Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2019

Page 1



Programm tal-Festa 2019

errej

1

PARROĊĊA SANTA MARIJA ĦAD-DINGLI

Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Mark Mallia Pawley .................................................... 2 Żjara ta’ kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu f’Ħad-Dingli Francesco Pio Attard ........................................................10 Il-festa tagħna lil Santa Marija Mario Micallef ...................................................................20 Sena ta’ preparamenti David Vassallo....................................................................29 L-infjorata se terġa’ ssir Il-Grupp tal-Abbatini .........................................................32 Programm tal-festa ................................................................37 Il-kurunella lil Santa Marija Savio D. Borg .....................................................................43 Ħad-Dingli jgħin fil-ħidma missjunarja tal-Isqof il-ġdid Mons. Giovanni Cefai M.S.S.P. ..............53 Patri Rafel Camilleri Kapuċċin ta’ fama minn Ħal Tartarni Rev. Dr Martin Micallef ....................................................57 L-Azzjoni Kattolika f’Ħad-Dingli 21 sena ta’ appostolat fil-parroċċa tagħna Paul Abela .........................................................................73

Programm tal-Festa 2019 Bord Editorjali: Rev. Mark Mallia Pawley Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo Għajnuna fil-produzzjoni: Georgina Ebejer Mark Farrugia Dr Rachel Powell Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iż-Żurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta l-għajnuna tiegħu fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.

Il-qoxra turi dettall mill-istatwa titulari ta’ Santa Marija, patruna ta’ Ħad-Dingli. Din l-istatwa nħadmet fl-1861, mill-iskultur Anton Busuttil. Ritratt: Noel Zammit Disinn: www.designedbyal.com


2

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

essa

ill-Arċipriet

Ħel a tal-għa e Bħalissa nemmen li hu żmien sabiħ ħafna għall-mużika Maltija. Bosta gruppi u kantanti Maltin qed jagħtuna diski mill-isbaħ, partikularment bl-ilsien Malti. Il-mużika fiha nnifisha diġà tqanqal emozzjonijiet partikulari f’dak li jkun, b’mod li kull min jisma’ biċċa mużika jew kanzunetta, taffetwah differenti minn ħaddieħor. Waħda mid-diski li smajt fuq stazzjon tar-radju lokali u li laqtitni hija diska tal-grupp Bernie and Pod, li ġġib l-isem “Ħelwa tal-Għaġeb”. Hija diska moderna ħafna u romantika, sabiħa fil-widna u ċert li tqanqal diversi emozzjonijiet f’dawk li jisimgħuha. Lili personali laqtuni ħafna l-kliem li fiha, u fihom nara ħafna aktar minn sempliċiment kliem sabiħ li maħbub qed jesprimi fuq il-maħbuba tiegħu, imma kliem sabiħ li jista’ jingħad fi kwalunkwe relazzjoni ta’ mħabba sinċiera! Kull wieħed u waħda minna għandu relazzjonijiet għal qalbu ħafna. Hemm relazzjonijiet li jiġu b’mod naturali, bħal dawk li wieħed ikollu mal-ġenituri u familjari. Imbagħad hemm relazzjonijiet partikolari, li wieħed jibni ma’ persuni li jagħżel hu. Eżempju ta’ relazzjonijiet hekk huma l-ħbieb u r-raġel jew il-mara li wieħed jagħżel li jqatta’ l-kumplament ta’ ħajtu miegħu jew magħha. Dawn kollha jagħmlu l-ħajja tal-bniedem tant isbaħ u mimlija! Is-sbuħija veru Hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li t-tjubija, il-verità u s-sbuħija jkunu flimkien. Dan bir-raġun, għax il-verità hija sabiħa u l-qofol tat-tjubija. Iżda huwa importanti li nagħmlu distinzjoni ċkejkna, għax filwaqt li l-verità hija dejjem sabiħa, mhux kulma jidher sabiħ huwa tajjeb. F’waħda mill-kitbiet tiegħu, Santu Wistin jikteb hekk: “Is-sbuħija hi tabilħaqq għotja tat-tjieba ta’ Alla; iżda biex it-tjubija ma titkabbarx biha nfisha, Alla jsawwab is-sbuħija anke fuq min hu ħażin.” Essenzjalment, Santu Wistin qed jagħmel distinzjoni ċara bejn is-sbuħija fiżika u s-sbuħija spiritwali, u jfakkarna li hija realtà kbira li aħna nħarsu lejn sbuħija anqas importanti, dik fiżika, u ntuha importanza iktar minn dik is-sbuħija li hija tant ogħla u itjeb. Madankollu, is-sbuħija fiżika sa ċertu punt hija wkoll sbuħija għolja, sbuħija li tirrifletti s-sbuħija perfetta tal-Ħallieq. Iżda huwa riskju kbir li nistmaw din is-sbuħija ħafna iktar milli hi, bil-konsegwenza li nonqsu milli nirrealizzaw il-kobor tas-sbuħija spiritwali, sbuħija li tirrifletti t-tjubija u l-verità ta’ Alla nnifsu. Eżempju żgħir ta’ dan hu l-limitazzjoni tas-sbuħija fiżika. Dak kollu li fiżikament huwa sabiħ, xi darba jew oħra jintemm. Iżda s-sbuħija spiritwali, flimkien mat-tjubija u l-verità, ma tintemm qatt. Il-Bibbja tqabbel ħafna s-sbuħija mal-ħlewwa. Dak li hu sabiħ hu deskritt ukoll bħala ħelu. Il-Ktieb tal-Proverbji jikkummenta wkoll fuq is-sbuħija tal-mara u joħroġ dan l-aspett sabiħ bejn is-sbuħija fiżika u dik spiritwali. Qarrieqa l-ħlewwa tal-mara, fiergħa sbuħitha; mara li tibża’ mill-Mulej ta’ min ifaħħarha (Prov. 31, 30). Id-dinja li ngħixu fiha hi dinja li tagħti importanza kbira lis-sbuħija fiżika. Aktar minn kollox, is-sbuħija hi dik li fuqha d-dinja tevalwa l-persuna. Ħafna nies ifittxu li jkollhom


Programm tal-Festa 2019

3

dehra bħal nies li jidhru fuq it-televiżjoni u l-films, jew anke players tal-futbol u persuni oħrajn popolari. Filwaqt li dan ma fih xejn ħażin, importanza żejda lejn il-ħarsa fiżika mingħajr investiment fil-karattru tal-persuna, ma jkun jiswa għal xejn. Tkun żejjint il-qoxra ta’ barra, iżda minn ġewwa tkun vojt! Frażi li darba smajt mingħand xi ħadd li kienu qed jaqbdu miegħu, biex jiċċajtaw, għax bla xagħar kienet li “aħjar ras bla xagħar, milli xagħar bla ras!” L-istess is-sbuħija. Ħafna isbaħ is-sbuħija interjuri tal-persuna milli dik esterna! L-estern jispiċċa maż-żmien, iżda s-sbuħija u t-tjubija tal-qalb ma tispiċċax! Marija u s-sbuħija Xi ħaġa li f’dawn iż-żminijiet tibda tisma’ meta tmur f’xi festa ddedikata lil Ommna Marija hija l-kelma “sabiħa”. Jiena ċert li fiżikament, Marija kienet mara sabiħa ħafna, u ċert li Ġużeppi kien iħares lejha u jirreferi għaliha bħala “ħelwa tal-għaġeb”! Iżda xtaqt li nirrifletti ftit mhux fuq issbuħija spiritwali u nterjuri biss ta’ Marija, iżda fuq dik is-sbuħija li tirrifletti s-sbuħija ta’ Alla nnifsu. Kif diġà għedt qabel, it-tajjeb hu sabiħ u l-ħażin mhuwiex! La minn Marija kellu jitwieled dak li hu t-tjubija fiha nnifisha, mela Marija bilfors kellha tkun sabiħa ħafna! Min hi din il-mara sabiħa? Hija l-mara li tagħraf illi kif tidher f’għajnejn Alla hu ħafna aktar importanti minn kif tidher f’għajnejn id-dinja u l-bnedmin. Din hi l-mara li ta’ min ifaħħarha. Li togħġob lil Alla għandha tkun il-prijorità ta’ kull persuna. L-iskrittura tagħtina ħjiel ta’ dak li Alla jsib sabiħ fil-mara. Ħa tkun is-sbuħija tagħkom mhux dik li tidher minn barra bħad-dafra tax-xagħar u t-tiżjin tad-deheb u l-ilbies ilellex, imma dik li hi moħbija f’qalbkom, imlibbsa b’tiżjin li ma jitħassarx; hi l-qalb ħelwa u twajba tagħkom; dan hu li Alla jgħożż ħafna. (1 Pt. 3, 3-4) Il-qalb ħelwa u twajba hi dik li tirrifletti propju dak li hu ta’ Alla, attributi veri tiegħu, Hu li hu ta’ qalb ħelwa u umli. Marija żgur li hija x-xempju ta’ din il-ħlewwa u t-tjubija mqanqla mir-rieda sħiħa li kontinwament tħalli r-rieda ta’ Alla sseħħ fiha. Fi kliem sempliċi, il-ħlewwa u t-tjubija huma l-qofol ta’ dak li hu s-sabiħ veru! Il-Bibbja tippreżenta wkoll lill-mara bħala xbieha tal-Knisja qaddisa. Pawlu jobbliga lill-Efesin b’dan il-kliem: Intom, l-irġiel, ħobbu n-nisa tagħkom, kif Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha. U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b’xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd. (Efes. 5, 25-27). Il-qdusija hija t-tragward li lkoll irridu nilħqu, hija perfetta u sabiħa. Ilkoll maħluqin biex insiru qaddisin, u għalhekk ilkoll imsejħin għas-sbuħija spiritwali! Li tkun qaddis ifisser li tkun tajjeb, li taħdem biex togħġob lil Alla, li ssir riflessjoni tas-sbuħija li tirrifletti t-tjieba u l-verità ta’ Alla nnifsu. Marija x-xempju ta’ din il-ħlewwa tal-għaġeb, eżempju tat-tjieba, għerf u verità hija wkoll Omm il-Knisja, dik li tiggwida lill-Knisja li waqqaf Ġesù fid-diffikultajiet li taffaċċja mill-isfidi tad-dinja li qiegħda fiha. Il-Knisja hija aħna lkoll, filpellegrinaġġ lejn is-sema pajjiżna. Hi stess trid taspira li tkun bħal Marija. Marija għalhekk issir l-ideal ta’ kif inkunu spiritwalment sbieħ u bl-eżempju tagħha, tibqa’ timxi l-mixja magħna biex naslu għall-qdusija.


4

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Rifless ta’ dak li hu sabiħ Spiss, filgħaxija, inħobb immur fuq l-irdum għal ftit ħin għall-kwiet. F’dak id-dlam u dik il-ħemda, ikollok l-opportunità li tirrifletti u tosserva. Hi xena ferm sabiħa meta tieqaf u tħares ’il fuq u tara l-qamar u l-kwiekeb idawlu l-lejl. Bla ma rrid, jiġuni f’moħħi dawn il-versi meħudin minn Salm 8: Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom! X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem, biex taħseb fih? Filwaqt li diversi ma tantx jagħtu kas, u oħrajn iħarsu bla ma japprezzaw dak li jkun qed jiġri, jien naffaxxina ruħi b’dak li jkun għaddej fis-skiet tant ’il bogħod minna. Il-qamar … din il-blata tant bogħod minna li għal ħafna ma tfisser xejn. Fil-verità, il-qamar hu xi ħaġa sempliċi u vojt, mimli ġebel u xejn aktar. Kuntrarju għax-xemx, anqas hu kapaċi jiġġenera enerġija jew dawl għalih innifsu. Irid jiddependi fuq ix-xemx biex juri x’inhu. Madanakollu, din il-perla li ddawwal il-lejl għandha ħafna iktar x’tgħallimna! Iva, perla, tiddi u tirrifletti d-dawl li tkun qed tirċievi. Wara kollox, fiddalma tal-lejl, huwa l-qamar li jipprovdi ftit mid-dawl li jirrifletti biex jurina t-triq. F’talba li jitolbu l-Leġjonarji ta’ Marija, f’waħda mill-antifoni jingħad hekk: Min hija dik li tielgħa bħaż-żerniq, sabiħa donnha l-qamar, tiddi bħax-xemx, tal-biza’ bħal eżerċtu lest għat-taqbida? Sabiħa donnha l-qamar! Iva, il-qamar ifakkarni f’Marija. Bħalma s-sbuħija tal-qamar ma tagħmilx sens mingħajr ix-xemx, hekk ukoll is-sbuħija ta’ Marija ma tagħmilx sens mingħajr Alla! Bħal qamar u x-xemx, Marija tiddependi totalment fuq Alla biex turi s-sbuħija tagħha. Hi ma tfittix li twassal iddawl tagħha, lilha nfisha, iżda tfittex biss li twassal id-dawl ta’ binha Ġesù. Anqas tfittex li turi d-dawl li jwassal għal għandha, iżda tirrifletti d-dawl ta’ binha biex dawk li jkunu mitlufin, isibu t-triq lura, u biex fil-mumenti tad-dlam insibu dak li jiggwidana lura fit-triq. Bħal qamar, hi dik il-perla sabiħa f’lejl mudlam, tirrifletti d-dawl li rċeviet! Il-qamar hu ppożizzjonat perfettament biex jirrifletti d-dawl tax-xemx. Bl-istess mod, Marija hija ppożizzjonata perfettament fl-istorja tal-bniedem biex tirrifletti d-dawl ta’ Alla fl-istorja tas-salvazzjoni. Marija mhijiex is-sors tad-dawl, iżda l-isbaħ rifless tad-dawl! Bdejt dan l-artiklu b’referenza għad-diska “Ħelwa tal-Għaġeb” tal-grupp Bernie and Pod. Fil-lirika sabiħa, hemm dawn il-versi: … bħal djamant mill-isbaħ, li fl-aħħar jien sibt bit-tjieba u bl-għożża int l-aqwa ġojjell ta’ kull żmien Ħelwa tal-għaġeb idħakli fis-skiet fl-imħabba urini li tħobbni bla tmiem… Marija, id-djamant sabiħ li daħal fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna bla ma fittixnih aħna u li jagħmlilna ħajjitna tant isbaħ. Marija, il-ġojjell tant prezzjuż li jagħtina tama meta kollox jidher mitluf. Marija, il-perla li tirrifletti fuqna d-dawl ta’ binha Ġesù. Marija, il-ħelwa tal-għaġeb magħżula minn Alla biex tkun Ommu, u mogħtija lilna biex tkun omm tagħna. Marija, dik li fis-skiet turina l-imħabba bla tmiem ta’ Alla għalina. Marija, il-mara sabiħa li tibża’ mill-Mulej! Nawguralek li f’din il-festa, permezz ta’ Marija, tiskopri s-sbuħija li Alla jixtieq jirrifletti permezz tiegħek! Il-festa t-tajba lil kulħadd! Dun Mark Mallia Pawley




Make the most of your time

tallinja app

DOWNLOAD NOW

Login

Plan your journey, know the arrival time of your next bus and much more with the tallinja app.


