simbolu tal-Knisja. Fit-tlettax-il seklu San Albertu l-Kbir juża t-titlu ta’ ‘Omm il-Knisja’ għallMadonna liema tagħlim kompla jissaħħaħ fil-Konċilju Vatikan II fl-1964 bil-proklamazzjoni talMadonna bħala Mater Ecclesiae mill-Papa Pawlu VI. L-Immakulata Kunċizzjoni (Bartolomé Esteban Murillo – 1678) Museo del Prado, Madrid, Spanja
Wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-ewwel talba formali biex il-Knisja tipproklama d-Domma tal-Assunzjoni tal-Madonna saret minn Isabella II ta’ Spanja fl-1863. Iddomma tal-Knisja dwar l-Assunta tgħid li: “l-Immakulata Omm Alla, Marija dejjem Verġni, wara li għalqilha ż-żmien fuq din l-art, ġiet imtellgħa fis-sema bir-ruħ u l-ġisem”, kif tgħidilna l-Kostituzzjoni Appostolika Munificentissimus Deus tal-1 ta’ Novembru 1950 tal-Papa Piju XII, proprju fis-Solennità tal-Qaddisin kollha għaliex il-Madonna hija s-Sultana tal-Qaddisin kollha. Marija hija tassew omm ta’ dawk kollha li jimxu wara binha. Hija Omm il-Knisja u għalhekk il-Knisja għandha tħares lejha. Hans Urs Von Balthasar jgħallem biex niskopru l-wiċċ Marjan tal-Knisja, fil-waqt li l-Kardinal Journet kien jgħid li l-Knisja kollha hi Marjana. San Ġorġ Preca kellu devozzjoni speċjali lejn il-Madonna fejn
52
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
fost oħrajn xerred ħafna id-devozzjoni lejn il-labtu tal-Madonna tal-Karmelu, lejn il-Midalja Mirakoluża, il-litanija lill-Madonna li kiteb u semmieha Vestis Honoris (Libsa ta’ Gieħ), diversi kitbiet Marjani bħal il-Lapidarju, il-Benedicta u r-Rużarju ta’ Marija u talb uniku lillMadonna bħal: Salve, gratia plena, Salve, Virgo Mater, Salve dulcis Maria, Et Jesum ora pro nobis, u Et Domina Maria nobiscum. Cui fecit magna qui potens est u Salve Filia Patris. Ejjew għalhekk nitfgħu l-ħarsa tagħna lejn Marija li trid lil uliedha kollha flimkien fl-għaqda u fl-imħabba; ejjew nintrabtu mal-ankra soda tagħha u t-tama tagħna tkun żgura fi Kristu: “U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, Omm Ġesù” (Atti 1:14). L-Assunzjoni tal-Verġni Marija (Bartolomé Esteban Murillo – 1670) Hermitage Museum, San Pietruburgu, ir-Russja
Programm tal-Festa 2016
53
Charlie and Janet welcome you to:
The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here
Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 18.00
Is-Sindku, is-Sur Sandro Azzopardi, jawgura lir-residenti ta’ – H ad-Dingli l-festa t-tajba
GEORGE ZAMMIT & SONS RELIGIOUS ARTICLES SUPPLIER (Est. 1954) 146, Old Bakery Street, Valletta - Malta Tel: 2123 2933 Mob: 9985 6842 Email: gzamson@onvol.net www.religiousshopmalta.com Opening hours: Monday to Saturday 09.00 - 13.00
• Pjaneti • Rigali • Xemg˙a Likwida • Damaski • Kalçijiet • Sferi • Ikoni
Private Functions Group Outings Antoine Sant
Mob: 9944 8867 E-mail: skal@onvol.net 40, Antmar, Triq Francesco Zammit, Dingli DGL 1361
Airport Transfers Paceville & more
54
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca 1928 - 2016
Nhar it-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016 tħabbret il-mewt tal-Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Monsinjur Ġużeppi Mercieca, fl-età ta’ 87 sena. Hu serva lill-Knisja Kattolika bħala Isqof għal 41 sena u sitt xhur. Għal 30 sena kien l-Arċisqof ta’ Malta. MARIO MICALLEF jitratta l-ħajja u l-ħidma ta’ Monsinjur Mercieca u r-rabta tiegħu mal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-Bord Editorjali stieden ukoll lil MONS. PAUL C. VELLA jikteb ftit mill-memorji tiegħu bħala segretarju personali talArċisqof Mercieca. Imwieled ir-Rabat Għawdex nhar il-11 ta’ Novembru 1928, Monsinjur Ġużeppi Mercieca ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Marzu, 1952. Hu ġie kkonsagrat Isqof nhar id-29 ta’ Settembru 1974 fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Ġie nominat Arċisqof ta’ Malta nhar id-29 ta’ Novembru 1976 wara r-riżenja tal-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi u ħa l-pussess ta’ Arċisqof fit-12 ta’ Diċembru tal-istess sena. Għażel bħala motto tal-episkopat tiegħu “Ilkoll Aħwa fi Kristu”. Fl-ewwel snin tal-episkopat ħabbat wiċċu ma’ intoppi firrelazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat li laħqu l-qofol tagħhom fl-1984 