10 minute read
Il-festa tagħna lil Santa Marija Mario Micallef
l-festa tagħna lil anta arija
L-organizzazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fi r-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna, entita’ fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra fosthom servizzi ta’ baned, logħob tan-nar, armar u loġistika. F’dan l-artiklu, is-Segretarju talKumitat Festa Esterna, MARIO MICALLEF, jinfurmakom bl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa u jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fi x-xhur li għaddew u inizjattivi ġodda li għaddej xogħol dwarhom.
Advertisement
Il-ħidma tal-Kumitat Festa Esterna fi t-tnax-il xahar li għaddew ma qatgħet xejn. Hi ħidma volontarja u mill-qalb minn grupp ta’ persuni li jħobbu l-festa ta’ Santa Marija u jgħinu lill-Arċipriet fl - organizazzjoni tal-aspetti li jsawwru l-festa ta’ barra. Jieħduħsieb ukoll jiġbru fondi għal dan il-għan u jżejjnu t-toroq b’armar u dekorazzjonijiet li joħolqu ambjent ta’ festa fi r-raħal. Matul is-sena wkoll, il-membri tal-kumitat jgħinu f’inizjattivi u attivitajiet oħra organizzati mill-parroċċa, iżda l-qofol jibqa’ dejjem il-jiem tal-festa titulari.
Il-baned
Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza ħames servizzi li huma kummissjonati lil erba’ baned.
Il-Ġimgħa fi lgħaxija, fi t-tielet jum tattridu, il-kumitat jorganizza marċ li għalih stieden lill-banda tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Marti ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela.
Lejlet il-festa fi lgħaxija, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas servizz li għalih stieden lillGħaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan is-servizz jibda fi t-8.30 p.m minn ħdejn il-knisja. Fl-9.50 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex minn fuq il-planċier, mal-banda jingħaqad il-kor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru. Il-marċ jintemm fi l-11.30 p.m. fi Triq ilMaddalena fejn imbagħad jibda l-ħruq tal-logħob tan-nar tal-art.
F’jum il-festa fi lgħodu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas il-marċ ta’ fi lgħodu li jibda fi l-11.00 a.m. u jintemm fi s-1.30 p.m. Il-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-marċ popolari hu fi r-responsabilita’ sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa.
Nhar il-festa, il-kumitat jistieden ukoll żewġ baned oħra: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem ‘l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fi l-ħruġ u d-dħul talpurċissjoni; u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tar-raħal.
Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tirringrazzja lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli li fi l-jiem tal-festa ddoqq mingħajrħlas f’jum it-tfal organizzat mill-parroċċa u fl -okkażjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari; l-ewwel fi l-quddiesa u wara fi t-tislima fuq iz-zuntier. It-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa, fi d-9.00 p.m. jibda programm vokali u strumentali fuq iz-zuntier imtella’ u fi nanzjat mill-istess Għaqda Mużikali Santa Marija. L-istess għaqda tippermetti wkoll l-użu tal-planċier għall-banda mistiedna nhar il-festa fi lgħaxija mill-Kumitat Festa Esterna. Fi tmiem il-festa, wara l-barka sagramentali fi lknisja, l-Għaqda Mużikali Santa Marija torganizza u tiffi nanzja l-marċ tal-aħħar.
Il-logħob tan-nar Is-sena li għaddiet ktibna paġna ġdida fi l-qasam tal-logħob tan-nar tal-ajru. Wara 35 sena li matulhom il-kumitat xtara xogħol pirotekniku minn kmamar tan-nar differenti, fi l-festa li għaddiet il-logħob tan-nar tal-ajru nħadem minn pirotekniċi Dinglin. L-ispiża għan-nar ta’ lejlet u nhar il-festa nqasmet nofs b’nofs bejn il-Kumitat Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali Santa Marija. Dan l-arranġament seta’ jsir wara li grupp ta’ pirotekniċi Dinglin fi ħdan l-Għaqda Mużikali Santa Marija bdew jaħdmu n-nar fi n19th March Fireworks Factory, fi l-limiti tar-Rabat.
Bi pjaċir inħabbru li din is-sena se nkomplu nibnu fuq dak li għamilna s-sena li għaddiet, billi ma’ lejlet u nhar il-festa se jkun inkluż ukoll il-logħob tannar tal-ajru li se jinħaraq f’jum il-ħruġ min-niċċa tal-istatwa ta’ Santa Marija. B’hekk, il-Kumitat Festa Esterna qed jinkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex timmanifattura l-logħob kollu tan-nar tal-ajru għall-festa ta’ Santa Marija, bl-ispiża tinqasam min-nofs bejn iż-żewġ entitajiet.