CHRIS & BRIAN GENERAL CONTRACTORS

For all types of Construction, Restoration and Alteration Works We sell property Contact us on

9929 8587 / 9947 1465



10

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

jara ta’ k adr tal- adonna a’ in f’Ħad-Dingli ill- i għa 2 sat- nejn ta’ A

iss 2 1

Din is-sena l-festa ta’ Santa Marija qed tibda bil-preżenza fostna ta’ kwadru tax-xbieha talAssunta miżmuma b’għożża fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. L-inizjattiva, bilkoperazzjoni tal-amministrazzjoni tas-Santwarju, qed issir fis-sena li qed jiġi ċċelebrat l-400 anniversarju tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu bi stedina biex it-tifkira ta’ dan l-avveniment jgħinna nġeddu l-qima lejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema u nintelqu f’idejha ħalli twassalna għand Ġesù. L-editur tar-rivista ‘Il-Ħajja f’Għawdex’, FRANCESCO PIO ATTARD, jikteb dwar din id-devozzjoni Marjana, l-istorja tal-kwadru, il-ġrajja meta minn dan il-kwadru l-Madonna tkellmet u s-Sena Marjana li għaddejja f’Għawdex. Preżenza ta’ kappella sa mis-seklu ħmistax Fuq il-post fejn illum hemm isSantwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, ilha wieqfa xi forma ta’ kappella sa mill-bidu tas-seklu ħmistax. L-art, filkontrada tal-għolja Ta’ Għammar (bejn l-Għasri u l-Għarb), minn dakinhar sal-lum għaddiet minn id għal oħra, u l-kappella mhux darba u tnejn kienet fi stat ħażin ħafna, tant li laħaq sar il-ħsieb ukoll li titwaqqa’, ħaġa li l-Madonna providenzjalment ma ppermettietx. Din il-kappella fil-kampanja, magħrufa għal żmien twil bħala ‘Ta’ Ġentili’ għal isem il-familja proprjetarjà tagħha, fl-1578 għaddiet f’idejn ċertu Filippu (fil-qosor Pinu) Gauci, li daħal responsabbli għaż-żamma tal-kappella. Meta fl-1615, waqt Viżta Pastorali tal-Isqof Baldassare Cagliares, millġdid instabet f’qagħda ħażina, Pinu offra minn jeddu li joħroġ il-flus għar-restawr tagħha. Kien hu li kkummissjona kwadru titulari ġdid tal-Assunta lil Bartolomeo Amadeo Perugino, li tqiegħed fʼpostu fl-1619. Hu minħabba f’dan kollu li l-kwadru, u mbagħad il-kappella, is-Santwarju u l-inħawi kollha, baqgħu sal-lum magħrufa bħala “Ta’ Pinu”. Il-ġrajja tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima Fit-22 ta’ Ġunju 1883, Karmni Grima, xebba bidwija mill-Għarb, kienet ġejja lura lejn darha, mill-għalqa tagħhom in-naħa talĠurdan, filwaqt li kienet qed tgħid xi talbiet privati tagħha. Kienu xi l-10.10 a.m., u xħin kienet għaddejja minn ħdejn il-kappella Ta’ Pinu, semgħet għal darbtejn jew tlieta leħen isejħilha: “Ejja, ejja”. Ħarset lura, u billi ma rat lil ħadd, baqgħet miexja. Imma l-leħen ta’ qabel tenna: “Ejja llum, għaliex qabel sena oħra ma tkunx tista’ tiġi”. Għalhekk, hija reġġgħet xi passi lura biex taqbad il-passaġġ u bdiet miexja bil-mod u beżgħana lejn il-kappella. Xħin waslet, talbet għal ħin wieħed u ġarrbet hena mhux tas-soltu; u xħin spiċċat it-talb


Programm tal-Festa 2019

11

tagħha, qagħdet ittella’ u tniżżel taħseb x’sejra tgħid iżjed. F’dak il-ħin, l-istess leħen reġa’ qalilha: “Għid tliet Ave b’tifkira tat-tlett ijiem li ġismi dam fil-qabar”. Franġisk Portelli Fl-istess żmien, u għal madwar sitt darbiet, il-Madonna Ta’ Pinu kellmet ukoll lil Franġisk Portelli, ġuvni twajjeb mill-Għarb ukoll, u qaltlu: “Ħabrek biex tkun devot lejn il-pjaga tal-ispalla ta’ Ibni li kienet magħmula mis-salib, waqt li kien tiela’ għall-Kalvarju, u ħabrek ħalli anki l-oħrajn ikollhom l-istess devozzjoni”. Xi żmien wara, Franġisk u Karmni, li kienu ħbieb, tarrfu lil xulxin blesperjenzi li kellhom, u għalkemm żammew il-messaġġ tal-Madonna moħbi minn għajnejn in-nies, iktar tard Karmni qalet b’dan lillkonfessur tagħha, li obbligaha tgħarraf lill-Isqof. Post ta’ devozzjoni kbira Wara dawn il-ġrajjiet, id-devozzjoni lejn il-Madonna Ta’ Pinu baqgħet dejjem tiżdied. Xhieda tagħha hi l-ammont bla waqfien ta’ pellegrini li bdew iżuru l-kappella Ta’ Pinu, liema devozzjoni wasslet biex mitt sena ilu beda jinbena Santwarju akbar li jinkorpora fih ilkappella oriġinali. Flimkien mal-bini tas-Santwarju, id-devozzjoni lejn il-Madonna Ta’ Pinu ġiet ukoll ikkonfermata millinkurunazzjoni tal-istess kwadru nhar l-20 ta’ Ġunju 1935, ħaġa li f’dawk iż-żminijiet kienet riservata għall-Kapitlu tal-Bażilika tal-Vatikan u li saret bl-approvazzjoni tal-Papa Piju XI. Ma’ dan ma nistgħux ma nsemmux iż-żjara li l-Papa Ġwanni Pawlu II għamel lis-Santwarju nhar is-26 ta’ Mejju 1990, u l-Warda tad-Deheb li nhar it-18 ta’ April 2010 il-Papa Benedittu XVI poġġa quddiem ix-xbieha mirakoluża tal-Madonna Ta’ Pinu. F’din l-okkażjoni hu kien qalilna: “Itolbuha u sejħulha Sultana tal-Familja”. Il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu, maħdum erba’ mitt sena ilu, jibqa’ l-qalba ta’ din id-devozzjoni Marjana. F’Ġunju 1949, f’għeluq Kungress Marjan li nżamm f’Għawdex, u f’Novembru 1950, flokkażjoni tal-festi djoċesani speċjali tal-proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunzjoni ta’ Marija, kien inħareġ mis-Santwarju biex ittieħed fil-Belt Victoria. Fl-1983, fl-okkażjoni tal-mitt sena mis-sejħa Ta’ Pinu, ittieħed ukoll Malta, kif imbagħad reġa’ sar fl-2010 għall-għoti tal-Warda tad-Deheb mill-Papa Benedittu XVI. Sena Marjana f’Għawdex Għeluq l-erba’ mitt sena minn meta nħadem u tqiegħed f’postu l-kwardu għażiż tal-Madonna Ta’ Pinu qed jitfakkar mid-Djoċesi ta’ Għawdex b’Sena Marjana. Dan qed isir fuq xewqa tal-Isqof Mons. Mario Grech biex it-tifkira ta’ dan l-avveniment tgħin lill-Insara jġeddu l-qima lejn Ommna Marija u jagħmlu tagħhom it-tagħlimiet attwali tal-ġrajja straordinarja u providenzjali tal-1883 li kellha oriġni proprju minn dan il-kwadru. Is-Sena Djoċesana Marjana nfteħet fis-Solennità ta’ Kristu Sultan f’Novembru li għadda u tibqa’ sejra sal-Vġili tal-Għid tal-Assunta ta’ din is-sena.


12

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Żjara tal-kwadru lill-parroċċi Għawdxin Fl-okkażjoni ta’ dan l-erba’ mitt anniversarju u s-Sena Marjana, id-Djoċesi ta’ Għawdex ħadet l-inizjattiva sabiħa li bejn is-Sibt 12 u l-Ħadd 27 ta’ Jannar 2019, il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu dar il-parroċċi kollha ta’ Għawdex u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, b’waqfa ta’ madwar erbgħa u għoxrin siegħa f’kull komunità parrokkjali. Kien mument qawwi li fih il-komunitajiet Għawdxin ħassew lil Marija qrib tagħhom, u tħeġġu biex bħalha jkunu qrib tal-oħrajn. Fl-istess waqt, twettaq il-kmand ta’ Alla nnifsu, kif qal permezz tal-anġlu f’ħolma lil San Ġużepp: “Tibżax tieħu għandek lil Marija” (Mt 1:20). Dan ġie magħżul ukoll bħala l-motto tas-Sena Marjana. Marija ssejħilna llum ukoll Kif għamlet fl-1883 meta sejħet lil Karmni Grima u Franġisk Portelli, Ommna Marija llum ukoll issejħilna, b’mod speċjali mis-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, biex immorru għandha u hi twassalna għand Binha, b’dak l-amar sabiħ li tagħti lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu” (Ġw 2:5). Fi kliem l-Isqof Mons. Mario Grech, fil-wasla lura tal-kwadru fis-Santwarju tiegħu nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar wara żjara fil-parroċċi Għawdxin, “issa li wassalnieha lura f’darha, ħalluni nagħmlilkom sejħa minn qalbi: Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom! Marija hija waħda minna, minn ta’ ġewwa: insibulha post fid-dar tagħna, nirriservawlha maqgħad biex tpoġġi madwar il-mejda tal-familja, u kuljum insibu ħin noqogħdu ftit maġenbha nitkellmu magħha, possibbilment bit-talba tar-Rużarju, imma jekk ma għandniex ħin, almenu ngħidu dak li talbitna hi minn dan il-kwadru: tliet Ave Marijiet”. Niftakru li Marija qatt ma ssejħilna biex nieqfu għandha biss, imma dejjem teħodna għand Ġesù. F’Ta’ Pinu, l-istess misteru tal-Assunzjoni tagħha jfakkarna kontinwament id-destinazzjoni finali tagħna x’inhi: il-ħajja ta’ dejjem fi ħdan il-Missier.

Crazy for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 9940 9715

Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha

Cook St Rita Street, Rabat, Malta Tel: 2145 3750


THE WIDEST SELECTION OF OUTDOOR FURNITURE & ACCESSORIES IN MALTA & GOZO

HomeTrends Opening Hours: Monday to Friday OPEN ALL DAY 9am-7pm & Saturday 9am-5pm San Gwann - Ind Estate, T: 2144 5654 Haz-Zebbug - Mdina Road, T: 2146 0987 | E: shop@hometrends.com.mt

www.hometrends.com.mt | www.nardioutdoor.com



Environmental Ltd

t | 21453920 m | 99408455 / 77408455 e | vmenvltd@gmail.com



Programm tal-Festa 2019 Office:

Maestro Giuseppe Camilleri Street, Industrial Zone, Ħandaq, Qormi

Factory: Anthony John Coleiro Street, Industrial Zone, Ħandaq, Qormi For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191

in business since 1977

17

DINGLI ALUMINIUM Web: www.dinglialuminium.com Email: dinglim3@onvol.net

Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort. We have been entrusted by the renowned German company to represent their UPVC windows & doors in Malta.


18

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli


Programm tal-Festa 2019

GAUDA

19

BOBBYLAND BAR & RESTAURANT Panoramic Road, Dingli Cliff s, Dingli DGL 1803

Tel: 2145 2895

RABAT

66, Main Street, Rabat, Malta Tel: 2745 4593

FREEWAY MARKETING Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts

Tony’s Garage 24HRS TAXI SERVICE

Dingli Mob: 9944 4142 Fax: 2145 1584 Travel in Comfort & in Style Fully Airconditioned

Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta

Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351

Nickovich

Fruit & Vegetables and Groceries Issibu frott u ˙axix frisk kuljum, frawli tal-aqwa kwalità kif ukoll xelta vasta ta’ mlu˙a.

Free Delivery 21, Triq il-Kulle©©, Rabat

CAR WASH SERVICE Upholstery Cleaning Prices One seat 9 Euros All four seats 36 Euros Inside and Outside Cleaning Starting from 15 Euros Lens Polish (fanali) Starting from 10 Euros each

(Faççata l-Iskola Primarja)

Tel: 2720 3934 Óinijiet tal‐Ftu˙: Mon ‐ Fri: 7.00am ‐ 7.00pm Saturday: 7.00am ‐ 1.00pm

Donovan Scerri MOB: LOCATION:

9903 0121 ÓAD-DINGLI and on site

Donovan John Scerri


20

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

l-festa tagħna lil anta arija L-organizzazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fir-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna, entita’ fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra fosthom servizzi ta’ baned, logħob tan-nar, armar u loġistika. F’dan l-artiklu, is-Segretarju talKumitat Festa Esterna, MARIO MICALLEF, jinfurmakom bl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa u jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fix-xhur li għaddew u inizjattivi ġodda li għaddej xogħol dwarhom. Il-ħidma tal-Kumitat Festa Esterna fit-tnax-il xahar li għaddew ma qatgħet xejn. Hi ħidma volontarja u mill-qalb minn grupp ta’ persuni li jħobbu l-festa ta’ Santa Marija u jgħinu lill-Arċipriet florganizazzjoni tal-aspetti li jsawwru l-festa ta’ barra. Jieħdu ħsieb ukoll jiġbru fondi għal dan il-għan u jżejjnu t-toroq b’armar u dekorazzjonijiet li joħolqu ambjent ta’ festa fir-raħal. Matul is-sena wkoll, il-membri tal-kumitat jgħinu f’inizjattivi u attivitajiet oħra organizzati mill-parroċċa, iżda l-qofol jibqa’ dejjem il-jiem tal-festa titulari. Il-baned Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza ħames servizzi li huma kummissjonati lil erba’ baned. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tattridu, il-kumitat jorganizza marċ li għalih stieden lill-banda tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Marti ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Lejlet il-festa filgħaxija, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas servizz li għalih stieden lillGħaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan is-servizz jibda fit-8.30 p.m minn ħdejn il-knisja. Fl-9.50 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex minn fuq il-planċier, mal-banda jingħaqad il-kor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru. Il-marċ jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq ilMaddalena fejn imbagħad jibda l-ħruq tal-logħob tan-nar tal-art. F’jum il-festa filgħodu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas il-marċ ta’ filgħodu li jibda fil-11.00 a.m. u jintemm fis-1.30 p.m. Il-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-marċ popolari hu fir-responsabilita’ sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa.


Programm tal-Festa 2019

21

Nhar il-festa, il-kumitat jistieden ukoll żewġ baned oħra: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem ‘l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fil-ħruġ u d-dħul talpurċissjoni; u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tar-raħal. Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tirringrazzja lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli li fil-jiem tal-festa ddoqq mingħajr ħlas f’jum it-tfal organizzat mill-parroċċa u fl-okkażjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari; l-ewwel fil-quddiesa u wara fit-tislima fuq iz-zuntier. It-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa, fid-9.00 p.m. jibda programm vokali u strumentali fuq iz-zuntier imtella’ u finanzjat mill-istess Għaqda Mużikali Santa Marija. L-istess għaqda tippermetti wkoll l-użu tal-planċier għall-banda mistiedna nhar il-festa filgħaxija mill-Kumitat Festa Esterna. Fi tmiem il-festa, wara l-barka sagramentali filknisja, l-Għaqda Mużikali Santa Marija torganizza u tiffinanzja l-marċ tal-aħħar. Il-logħob tan-nar Is-sena li għaddiet ktibna paġna ġdida fil-qasam tal-logħob tan-nar tal-ajru. Wara 35 sena li matulhom il-kumitat xtara xogħol pirotekniku minn kmamar tan-nar differenti, fil-festa li għaddiet il-logħob tan-nar tal-ajru nħadem minn pirotekniċi Dinglin. L-ispiża għan-nar ta’ lejlet u nhar il-festa nqasmet nofs b’nofs bejn il-Kumitat Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali Santa Marija. Dan l-arranġament seta’ jsir wara li grupp ta’ pirotekniċi Dinglin fi ħdan l-Għaqda Mużikali Santa Marija bdew jaħdmu n-nar fin19th March Fireworks Factory, fil-limiti tar-Rabat. Bi pjaċir inħabbru li din is-sena se nkomplu nibnu fuq dak li għamilna s-sena li għaddiet, billi ma’ lejlet u nhar il-festa se jkun inkluż ukoll il-logħob tannar tal-ajru li se jinħaraq f’jum il-ħruġ min-niċċa tal-istatwa ta’ Santa Marija. B’hekk, il-Kumitat Festa Esterna qed jinkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex timmanifattura l-logħob kollu tan-nar tal-ajru għall-festa ta’ Santa Marija, bl-ispiża tinqasam min-nofs bejn iż-żewġ entitajiet. Apparti l-ħlas ta’ nofs l-ispiża tal-logħob tan-nar tal-ajru, il-kumitat jieħu ħsieb l-ispejjeż kollha ta’ żewġ ħarqiet oħra. Fi tmiem il-marċ tal-Ġimgħa, wara li l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela, tinħaraq wirja piroteknika li tinxtara mingħand il-kumpanija BG Malta Fireworks Display. L-għada, is-Sibt filgħaxija, appuntament ieħor mistenni minn ħafna jkun il-logħob tan-nar tal-art li jtemm il-programm ta’ attivitajiet ta’ lejlet ilfesta. Iġ-ġigġifogu jinxtara mingħand il-kamra tan-nar Sant’Andrija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa. L-ispettaklu tal-logħob tan-nar tal-art jibda fil-11.30 p.m. quddiem iċ-ċimiterju tal-parroċċa. Għal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru, il-Kumitat Festa Esterna jħallas hu għallpermessi tal-Pulizija dwar il-ġarr u l-ħruq tal-logħob tan-nar, l-assikurazzjoni, il-preżenza ta’ vettura u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u għal extra duties lill-Pulizija relatati mal-ħruq u l-ġarr tal-materjal pirotekniku. L-armar . . . l-isfidi li jmiss Il-Kumitat Festa Esterna jieħu ħsieb li f’dawn il-jiem ir-raħal jilbes il-libsa talfesta bl-armar fit-toroq. Dan ix-xogħol isir kollu b’volontarjat minn membri tal-kumitat u persuni oħra li ġentilment jagħtu daqqa t’id f’dan ix-xogħol.