bil-kwistjoni dwar l-iskejjel. Negozjati dwar ftehim dejjiemi fuq l-iskejjel u l-propjetajiet tal-knisja, fost l-oħrajn, komplew fi żmien żewġ amministrazzjonijiet sakemm fl-1991 ġie konkluż ftehim aħħari. Fost l-akbar proġetti pastorali li daħal għalihom, l-Arċisqof Mercieca sejjaħ, ippresieda u ppubblika d-dokumenti ta’ Sinodu Djoċesan (1999-2003). Dan kien l-ewwel Sinodu Djoċesan fl-Arċidjoċesi ta’ Malta wara l-Konċilju Vatikan II u l-ewwel wieħed fi tliet mitt sena. Kien qrib dejjem tas-saċerdoti, ordna b’kollox 326 saċerdot, u viċin il-morda fl-isptarijiet u dawk li għaddejjin minn mumenti diffiċli. Bniedem umli u twajjeb iżda sod fil-prinċipji u difensur tat-tagħlim tal-knisja. Wettaq riforma flamministrazzjoni tal-Kurja u għaraf ilħtieġa ta’ użu aħjar mill-knisja tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali fosthom bil-ftuħ ta’ Radju RTK. Laqa’ f’Malta f’żewġ żjarat lillPapa Ġwanni Pawlu II (1990 u 2001). Irtira minn Arċisqof fit-2 ta’ Diċembru 2006, fl-età ta’ 78 sena, wara n-nomina tal-Arċisqof il-ġdid, Mons. Pawlu Cremona O.P. Miet flgħodwa tat-Tnejn, 21 ta’ Marzu 2016, u flaħħar sigħat ta’ ħajtu kien imdawwar millArċisqof Mons. Charles J. Scicluna, l-Isqof
Dun Ġużeppi Mercieca, saċerdot żagħżugħ
L-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca mal-Papa Ġwanni Pawlu II
Programm tal-Festa 2016
55
ta’ Għawdex Mons. Mario Grech u l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. Fl-omelija talfuneral tiegħu, nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna ddeskriva lil Mons. Mercieca bħala “ragħaj għal kull staġun, bniedem ta’ kuraġġ, difensur tal-libertà u ġawhra tal-gżira ta’ Għawdex.” L-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca kellu relazzjoni tajba ħafna mal-parroċċa tagħna, kważi kważi parroċċa ġara tiegħu billi kien jgħix l-Imdina. Tul l-episkopat tiegħu żar Ħad-Dingli diversi drabi għal okkażjonijiet differenti fosthom għall-festa ta’ Santa Marija jew biex jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Mument partikulari kienet iż-Żjara Pastorali li hu għamel f’ĦadDingli bejn l-20 ta’ Ottubru u s-7 ta’ Novembru 1992 li permezz tagħha sar jaf aktar mill-qrib lil ĦadDingli u r-residenti tiegħu, il-ħidma li titwettaq mill-parroċċa u l-ħtiġijiet li l-istess parroċċa għandha kemm fl-operat ta’ kuljum kif ukoll biex tilqa’ għall-isfidi tal-ġejjieni. Tul l-espikopat tiegħu nnomina 8 kappillani għall-parroċċa tagħna: Dun Ġużepp Pace (1978), Dun Vinċenz Cachia (1981), Dun Richard Borg (1985), Dun Trevor Fairclough (1994), Dun Reuben Deguara (2002) u Dun Norman Zammit (2006). Awtorizza wkoll proġetti kbar bħall-bini ta’ ċentru parrokkjali ġdid u t-tkabbir taċ-ċimiterju tal-parroċċa. Amministra l-Griżma tal-Isqof f’Ħad-Dingli seba’ darbiet lil total ta’ 259 tifel u tifla. Fl-aħħar snin, bħala Arċisqof Emeritu kien mistieden imexxi okkażjonijiet speċjali filħajja tal-parroċċa tagħna. Nhar it-Tnejn, 16 ta’ Awwissu 2010, mexxa quddiesa fuq iz-zuntier tal-knisja u fi tmiem inawgura l-proġett ta’ restawr u manutenzjoni talkoppla, il-kampnari u l-koppletti u t-tlestija tal-iskultura fil-faċċata tal-knisja. Fl-2011, is-sena li fiha l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fakkret il-150 anniversarju tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija, Mons. Mercieca ppresjieda f’żewġ mumenti partikulari. Lejlet il-festa titulari, nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2011, hu mexxa t-translazzjoni solenni tar-relikwa talMadonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien salknisja, il-kant tal-ewwel għasar u l-quddiesa solenni ta’ lejlet il-festa. Nhar il-5 ta’ Diċembru 2011, ġiet organizzata Akkademja Mużiko-Letterarja fil-knisja parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ Mons. Mercieca li mmarkat il-programm ta’ attivitajiet li fakkru l-150 anniversarju tal-istatwa titulari. Is-sena ta’ wara, Mons. Mercieca fakkar is-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Nhar il-Ħamis 16 ta’ Awwissu 2012 hu mexxa l-quddiesa tat-tieni jum tat-tridu li għaliha kienu mistiedna b’mod speċjali l-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-membri u d-diriġenti talgħaqdiet, gruppi u każini.