Apparti l-ħlas ta’ nofs l-ispiża tal-logħob tan-nar tal-ajru, il-kumitat jieħuħsieb l-ispejjeż kollha ta’ żewġ ħarqiet oħra. Fi tmiem il-marċ tal-Ġimgħa, wara li l-istatwa ta’ Santa Marija tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela, tinħaraq wirja piroteknika li tinxtara mingħand il-kumpanija BG Malta Fireworks Display. L-għada, is-Sibt fi lgħaxija, appuntament ieħor mistenni minn ħafna jkun il-logħob tan-nar tal-art li jtemm il-programm ta’ attivitajiet ta’ lejlet ilfesta. Iġ-ġigġifogu jinxtara mingħand il-kamra tan-nar Sant’Andrija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa. L-ispettaklu tal-logħob tan-nar tal-art jibda fi l-11.30 p.m. quddiem iċ-ċimiterju tal-parroċċa.
Għal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru, il-Kumitat Festa Esterna jħallas hu għallpermessi tal-Pulizija dwar il-ġarr u l-ħruq tal-logħob tan-nar, l-assikurazzjoni, il-preżenza ta’ vettura u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u għal extra duties lill-Pulizija relatati mal-ħruq u l-ġarr tal-materjal pirotekniku.
L-armar . . . l-isfi di li jmiss
Il-Kumitat Festa Esterna jieħuħsieb li f’dawn il-jiem ir-raħal jilbes il-libsa talfesta bl-armar fi t-toroq. Dan ix-xogħol isir kollu b’volontarjat minn membri tal-kumitat u persuni oħra li ġentilment jagħtu daqqa t’id f’dan ix-xogħol.
Għall-armar tad-dawl mal-koppla, il-faċċata tal-knisja u t-toroq, il-kumitat iqabbad kuntrattur privat. Matul is-sena ssokta x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq id-drapp, inħiet drapp ġdid għat-trofew ta’ Triq il-Kbira u kompla jinbidel l-azzar u l-ħbula li jintużaw għall-pavaljuni.
L-akbar proġett li dieħel għalih il-kumitat hu l-bdil tal-armar f’Misraħ Ġużè Abela. Għal hawnhekk se jsir sett ta’ trofej ġodda b’disinn tal-artist Andrew Bugeja mill-Birgu. Dan il-proġett għandu jagħti lil din il-pjazza ewlenija dehra mill-aktar eleganti fi l-jiem tal-festa, b’disinn sabiħ li jikkumplimenta armar ieħor rikk li għandnafi l-qalbha tar-raħal bħall-pedestalli u l-istatwi, it-trofew fi Triq il-Kbira, ilbandalori ta’ quddiem il-knisja b’pitturi li jirrappreżentaw il-ħajja tal-Madonna u l-pavaljuni l-ġodda li saru fi Triq San Rokku. Il-proġett għal din il-pjazza hu wieħed ambizzjuż ħafna; kemm għax jinvolvi snajja’ u xogħol minn artisti differenti, kif ukoll biex jinġabru l-fondi għalih. Hu stmat li dan il-proġett se jiswa aktar minn € 45,000. Nafu li t-triq hi twila u għat-telgħa iżda konvinti li dan il-proġett se jħalli wirt ieħor sabiħ għall-festa tagħna. Hu ta’ sodisfazzjon u ta’ min ifaħħru l-ġest taż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin li kienu l-ewwel li offrew li jgħinufi nanzjarjament biex dan iseħħ. Madankollu t-triq hi twila u nappellaw għall-ġenerożita’ tagħkom biex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq.
Għall-ġejjieni, il-kumitat qed jara l-ħtieġa li jbiddel il-pavaljuni ta’ Triq il-Kbira. Għal dan il-għan, ġie avviċinat disinjatur li ħejja disinn għal dawn il-pavaljuni. Wara l-festa għandhom jissuktaw ittaħdidiet dwaru biex noħorġu bl-aħjar prodott għar-raħal u ċ-ċirkustanzi ta’ din it-triq li minnha jgħaddi ħafna traffi ku.
Irrid nieħu l-okkażjoni nirringrazzja lill-Kunsill Lokali li għal sena oħra reġa’ fdana biex inżejnu t-toroq għall-festi tal-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida. F’Diċembru li għaddaġie ntrodott armar ġdid u l-ħsieb hu li għall-Milied li ġej dan l-armar ikompli jikber biex tingħata dehra sabiħa lir-raħal tagħna, speċjalmentfi lgħaxijiet.