22

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Għall-armar tad-dawl mal-koppla, il-faċċata tal-knisja u t-toroq, il-kumitat iqabbad kuntrattur privat. Matul is-sena ssokta x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq id-drapp, inħiet drapp ġdid għat-trofew ta’ Triq il-Kbira u kompla jinbidel l-azzar u l-ħbula li jintużaw għall-pavaljuni. L-akbar proġett li dieħel għalih il-kumitat hu l-bdil tal-armar f’Misraħ Ġużè Abela. Għal hawnhekk se jsir sett ta’ trofej ġodda b’disinn tal-artist Andrew Bugeja mill-Birgu. Dan il-proġett għandu jagħti lil din il-pjazza ewlenija dehra mill-aktar eleganti fil-jiem tal-festa, b’disinn sabiħ li jikkumplimenta armar ieħor rikk li għandna fil-qalbha tar-raħal bħall-pedestalli u l-istatwi, it-trofew fi Triq il-Kbira, ilbandalori ta’ quddiem il-knisja b’pitturi li jirrappreżentaw il-ħajja tal-Madonna u l-pavaljuni l-ġodda li saru fi Triq San Rokku. Il-proġett għal din il-pjazza hu wieħed ambizzjuż ħafna; kemm għax jinvolvi snajja’ u xogħol minn artisti differenti, kif ukoll biex jinġabru l-fondi għalih. Hu stmat li dan il-proġett se jiswa aktar minn € 45,000. Nafu li t-triq hi twila u għat-telgħa iżda konvinti li dan il-proġett se jħalli wirt ieħor sabiħ għall-festa tagħna. Hu ta’ sodisfazzjon u ta’ min ifaħħru l-ġest taż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin li kienu l-ewwel li offrew li jgħinu finanzjarjament biex dan iseħħ. Madankollu t-triq hi twila u nappellaw għall-ġenerożita’ tagħkom biex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq. Għall-ġejjieni, il-kumitat qed jara l-ħtieġa li jbiddel il-pavaljuni ta’ Triq il-Kbira. Għal dan il-għan, ġie avviċinat disinjatur li ħejja disinn għal dawn il-pavaljuni. Wara l-festa għandhom jissuktaw ittaħdidiet dwaru biex noħorġu bl-aħjar prodott għar-raħal u ċ-ċirkustanzi ta’ din it-triq li minnha jgħaddi ħafna traffiku. Irrid nieħu l-okkażjoni nirringrazzja lill-Kunsill Lokali li għal sena oħra reġa’ fdana biex inżejnu t-toroq għall-festi tal-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida. F’Diċembru li għadda ġie ntrodott armar ġdid u l-ħsieb hu li għall-Milied li ġej dan l-armar ikompli jikber biex tingħata dehra sabiħa lir-raħal tagħna, speċjalment filgħaxijiet. L-Assunzjoni: l-għażla tal-Kumitat Festa Esterna f’Naqsam il-Muża Il-Kumitat Festa Esterna ħa sehem flimkien ma’ għaqdiet oħra Dinglin f’Naqsam ilMuża. Dan il-proġett qarreb lill-komunità mal-kollezzjoni nazzjonali tal-arti li tinsab taħt il-ħarsien tal-aġenzija Heritage Malta. Kull għaqda riedet tagħżel pittura minn din il-kollezzjoni li mbagħad ġiet stampata fuq poster imdaqqas li twaħħal fl-apert. IlKumitat Festa Esterna għażel l-unika pittura fil-kollezzjoni li turi t-tlugħ fis-sema talMadonna, l-Assunzjoni, li possibilment hi ta’ artist lokali u saret lejn l-aħħar tas-seklu ħmistax. Għalina din kienet għażla naturali għax torbot ħafna mal-ħidma tal-kumitat li jieħu ħsieb jorganizza l-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli lillpatruna tagħna – Santa Marija. Xtaqna wkoll li la darba ngħatajna din l-opportunita’ sabiħa li naqsmu mal-komunita’ xogħol ta’ arti millkollezzjoni nazzjonali, ikollna rrappreżentanta xbiha ta’ Marija Assunta. Għal Ħad-Dingli tfisser ħafna, kemm għaliex hi t-titular li lilha


Programm tal-Festa 2019

23

niċċelebraw il-festa Ħadd fuq il-15 ta’ Awwissu, u għandha rabta wkoll mal-għeruq ta’ dan ir-raħal billi missirijietna lilha għażlu bħala l-patruna tagħhom. Il-poster bl-għażla tal-kumitat jinsab fi Triq il-Parroċċa u x-xbieha tal-Assunta hi akkumpanjata b’messaġġ mill-kaxxier tal-kumitat, is-Sur Noel Zammit. Grazzi Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil dawk kollha li jikkollaboraw b’xogħol volontarju u b’għajnuna finanzjarja biex flimkien nagħmlu festa xierqa lil Santa Marija. Irodd ħajr b’mod partikulari lillmembri tal-kummissjonijiet fi ħdanu u lil voluntiera oħra li jgħinu fl-armar, f’xogħol ta’ manutenzjoni tal-armar u drapp, u fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil entitajiet oħra li jaħdmu f’kollaborazzjoni miegħu u li l-għan tagħhom hu li niċċelebraw festa sabiħa u dinjituża, ewlenin fosthom l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Irodd ħajr ukoll lill-Kunsill Lokali u lill-Korp talPulizija għall-kollaborazzjoni tagħhom. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Il-festa t-tajba lil kulħadd u Viva Santa Marija.

rogra

tal-Logħo tan- ar tal-Ajr

Is-Sibt, 10 t’Awwissu 2019 – Ħruġ min-niċċa 08:00a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

12:00p.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 07:30p.m. Wara l-quddiesa fil-Knisja Arċipretali, hekk kif il-vara tinħareġ fuq iz-zuntier tkun akkumpanjata bi ħruq ta’ salut, kaxxa infernali Spanjola, murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, sfejjer u blalen.

Is-Sibt, 17 ta’ Awwissu 2019 – Lejlet il-festa

08:30a.m. Il-kant tat-Te Deum fil-Knisja Arċipretali jkun akkumpanjat mill-ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 11:45a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 06:00p.m. Mal-ħruġ tat-translazzjoni jkun hemm ħruq ta’ salut, kaxxa infernali Spanjola u murtali talberaq. 10:10p.m. Tingħata bidu għall-ħarqa ewlenija ta’ lejlet il-festa li tinkludi ħruq ta’ murtali tal-beraq pront, murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru, murtali tal-kulur, kaxxa infernali tal-kulur, blalen, disinni, sfejjer u lampjuni.

Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu 2019 – Jum il-Festa 08:00a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

10:15a.m. Is-Sanctus tal-quddiesa ewlenija tal-festa jkun akkumpanjat minn ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 11:45a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 07:00p.m. Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija, jinħaraq salut. Wara d-daqq tal-Ave Maria, tinħaraq kaxxa infernali Spanjola li tkun segwita bil-ħruq ta’ murtali tal-beraq bil-logħob. Meta l-istatwa tasal quddiem is-sede tal-Għaqda Mużikali Santa Marija, jsir ħruq ta’ kaxxa infernali spanjola u tal-kulur. 09:15p.m. Jingħata bidu għall-ħruq ta’ murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru u murtali tal-kulur. Wara l-kant tal-Innu l-Kbir, tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur, blalen disinni, sfejjer u lampjuni.


24

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

L-Għajn Main Street, Dingli

GÓAL KULL XORTA TA’ QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA Irrikorru

VINCE BUTCHER 18, Parish Street, Dingli Tel: 2145 2854 Mob: 7945 2854

STATIONERY • GIFTS & TOYS SUB-POST OFFICE from Monday to Saturday

Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722

Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha

IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – Thursday 9.00 a.m. – Friday 9.00 a.m. – Saturday 9.00 a.m. –

5.00 p.m. 5.00 p.m. 7.00 p.m. 7.00 p.m.

DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables Ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli It-Tnejn u l-Ħamis : 9.30am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ġimgħa : 9.30am - 12.00pm Ħdejn il-ħanut fi Triq il-Kbira Minn Settembru sa Ġunju l-Ħadd 9.00am - 3.00pm Ħdejn id-dar ‘Moncheri’, Triq Ġużè Ellul Mercer, Ħad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa : 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm Triq Ġużi Cutajar It-Tnejn u l-Ħamis : 8.00am - 9.30am Triq Ġużè Ebejer u Triq San Pawl tal-Pitkali It-Tlieta u l-Ġimgħa : 8.00am - 9.30am

Mob: 9947 9810

40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323

IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery Vet Service Tuesdays and Fridays 6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884



bbg.com.mt



Il -Festa t -Tajba

followsandroazzopardi sanazzopardi@gmail.com 99879543

Il -Festa t -Tajba

facebook.com/powellrac powellrac13@gmail.com 99190095


Programm tal-Festa 2019

29

ena ta’ prepara enti Is-sena li għaddiet kienet waħda partikulari hekk kif saret ħafna ħidma ta’ preparazzjoni fuq numru ta’ proġetti li l-frott tagħhom se nkunu qed narawh fix-xhur li ġejjin. Il-Perit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn dawn il-proġetti li se jkunu qed isiru kif ukoll lejn ħidma li saret fl-aħħar sena. Restawr Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra konna tajna d-dettalji ta’ proġett kbir ta’ restawr ta’ opri artistiċi li l-parroċċa tagħna daħlet għalih u li f’Mejju 2018 kien ġie approvat li jikkwalifika għallkofinanzjament (80 fil-mija) minn fondi tal-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-proġetti mressqa millFondazzjoni għall-Wirt Kulturali tal-Knisja f’Malta. F’dan il-proġett se jsiru seba’ interventi ta’ restawr: i. l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista; ii. il-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju; iii. in-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; iv. il-kwadri tal-Via Sagra; v. il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju; vi. il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u San Ġużepp, li jinsab fil-kor; u vii. l-kwadru li juri ż-żjara tas-Slaten Maġi, li wkoll jinsab fil-kor. Matul l-aħħar sena l-parroċċa qabbdet esperti speċjalizzati fuq restawr ta’ injam, pittura fuq il-ġebla kif ukoll pittura fuq it-tila biex ħejjew speċifikazzjonijiet dettaljati ta’ kif għandu jsir ir-restawr ta’ kull waħda mill-opri tal-arti msemmija. Kif din id-dokumentazzjoni tlestiet u wara numru ta’ laqgħat u kjarifiċi mar-rappreżentanti tal-parroċċa tagħna, kollox għadda għand it-tim imqabbad mill-Kurja biex jieħu ħsieb it-tfassil u l-ħruġ tassejħiet għall-offerti. Bejn l-aħħar ta’ April u l-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena inħarġu l-ewwel żewġ sejħiet għall-offerti: dik tar-restawr tal-injam (l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista u l-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju) kif ukoll dik għar-restawr tal-pittura fuq il-ħajt tan-niċċa tar-Rużarju. Iż-żewġ offerti għalqu u ġew aġġudikati u wara li għadda wkoll il-perjodu ta’ appell kif jitolbu r-regolamenti, ftit tal-ġranet ilu ġew mogħtija uffiċjalment lill-kumpanija Atelier del Restauro li rebħet dawn l-ewwel żewġ kuntratti. Għalhekk inħarsu ‘il quddiem biex minnufih wara l-festa jibda x-xogħol fuq dawn l-opri artistiċi ħalli fi ftit taxxhur oħra nkunu nistgħu ngawduhom f’kundizzjoni ħafna aħjar milli huma llum. Dwar is-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ restawr ta’ pitturi fuq ittila, kollox jinsab lest u din is-sejħa mistennija tinħareġ fil-ġranet li ġejjin. Child care centre Is-sena li għaddiet il-parroċċa ħadet deċiżjoni important dwar binja fi Triq il-Ġnien (wara ċ-ċimiterju) biex filwaqt li nżamm il-pjan li parti minnha tintuża bħala maħżen għall-armar tal-festa, il-parti ta’ quddiem jinstabilha użu ieħor addattat. Għalhekk, wara li nġabet


30

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

l-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Kurja, fil-bidu ta’ din is-sena inħarġet sejħa għal espressjoni ta’ interess għal min xtaq li jikri din il-parti tal-binja, fejn fiha wieħed kellu jiddikjara x’użu qed jipproponi u l-ammont ta’ kera li qed joffri fuq perjodu ta’ għaxar snin. Il-parroċċa irċeviet sitt offerti varji u ddeċidiet li tmur għall-iktar offerta vantaġġjuża, mhux biss għaliha iżda wkoll għar-raħal tagħna, fejn din il-binja se tintuża bħala ċentru ta’ child care. Wara li saret talba lill-Kurja u din tat l-approvazzjoni finali għal dan il-proġett, bdew taħdidiet mal-operatur li ħa l-offerta, tħejjew ilpjanti finali tal-proġett u ftit tal-ġranet ilu ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Sadanittant sar xogħol ta’ tindif fuq ġewwa tal-binja flimkien ma’ xogħol ieħor ta’ dawl, ilma, kisi u aperturi. Qed isiru wkoll preparamenti biex issir l-art tal-binja. Jekk kollox imur kif ippjanat, dan iċċentru ta’ child care għandu jinfetaħ fl-ewwel erba’ xhur tas-sena d-dieħla. Is-salib tal-frontispizju Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra konna spjegajna li nħarġu l-permessi talAwtorita’ tal-Ippjanar u tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali biex isiru tliet interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja talknisja parrokkjali minn barra. Dawn huma: - il-bdil tas-salib tal-frontispizju minn dak eżistenti tal-franka bil-konkos u l-ħadid għal wieħed tal-qawwi/żonqor; - il-bdil/manutenzjoni tal-opramorta maddawra tal-bejt tal-knisja; u - ir-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja. Matul l-aħħar xhur ġie nkarigat is-Sur Vincent Centorino, espert tad-disinn, biex jiffinalizza d-disinn dettaljat tas-salib. Is-salib il-ġdid se jkun qed jinħadem bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u huwa ppjanat li jkun f’postu fi ftit tax-xhur oħra. Sadattant għaddejjin taħdidiet dwar il-possibiltà li x-xogħol fuq l-opramorta jsir fuq l-istess mudell ta’ kollaborazzjoni. Manutenzjoni oħra Matul l-aħħar ġimgħat, wieħed seta’ jara diversi interventi ta’ tikħil u żebgħa fuq proprjetajiet tal-parroċċa. Fil-post fi Triq il-Parroċċa sar xogħol b’mod volontarju minn Dinglin, filwaqt li l-manutenzjoni taz-zuntier tal-knisja u l-ħajt ta’ barra taċ-ċimiterju sar minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-mant għall-istatwa ta’ Santa Marija Id-disinn li ġie ppreżentat, xogħol is-Sur Silvio Pace, qiegħed għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Arti Sagra tal-Knisja f’Malta. Dan il-proċess jieħu ż-żmien tiegħu u qabel ma jkollna l-approvazzjoni tad-disinn ma nistgħux nibdew ix-xogħol. Kif tħabbar mill-Arċipriet fi tmiem il-festa tas-sena l-oħra,


Programm tal-Festa 2019

31

il-parroċċa diġà għażlet l-artisti u nies tas-sengħa li se jagħmlu x-xogħol relatat mal-proġett. Għalhekk issa nistennew l-approvazzjoni tal-permessi, ħaġa li mhix fil-kontroll tal-parroċċa, biex ix-xogħol ikun jista’ jibda. Qanpiena storika lura fil-kampnar Sena ilu waslet lura mir-Renju Unit qanpiena tal-parroċċa tagħna li kienet għand il-kumpanija Soundweld fejn sarilha intervent speċjalizzat ta’ restawr billi kienet maqsuma. Din il-qanpiena tfondiet fl1762 minn Aloisio Bouchut, imgħallem tal-bronż li kien Mastru Fonditur tal-Ordni ta’ San Ġwann. L-inawgurazzjoni tar-restawr tal-qanpiena sar lejlet il-festa ta’ Santa Marija 2018 biex dakinhar u l-għada kienet esebita fuq iz-zuntier tal-knisja. Nhar it-3 ta’ Settembru 2018, din il-qanpiena ttellgħet fil-kampnar tal-lemin tal-knisja u b’hekk wara kważi għoxrin sena nieqsa qed terġa’ ssemma leħinha bid-daqq tat-tokki tal-arloġġ kull kwarta u għal użu ieħor relatat mal-liturġija. Fuq parir talkampanoloġista Kenneth Cauchi, din il-qanpiena tpoġġiet fil-faċċata tal-kampnar tal-lemin u ħadet post oħra li ġiet trasferita għall-kampnar tax-xellug.

l-okka joni tal-festa L-Arçipriet, flimkien mal-Kleru, il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kul˙add IL-FESTA T-TAJBA. InΩommu f’mo˙˙na l-iskop ewlieni tal-festa; ji©ifieri li nag˙tu qima lill-Madonna, nersqu aktar qrib lejn binha Ìesù u fuq kollox in©eddu r-rieda tag˙na li nkunu nsara a˙jar. Il-festa tkun suççess jekk tg˙inna nag˙mlu dan. Inkunu veru g˙aqlin jekk nersqu spiss lejn il-knisja, nie˙du sehem fit-tif˙ir lil Alla u lillMadonna, inqerru u nitqarbnu. Fl-a˙˙ar ©img˙a tal-festa jkollna konfessuri barranin g˙allqrar f’diversi ˙inijiet, skont kif indikat f’dan il-programm. Il-kant, l-orkestra u l-muΩika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa jkunu ta˙t id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Titkanta l-Antifona Hodie Maria, kompoΩizzjoni ta’ Mro Chappell u propjetà tal-parroçça ta’ Óad-Dingli.

IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra


32

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

L-in jorata se ter a’ ssir Fil-bidu ta’Awwissu tas-sena li għaddiet, il-Grupp tal-Abbatini beda jmexxi l-kelma li għall-festa se jippreżenta sorpriża. U hekk ġara! Nhar il-festa filgħaxija, fuq iz-zuntier intramat infjorata tal-karti li laqgħet lill-istatwa ta’ Santa Marija fil-ħruġ tal-purċissjoni u ħolqot atmosfera sabiħa ħafna li kkumplimentat l-armar sabiħ ta’ ħdejn il-knisja. Din is-sena, l-infjorata se terġa’ ssir u se tkun akbar. Il-Grupp tal-Abbatini hu attiv ħafna fil-ħajja u l-ħidma tal-parroċċa. Fl-aħħar snin, il-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa ta’ ĦadDingli kompla jikber tant li llum hu magħmul minn aktar minn 30 abbati. Flimkien mal-Arċipriet u l-Kumitat tal-Abbatini, u bl-għajnuna ta’ grupp ta’ ġenituri, l-abbatini ma baqgħux jagħtu s-servizz tagħhom biss fuq l-artal, iżda ħadu inizjattivi ġodda biex iżidu s-sehem tagħhom fil-ħajja tal-parroċċa u filkomunità Dinglija. Fost l-oħrajn, matul is-snin li għaddew l-abbatini kienu responsabbli li jaħdmu eluf ta’ fjuri tal-karti li jitwaddbu mill-gallarija tal-knisja fil-ħruġ tal-purċissjoni, nhar il-festa. Rajna li kien hemm bosta inizjattivi oħra li stajna nieħdu biex l-abbatini jkunu dejjem aktar involuti fl-attivitajiet talparroċċa matul is-sena kollha. Għall-ewwel darba fil-Milied li għadda, il-Grupp tal-Abbatini ħadem presepju b’xejra Dinglija li kien esebit fil-knisja. Din is-sena immarkat ukoll it-8 sena konsekuttiva minn meta l-Grupp tal-Abbatini beda jtella’ esebizzjoni oriġinali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. B’differenza mis-snin ta’ qabel, inħadem mudell tal-belt ta’ Ġerusalemm li fiha kien hemm rappreżentazzjoni tat-triq tas-salib. Il-wirja saret fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Għall-festa tas-sena li għaddiet, il-grupp ħadem għallewwel darba fuq infjorata, magħmulha kollha bl-idejn minn karti tat-tajr. Din kienet s-sorpriża tagħna għallfesta ta’ Santa Marija 2018. Din is-sena, l-infjorata se terġa’ ssir! Matul dawn l-aħħar xhur kienu għaddejjin bosta preparamenti biex l-abbatini ikunu jistgħu jikkontribwixxu mill-aħjar li jistgħu fi żmien il-festa. Id-disinn għall-infjorata sar mis-Sur Paul Azzoppardi, ġenitur u membru fi ħdan il-kumitat tal-abbatini. Rajna li filwaqt li l-infjorata intlaqgħet b’mod tajjeb ħafna, kellha post biex tikber. Għalhekk ħsibna biex inkabbru d-disinn b’darbtejn biex issa se jkollha tul ta’ aktar minn 3.3 metri u wisgħa ta’ madwar 3 metri. Għall-infjorata ta’ din is-sena, bejn wieħed u ieħor inħadmu madwar 3,000 fjura. Barra minn hekk, l-abbatini ħadu ħsieb ukoll li jkun hemm madwar 15,000 fjura tal-karti lesti biex jintefgħu mill-gallarija tal-Knisja Arċipretali, nhar il-festa, fil-ħruġ tal-istatwa mill-knisja. Naturalment


Programm tal-Festa 2019

33

dan kien jirrikjedi ħafna aktar xogħol għall-fatt li kull fjura tiġi maħduma bl-idejn u għalhekk nixtiequ nirringrazzjaw lill-abbatini, ġenituri u voluniera li taw l-għajnuna tagħhom. Ix-xogħol tagħna mhux se jieqaf fil-festa. Infatti, mixxahar id-dieħel se jitkompla x-xogħol fuq il-mudell tal-presepju. Dan sabiex hekk kif ikollna kollox iffinallizzat inkunu nistgħu nibdew naħsbu fuq ilWirja tal-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena d-dieħla u b’hekk inkomplu nagħtu s-sehem tagħna matul s-sena kollha. Barra minn hekk jiġu organizzati diversi attivitajiet għall-abbatini nfushom. Kull nhar ta’ Sibt niltaqgħu flimkien għal-laqgħa u ħin ta’ logħob. Fost l-oħrajn, matul is-sena jkollna mixjiet, treasure hunts, mawriet il-baħar, ħarġiet kulturali u ikliet kemm għall-abbatini kif ukoll għall-familjari tagħhom. Filwaqt li dawn huma kollha attivitajiet sbieħ kollox jirrikjedi ħafna xogħol u sagrifiċċju. Għalhekk l-abbatini jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jgħinu biex dan kollu jkun jista’ jsir. L-ewwelnett, radd ta’ ħajr tmur lill-Arċipriet li flimkien mal-Kumitat tal-Ġenituri tal-Abbatini u l-Kumitat tal-Abbatini huma l-moħħ wara l-attivitajiet li jsiru. Grazzi kbira tmur ukoll lil entitajiet l-oħra li dejjem għenuna mill-aħjar li setgħu, ewlenin fosthom il-Kunsill Lokali, il-Kumitat Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Fl-aħħarnett, ringrazzjament speċjali jmur lilkom id-Dinglin li dejjem kontu ta’ appoġġ u wrejtu apprezzament f’kull attività li għamilna. Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.

Is-Sindku

Raymond Schembri u l-familja tiegħu jixtiequ jawguraw lid-Dinglin u r-residenti tal-madwar il-Festa t-Tajba

M: 7939 8890 E: remig1457@gmail.com



Supplier for all types of playground equipment and flooring, turf, benches, bins and a lot more. Gokker Ltd

Telephone: Mobile: Email:

2152 3686 9940 9592 info@gokkerltd.com


Tifkira taż-żjara tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija 2019 Ħajr għar-ritratt: Daniel Cilia


rogra

tal- esta

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Awwissu – Bidu tal-Kwindiċina – Il-poplu ta’ Ħad-Dingli jingħaqad taħt il-ħarsien tal-Madonna ta’ Pinu

F’dawn il-ġranet issir il-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ barra. Wara l-quddiesa tas-6.00 a.m. u tas-7.30 a.m. jingħad ir-rużarju u l-kurunella ta’ Santa Marija. Ikun hemm ħin għal talb privat quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu filknisja. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli fl-okkażjoni tal-bidu tal-Kwindiċina ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Imexxi r-Rev. Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Fi tmiem il-quddiesa jsir pellegrinaġġ aux flambeaux bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu sal-Knisja Arċipretali. Il-pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Claudette Agius, il-Ħawwiefa, il-Gvernatur William Reid, Ġużè Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa. Fil-knisja ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-Sibt, 3 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi u lill-anzjani tagħna

9.00 a.m. Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi

għall-anzjani. Imexxi r-Rev. Paul Muscat O.S.A. Jiġi amministrat is-sagrament talGriżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Albert Buhagiar, Rettur tas-Seminarju. F’din il-quddiesa niċċelebraw id-don tal-ħajja, fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena. It-trabi jiġu ppreżentati lill-Madonna Ta’ Pinu u jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

Il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-bżonnijiet talfamilji tagħna u biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa

F’kull quddiesa tingħad it-talba ta’ affidament tal-familja lill-Madonna Ta’ Pinu. Bejn quddiesa u oħra, nagħmlu stedina lill-familji jqattgħu ftit ħin ta’ talb privat quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu. Fis-7.15 a.m. u fl-4.30 p.m. jingħad ir-Rużarju. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Tony Sciberras M.S.S.P. Tieħu sehem il-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

It-Tnejn, 5 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares ’l-għaqdiet u l-poplu ta’ Ħad-Dingli

6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-preżenza fostna tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu b’quddiesa

ċċelebrata mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali, dirġenti u membri ta’ għaqdiet, gruppi u każini u l-poplu ta’ Ħad-Dingli. Fi tmiem il-quddiesa, issir velja ta’ talb f’riġlejn ix-xbieha devota tal-Madonna Ta’ Pinu li tintemm bil-Barka Sagramentali. Wara, isir riċeviment fl-okkażjoni tal-festa għall-kleru, il-Kunsill Lokali u d-diriġenti tal-għaqdiet, gruppi u każini.


It-Tlieta, 6 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin

6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro M.S.S.P. li matulha nitolbu għal ħutna

l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa, 7 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna

6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa u wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Quddiesa fil-knisja organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ.

Imexxi r-Rev. Jean Govè, saċerdot novell.

Il-Ħamis, 8 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna

6.00 p.m. It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna

fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.40 p.m. L-Arċipriet ir-Rev. Mark Mallia Pawley, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M., il-Kummissjoni Tfal, il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides. 7.00 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Alistair Aquilina O.F.M. Conv. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira flokkażjoni tal-festa u jkollhom logħob u attivitajiet.

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet

6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Eric Cachia S.D.B. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda

u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri tal-abbatini.

Is-Sibt, 10 ta’ Awwissu – Il-Ħruġ tal-Istatwa Titulari min-Niċċa - Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-missjunarji u nuru s-solidarjetà tagħna ma’ missjoni ġdida ta’ Isqof Malti fil-Perù Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa.

6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Imexxi l-Isqof ta’ Huancané fil-

Perù, Mons. Giovanni Cefai MSSP. Fi tmiem il-quddiesa, jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija, u l-Arċipriet jippreżenta lill-Isqof Cefai għotja li nġabret millpoplu ta’ Ħad-Dingli bħala sostenn għall-ħidma ġdida fdatu lilu mill-Papa Franġisku. Wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fuq iz-zuntier u fi tmiem insellmu lill-istatwa għażiża ta’ Santa Marija, patruna tar-raħal tagħna. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.15 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.

Il-Ħadd, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares lit-trabi fil-ġuf u fil-bidu tal-ħajja Nisranija

8.30 a.m. Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela sas-1.00 p.m. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Jeremy Vella S.D.B. li fiha jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-

Magħmudija. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.


It-Tnejn, 12 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi talparroċċa p ar Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa.

66.30 p.m. Rużarju. 77.00 .000 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Carmelo Sacco S.D.B. li fiha niftakru b’mod speċjali fil-

benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar, arranġamenti ta’ fjuri u tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Fi tmiem, issir ilfunzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

IIt-Tlieta, t Tlieta, 113 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija

66. 6.30 .300 p.m. Rużarju. 77.00 . 0p .0 p. p.m. . Quddiesa animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Imexxi r-Rev. Sandro Camilleri

S.D.B. Wara jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fejn nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji tal-parroċċa tagħna. Ikollna wkoll servizz ta’ qrar. Fi tmiem, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef.

L-Erbgħa, L -E 14 ta’ Awwissu – L-ewwel jum tat-Tridu – Il-Vġili ta’ Santa Marija

66. 6.15 .1 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 66.30 .30 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. .30 .3 77.00 .000 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Peter Ellul, saċerdot novell. Il-prietki tat-tridu se jsiru mir-

Rev. Christian Borg O.F.M. Conv., Kappillan ta’ Burmarrad. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

IIl-Ħamis, l-Ħami 15 ta’ Awwissu – It-tieni jum tat-Tridu – L-Għid tal-Assunta

9.30 9.3300 a.m. 9. a.m m Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Jiċċelebra r-Rev. Christian Borg

O.F.M. Conv. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. O

10.00 10. 0 00 00 a.m. a.m .m. m. Tlu Tluq T Tl lu tal-Pellegrinaġġ tal-Muturi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr. Il-

jintemm ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli bit-tberik tas-sewwieqa, ppellegrinaġġ pe ell l jistgħu jieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tal-11.00 a.m. Il-pellegrinaġġ hu li jjkunu li k organizzat għar-raba’ sena mill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr. or rga gan

IIl-Ġimgħa, l-Ġimgħa, 116 6 tta’ a Awwissu – It-tielet jum tat-Tridu – Marija Assunta tħares iil-familji l-fa il ilj lji ttagħna agħ ħn na 66.15 .1 p.m. m. Qr Qrar Q rarr minn min innn kkonfessur barrani. 66.30 .300 p.m. Ruża Rużarju Ru R użżaarrjju bi bbil-litanija ll--llii kantata. 77.00 ..000 p p.m. Qu Quddiesa Q udd ddiie iesa esaa ggħall-familji ħall ħa ll kollha tal-parroċċa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri.

għm għ mllu sst teddin ina sp ina p Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin ddawk daw aw wkk llii ng nngħaqdu għħaaqd qdu fiss-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira u lil da jon oni. i. F miieem em iis ssi si il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja tal-okkażjoni. Fii tm tmiem issir jew ew familja fam amil milja illjjaa fil-parroċċa l-ppa lil xi persuna jew li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew -ħħin in lill-familji liillll-ffaam fil-bżonn. tat l-għajnuna u l-ħin Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 88.30 .330 p p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: q Misraħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, il-Merill, il-Ħemda, mddaa, Francesco Fraannce Fr nccees Zammit, iċ-Ċiefa, il-Gvernatur William Reid, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Frenċ Abela, il-Kunċizzjoni, Ċeennsaa Spiteri, Sppiite teri ri, Misraħ Mii M il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħħ Ġużè Abela. Abeelllaa. Ab a. Fl-aħħar Fll-aħħħħaar parti par tal-marċ il-banda takkumpanja pa lill-istatwa ta’ Santa Marija rij ija ssakemm m ttitpoġġa iittpo tpo poġġġġa ġa fuq fuq il-pedestall fu iill-p -ped ed f’Misraħ Ġużè Abela. Fittmiem jinħaraq logħob tan-nar tanta n-nar nnaar u jsir ġbir ġbbiir mill-membri mill mi ll-m l-m -mem mbbrri tal-Kumitat Festa Esterna.


Is-Sibt, 17 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa

8.00 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq

l-Kwindiċina. Imexxi l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley.

8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.10 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien sal-

6.30 p.m. 7.00 p.m. 8.30 p.m.

11.30 p.m.

knisja. Imexxi r-Rev. Charlon Muscat, Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. Quddiesa solenni mmexxija mir-Rev. Charlon Muscat. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Parroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fl-10.00 p.m. ssir waqfa quddiem il-Knisja biex il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bissehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Il-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Sależjani u l-Maddalena. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna.

Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu – Jum il-Festa ta’ Santa Marija

6.30 a.m. Quddiesa. 8.00 a.m. Quddiesa. 9.15 a.m. Pontifikal Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxi mill-Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Mons. Pawlu

11.00 a.m.

11.15 a.m. 5.00 p.m. 5.45 p.m. 5.45 p.m.

7.00 p.m. 10.15 p.m.

10.45 p.m.

Cremona O.P. Jinseġ il-paniġierku l-Kan. Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa Kristu Re, Raħal Ġdid. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ix-Xefaq, Dun Xand Cortis, il-Ħawli, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġużè Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika. Quddiesa. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Aayrton Ray Muscat, saċerdot novell. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ tal-purċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni r-Rev. Aayrton Ray Muscat. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-knisja. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli.