Fl-inawgurazzjoni tal-proġett tar-restawr tal-koppla, il-kampnari, il-koppletti u l-faċċata tal-knisja ta’ Ħad-Dingli
56
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca kif nafu jien – Mons Paul C. Vella Monsinjur Ġużeppi Mercieca għażilni biex inkun is-segretarju tiegħu tlett ijiem qabel ma huwa stess, bit-tqiegħed tal-idejn, ordnani saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988. Tajt bidu għal seba’ snin mimlija esperjenzi interessanti ħafna, dejjem qrib, maġenb l-Arċisqof. Kienu seba’ snin sbieħ, għalkemm mhux mingħajr diffikultajiet. Imma l-ħajja hekk hi! Ftit wara li bdejt nieħu ħsieb l-uffiċċju u dak kollu li jġib miegħu, Mons. Arċisqof talabni nkun iċ-Ċerimonjier tal-Kapitlu Metropolitan, u ftit wara ankè Ċerimonjier Djoċesan, filwaqt li tani f’idejja wkoll l-Uffiċċju ta’ Delegat tiegħu għal-Liturġija. Mons. Paul C. Vella
Dak iż-żmien kienu għaddejjin ħafna laqgħat biex jintlaħaq il-ftehim dwar iż-żwieġ, bejn il-Knisja u l-Istat, kellna l-ewwel żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II f’Malta, kif ukoll konna morna nżuru l-emigranti u l-familji tagħhom fl-Istati Uniti u l-Kanada. Minħabba l-ħafna ġej u sejjer tan-nies fl-uffiċċju, l-Arċisqof ftit kien ikollu ċans jitħaddet miegħi biex immexxu fix-xogħol importanti tal-ittri li jirċievi u dawk li jrid jibgħat, appuntamenti u ħafna ħwejjeġ oħra. Allura, konna nsibu l-kenn fil-karozza tiegħu jew tiegħi, jiddependi skont il-ħtieġa, aħna u telgħin lejn l-Imdina jew neżlin lejn il-Kurja, sejrin lejn l-isptar jew xi appuntamenti oħra – uffiċjali jew m’humiex. Nitħadtu dwar dak u dan, dak li qiegħed jiġri madwarna, dak li naħsbu li ser iseħħ, u l-istrateġiji u l-prekawzjonijiet li wieħed irid jieħu.
Mons. Paul C. Vella (fin-nofs bilwieqfa) bħala Ċerimonjier Djoċesan waqt l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ Dun Martin Micallef, illum Direttur tad-Dar tal-Providenza
Fuq nett tal-lista ta’ dak li huwa importanti f’ħajtu, Mons. Mercieca dejjem kellu s-saċerdoti. Kien jogħxa jitħaddet fuq is-saċerdoti ankè meta xi wħud minnhom kienu jinkwetawh! Kemm minħabba l-imġieba tagħhom, kemm minħabba dak li jgħallmu, kemm minħabba n-nuqqasijiet materjali u finanzjarji li wħud kellhom. Kien tassew jippreokkupa ruħu fuq is-saċerdot u fuq il-Knisja b’mod ġenerali. Mercieca, għax hekk konna nsibuh, kien iħobb ħafna lill-Knisja. Qatt ma ħabbel rasu dwaru nnifsu, qatt ma kellu f’rasu karriera fil-Knisja Universali – anzi kellu okkażjonijiet biex jirkeb il-karru tal-karrieriżmu klerikali u ċaħadhom. Quddiem għajnejh kellu dejjem il-Knisja, il-poplu t’Alla mmexxi missaċerdoti. Mercieca kien ipoġġi l-ħwejjeġ f’posthom, jagħtihom il-ġieh li jixirqilhom. Ma kien jgħid xejn meta xi ħadd minn dawk ta’ madwaru jipprova jżellaq xi idea modernista, imma jagħmel dak li jkun hemm meħtieġ, marbut b’rabta qawwija ma’ Alla u mat-tradizzjoni u t-tagħlim ta’ Ommna l-Knisja Mqaddsa. Il-prudenza tiegħu kienet teċċella, kien jimxi dejjem fuq il-proverbju latin prudentia est auriga
Programm tal-Festa 2016
57
virtutum! Il-prudenza hija r-riedni tal-virtù. Kien iħobb f’xi ċirkostanzi partikulari jżellaqli: si non caste saltem caute! Almenu jekk wieħed ma jkunx onest, almenu prudenti! Kif nidħlu f’xi knisja, fis-sagristija, l-ewwel ma jkun irid jagħmel hu li jsellem lis-saċerdoti kollha preżenti. U jekk xi wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa ma jkunx hemm, kien jistaqsi lill-kappillan dwaru. Imbagħad isellem lil dawk li jkun hemm madwar. Wara l-funzjoni, isellem lil kull saċerdot, li kien jafhom ilkoll b’isimhom, u x’jagħmlu, u fejn jgħixu – ankè jekk forsi xi kultant kien jagħti impressjoni li ma kienx daqshekk infurmat! Matul is-seba’ snin li domt miegħu, kważi kważi norqod fil-Palazz l-Imdina kien jonqosni! Għabbieni b’diversi responsabilitajiet, u jien, fuq l-eżempju tiegħu, qatt ma’ għidtlu le għax kont naf li kien qiegħed jafda fuqi. Meta qalli biex immur Ruma nistudja, kien qalli li ser jagħmel dan għax jirrispettani u jħobbni. Dan nibqa’ nafulu. Mons. Ġużeppi Mercieca, mhux biss ordnani saċerdot imma għamilni saċerdot. Għallimni nħobb lill-Knisja u b’mod partikulari l-Knisja f’Malta. Għallimni nħobb lis-saċerdoti, għax huwa s-saċerdot li jwassal lin-nies għand Alla.
L-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca waqt il-quddiesa li fakkret is-60 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu
Mons. Mercieca kien wieħed mill-Isqfijiet li mexxa b’għaqal u dehen mogħti minn Alla lill-Knisja Maltija. Diffiċli ssib ieħor bħalu! Jalla! Kien bniedem li ddedika kull sekonda ta’ ħajtu għar-responsabiltà tiegħu bħala ragħaj tal-gżira. Jien żgur, li issa ma’ San Pawl qiegħed jgħid: tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Ma baqgħali xejn ħlief li nikseb il-kuruna tal-glorja mħejjija għal dawk li jaħdmu għal Kristu. Ammen.
Fl-Okkażjoni tal-Festa…
L-Arçipriet, flimkien mal-Kleru, il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kul˙add IL-FESTA T-TAJBA.
InΩommu f’mo˙˙na l-iskop ewlieni tal-festa; ji©ifieri li nag˙tu qima lill-Madonna, nersqu aktar qrib lejn binha Ìesù u fuq kollox in©eddu r-rieda tag˙na li nkunu nsara a˙jar. Il-festa tkun suççess jekk tg˙inna nag˙mlu dan.
Inkunu veru g˙aqlin jekk nersqu spiss lejn il-knisja, nie˙du sehem fit-tif˙ir lil Alla u lillMadonna, inqerru u nitqarbnu. Fl-a˙˙ar ©img˙a tal-festa jkollna konfessuri barranin g˙allqrar f’diversi ˙inijiet, skont kif indikat f’dan il-programm.
Il-kant, l-orkestra u l-muΩika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa jkunu ta˙t id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Titkanta l-Antifona Hodie Maria, kompoΩizzjoni ta’ Mro Chappell u propjetà tal-parroçça ta’ Óad-Dingli.
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
58
Rabat Garage Mini Buses 14-22 seated For all occasions
Taxi & Car Hire
Telephone
2145 3161 Mobile
9947 1921 Email
info@rabatgarage.com Web
PRIVATE LESSONS AT DINGLI
MATHEMATICS SEC O-Level for May 2017 Form 4 for 2016-2017 Starting end of August 2016 Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532
www.rabatgarage.com
Pauline’s Health and Beauty Salon Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730
Facials, Eye Treatments, Waxing, Electrolysis, Tinting, Massages, Manicures and Pedicures, Nail Extensions and Nail Art, Slimming Treatments, Semi-Permanent Make-up, Make-up for all Occasions
Kenneth Azzopardi Water Supply Mob: 7986 0469
By Pauline Micallef I.T.E.C. Diploma
David Vassallo (Il-Óa©i)
GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND
ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli
David John
7949 8254 Mob: 9982 2149 Mob:
Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561
Programm tal-Festa 2016
59
Danilo Galea Building & Construction
Mob: 7953 6873
• Ûvilupp ta’ Films • Ritratti tal-passaport • Tila u Lamination • Irran©ar ta’ ritratti bil-kompjuter • Photo Sessions fi Studio b’ambjent rustiku naturali • Ritratti u Video g˙al kull okkaΩjoni • Trasferiment ta’ kull tip ta’ tape fuq DVD jew CD • G˙aΩla kbira ta’ albums u frames g˙al kull okkaΩjoni • Frame Makers 32, Triq il-Kulle©©, Rabat Tel: 2145 3837
Tar-Ritratti
• Digital Prints minn kull tip ta’ Media “while you wait”
60
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Dun Xand Cortis (1856 – 1916) Mitt sena mill-mewt tiegħu