Il-Festa t-Tajba

,O %DĀULMD _ ÿDG 'LQJOL _ O ,PúDUU _ O ,PWDUID _ ÿDO /XTD ÿDO 4RUPL _ ,U 5DEDW _ ,V 6LúúLHZL _ ÿDő ŐHEEXú

ian@ianborg.eu | 99777666

LE SA ON! W NO

HOUSEHOLD GOODS HOME DECOR HOME TEXTILES FASHION TEXTILES CURTAIN FABRICS CARPETS SOFAS

FGURA - IKLIN - ST.PAUL’S BAY - HAMRUN - SAN GWANN WWW.JBSTORES.COM E: INFO@JBSTORES.COM T:23314301/3


Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha

Ã%0 %44928%1)28 ³)14)0 *95 şŤšŢ ŞŦŦţ

)+6)8%6.9 %60%1)28%6- +Ã%7ĥ )6:->>- -2%2>.%6.-Ĕ /3231-.% -Â-8%0- 9 223:%>>.32- Iĥ *H³³.9 8%0ĥ 6-1 -2-7869


Programm tal-Festa 2019

l-k r nella lil anta

43

arija

Fil-ġranet tal-kwindiċina bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija, fil-knisja tingħad l-hekk imsejħa “kurunella Lil Santa Marija”. Forsi ftit huma dawk li jafu l-istorja u s-sinifikat ta’ din il-poeżija li tiġbor il-virtujiet ta’ ħajjet il-Madonna u tfaħħarhom waqt li magħhom issieħeb it-talb. F’dan l-artiklu, SAVIO D. BORG jagħti tagħrif dwar il-kurunella ta’ Santa Marija li nirreċitaw fil-jiem tal-kwindiċina u li qed tiġi stampata sħiħa. X’inhi l-kurunella? Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna x-xenarju partikulari meta nkitbu l-kurunelli. Fl-imgħoddi, l-edukazzjoni kienet il-privileġġ tal-ftit għonja, il-poplu kien illitterat u nieqes mittagħrif kulturali, soċjali u reliġjuż. Kien għalhekk li minbarra l-prietki u l-arti fil-knejjes li kienet tiddomina tista’ tgħid kull binja ekklesjastika, imsejħa bħala t-‘teoloġija tal-poplu’, xi wħud ħasbu u vvintaw speċi ta’ poeżiji, letteratura popolari li tiġbor fiha tagħlim fuq il-ħajja tal-qaddis jew fuq xi okkażjoni li l-poplu kien ikun qed jiċċelebra. Din il-poeżija – jekk irridu nsejħulha hekk – kienet tkun b’lingwaġġ tal-poplu u tieħu forma ta’ talba, li l-poplu kien jitgħallem bl-amment minħabba r-repetizzjoni tagħha u l-forma ta’ kif kienet tintiseġ. Kull parroċċa kellha kurunella li tagħti ġieħ lill-qaddis patrun tagħha. Wieħed mill-awturi magħrufa ta’ dawn il-kurunelli kien bla dubju ta’ xejn Monsinjur Ludovik Mifsud Tommasi li għex bejn l-1795 u l-1879. Mifsud Tommasi, Bormliż magħruf b’mod speċjali għat-titular tal-Kolleġġjata ta’ pajjiżu mpitter minn Pietru Pawl Caruana, hu l-awtur tal-kurunella li nirreċitaw fi żmien il-festa ta’ Santa Marija fil-parroċċa tagħna. Din l-istess kurunella hi popolari f’parroċċi oħra fejn tiġi ċċelebrata l-festa tal-Assunta, bħal Katidral ta’ Għawdex, il-Gudja, iż-Żebbuġ Għawdex, u anke f’parroċċi oħra peress li Santa Marija kienet sa minn żminijiet imbegħda l-iktar festa popolari fost il-Maltin. Hu rnexxielu jinseġ ittaħdit popolari ma’ riflessjonijiet teoloġiċi b’mod li għolla l-livell letterarju talistess kurunella. Mifsud Tommasi għaraf il-bżonn tal-kitba u ppubblika diversi kotba ta’ tagħlim. Anke meta tilef il-vista, baqa’ jikteb il-poeżiji u l-kurunelli li kienu jservu bħala mezz ta’ tagħlim lill-poplu. Din il-kurunella, minbarra l-istrofi ta’ introduzzjoni, hija maqsuma fi ħmistax-il strofa, li jfakkruna fil-ħmistax-il Erbgħa ta’ Santa Marija u fil-ħmistax-il jum tal-Kwindiċina bi preparazzjoni għall-festa tal-Assunta, l-unika festa li għandha ħmistax-il jum ta’ tħejjija. Ħmistax kienu l-posti tar-Rużarju – fi żmien Mifsud Tommasi – u allura dak li jkun diġà beda jidħol fl-ispirtu Marjan. Kull strofa hija mibnija bi tmien versi, maqsuma f’żewġ partijiet; l-ewwel erba’ versi huma mfassla fuq il-ħajja ta’ Marija, filwaqt li fit-tieni erba’ versi l-poeta jislet talba relattiva mal-ħajja ta’ Marija. Il-vers ottonarju – li fihom tmien sillabi, aċċentati fuq it-tielet u s-seba’ sillaba – hu l-vers tal-għana popolari, il-vers naturali fit-taħdit tal-poplu. Dan il-fatt kien jgħin sabiex il-kurunella tkun aktar popolari, u l-poplu kien jassoċċja ruħu magħha malajr għax jagħmilha tiegħu. Ħmistax-il kwadru li kollha fihom element qawwi ta’ ferħ, ta’ rebħ, fejn il-messaġġ prinċipali huwa li Marija hija reġina, reġina tal-ħolqien kollu, inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.

L-awtur tal-kurunella Mons. L. Mifsud Tommasi.

Edizzjoni tal-kurunella tal-Assunta tal-1918.


44

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Il-kurunella ta’ Santa Marija tibda’ b’daħla msejħa ‘Stedina għall-ferħ u t-talb’; il-poeta jistedinna sabiex mal-anġli fis-sema nifirħu ma’ Marija għal dan il-privileġġ singulari tal-Assunzjoni. Il-poeta jrid idaħħalna f’atmosfera ta’ ferħ, f’moviment qawwi ta’ ferħ mibdi fis-sema, fejn l-anġli u l-qaddisin mdawra ma’ Marija, jifirħu għar-rebħa ta’ Marija fuq il-mewt. Kull strofa hija ġrajja storika, ġrajja ta’ ferħ; il-poeta qed jorbot kull avveniment mill-ħajja ta’ Marija ma’ talba li n-Nisrani qed jagħmel lil Marija Santissima. Ta’ min wieħed jinnota li l-poeta juża dejjem l-ewwel persuna fil-plural; ‘nifirħu lkoll’, ‘għandu l-ferħ inissel fina’ bi skop li jinkludina f’din ix-xena qaddisa. Il-poeta juża t-teknika poetika tiegħu, ħalli aħna li qed nirreċitaw il-kurunella, ma nibqgħux spettaturi fi dramm, imma nkunu parti mal-protagonista, Marija Santissima, msejħa b’diversi espressjonijiet bħal ‘ħelwa’, ‘ħanina’ u ‘Omm’. Wara ssegwi l-ġakolatorja, li tingħad wara kull strofa. Fil-qosor se nħarsu lejn dan il-pellegrinaġġ f’forma ta’ poeżija popolari: Fl-ewwel strofa l-poeta jpoġġi bħala tema l-Konċepiment Immakulat ta’ Marija, wieħed millprivileġġi singulari ta’ Marija Santissima. It-talba relattiva tan-Nisrani li qed jirreċita l-kurunella hija sabiex tħarisna milli nintilfu fid-dnub, fid-dlam tal-lejl. It-tieni strofa hija dwar it-twelid tal-Verġni Marija, u l-poeta jitlob lil Marija sabiex il-ferħ li ġarrbet f’ħajjitha, ikollna l-grazzja li nġarrbuh aħna wkoll. It-tielet strofa hija dwar il-preżentazzjoni ta’ Marija fit-tempju u r-rabta li kull Nisrani għandu jkollu mar-rieda tal-Mulej. Ir-raba’ strofa tippreżentalna it-tħabbira tal-anġlu, u l-ġrajja singulari fejn Marija Santissima issir Omm Alla u tibqa’ Verġni. Il-poeta qed jitlob lil din Ommna tas-Sema sabiex tqassmilna ftit millgrazzji kbar li rċeviet. Il-ħames strofa tpenġilna l-ġrajja taż-żjara ta’ Marija lil qariba tagħha, Santa Eliżabetta, u l-ferħ li kien hemm f’din il-laqgħa; Marija qed tiġi mitluba sabiex tfarraġna fil-mumenti koroh tal-ħajja. Is-sitt strofa titkellem dwar it-twelid tal-Messija; l-Iben t’Alla, imsejjaħ il-Qaws t’Alla, u l-ferħ u l-hena li ġab ma’ kullimkien. Is-seba’ strofa tfakkar lil Marija fil-ferħ li ġarbet fiż-żjara tat-tliet slaten maġi mil-Lvant meta ġew iqimu lil Iben Alla; il-poeta jitlob lil Marija tilqagħna f’din l-atmosfera tal-ġenna. It-tmien strofa tirrakkontalna l-ġrajja talpreżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju; Xmuni għaraf is-salvatur li kellu jifdi lill-Iżrael il-ġdid. Fit-tieni parti tal-istrofa nitolbu biex aħna nieħdu mill-ġid li kisbilna l-feddej. Id-disa’ strofa hija dwar id-disputa ta’ Ġesù fitTempju; it-telfien temporanju ta’ Ġesù minn Marija, u l-ferħ meta sabitu. Hekk ukoll aħna meta nitilfuh, insibuh fi ħdanha.


Programm tal-Festa 2019

45

L-għaxar strofa hija dwar il-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt u r-rebħ tiegħu fuq id-dnub. Aħna wkoll, jekk nirbħu d-dnub u l-ħażen u nħaddnu l-ħajja ġdida li tana Kristu, nissieħbu wkoll f’din l-akbar ġrajja tas-Salvazzjoni. Il-ħdax-il strofa hija l-ġrajja tat-tlugħ fis-Sema ta’ Ġesù u l-ferħ ta’ Marija meta ratu tiela’ biex joqgħod fil-leminija tal-Missier; hija talba sabiex Marija tieqaf magħna u tinterċedi għalina bit-talb. It-tnax-il strofa hija dwar Għid il-Ħamsin; Marija kienet preżenti f’din il-ġrajja meta l-Ispirtu s-Santu kebbes il-qawwa fl-appostli, it-twelid tal-Knisja; hekk ukoll lilna, dan in-nar għandu jkebbisna blimħabba lejn Binha Ġesù. It-tlettax-il strofa; qed noqorbu lejn il-quċċata, l-Assunzjoni ta’ Marija Santissima. Il-ferħ hu fissuperlattiv, ‘ferħ li bħalu qatt ma kien’, ferħ li ma jitfissirx bil-kliem u li se ngawduh fis-sema pajjiżna. L-erbatax-il strofa hija tkomplija tal-istrofa preċedenti; Marija nkurunata Sultana tas-Sema u tal-Art. Bħala reġina, Marija qed tintalab tħenn u tgħin lis-sudditi tagħha. Il-ħmistax-il strofa hija l-konklużjoni ta’ din il-ġrajja, ta’ din il-mixja mal-ħajja ta’ Marija. Marija rebbieħa ħdejn Binha Ġesù, fejn kull Nisrani jittama li xi darba jkun, fuq in-naħa tal-lemin tal-Missier. Illum hu faċli ħafna li meta qed ngħixu f’dinja-villaġġ, fejn it-tagħrif huwa faċli li jinkiseb, nistgħu naqgħu fit-tentazzjoni li nbarru wirt missirijietna bħalma hija l-kurunella. Niżbaljaw jekk dan ilwirt imħolli lilna, li fi kliem sempliċi u popolari jagħti qima lejn il-qaddis padrun nittraskurawh u nwarbuh għax huwa wkoll parti mill-għeruq tas-siġra kbira li hija l-kultura għażiża tagħna. Issegwi l-pubblikazzjoni tal-kurunella sħiħa lil Santa Marija. Ħajr speċjali lill-Editur ta’ ‘Omm ta’ Bosta Wlied’, is-Sur Bertram Portelli.

THE CATHEDRAL OPTICIANS 50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976


46

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

tedina għall-ferħ t-tal Kulħadd hieni lsienu jħoll U ’l Marija nfaħħru lkoll, Għax fis-sema l-Anġli wkoll Illum jidhru ferħanin. Ir-rebħ kbir ta’ dir-Reġina Bil-wisq ħelwa u ħanina, Għandu l-ferħ inissel fina Li jagħmilna imberkin.

4. Ebda biża’ ma fadallek, Meta l-anġlu ġie wassallek Dik l-aħbar li fiha qallek; Tibqa’ xebba u ssir Omm. Dik il-grazzja wisq prezzjuża, Li għamlitek wisq glorjuża, Lilna qassam ġeneruża Nitolbuk bil-qalb u l-fomm.

O Marija wisq grazzjuża Inti l-Omm, l-iżjed glorjuża, Inti l-Bint, inti l-Għarusa Tal-Imqaddsa Trinità. Mela lilek, O Marija, Aħna nagħtu dil-foħrija, Sabiex miegħek imhennija, Ingawduk fl-eternità.

5. Ma’ qaribtek mort tithenna U l-ferħ f’qalbek hemm ittenna, Għaliex saret donnha ġenna F’daqqa waħda dik id-dar. Magħna ġedded din iż-żjara, Nitolbuk ilkoll bil-ħrara; Lilna farraġ meta tara Li ninsabu qalb l-imrar.

1. Nifirħulek O Marija Għax maħluqa ġejt bla ħtija; Grazzja lilek biss mogħtija Fost in-nisel ta’ Adam. Lilna wliedek midinbin Għax bla ħtija imnisslin, Tħallix iżjed midfunin Qalb il-ħażen, qalb id-dlam.

6. Meta ibnek iben t’Alla Deher fid-dinja bħal qawsalla, ġewwa Betlem lilek ħalla l-ewwel waħda tifraħ bih. Minnufih qalbek imtliet B’hena kbira li għaddiet Lil tal-Anġli li fl-art ġiet Kont issemma’ wisq sabiħ.

2. O Marija nifirħulek Għaliex smajtna insejħulek, Meta l-Anġli ġew sellmulek Dakinhar li int twelidt. Deh! Illum fittex ismagħna Omm ħanina, Omm setgħana, Sabiex ruħna wkoll tistagħna B’dak il-hena l’int ġibt.

7. X’ferħa kellek, O Marija, Meta nhar l-Epifanija, ġew iqimu lill-Messija it-tliet slaten minn ġol-Lvant. Aħna wkoll biex inferrħuk U ma’ ibnek inħobbuk, Li tilqagħna nitolbuk, Waqt li tisma’ dan il-kant.

3. Ġewwa t-tempju ppreżentata mill-Omm tiegħek ixxurtjata, inti kont diġà beata u mogħnija b’kull virtù. Biex ħdejn Alla fis nittajru U ma nħobbu ’l ħadd ħlief għajru, Aqilgħalna li nitħajru Nagħmlu bħalek, Omm Ġesù.

8. Il-ferħ tiegħek min ifisser Meta Xmun fit-tempju lissen Dak li kellu l-għadu jkisser l-iben tiegħek, Salvatur. Ġaladarba biex jifdina l-Iben tiegħek miet għalina inti fittex illi fina dan il-ġid jitwettaq żgur.


Programm tal-Festa 2019

9. Ġewwa t-tempju mad-dutturi il-għerf tiegħu qiegħed juri, ’l Ibnek sibt wara d-duluri l-Iżjed ħorox li ġarrabt. Jekk qatt aħna nitilfuh, Int ħajjarna infittxuh; ġewwa ħdanek insibuh, li għalina dejjem tlabt.

12. Fraħt ukoll f’Għid il-Ħamsin Xħin l-Appostli mistagħġbin, Fiċ-ċenaklu miġburin, Fuqhom rajt l-ilsna tan-nar. Itlob ’l Alla li jkebbisna B’dan in-nar ħalli jlibbisna Bil-qdusija, u jgħassisna Mill-għedewwa lejl u nhar.

10. Il-ferħ tiegħek min jaf bih Meta rajt mill-mewt rebbieħ, Kollu dija u sabiħ, l-Iben tiegħek li tant bkejt. Ħajja ġdida aqilgħalna biex ma tista’ qatt taħfinna dik il-mewta li jġib fina, l-għadu kiefer l’int inkejt.

13. Ferħ li bħalu qatt ma kien U li xtered kullimkien, Meta s-sema tlajt flimkien Kemm bil-ġisem u bir-ruħ. Minn did-dinja fittex ħollna, Biex ix-xorti jista’ jkollna Li naraw lil Alla kollna U għal dejjem ingawduh.

11. X’ferħ kien tiegħek, O Marija, Meta ’l Ibnek fost id-dija Tal-Missier fil-leminija Ilmaħt tiela’ minn din l-art. Sabiex miegħu ittellagħna, Omm ħanina u setgħana, Bit-talb tiegħek ieqaf magħna, Aħna wliedek l’inti ħtart.

14. Alla lilek għoġbu jagħti, l-ogħla tron fost il-beati, u fuq l-Anġli xxurtjati, għax Sultana inti sirt. Mit-tron tiegħek ħares lejna Li quddiemek aħna ġejna Nifirħulek għax imżejna Int bil-ġmiel tas-sema dhirt.

15. Xħin rebbieħa s-sema tlajt l-ikbar qima mmeritajt, għaliex dak li lilna tajt qiegħed ħdejk fuq il-lemin. Għalhekk aħna inberkuk U bil-ħerqa nitolbuk Biex fin-naħa tax-xellug Le ma niġu mitfugħin.

47


48

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli



TA’ SACCO GREEN GROCER

Fruit & Vegetables Inguanez Street, Dingli Opening Hours Monday to Friday: 7.00am to 12.00pm & 4.00pm to 7.00pm Saturday: 7.00am to 12.00pm




Programm tal-Festa 2019

53

Ħad-Dingli jgħin il-ħid a issj narja tal- s of il- did ons io anni efai il- er B’inizjattiva tal-parroċċa, kull sena fi żmien il-festa ta’ Santa Marija, il-poplu ta’ Ħad-Dingli jingħaqad f’ġest ta’ solidarjetà. Din is-sena se nkunu qed ngħinu b’għotja finanzjarja lill-ħidma missjunarja tal-Isqof il-ġdid ta’ Huancané fil-Perù, Monsinjur Giovanni Cefai. L-Isqof Cefai li hu membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl irid prattikament jorganizza mill-bidu l-preżenza tal-Knisja Kattolika f’din iż-żona, b’missjoni f’ambjent diffiċli u mimli sfidi. Nhar it-22 ta’ Ġunju 2019, Monsinjur Giovanni Cefai miż-Żebbuġ Għawdex u membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, ġie ordnat Isqof fil-Katidral ta’ Arequipa, il-Perù. L-ordinazzjoni episkopali saret wara li fit-3 ta’ April, ilPapa Franġisku nnominah bħala l-ewwel Isqof tal-prelatura ta’ Huancané fil-Peru. Hu beda uffiċjalment il-ħidma tiegħu bħala Isqof ta’ din il-prelatura nhar it-30 ta’ Ġunju, b’quddiesa fil-knisja ta’ San Ġakbu, fi Huancané.

Monsinjur Cefai hu l-ewwel Isqof f’aktar minn 100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Hu iżda mhux wiċċ ġdid għall-ħidma missjunarja filPerù billi ilu mat-18 sena f’dan il-pajjiż. Qabel ġie ordnat Isqof, hu kien Kappillan ta’ waħda mill-parroċċi f’Arequipa fejn jaħdmu qatigħ diversi saċerdoti Maltin fi ħdan din is-soċjetà, fosthom Patri George Scerri minn Ħad-Dingli.