Seklu mill-mewt ta’ Dun Xand Cortis, SAVIO D. BORG jikteb dwar dan is-saċerdot żelanti, iben Ħad-Dingli, kittieb, missjunarju f’diversi pajjiżi u rettur tal-knisja ta’ Santa Venera. Fi tmiem l-artiklu qed nippubblikaw tnejn mill-prapsar li kiteb Dun Xand Cortis ambjentati f’Ħad-Dingli u f’Ħal Tartarni. Xandru twieled fil-11 ta’ Jannar, 1856, fil-kampanja ta’ Ħad-Dingli n-naħa tal-Ġnien fuq l-Għajn, iben Ġanni u Klemenzja, xebba Muscat. Għammduh l-għada fil-knisja parrokkjali u bħala parrini kellu lill-Baruni Alessandru Xiberras d’Amico u lil martu Marija Teresa. Kien ir-raba’ wieħed fost ħutu Roża, Pawlu, Mattew, Xandru, u Klawdju. Twieled f’familja ta’ kampanjoli, jaħdmu r-raba’ minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, reliġjużi u ħawtiela. Bħala tifel Xandru kien imur l-iskola tal-gvern, is-Seminarju u l-Università. F’żgħożitu Xandru wera l-ħsieb li jkompli għal saċerdot; ħu Xandru, Mattew ukoll kien qed jistudja għal saċerdot. Għalhekk il-piż finanzjarju kien tqil għall-familja li ma kellhiex introjtu kbir. Kien għalhekk li Xandru bata’ sew biex laħaq saċerdot. Ta’ 19-il sena daħal fil-Kulleġġ tadDumnikani fil-kunvent tar-Rabat, fejn studja l-filosofija u t-teoloġija. F’Settembru 1881 ngħata d-Dottorat fid-Divinità u fis-17 ta’ Diċembru 1881, ġie ordnat saċerdot mill-Isqof Carmelo Scicluna. Fl-1884 siefer l-Italja biex jissokta bl-istudji tiegħu.
Dun Xand Cortis (Ħajr għar-ritratt: M Delicata mill-ktieb Il-Praspar miktuba minn Dun Xand Cortis)
Fl-1886 il-familja Cortis minn Ħad-Dingli marret toqgħod Ħal Balzan. Dun Xand beda jagħti sehmu fil-ħajja parrokkjali ta’ dan ir-raħal. F’dan iż-żmien kien kappillan fil-Konservatorju Vincenzo Bugeja, fil-Ħamrun. Meta ħu Dun Xand, Dun Mattew, laħaq kappillan ta’ Ħal Lija, il-familja Cortis marret tgħix miegħu. Għalkemm ta’ karattru ferm differenti, iż-żewġt aħwa stinkaw u ħadmu għall-ġid spiritwali u materjali tal-parroċċa. Filwaqt li Dun Mattew kien ta’ karattru serju ħafna u ta’ dixxiplina kbira, Dun Xand kien ferrieħi u ċajta kien jagħmilha u jistedinha b’idejh stess. Fl-1901 Dun Xand laħaq rettur tal-knisja ta’ Santa Venera. L-irħajjel ta’ Santa Venera kien kompletament differenti milli hu llum. Kien hemm il-knisja l-qadima, li għadha wieqfa, u ftit bdiewa madwarha. Kien hemm saħansitra xi djar li kienu jservu ta’ villeġġjatura għas-Sajf! F’dan l-ambjent, li jixbaħ ħafna lil Ħad-Dingli ta’ żmien Dun Xand, sab ruħu s-saċerdot minn Ħad-Dingli. Kien l-Isqof Mons. Pietru Pace li wara li l-Ġiżwiti telqu l-kustodja tal-knisja ta’ Santa Venera, innomina lil Dun Xand biex jieħu ħsieb il-knisja ta’ Santa Venera u l-irziezet tal-madwar. Dun Xand jidher li dara’ millewwel fix-xogħol pastorali. Biss beda’ jaħseb u jistinka biex il-knisja tgħaddi lil xi ordni reliġjuż. Bl-isforzi tiegħu, fil-11 ta’ Marzu 1913, il-knisja ta’ Santa Venera inqatgħet mill-Matriċi ta’ Santa Elena ta’ Birkirkara u ġiet mgħollija għal Viċi Parroċċa. Fl-istess digriet, il-Viċi Parroċċa ngħatat lill-Ordni Karmelitan, biss Dun Xand baqa’ jagħti servizz utli lill-knisja ta’ Santa Venera. Dun Xand stinka ħafna biex il-knisja tgħaddi f’idejn il-Karmelitani u dan minħabba li bħala konfessur u ħabib
Programm tal-Festa 2016
61
kbir tiegħu kellu lil Patri Spiridione Vassallo O. C. Dun Xand ried iserraħ moħħu li l-kura spiritwali tal-poplu ta’ Santa Venera ma tkunx traskurata u b’xi mod mhedda. Sfortunatament ma laħaqx ra lil Santa Venera ssir parroċċa fl-1918 u b’hekk saret l-ewwel knisja parrokkjali li għaddiet għand l-Ordni Karmelitan. Bil-mod il-mod l-inħawi ta’ Santa Venera bdew jikbru u aktar nies bdew imorru jabitaw fl-inħawi. Dun Xand tant ħabb lil Santa Venera li bena dar biex joqgħod fiha u li għadha wieqfa sallum fi Triq Braille. Dun Xand kien predikatur tajjeb ħafna magħruf ma’ Malta kollha. Kien imsieħeb fil-Missjoni ż-Żgħira. Stinka ukoll bħala missjunarju f’artijiet fejn kien hemm ħafna emigranti Maltin. Hekk insibu li fl1890 mar il-Palestina, fl-1892 u fl-1894 mar it-Tuneżija. Fl-1896 insibuh fl-Alġerija. Minn Frar tal1899 sal-1900 mar it-Tuneżija u l-Alġerija għall-missjoni. F’Novembru 1901 telaq lejn il-Greċja u Korfù biex jaħdem fost il-Maltin t’hemm. Ħalla kitbiet interessanti fuq xi uħud mill-esperjenzi li kellu f’dawn l-artijiet. Biss l-aktar kamp li Dun Xand ta kontribut kbir fih kien bla dubju ta’ xejn il-qasam letterarju. Iż-żmien li Dun Xand kien student ta’ Dun Ludovico Mifsud Tommasi bilfors li qanqal fih interess għall-kitba. Mifsud Tommasi kien magħruf għall-poeżiji tiegħu li kien jikteb u jqassam b’xejn. Kien jikteb ħafna kurunelli b’tifħir lil xi qaddis/a li ħafna minnhom għadhom jingħadu sallum. Il-Prof. A. Cuschieri O.C. kiteb hekk fuq Dun Xand, “Ftit huma dawk li jafu l-Malti bħalma jafu Dun Xand… Dun Xand ilkelma kien isibha dejjem, u tajjeb; tant tajjeb, li ftit huma dawk li jistgħu jħabbtuha miegħu… Kemm kien bieżel u kemm ġid għamel lil dawk in-nies li ma jafux jaqraw ħlief bil-Malti…” Dun Xand kien pijunier li mill-ewwel induna bil-qawwa talkitba speċjalment dik bil-Malti. Kiteb ħafna kotba fosthom ‘Tifsir it-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù Kristu’, ‘Il-Ġrajja ta’ Lourdes’, ‘Santa Marija’, ‘Tifsir fuq it-Terra Santa’, ‘Fra Diegu u l-Istitut Tiegħu’, u ħafna oħrajn. Kien kontributur ewlieni fis-sensiela li kien jippubblika s-Sur Alfons M. Galea blisem ta’ ‘Mogħdija taż-Żmien’. Għen biex din ilpubblikazzjoni ta’ Galea titwassal ankè lil Maltin emigranti. Dun Xand baqa’ magħruf ukoll għadFis-sensiela Mogħdija taż-Żmien, Dun Xand ippubblika disgħa u tmenin praspura/aneddotu li kiteb. Fost l-praspar tiegħu, kontribut għal-letteratura il-praspar ta’ Dun Xand hemm xi uħud li huma popolari Maltija ambjentati f’Ħad-Dingli jew f’Ħal Tartarni. Wara li ġie minn Korfù, saħħtu bdiet tkiddu. Fl-1909 kellu l-ewwel problemi f’saħħtu; l-istess ġara fl-1913-14. Biss xorta baqa’ jikteb b’mod regolari għalkemm mhux bħal qabel. Dun Xand kien iħobb jimxi xi passejn qalb il-kampanja mal-ħabib tiegħu Patri Spir Vassallo O.C. Waqt waħda minn dawn il-passiġġati soliti tiegħu, meta qorbu ħdejn l-inħawi tal-Imrieħel, ħdejn l-arkata l-baxxa (faċċata ta’ fejn illum hemm il-birrerija ta’ Farsons), tah ħass ħażin ikrah. Huwa rċieva l-assuluzzjoni minn idejn il-konfessur tiegħu Patri Spir u miet ftit wara fl-eta ta’ sittin sena; kien is-17 ta’ Frar, 1916. Ilfunzjoni funebri saret fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt Valletta fid-19 ta’ Frar u wara b’korteo, indifen fiċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata fil-qabar tas-Sodalità tal-Qassisin li fiha kien miktub. Fil-ġurnali inkitbu ħafna obitwarji li kollha faħħru l-kwalitajiet sbieħ ta’ Dun Xand speċjalment il-kontribut li ta