Huancané hu territorju ġdid ta’ ħidma għall-MSSP fost l-Insara Peruvjani. In-nies ta’ Huancané huma l-biċċa l-kbira foqra u jgħixu mill-biedja. Joqogħdu fuq il-muntanji u f’ħafna villaġġi ċkejknin. Flokkażjoni taż-żjara f’Ħad-Dingli tal-Isqof, Mons. Giovanni Cefai, nhar is-Sibt 10 ta’ Awwissu, meta bħala parroċċa se nifirħu miegħu, nitolbu għalih u nippreżentawlu għotja mill-qalb ġeneruża tagħna, il-Bord Editorjali stiednu jikteb messaġġ lill-poplu ta’ Ħad-Dingli.


54

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

se ni

a’ nk n it-talla tal-fo ra itlo ko tgħin ni

Għeżież ħbieb u benefatturi, Nixtieq naqsam magħkom dan il-mument ta’ ferħ li qed ngħix bħalissa. Ngħidilkom il-verità, il-ferħ li qed inħoss f’qalbi mhux daqstant għax ġejt maħtur Isqof iżda nħossni ferħan għax għandi quddiemi missjoni ġdida li naf ċert li se tinbidel f’okkażjoni biex inkun nista’ naħdem aktar qrib il-foqra biex flimkien inkunu nistgħu nagħmlu esperjenza sabiħa ta’ Alla. Il-motto tiegħi bħala Isqof hu; “Ħennu bħalma hu ħanin missierkom”. Din hi x-xewqa tiegħi li matul dan iż-żmien ikolli okkażjoni li nkompli nuri l-wiċċ ta’ Alla mimli ħniena għall-poplu tiegħu. Il-ferħ li għandi iżda, hu mħallat ukoll ma’ ħafna biżgħat u tbatija. Inħossni bħall-profeta Ġeremija, żgħir wisq għal missjoni hekk kbira. Li jagħmilli kuraġġ hu li naf li hemm ħafna u ħafna nies bħalkom li qegħdin tassistuni b’ħafna talb. Allura nitlobkom pjaċir kbir: bit-talb tagħkom, għinuni nkun Isqof tajjeb. Waħda mill-isfidi l-kbar li għandi quddiemi hi, li l-prelatura qiegħda 4,000 metru (4 kilometri) ´il fuq mill-ilma baħar, allura jkun hemm nuqqas ta’ ossiġnu u ħafna kesħa. In-nies, b’mod speċjali l-anzjani, jitkellmu bl-Aymara u l-Qechua (lingwi nativi tagħhom). Il-prelatura hi 60 darba akbar fid-daqs minn Malta u Għawdex f’daqqa. Għandi biss 13-il saċerdot u rridu nattendu popolazzjoni ta’ 200,000 ruħ. Hemm parroċċi mingħajr saċerdoti. Irrid litteralment nibda mill-bidu, nibni dar żgħira fejn noqogħdu, kappella fejn nitolbu, hemm bżonn li nibni kurja biex inkun nista’ namministra l-prelatura ta’ Huancané dedikata lil San Ġakbu Appostlu. Irrid ngħin lis-saċerdoti u l-parroċċi, għax kif diġà għidtilkom hemm ħafna nuqqasijiet bħal knejjes li għandhom bżonn manutenzjoni. Irridu naraw biex se nivvjaġġaw qalb il-muntanji li huma għoljin 5,000 metru ’l fuq mill-ilma baħar u hemm widien kbar u toroq dojoq tat-trab u l-ħamrija li huma perikolużi. Parti mill-prelatura hi fil-foresta u tistgħu timmaġinaw kemm hi diffiċli. Hemmhekk hemm is-sorijiet li ilhom jaħdmu għal 30 sena u sal-lum għadhom jgħixu bid-dawl tax-xemgħa għax ma għandhomx elettriku. Jien ġewwa qalbi nħoss li hemm ħafna nies li lesti li jgħinuni biex flimkien nagħmlu missjoni sabiħa. Jien li qed nara b’għajnejja u mmiss b’idejja t-tbatija ta’ dawn in-nies, mhux se nibża’ li nkun it-tallab tal-foqra. Minn qalbi u bil-ħniena nitlobkom tgħinuni. Aktar ’il fuq semmejtilkom li rrid nibni kappella personali tiegħi fejn hemmhekk ngħaddi ħafna ħin mal-Mulej u intom se tkunu preżenti fit-talb tiegħi. Jien qatt ma nista’ npattilkom lura dak li tagħmlu miegħi u ma’ dawn in-nies, iżda hemm wieħed li jista’, u dak hu Alla. Il-Mulej ipattilkom


Programm tal-Festa 2019

55

bil-ġenna għall-qalb ġeneruża tagħkom. Wara din il-ħajja nieħdu magħna biss dak li nkunu qsamna ma’ ħaddieħor. Irrid fl-aħħar nett ngħidilkom grazzi mill-qalb ta’ kemm tgħinu lil Patri George Scerri, iben il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Bħali hu membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, iżda ilu l-Perù ferm aktar minni! Fil-fatt hu għadu kemm għalaq 50 sena mindu ġie hawnhekk. Dejjem isemmikom waqt ittalb tagħna ta’ kuljum u jgħidilna kemm tgħinuh u kemm għandkom għal qalbkom il-missjoni. Blgħajnuna tagħkom, qed jagħmel ħafna ġid mal-foqra. Il-Mulej iberikkom u jagħtikom ħafna saħħa u jpoġġi l-paċi tiegħu fil-qalb tagħkom. Tkunu Mberkin. + Giovanni Cefai MSSP Isqof ta’ Huancané, il-Perù

Charlie and Janet welcome you to:

The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here

Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 18.00

Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba - Malta Tel/Fax: 2157 7301 Mob: 7925 4324

JANET PORTELLI VTCT MARIA CAMILLERI ITEC MARIE A. VASSALLO ITEC Fully Qualified Beauty Therapists Waxing • Eyebrow shaping/tinting • Eyelash tinting Manicures • pedicures • Nail extensions Manual & machine facials • Make-up for all occasions Slimming treatments, massages. Gem technology laser/ipl for hair removal, pigmentation, acne, wrinkles, etc… Specialising in semi-permanent make-up Eyelash extensions and skin tag removal

Opening hours: Daily: 8.00 a.m. - 7.00 p.m. Wednesday closed Saturday: 8.00 a.m. - 12.00 p.m.

Dingli Tel: 2145 5602


56

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132

RABAT GARAGE MINI BUSES 14ͳ22 SEATED For all occasions

TAXI & CAR HIRE Telephone

2145 3161 Mobile

9947 1921 Email

PRIVATE LESSONS AT DINGLI

MATHEMATICS SEC O-Level for May 2020 Form 4 for 2019-2020 Starting August 2019

info@rabatgarage.com Web

www.rabatgarage.com

Beauty Touch

by Pauline

Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730

Ombre or Hair Stroke Eyebrows for the perfect natural shape Facials, Waxing, Manicures, Pedicures, Electrolysis, Nail Extensions, Soak-Off Gel Polish, Microblading and Make-up for all Occasions Guinot products for facials and retail

Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532


Programm tal-Festa 2019

57

atri afel a illeri Kap ċċin ta’ fa a

inn Ħal artarni

Minn Ħal Tartarni llum fadal biss l-isem u ż-żona fejn kien. Maż-żmien, dan l-irħajjel ngħaqad ma’ Ħad-Dingli. Wieħed minn ulied Ħal Tartarni kien Patri Rafel Camilleri, Franġiskan Kapuċċin. Lejn tmiem is-seklu 16, kellu sehem ewlieni biex dan l-ordni reliġjuż jkollu preżenza f’Malta. L-għerf tiegħu ssarraf f’karigi ta’ fiduċja li ngħata kemm mit-tmexxija tal-Ordni talFranġiskani Kapuċċini kif ukoll mit-tmexxija tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. IR-REV. DR MARTIN MICALLEF OFM Cap., lettur fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u Biblijotekarju u Kuratur tal-Mużew tal-Kapuċċini fil-Floriana, jikteb dwar ħajjet Patri Rafel Camilleri. Mhux il-kittieba kollha jaqblu fuq id-data tattwelid ta’ Patri Rafel Camilleri. Xi wħud jagħtu s-sena 1547,1 filwaqt li oħrajn iżommu s-sena 1533.2 Hu twieled fl-hekk imsejjaħ “Għar ilKbir”3 fil-limiti ta’ Ħal Tartarni, qrib il-Buskett, illum parti mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.4 Fuq dan naqraw li “xi mil bogħod minn Ħad-Dingli kien hemm raħal jismu Ħal Tartarni u mal-knisja tiegħu li baqgħet parroċċa sal-1540 kien jagħmel għar imsejjaħ Għar il-Kbir fejn fl-1553 kienu jgħammru 27 ruħ; l-aktar rgħajja u nies tar-raba.”5 Wara li temm l-istudju tal-grammatika, missieru Salvatore Camilleri, bagħtu Napli biex isegwi l-istudji tal-filosofija. Hemmhekk hu ngħaqad mal-patrijiet Kapuċċini ta’ Napli u fis-sena 1574 libes iċ-ċoqqa jew il-labtu Kapuċċin,6 għalkemm xi kittieba oħra jorbtu dan mas-sena tal-1579.7 Wara li ġie ordnat saċerdot, Patri Rafel spikka filPatri Rafel Camilleri Ritratt ta’ kwadru fil-Mużew tal-Kapuċċini, il-Floriana. ħila tiegħu bħala predikatur fis-Saltna ta’ Napli.8 Patri Rafel kien wieħed mill-ewwel Kapuċċini Maltin, li flimkien ma’ Kapuċċini oħra minn Provinċji differenti tal-Italja, ġew mitluba jiġu Malta biex hawnhekk iwaqqfu l-ewwel kunvent tagħhom. Fl-1589, il-Vigarju Ġenerali tal-patrijiet Kapuċċini, Patri Girolamo da Polizzi, bagħat id-digriet tal-aggregazzjoni tal-Kapuċċini f’Malta mal-Provinċja tal-Kapuċċini ta’ Sirakuża, bħala l-eqreb Provinċja għal Malta.9 Ħafna kittieba li jitkellmu fuq din il-ġrajja, isemmu lill-Gran Mastru Verdalle bħala dak li għamel ittalba biex il-Kapuċċini jiġu Malta. Hekk, pereżempju, jikteb Patri Pelaġju, il-Kapuċċin prolifiku tasseklu tmintax, meta fil-Kronaka tiegħu jitkellem fuq kif Patri Rafel kellu jinfired minn mal-Provinċja tal-Kapuċċini f’Napli biex jingħaqad mal-Provinċja ta’ Sirakuża. Patri Pelaġju jgħid li dan seħħ wara li l-Gran Mastru Verdalle kien iltaqa’ ma’ Patri Rafel f’Gaeta u ra l-qdusija kbira ta’ dan il-patri Kapuċċin u kif dan tal-aħħar kien laqgħu meta kien sejjer Ruma.10 Skont Patri Pelaġju, meta l-Gran Mastru Verdalle kien irritorna Malta fl-10 ta’ Frar 1588, huwa ħass li kien wasal iż-żmien biex isseħħ ix-xewqa li kienet nibtet fih, jiġifieri dik li jinbena kunvent għall-Kapuċċini. Minħabba f’hekk, huwa


58

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

kien talab biex dawk il-Kapuċċini li kienu twieldu Malta imma li kienu jgħixu l-Italja jirritornaw Malta; fosthom Patri Rafel.11 Patri Pelaġju jkompli jitkellem fuq ir-rispett li l-Gran Mastru Verdalle kellu lejn Patri Rafel meta jikteb hekk: “Il-kwalitajiet rari illi s’issa rajna jispikkaw fil-predikatur Patri Rafel, mingħajr dubju ħeġġew lill-Kardinal Gran Mastru [Verdalle] sabiex jitlob li dan [Patri Rafel] jiġi msejjaħ [Malta], u li l-Ordni [Kapuċċin] jaħtru bħala l-ewwel rettur u gwardjan tal-kunvent sabiex b’aktar ħeġġa jkun jista’ jwassal fi tmiemha l-binja tal-kunvent, jinfired mill-Provinċja ta’ Napli u l-kunvent ta’ Malta jingħaqad mal-Provinċja qrib ta’ Sirakuża, u dan kollu seħħ fi żmien qasir, imma m’għandniex ebda tagħrif dwar f’liema sena seħħ dan.”12 Patri Luigi Bartolo jitkellem ukoll fuq il-firda ġuridika ta’ Patri Rafel minn mal-Provinċja tal-Kapuċċini f’Napli, filwaqt li jispeċifika li dan seħħ wara tlieta jew erba’ snin li Patri Rafel kien ilu f’Malta.13 Sa mill-ewwel snin tiegħu f’Malta, Patri Rafel irsista ħafna sabiex jitlesta l-proġett tal-bini talkunvent u l-knisja tal-Kapuċċini fil-Floriana. Mhux biss, imma huwa ħadem ukoll fost il-poplu tagħna fi bżonnijiet pastorali differenti, fosthom meta fis-sena 1592, f’Malta tfaċċat il-pesta. Patri Pelaġju jikteb fuq din il-ġrajja li laqtet ħażin lillgżejjer tagħna, filwaqt li jirrakkonta kif l-ewwel Kapuċċini f’Malta assistew lill-infettati u kif xi wħud minn dawn il-patrijiet saħansitra tilfu ħajjithom. Patri Pelaġju hawn isemmi b’mod partikulari lil Patri Rafel, u jfaħħru bħala wieħed minn dawn il-Kapuċċini li taw sehemhom b’risq dawk li ntlaqtu bil-pesta.14 Il-ħiliet kbar ta’ Patri Rafel kienu magħrufa biżżejjed, tant illi fil-Kapitlu ta’ Piazza li kien sar fis-sena 1600, hu kien ġie maħtur Provinċjal tal-Kapuċċini f’Sirakuża.15 Fl-1624 Patri Rafel kien ġie elett Kustodju Ġenerali. Fis-sena ta’ wara, imbagħad, waqt li kien Ruma sabiex jieħu sehem fil-Kapitlu Ġenerali tal-Kapuċċini bħala Kustodju tal-Provinċja ta’ Sirakuża, Patri Rafel kien ġie elett Definitur Ġenerali tal-Kapuċċini.16 Bħala parti minn dan il-ministeru, il-Ġeneral tal-Kapuċċini kien għażel lil Patri Rafel bħala Viżitatur u Kummissarju Ġenerali għall-Provinċji ta’ Palermo u Messina. Din kienet missjoni delikata ħafna minħabba bosta kwistjonijiet li kien hemm f’dawn il-Provinċji tal-Kapuċċini,17 tant illi Patri Rafel kien ġie msejjaħ “l’arbitro della pace e concordia,”18 jiġifieri dak li jiddeċiedi favur il-paċi u l-għaqda. Il-Gran Mastru Verdalle Ritratt ta’ kwadru fil-Mużew tal-Kapuċċini, il-Floriana.

Għal bosta snin, ibda mis-sena 1597 sakemm miet, Patri Rafel kien dejjem magħżul bħala wieħed mid-definituri tal-Provinċja ta’ Sirakuża,19 kif ukoll gwardjan ta’ komunitajiet differenti tal-Kapuċċini, kemm f’Malta kif ukoll fi Sqallija.20 Minbarra dan kollu, Patri Rafel kellu wkoll preparazzjoni filosofika u teoloġika tajba, tant illi fil-Kapitlu ta’ Sirakuża li kien sar fl-1609 ġie magħżul lettur talfilosofija u t-teoloġija skolastika.21 Fil-Kronaka tiegħu, Patri Pelaġju jitkellem fuq ir-rispett kbir li Patri Rafel kien igawdi mill-Gran Mastru Verdalle li daħħal il-patrijiet Kapuċċini f’Malta. Flimkien ma’ dan, Patri Pelaġju jsemmi wkoll l-istima li dan il-patri Kapuċċin Malti kien igawdi mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u minn personalitajiet għolja Maltin. Hekk jikteb Patri Pelaġju dwar Patri Rafel:


Programm tal-Festa 2019

59

L-imsemmi fundatur [il-Gran Mastru Verdalle], b’sentimenti ta’ missier kien iħobb lill-patrijiet Kapuċċini kollha, imma b’mod speċjali lil Patri Rafel tagħna, li lejh huwa kien juri sentimenti ta’ mħabba partikulari, illi bħalma Ġużeppi fil-palazz tal-Fargħun kien meqjum bħala oraklu tassema, hekk ukoll fil-palazz tal-Gran Mastru, l-Eminentissimu Porporat [Verdalle], flimkien malKavallieri Gran Cruci, kienu jixtiequ illi huwa jkun preżenti f’kull laqgħa u bħall-oħrajn kollha jkollu dritt għall-vot. Il-Gran Mastri li ġew wara Verdalle għal xi żmien baqgħu jitrattaw ma’ Patri Rafel u mal-gwardjani l-oħra ta’ Malta bl-istess mod. Xejn inqas stima wrew lejn l-imsemmi Patri Rafel l-isqfijiet ta’ Malta u l-inkwiżituri, kif ukoll personaġġi magħrufa kemm Maltin kif ukoll barranin.22 Fl-istess Kronaka tiegħu, Patri Pelaġju jkompli jikteb fuq ir-rispett kbir li Patri Rafel kien igawdi minn Gran Mastri oħra: “Barra minn hekk ta’ min ikun jaf illi fissena 1613, meta Patri Rafel kien għadu ħaj, l-imsemmi Prinċep Gran Mastru Wignacourt kien kiteb lill-Patri Ġeneral tagħna, Paolo da Cesena, biex dan jagħtih is-setgħa li jaħtar reliġjuż Kapuċċin bħala konfessur tiegħu; u meta kiseb din ilfakultà huwa ħatar bħala direttur spiritwali tiegħu lill-imsemmi Patri Rafel, miżmum dejjem fil-ġieħ f’kull ħidma, kariga, u uffiċċju li kellu.”23

Il-kunvent u l-knisja tal-Kapuċċini, il-Floriana, l-ewwel preżenza ta’ dan l-ordni reliġjuż f’Malta.