62
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
lil-letteratura Maltija, l-umiltà li kellu u s-sehem kbir li ta bil-predikazzjoni tiegħu. Għalkemm Dun Xand ma kienx xi bniedem li jħobb il-ftaħir u dejjem żamm profil baxx, għamel isem bilkontribut kbir li ta. F’Santa Venera, il-post li Dun Xand tant stinka għalih hemm l-iskola primarja msemmija għalih. Fil-ġnien pubbliku ‘Romeo Romano’ twaqqaf bust li jirreferi għal Dun Xand bħala l-‘Fundatur talParroċċa ta’ Santa Venera’. F’Ħad-Dingli, f’Santa Venera u f’Birkirkara ssemmew toroq kif mistħoqq għal Dun Xand, iben denn tal-parroċċa tagħna. Daħak b’martu Qrib Ħad-Dingli kien hemm naqra ta’ raħal jismu Ħal Tartarni. Għadu jissemma sal-lum. Fih kienu jgħixu qalb waħda u għalenija, Limpepp u martu Gorda. Iżda, wara xi żmien, daħħal denbu bejniethom ixxitan. Sewwa jgħidu li m’għandux ħalib u jagħmel il-ġbejniet. L-imbierek ta’ Limpepp, wara x-xogħol, dari dejjem issibu miġbur id-dar. Imma, imbagħad, ħa l-għada (drawwa) misħuta li jmur fil-ħanut. Filgħaxija, l-aktar fix-xitwa, hemm kont issibu. Erħilu hawn jilgħab u jbekbek (jixrob) xi qatra. Jilħaq iċappaslek hemm sal-ħdax ta’ bil-lejl. Gorda tiegħu għalxejn twiddbu, għalxejn twissih, minn widna jidħol u mill-oħra joħroġ. Treddinlu dejjem fil-fieragħ u tibqa’ bih f’wiċċha.
Is-santa b’tifkira tal-mewt ta’ Dun Xand Cortis
Lejla waħda kien bard għall-aħħar u ċirċir (umdu bix-xita) mill-iżjed – sikwit nieżla x-xita. “Il-lejla daqqli,” qalet Gorda bejnha u bejn ruħha. “Nagħmilhielu. Ma niftaħlux!” U sakkret il-bieb minn ġewwa.
Limpepp xħin deherlu mar iħabbat: bubb-bubb il-bieb. Għall-ewwel martu ma weġbitux, taparsi rieqda. Fl-aħħar infasdet (infexxet tirrabja miegħu) u erħilha tgħidlu kulma jiġiha fi lsienha. “Iftaħli jaħasra, Gord! Sirt għasra, imxarrab fellus, mirżuh bil-bard. Kif ngħidlek, ma nżidx iżjed, ilħwienet spiċċaw għalija.” “Il-lejla nħallsek ta’ kollox. Inħallik tibbiex fix-xita u l-bard.” “Iftaħli, għal ruħ kemm mejtin għandek.”
“Anqas jekk naf li x’naf, anqas jekk terġa’ tiġi ommi.” “Arani, mela, se ninxteħet fil-bir.”
X’jagħmel? Jaqbadlek ħaġra daqsiex, u b’kemm saħħa għandu jitfagħha fil-bir. Martu kienet tibla’ daqs mazzun, għaliha xteħet tassew. Terġa’ kien dlam ċappa, ma setgħet tara xejn. Erħilha tgħajjat daqs miġnuna, tinżel titgerbeb mat-taraġ, tiftaħ il-bieb u toħroġ barra. Limpepp jinqaqla’ minn fejn kien imwarrab, jimbokka (jidħol ġewwa), isakkar u erħilu jiddieħek b’Gorda tiegħu! “Offi għalik!” jgħidilha. “Kemm tħobbu r-riħ! Min kien bħalek!”
“Ħaqqni għax ħennejt għalik! Għal darba oħra, ja xadin fuq xkaffa!”
Sa fl-aħħar, bit-tiela’ u bin-nieżel, fetħilha, tlewmu ftit ieħor bejniethom u marru jorqdu bla sliem.
Programm tal-Festa 2016
63
L-Aċċjomu Mela darba, nhar Ħamis ix-Xirka, iz-Zigaran, is-sagristan tal-Knisja ta’ Ħad-Dingli, mar joħroġ l-Aċċjomu min-niċċa biex tiegħu biex iħejjih għall-prietka tal-passjoni ta’ dik il-lejla. U xbin, bilħabta li ħabbtu għamlu frak. Iz-Zigaran baqa’ donnu ras maqtugħa. Ried kieku jgħattiha l-biċċa, imma ma setax. Kellu, bil-qalb it-tajba, imur iwassalha lill-Kappillan. Inħallikom taħsbu jekk il-Kappillan infuskax. Erħilu jtella’ u jniżżel kif sejjer jagħmel. Aċċjomu m’għandux, ħin jissellef ma fadalx. Kienet saret l-Ave Marija. Sa fl-aħħar ġietu. “Baħrin aħna!” qal f’qalbu. “Ħabat sewwa li għandi nipprietka jien din is-sena!” Fil-ħin jixref fil-bieb ta’ barra u jgħajjat lil bin Grezz, tfajjel donnu żigromblu (oħxon). “Talhawn, (ejja ’l hawn), Pepp! Talhawn isa!” Billi kien imdewwaq biċ-ċajtiet, spara jiġri daqs balla għal ħdejh. “Isma’, Pepp! Jekk il-lejla filprietka tal-passjoni tagħmilhieli tal-Aċċjomu, ħsieb tiegħi x’nagħtik.” (ħalli f’idejja x’nagħtik.) “Kif!? Tal-Aċċjomu?” “Taf kif, xħin inkun nipprietka, iġibuk fuq il-pulptu, quddiemi b’biċċa ħamra sabiħa fuq spallejk, bilkuruna f’rasek u bil-qasba f’idek. Taf kemm tkun sabiħ! … Trid hekk?” “Jiena rrid, jekk tħallini ommi. Ħalli mmur ngħidilha!” Ħareġ. Telaq ġirja waħda, mar għand ommuu qalilha b’kollox. Ommu ma ferħitx ftit. Araha sejra tiġri ma’ Peppi tagħha għand il-Kappillan. “Sur Kappillan,” qaltlu, “hekk u hekk ma qalli ibni. Għalija agħmel bih li trid qisu tiegħek.” “Tajjeb wisq, Grezz. Niżżikħajr, serraħtli moħħi. Biss, nitolbok turi xejn lil ħadd.” “Isbaħ din! Sejra! Saħħa, Sinjur.” “Saħħa wisq! It-tifel ħallihuli hawn.” Biex ma nġibhiex bi twila, il-Kappillan jgħallem u jisħaq fuqu. Jgħidlu x’għandu jagħmel, kif iġib ruħu. L-imbierek kien moħħu jerfa’, u qabad malajr, xorob kulma qallu. “Fhimtni hux, Pepp? X’ħin nibda ngħidlek, ‘Mulejja aħfirlu lil dan il-poplu!’, int arma talla’ rasek ’il fuq. U sakemm noqorsok minn wara ara tbaxxiha. Fhimtni, mela, hux?” “U iva, fhimtek.” Jitla’ l-Kappillan jipprietka, jasal ħin l-Aċċjomu u arah Peppi ħdejh, taparsi Kristu. Wara li l-Kappillan qal erba’ kelmiet bil-għaqal, qanqal lil kulħadd, u jitfa’ għajnejh fuq l-Aċċjomu. “Aħfirlu, Mulejja,” jgħidlu għal bosta drabi, “aħfirlu lil dan il-poplu!” L-Aċċjomu ta’ kull darba jerfa’ rasu ’il fuq. In-nies kulħadd inbala’: infexxew f’bikja waħda. Grezz, omm l-Aċċjomu, kienet hemm ukoll. Għall-ewwel żammet ftit, imbagħad ma felħitx iżjed. “Ibni Peppi”, qabżet qaltlu, “aħfrilhom lil dawn in-nies!” “J’omm, għadu ma qarasnix il-Kappillan!” Hawn spiċċat il-prietka, spiċċa l-biki u spiċċa kollox.
64
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru
GERALD JEWELLERY ❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00, 16.00-18.30 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
SANTA MARIJA SELF SERVICE • Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer FREE DELIVERIES Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6
Triq Çensa Spiteri, Dingli Tel: 2745 0454 Mob: 9945 4158 Santa Marija Self Service Dingli
Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba - Malta Tel/Fax: 2157 7301 Mob: 7925 4324
JANET PORTELLI VTCT MARIA CAMILLERI ITEC MARIE A. VASSALLO ITEC Fully Qualified Beauty Therapists Waxing • Eyebrow shaping/tinting • Eyelash tinting Manicures • pedicures • Nail extensions Manual & machine facials • Make-up for all occasions Slimming treatments, massages. Gem technology laser/ipl for hair removal, pigmentation, acne, wrinkles, etc… Specialising in semi-permanent make-up and 6 inch loss guarantee in 2 hours only
Opening hours: Daily: 8.00 a.m. - 7.00 p.m. Wednesday closed Saturday: 8.00 a.m. - 12.00 p.m.
Dingli Tel: 2145 5602
TA' SERVIZZ GĦALIK MILL-QALBA TAR-RABAT Banif Bank għandu fergħa fiċ-ċentru tar-Rabat biex jaqdi l-ħtiġijiet bankarji kollha tiegħek, kemm dawk personali kif ukoll tan-negozju. Nistiednuk iżżurna f’din il-fergħa li tinsab f’Nru.6, Triq il-Karrijiet, fejn it-tim tagħna lest li joffrilek servizz eċċellenti.
Il-ħinijiet ta' ftuħ huma: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.30a.m – 2.30p.m. Is-Sibt: 8.30a.m – 12.30p.m.
Banif Bank (Malta) plc Banif Bank (Malta) plc huwa liċenzjat mill-MFSA biex joffri servizzi bankarji, skont it-termini tal-Att dwar il-kummerċ Bankarju 1994. Reġistrat f’Malta C41030 – 203, Level 2, Rue D’Argens, Gżira, GŻR 1368, Malta.