Minbarra li kien konfessur tal-Gran Mastru Alofio de Wignacourt, Patri Rafel kien ukoll il-konfessur tal-Isqof Cagliares.24 L-istima kbira li kien igawdi dan il-patri Kapuċċin, flimkien mal-ħila tiegħu, tkompli toħroġ mill-fatt li huwa kien ġie magħżul sabiex jagħmel l-orazzjoni funebri fil-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-mewt tal-Gran Mastru Alofio de Wignacourt (1622). Kemm Patri Pelaġju kif ukoll Patri Luigi Bartolo jieħdu nota ta’ dan, 25 għalkemm Bartolomeo Dal Pozzo, l-istoriku tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, jikteb biss li din l-orazzjoni kienet saret minn “predikatur elokwenti,” mingħajr ma jsemmi l-isem tiegħu.26 Hekk ukoll ġara meta miet il-Gran Mastru Fra Luis Mendes de Vasconcellos. Dakinhar, kien Patri Rafel li għamel id-diskors funebri tal-okkażjoni.27 Hekk jikteb Patri Luigi Bartolo fuq din l-okkażjoni li fiha jerġa’ jfaħħar lil Patri Rafel: “Tajjeb li wieħed ikun jaf illi fil-mewt tal-Gran Mastri tal-Ordni Ġerosolmitan, kemm ta’ Fra Luigi Mendes des Vasconcellos, li ġrat nhar is-7 ta’ Marzu 1623, kif ukoll fil-mewt ta’ Fra Alofio de Wignacourt li kienet seħħet fl-1622, huwa [P. Rafel] kien ġie magħżul minn fost bosta individwi f’Malta biex ifaħħar [lil dawn il-Gran Mastri] permezz ta’ orazzjoni funebri fil-knisja ta’ San Ġwann; u dawn l-orazzjonijiet funebri kienu ntgħoġbu bil-bosta minn dik l-udjenza bla għadd, speċjalment mis-Sinjuri Gran Croci u Kavallieri ta’ dik l-Ordni Illustri.” 28 Patri Pelaġju jattribwixxi lil Patri Rafel it-twaqqif ta’ dak li hu jsejjaħ “il Monte di Pietà,” għalkemm proprjament kien qed jirreferi għat-twaqqif tal-“Monte della Redenzione,” opra li kienet taħdem għall-ħelsien tal-ilsiera. Dan jagħmlu meta jikkummenta fuq dak li kien kiteb qablu l-istoriku talOrdni, Bartolomeo Dal Pozzo meta jgħid li din l-opra twaqqfet minn patri Kapuċċin waqt li kien qed jipprietka fil-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann, bla ma iżda jsemmi ismu.29 Patri Pelaġju jikteb hekk fuq din il-ġrajja: Is-sena 1607: It-twaqqif tal-Monte di Pietà (Dal Pozzo, tom. I, lib. 8, pag. 533, fejn jikteb hekk): Meta wieħed iqis f’Malta kemm kienet miżera s-sitwazzjoni tal-ilsiera nsara u kemm kienet ħaġa


60

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

twajba l-ħidma tal-ħelsien tagħhom, permezz tal-eżortazzjoni ta’ patri Kapuċċin, predikatur f’San Ġwann ġiet imwaqqfa fix-xahar ta’ Lulju ta’ din is-sena, il Monte della Redenzione li għaliha kkontribwew ħafna persuni devoti, kemm reliġjużi kif ukoll sekulari, iżda b’mod partikulari ċerta Katerina msejħa la Spezia, armla ta’ Ettore Vitale, li tat il-ġid kollu tagħha. Min kien dan ilpredikatur Kapuċċin promotur ta’ opra daqshekk eċċellenti ta’ pietà Nisranija? L-awtur ma jsemmi l-ebda individwu bl-isem proprju tiegħu. Aħna, meta nqisu ċ-ċirkustanzi taż-żmien u l-merti tant drabi imfaħħra ta’ Patri Rafel, nistgħu ngħidu li kien hu l-awtur; aktar u aktar meta l-istess wieħed, aktar minn darba, kien ippriedka fl-imsemmija Knisja Konventwali ta’ San Ġwann.30 Patri Luigi Bartolo wkoll jagħmel attentat sabiex jidentifika l-predikatur elokwenti li jsemmi l-istoriku Dal Pozzo fl-okkażjoni tat-twaqqif tal-Monte della Redenzione. Huwa jgħid li dan il-predikatur mhuwa ħadd għajr Patri Klement minn Noto jew inkella Patri Rafel minn Malta.31 Fl-2002, Patri Franġisku Azzopardi, Kapuċċin li ħadem qatiegħ fl-arkivju tal-Kavallieri li jinsab fil-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt Valletta, ippubblika artiklu li fih jargumenta li għalkemm Patri Rafel minn Ħal Tartarni kien Kapuċċin ta’ fama kbira, l-isem ta’ Patri Rafel qatt ma ġie assoċjat ma’ xi priedka li saret waqt irRandan fil-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann fil-Belt.32 F’dan l-istess artiklu, Patri Franġisku juri li t-tweġiba dwar min seta’ kien dan il-predikatur Kapuċċin li ssuġġerixxa t-twaqqif tal-Monte della Redenzione baqgħet moħbija f’wieħed mill-volumi li fih insibu l-korrispondenza li għaddiet bejn ilKapuċċini u l-Gran Mastru dwar it-twaqqif ta’ din il-fondazzjoni. Patri Franġisku juri li minn dawn l-ittri jirriżulta li l-predikatur Kapuċċin għas-sena 1607 kien Patri Giovanni Maria Minniti da Noto (1563-1631).33 L-istoriku Gio. Antonio Ciantar ifaħħar lil Patri Rafel u jinkludih fil-lista tal-personalitajiet Maltin li għamlu isem lill-pajjiżna,34 filwaqt li Injazju Saverju Mifsud fil-kitba tiegħu Biblioteca Maltese, jinkludi l-kitbiet ta’ Patri Rafel fl-indiċi kronoloġiku ta’ kittieba Maltin.35 Nafu li meta Patri Rafel miet, huwa kellu lest għall-istampa numru ta’ kitbiet teoloġiċi, fosthom il-manuskritt prezzjuż tiegħu bit-titlu ta’ Lectiones in libros sententiarum.36 Fl-1628, meta Patri Rafel kien għadu gwardjan, waqt li kien qed jitlob it-talba tal-Għasar mal-patrijiet fil-kor tal-kunvent ta’ Sirakuża, ġie milqut b’sajjetta. Huwa miet fil-post fl-età ta’ 75 sena, wara 54 sena ta’ ħajja reliġjuża.37 L-aħbar tal-mewt tiegħu malajr xterdet, tant illi kif naqraw minn dak li kitbu l-patrijiet Sqallin stess: “Imbagħad sar luttu fil-kunvent, fil-belt, fil-Provinċja, u kulħadd beka għal dan ir-raġel ġust, rett, imħeġġeġ, li ttieħed minn fost il-ħajjin b’mewta għall-għarrieda.” 38

Il-qoxra ta’ ktieb ta’ Patri Rafel Camilleri fil-Biblijoteka tal-Kapuċċini, il-Floriana.

Kien hemm iżda min ipprova jinterpreta bħala xi kastig mis-sema l-mod kif seħħet il-mewt ta’ Patri Rafel. Minħabba f’hekk, numru ta’ kittieba jirrakkuntaw ġrajja illi jidher li nkitbet apposta sabiex tiddefendi l-unur ta’ Patri Rafel. Naqraw li fost dawk li ddubitaw it-tjubija ta’ Patri Rafel kien hemm ċertu Patri Vincenzo da Calascibetta li “ġie meħud f’estasi u fis-sema ra r-ruħ ta’ Patri Rafel f’nofs il-kori tal-anġli u tal-qaddisin, u fil-bieb tas-sema qara kitba miktuba b’ittri tad-deheb b’dan il-kliem, ‘Minħabba li hu kien iħobb ilikompli f’paġna 65


R&S MARKETING Tower Street, Mosta Tel: 2142 0664 Fax: 2141 5930 Email: robertfalzon.rands@gmail.com

SANTA MARIJA PHARMACY MisraŜ FrenĔ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com

Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha .inijiet tal-FtuŜ: Mit-Tnejn sal-*imgŜa mit-08.00 sas-19.30 Is-Sibt mit-08.00 sas-13.00 u mill-16.00 sas-19.00




QUALITY STONES AT AFFORDABLE PRICES Kitchen Tops, Staircases, Flooring, Pool Coping, Fireplaces & Cladding.

www.desanamarbles.com

+356 2145 1350 | 9946 7776

Desana, Buskett Road, Dingli

info@desanamarbles.com


Programm tal-Festa 2019

65

ġustizzja, huwa sab il-ħniena’: Quoniam delixit iustitiam, invenit misericordiam. B’din id-dehra li huwa għarraf biha lill-komunità ta’ S. Filippo di Agira, li tagħha hu kien Superjur, huwa ġie assigurat mill-glorja li biha l-Mulej Alla ħallas b’ġustizzja il-qaddej fidil tiegħu.”39 L-isem tajjeb li Patri Rafel ħalla fost il-patrijiet Kapuċċini Sqallin hu rifless fin-nota li huma kitbu wara l-mewt tiegħu: “Fl-istess sena [1628], il-Provinċja tagħna ġarrbet telfa tassew kbira bil-mewt ta’ Patri Rafel minn Malta, li hu kien żejjinha bil-virtù u t-tagħlim tiegħu.”40 Fil-mużew tal-Kapuċċini tal-Furjana hemm kwadru-ritratt li juri lil Patri Rafel b’iskrizzjoni dwar ħajtu. Fil-bibljoteka tal-istess kunvent, imbagħad, hemm esebit numru ta’ kotba li kien juża Patri Rafel. Nota dwar l-Aħwa Minuri Kapuċċini (OFM Cap) f’Malta: Il-Franġiskani Kapuċċini f’Malta għandhom kunventi fil-Floriana, il-Kalkara, tnejn fil-Marsa, ix-Xemxija, San Ġwann, Għajn Dwieli u r-Rabat Għawdex. Dan l-ordni reliġjuż għandu 70 Malti fi ħdanu. Il-ħidma pastorali f’Malta tinkludi t-tmexxija ta’ tliet parroċċi (Marsa - Trinità, Marsa - Marija Reġina u San Ġwann) u l-assistenza spiritwali fi sptarijiet, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fil-Fondazzjoni ‘Suret il-Bniedem’ li L-aħwa Kapuċċini tal-Provinċja Maltija toffri kenn għal dawk mingħajr dar. waqt id-69 kapitlu provinċjali, Lulju 2019. Jieħdu ħsieb żewġ pubblikazzjonijiet: ‘Dawl Franġiskan’ u ‘Kliem il-Ħajja’. Patrijiet Franġsikani Kapuċċini Maltin qed iwettqu ħidma missjunarja fil-Kenja. Referenzi

Ara A[rchives] C[apuchin] P[rovince] M[alta], Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta. Opera divisa in due libri raccolti dal Pre[dicatore] Fra Pelagio Maria predicatore Capuccino dalla Terra Zebug chiamato nel secolo Don Bartolomeo Mifsud Gauci Piscopo Proton[otario]: Ap[osto]lico, e Dottore in Medicina, e Professore di cotesta Custodia de Capuccini di Malta, 63-64. 2 Awturi li jagħtu s-sena 1533 għat-twelid ta’ Patri Rafel jinkludu lil Rob. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju bijo-bibljografiku nazzjonali (Malta: Dipartiment tal-Informazzjoni, 1960), 97; Alexander Bonnici, Ħad-Dingli: Raħal f’taqbida malħajja (Malta: Kunsill Lokali Dingli, 2000), 1:49. 3 Ignazio Saverio Mifsud, Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, Parte Prima (Malta: Stamperia di S.A.A. 1764), 46, nota (b), jikteb hekk fuq dan “l-Għar il-Kbir”: “Una Grotta vasta e grande, o sia caverna, ove, come dice il Commendator Abela fol. 79., abitarano 27 famiglie, quasi per la maggiorparte pastori, o Pecorai.” Dan l-għar jissemma wkoll fil-kitba ta’ Athansius Kircher SJ meta fil-vista li kien għamel f’Malta kien żar dan l-għar u ħalla l-impressjonijiet tiegħu fit-tieni volum tiegħu tal-Mundus Subterraneus (bk. 8, ch.3; De hominibus subterraneis), stampat għall-ewwel darba f’Amsterdam fl-1665. 4 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 16-17. Bonnici, Ħad-Dingli: Raħal f’taqbida mal-ħajja, 1:49, jagħti tagħrif fuq l-Għar il-Kbir ta’ Ħal Tartarni f’rabta mat-tfulija ta’ Patri Rafel. 5 G[użè] D[imech] D[ebono], “Nies kbar Maltin: Patri Raffaello min Malta,” Patria!, 29.3.1923: 5. 6 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 68. 7 Ara Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, 47. 8 Ara N[ational] L[ibrary] M[alta], Libr. MS 699, Apparato cronologico nel quale si registrano e si nominano quei religiosi Capuccini di nazione Maltesi, che furono eletti e costituiti superiori, e prelati nella loro Religione, o deputati, e promossi in altre dignità, impieghi e ufficj onorevoli … dall’anno 1584 per infino al 1752. Autore e collettore il Rev P. Luigi Bartolo della Valletta 1752, 63-64. 9 Ara ibid., 63. 10 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 59. 11 Ibid. 12 Ibid., 59-60. 1


66

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Ara NLM, Libr. MS 699, 2. ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 21. 15 Ara NLM, Libr. MS 699, 3. 16 Ara ibid., 1,14. 17 Ara ibid., 14-16. 18 Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, 53. 19 Ara NLM, Libr. MS 699, 5-12. 20 Ara ibid., 17-25. 21 Ara ibid., 52-53. 22 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 20-21. 23 Ibid., 65. 24 Ara NLM, Libr. MS 699, 350. 25 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 45; NLM, Libr. MS 699, 64. 26 Bortolomeo dal Pozzo, Historia della Sacra Religione di S. Giovanni Gerosolimitano, detta di Malta (Verona: 1703), Parte 1, 694. 27 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 45. 28 NLM, Libr. MS 699, 64. 29 Dal Pozzo, Historia della Sacra Religione di S. Giovanni Gerosolimitano, detta di Malta, Parte 1, 533-534. 30 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 31-32. 31 NLM, Libr. MS 699, 218. 32 Ara Francis Azzopardi, “Foundation for the Redemption of Christian Slaves,” The Sunday Times, 29.9.2002: 44-45. 33 Ara ibid. 34 Ara G. A., Ciantar, Malta Illustrata, lib. 4, not 3, 514. 35 Ara Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, ta˙t is-sena 1587-1588. Ara wkoll pp. 46-53. 36 Ara wkoll il-lista tal-kitbiet ta’ P. Rafel, f’ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 64-65. 37 Ara ibid., 62-63. 38 Memorie storiche dei Frati Minori Cappuccini della Provincia monastica di Siracusa raccolte e pubblicate dal M.R.P. Samuele da Chiaramonte (Modica: Archimede, 1895), 192. 39 Ibid., 192-193. 40 Ibid., 191. 13 14

GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru

SANTA MARIJA SELF SERVICE

GERALD JEWELLERY

• Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer

❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00, 16.00-18.30 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa

FREE DELIVERIES

26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786

All your daily needs Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6

Triq Çensa Spiteri, Dingli Tel: 2745 0454 Santa Marija Self Service Dingli


Programm tal-Festa 2019

67

‘Sunrise’, TurreƩa Road, Dingli. ħ

ċĊ

Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195

DAVID’S HARDWARE STORE

Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine

M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates

Over 10,000 Paint Colours Available Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 7071 Mob: 7905 3401

GALSONS Pizzeria & Take Away Ġ ż

Triq G ar Bittija, Dingli


68

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND

ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561

RELIGIOUS ARTICLES SUPPLIER (Est. 1954) 146, Old Bakery Street, Valletta ‐ Malta Tel: 2123 2933 Mob: 9985 6842 Email: gzamson@onvol.net www.religiousshopmalta.com Opening hours: Monday to Saturday 09.00 ‐ 13.00

Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 Ɵll 15.00, 19.00 Ɵll 22.30 Tuesday closed all day

• Pjaneti • Rigali • Xemg˙a Likwida • Damaski • Kalçijiet • Sferi • Ikoni





Il-Festa t-Tajba lir-residenti Dinglin kollha

PERIT

DAVID VASSALLO 99436306 perit.davidvassallo@gmail.com


Programm tal-Festa 2019

73

L-Azzjoni Kattolika f’Ħad-Dingli 21 sena ta’ appostolat il-parroċċa tagħna Ma kienx moviment li dam snin twal attiv f’Ħad-Dingli, iżda ż-żmien li għamel kienu snin ta’ ħidma mingħajr waqfien fl-appostolat fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti. L-Azzjoni Kattolika kienet preżenti f’Ħad-Dingli għal ftit aktar minn 20 sena. Daħlet fir-raħal mal-bagalja ta’ esperjenzi li ġabu r-refuġjati li sabu kenn hawnhekk fit-Tieni Gwerra Dinjija, ewlenin fosthom Dun Ġorġ Mercieca. It-tmiem tagħha ħalla vojt iżda mtela tajjeb mill-ħidma tas-Salesjani ta’ Don Bosco. Attiv tul is-snin li l-Azzjoni Kattolika kienet preżenti f’Ħad-Dingli, PAUL ABELA, li jikteb dwar l-istorja u ħidmet dan il-moviment Kattoliku f’Ħad-Dingli. L-Azzjoni Kattolika hi għaqda ta’ lajċi Kattoliċi li twaqqfet fl-Italja fl-1905 fi żmien il-Papa Piju X bħala l-id il-leminija tal-Knisja fl-appostolat tagħha fil-ħajja ordinarja. Dan isir mhux biss bit-tixrid tat-tagħlim iżda l-aktar bil-ħidma, bl-azzjoni. F’Malta, l-Azzjoni Kattolika bdiet fl-1930. Fost il-kontribut tal-Azzjoni Kattolika nsibu: l-istampa t-tajba permezz tal-gazzetta l-Leħen is-Sewwa li ilha tiġi ppubblikata mill-1928; il-media mxandra permezz tal-programm Is-siegħa tal-Morda li kien jixxandar fuq ir-Rediffusion; l-appostolat talemigrazzjoni bit-twaqqif fl-1949 tal-Kummissjoni Emigranti li għadha topera sal-lum taħt il-kappa tal-Knisja; l-organizzazzjoni tal-kampijiet tas-Sajf għat-tfal; it-twaqqif fl-1962 tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi; it-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani Sagra Famija fin-Naxxar; il-ħidma tas-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-Kummissjoni Ħidma Morda; u l-inizjattivi taż-żgħażagħ permezz taż-ŻAK. Din il-ħidma hi sostnuta mill-friegħi tal-irġiel u tan-nisa fiċ-ċirkoli li l-Azzjoni Kattolika għandha f’diversi parroċċi. Fil-preżent, l-Azzjoni Kattolika għandha madwar 1,500 membru. F’Ħad-Dingli wkoll kellna dan il-moviment attiv fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Man-nies li Ħad-Dingli laqa’ fil-gwerra kien hemm bosta minn Raħal Ġdid. Fosthom kien hemm uħud li kienu attivi ħafna fl-Azzjoni Kattolika, qabel ġew hawnhekk bħala refuġjati. Fis-snin tal-gwerra ma setgħux iwaqqfu sede tal-għaqda hawnhekk, kif xtaqu, għax kien impossibbli jsibu jikru x’imkien għal dan il-għan. Madankollu, huma bdew jgħinu lill-Kappillan b’sehem attiv fil-funzjonijiet talknisja. Fost l-ewwel inizjattivi tagħhom kien hemm it-twaqqif ta’ Schola Cantorum li kienet tikkonsisti fi grupp ta’ rġiel li jkantaw fl-attivitajiet tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Dun Ġorġ Mercieca li kien idoqq l-armonju. Dun Ġorġ stess kien wieħed mir-refuġjati Pawlisti li sab kenn f’Ħad-Dingli tul il-gwerra. Kien jieħu ħsieb ukoll l-abbatini. Meta fl-1941 tbiddel il-Kappillan u ġie Dun Karm Azzopardi, li nzerta minn Raħal Ġdid, ilkoperazzjoni ma’ dan il-grupp ta’ persuni kompliet tikber u magħha x-xewqa li l-Azzjoni Kattolika jkollha preżenza f’dan ir-raħal.

Dun George Mercieca


74

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Ma’ tmiem il-gwerra, ir-refuġjati bdew jirritornaw lejn il-postijiet mnejn ġew iżda Dun Ġorġ Mercieca baqa’ marbut ma’ Ħad-Dingli. Kien jgħix fil-faqar, f’kamra qalb il-bajtar tax-xewk, fil-faċċata bejn Triq il-Maddalena u Triq l-Irdum. Għall-ikel jew għal ftit kafè kien jiġi d-dar ta’ ommi u missieri jew imur ir-razzett taċ-Ċali jew għand Kola Abela, is-sagristan. Nhar ta’ Ħadd kien iqaddes dejjem il-quddiesa tas-6.00 a.m. iżda kien ikun il-knisja mill-4.30 a.m. għall-qrar, b’mod speċjali għal dawk li kienu jiġu mill-irziezet. Baqa’ jberren f’moħħu l-ħsieb kif jista’ jwaqqaf l-Azzjoni Kattolika. Irnexxielu jikri kamra żgħira, 3 metri bi 3 metri, fi Triq San Rokku fejn beda jlaqqa’ xi irġiel u lill-abbatini nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt. Kien mgħejjun mis-Sur Rogantino Gambin u s-Sur Karlu Azzopardi. Ftit taż-żmien wara rnexxielu jikri mezzanin fi Triq San Rokku, fejn aktar ’il quddiem kienet tgħix is-Sinjura Maria Gambin. Dan il-post offra aktar spazju billi kien jinkludi tliet kmamar imdaqqsa, bil-madum u blelettriku, u b’bitħa żgħira. Fi ftit kliem, dan kien post komdu ħafna biex bdejna l-Azzjoni Kattolika f’Ħad-Dingli permezz taċ-Cirkolo San Ġorġ li twaqqaf uffiċjalment nhar is-6 ta’ Jannar 1948. Dakinhar, ippresieda l-laqgħa Dun Ġorġ bi ħsieb spiritwali dwar kif ilħidma tal-Azzjoni Kattolika li trid tkun dejjem l-id il-leminija tal-Kappillan fl-appostolat tiegħu bħala ragħaj tal-erwieħ. Ftehmna li ċ-ċirkolu jibda jinfetaħ is-Sibt u l-Ħadd għat-tfal minn 10 snin ’il fuq u għall-abbatini. Iċ-ċirkolu kien jinżamm magħluq waqt attivitajiet tal-knisja. L-ewwel kumitat kien magħmul mill-President, is-Sur Rogantino Gambin; bħala Segretarju s-Sur Nicholas Bonello u kaxxier is-Sur Anthony Camilleri. Ilmiżata kienet ta’ sitt soldi fix-xahar għall-irġiel, tliet soldi għall-ġuvintur u t-tfal ma kinux iħallsu. Kull l-ewwel Ħadd tax-xahar filgħodu kien ikollna quddiesa u konferenza. Tlabna lid-Direttur tal-Edukazzjoni biex nużaw is-sala tal-iskola għal film show. Fis-7 ta’ Marzu 1948 urejna l-film ‘From the Manger to the Cross’. Konna ġibna l-magna u l-operatur tal-Istitut Kattoliku. Kellna konkorrenza kbira. Id-dħul totali kien ta’ ħames Liri u tnax-il xelin, li minnhom riedu jinqatgħu l-ispejjeż involuti. Wara li għamilna tliet attivitajiet simili fl-iskola talgvern, iddeċidejna li nieqfu għaliex konna qed noħorġu kważi bittelf. Wara dan, għamilna spiss film shows (black and white and silent) fid-Domus, l-aktar tal-atturi Charlie Chaplin u Laurel and Hardy. L-entratura għal kull persuna kienet sold. Is-Sur Paul Abela... awtur tal-artiklu u attiv ħafna fl-Azzjoni Kattolika ta’ Ħad-Dingli

Data importanti li għadni niftakar sewwa kienet l-4 ta’ Ġunju 1948 meta bi ftehim mas-Surmast Ġużè Ebejer u l-għalliema, l-iskola primarja ġiet ikkonsagrata lill-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija. Saru tlett ijiem ta’ prietki, qrar u fil-jum tal-4 ta’ Ġunju tlajna purċissjoni għall-Knisja b’żewġt inkwadri. Kien iċċelebra l-quddiesa Dun Mikiel Azzopardi li fl-omelija fisser l-għan tal-konsagrazzjoni. Dak iż-żmien Dun Mikiel kien l-Ispettur Ġenerali tar-Reliġjon fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Assistent Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika ta’ Malta. Fost il-ħidmiet li wettaq, Dun Mikiel Azzopardi jibqa’ magħruf għal opra kbira li għadha magħna sal-lum, id-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi. Fl-1949 bdejna bl-appostolat mitlub minna bħala membri fl-Azzjoni Kattolika. Organizzajna t-tagħlim regulari tad-duttrina għat-tfal tal-irziezet biex jersqu għall-Preċett u għall-Griżma. Dawn il-

Peter Scerri, illum Dun George Scerri, aspirant attiv biex iwassal il-Leħen is-Sewwa fl-irziezet


Programm tal-Festa 2019

75

lezzjonijiet kienu jsiru kull nhar ta’ Sibt wara nofsinhar u wara kien isir il-qrar fl-istess ċirkolu minn Dun Ġorġ. Kien isir ukoll tagħlim tad-duttrina għal tfal, l-aktar wara l-Griżma tal-Isqof. Dawn konna nsejħulhom aspiranti. Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, Dun Ġorġ kien imexxi laqgħa għall-irġiel u wara kien joqgħod dispost għal dawk li kienu jixtiequ jersqu għall-qrar. Bdejna kampanja dwar l-istampa t-tajba permezz tat-tqassim tar-rivisti ‘Malta Missjunarja’ u ‘Familja Kana’ u l-gazzetta ‘Leħen isSewwa’ kemm fir-raħal kif ukoll fl-irziezet tal-Buskett, Misraħ Suffara u saħansitra l-Imtaħleb. Għal dan il-għan, għall-ewwel xtrajna 4 roti ftit qodma, però fl-aqwa ta’ dan l-appostolat konna nagħmlu użu minn 10 roti. Dan l-appostolat kien apprezzat ħafna, kemm min-nies tar-raħal kif ukoll mill-kliem ta’ inkoraġġiment li konna nirċievu fil-midja ta’ dak iż-żmien. Dan kien isir b’sagrifiċċju kbir is-sena kollha, sajf u xitwa. Kien bl-inizjattiva ta’ Dun Ġorġ li bdejna kampanja biex jibda jingħata ġieħ lil Marija Santissma taħt it-titlu tad-Duluri. Mill-1955, grazzi għall-koperazzjoni li kellna mas-surmast Ebejer, fit-tifkira tadDuluri tal-Madonna, tmint ijiem qabel il-Ġimgħa l-Kbira, fil-11.30 a.m. konna nagħmlu purċissjoni mill-iskola għall-knisja biex nattendu għall-quddiesa li għaliha kien jiġu wkoll ħafna ġenituri. Niftakar li Sur John Galea ħallas għal inkwadru sabiħ tad-Duluri u li s-Sur Rogantino Gambin ħadem il-bradella. Dawn iż-żewġ għalliema kienu attivi ħafna fl-Azzjoni Kattolika. Il-kollaborazzjoni bejn l-iskola u ċ-ċirkolu kienet mifruxa fosthom b’attività Marjana f’Mejju. Kienet issir purċissjoni milliskola għall-knisja bi statwa tal-Madonna ta’ Fatima li kellna fiċ-ċirkolu (illum tinsab fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien). Meta kollox kien jidher li miexi sew, faqqgħet bħal sajjetta fil-bnazzi billi s-sid tal-post riedu għal bintu. B’xorti tajba sibna post ieħor fl-istess triq li iżda kellu bżonn ħafna spejjeż biex jiġi rranġat. Ma kienx hemm elettriku u lanqas ilma, u kamra jew tnejn kienu mingħajr madum. Domna madwar sena sakemm sar ix-xogħol meħtieġ li għalih Dun Ġorġ ħallas kollox hu personalment. Kellna anke bandiera tal-Papa u arblu ta’ 10 metri. Meta dħalna fil-post il-ġdid, li d-daħla tiegħu kienet tinqasam ma’ familja oħra, komplejna blattivitajiet li kellna u żidna dik li nqassmu u niġbru l-envelopes bl-offerti tan-nies għall-Ġurnata Missjunarja. Bi ftehim mal-Kappillan, kull sena konna nagħżlu xi tifel jew tnejn minn xi familja fqira biex fis-Sajf jattendu kamp ta’ ġimgħa li kien jiġi organizzat mill-Azzjoni Kattolika ta’ Malta.

Il-gara katekistika tal-aspiranti minuri fil-knisja ta’ Ħad-Dingli. 17 ta’ Marzu, 1963

Ta’ min jgħid li l-isbaħ ġurnata taċ-ċirkolu kienet tkun f’wieħed mill-Ħdud ta’ wara l-Għid meta kienet tiġi organizzata dik magħrufa bħala l-“gara”, kwizz reliġjuż bejn grupp ta’ madwar 10 aspiranti. Kull sena kien jintgħażel suġġett komuni għal Malta kollha. Il-“gara” kienet ssir fil-

Dun Ġwann Abela u Dun Peter Fenech (saċerdoti minn Ħad-Dingli) jagħtu l-marki waqt il-gara


76

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

knisja wara nofsinhar. Kienu jiġu mistiedna diversi saċerdoti biex jagħmluha ta’ eżaminaturi. Dejjem kienet issir taħt il-Presidenza tal-Kappillan. Kien jingħata rigal lil kull parteċipant u ieħor speċjali lir-rebbieħ li kien jiġi mlibbes faxxa ta’ prinċep. Ir-rebbieħ kien jikkompetu f’“gara” oħra bejn irrebbieħa ta’ rħula u bliet oħra, fejn din id-darba r-rebbieħ kien jitlibbes faxxa ta’ imperatur. Peress li fis-snin ħamsin is-servizz tat-trasport pubbliku ma kienx tajjeb, ta’ spiss konna norganizzaw ‘privates’ għal ħarġiet barra r-raħal. Għal dan il-għan, konna norganizzaw ‘privates’ għal wiri ta’ films reliġjużi fit-teatru Embassy, il-Belt, jew għall-festi ta’ Kristu Re, San Ġużepp Ħaddiem u s-sebgħa Santa Marijiet. It-tfal u ż-żgħażagħ kienu jħobbu ħafna l-attivitajiet fiċ-ċirkolu fosthom illogħob fuq ‘full size table tennis’ jew ilwiri ta’ films. Dan minbarra l-ħarġiet ta’ kull xahar fil-kampanja u l-logħob talfutbol kull nhar ta’ Ħadd għal xi 1.00 p.m. Konna nużaw il-grawnd attwali tal-futbol, dak iż-żmien b’art miksija bir-ramel. Il-ballun kien jintefaħ bilpompa tar-rota u nidilkuh bis-sonża biex il-ġilda tiġi ratba. Il-ħarġiet talbaħar fis-Sajf għall-bajjiet tal-Ġnejna Mument ta’ rikrejazzjoni fil-grawnd ta’ Ħad-Dingli jew Għajn Tuffieħa kienu jintogħġbu wisq. Konna nitilqu bit-trakk fis-6.00 a.m. u magħna kien dejjem jattendi s-Sur Kola Abela, issagristan, li kien iġib dulliegħ u bettiegħ mill-għalqa tiegħu. F’nofs is-snin sittin, Dun Ġorġ Mercieca marad u fl-1966 inġabar fid-Dar tal-Kleru. Fl-istess żmien, is-sid taċ-ċirkolu f’numru 6 Triq San Rokku kellu bżonn il-post lura. Minkejja t-tentattivi, anke talKappillan Dun Pawl Caruana, post alternattiv ma nstabx. Meta lil Dun Ġorġ staqsejtu x’ser jiġri miċċirkolu, ir-risposta sempliċi tiegħu kienet li “ċ-ċirkolu seta’ kien strument f’idejn Alla biex nixgħelu ftila f’xemgħa żgħira. Issa nemmen li l-ftila se tkompli bix-xogħol ġdid tas-Sależjani fil-parroċċa”. Kontra qalb dawk kollha li kienu jattendu, bdejna nnaqqsu l-attivitajiet sakemm dan iċ-ċirkolu li fih Alla biss jaf kemm sar ġid għall-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kellu jingħalaq fl-1969. Ftit tax-xhur qabel, is-Salesjani kienu għadhom kemm fetħu l-Kulleġġ Savio fir-raħal maħbub tagħna. Fuq nota personali, nirringrazzja lil tant eks membri ħabrieka u benefatturi li sostnew il-ħidma li twettqet miċ-ċirkolu ta’ Ħad-Dingli. Waqt li nawguralkom il-festa t-tajba, jien għadni nżomm lilkom id-Dinglin f’qalbi u f’talbi.




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.