L-Assunzjoni: l-għażla tal-Kumitat Festa Esterna f’Naqsam il-Muża Il-Kumitat Festa Esterna ħa sehem fl imkien ma’ għaqdiet oħra Dinglin f’Naqsam ilMuża. Dan il-proġett qarreb lill-komunità mal-kollezzjoni nazzjonali tal-arti li tinsab taħt il-ħarsien tal-aġenzija Heritage Malta. Kull għaqda riedet tagħżel pittura minn din il-kollezzjoni li mbagħad ġiet stampata fuq poster imdaqqas li twaħħal fl -apert. IlKumitat Festa Esterna għażel l-unika pittura fi l-kollezzjoni li turi t-tlugħ fi s-sema talMadonna, l-Assunzjoni, li possibilment hi ta’ artist lokali u saret lejn l-aħħar tas-seklu ħmistax.
Għalina din kienet għażla naturali għax torbot ħafna mal-ħidma tal-kumitat li jieħu ħsieb jorganizza l-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli lillpatruna tagħna – Santa Marija. Xtaqna wkoll li la darba ngħatajna din l-opportunita’ sabiħa li naqsmu mal-komunita’ xogħol ta’ arti millkollezzjoni nazzjonali, ikollna rrappreżentanta xbiha ta’ Marija Assunta. Għal Ħad-Dingli tfi sser ħafna, kemm għaliex hi t-titular li lilha
niċċelebraw il-festa Ħadd fuq il-15 ta’ Awwissu, u għandha rabta wkoll mal-għeruq ta’ dan ir-raħal billi missirijietna lilha għażlu bħala l-patruna tagħhom. Il-poster bl-għażla tal-kumitat jinsab fi Triq il-Parroċċa u x-xbieha tal-Assunta hi akkumpanjata b’messaġġ mill-kaxxier tal-kumitat, is-Sur Noel Zammit.
Grazzi
Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil dawk kollha li jikkollaboraw b’xogħol volontarju u b’għajnuna fi nanzjarja biex fl imkien nagħmlu festa xierqa lil Santa Marija. Irodd ħajr b’mod partikulari lillmembri tal-kummissjonijiet fiħdanu u lil voluntiera oħra li jgħinufl -armar, f’xogħol ta’ manutenzjoni tal-armar u drapp, u fl -attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi.
Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil entitajiet oħra li jaħdmu f’kollaborazzjoni miegħu u li l-għan tagħhom hu li niċċelebraw festa sabiħa u dinjituża, ewlenin fosthom l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Irodd ħajr ukoll lill-Kunsill Lokali u lill-Korp talPulizija għall-kollaborazzjoni tagħhom. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema.
Il-festa t-tajba lil kulħadd u Viva Santa Marija.
rogra tal-Logħo tan-ar tal-Ajr
Is-Sibt, 10 t’Awwissu 2019 – Ħruġ min-niċċa 08:00a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 12:00p.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.
07:30p.m. Wara l-quddiesa fi l-Knisja Arċipretali, hekk kif il-vara tinħareġ fuq iz-zuntier tkun akkumpanjata bi ħruq ta’ salut, kaxxa infernali Spanjola, murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, sfejjer u blalen.
Is-Sibt, 17 ta’ Awwissu 2019 – Lejlet il-festa
08:30a.m. Il-kant tat-Te Deum fi l-Knisja Arċipretali jkun akkumpanjat mill-ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 11:45a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 06:00p.m. Mal-ħruġ tat-translazzjoni jkun hemm ħruq ta’ salut, kaxxa infernali Spanjola u murtali talberaq. 10:10p.m. Tingħata bidu għall-ħarqa ewlenija ta’ lejlet il-festa li tinkludi ħruq ta’ murtali tal-beraq pront, murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru, murtali tal-kulur, kaxxa infernali tal-kulur, blalen, disinni, sfejjer u lampjuni.
Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu 2019 – Jum il-Festa 08:00a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti. 10:15a.m. Is-Sanctus tal-quddiesa ewlenija tal-festa jkun akkumpanjat minn ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.
11:45a.m. Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.
07:00p.m. Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija, jinħaraq salut. Wara d-daqq tal-Ave Maria, tinħaraq kaxxa infernali Spanjola li tkun segwita bil-ħruq ta’ murtali tal-beraq bil-logħob. Meta l-istatwa tasal quddiem is-sede tal-Għaqda Mużikali Santa Marija, jsir ħruq ta’ kaxxa infernali spanjola u tal-kulur. 09:15p.m. Jingħata bidu għall-ħruq ta’ murtali tal-beraq ikkulurit, murtali tal-beraq biċ-ċentru u murtali tal-kulur. Wara l-kant tal-Innu l-Kbir, tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur, blalen disinni, sfejjer u lampjuni.
GÓAL KULL XORTA TA’ QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA
Irrikorru
VINCE BUTCHER 18, Parish Street, Dingli Tel: 2145 2854 Mob: 7945 2854
L-Għajn
Main Street, Dingli STATIONERY • GIFTS & TOYS SUB-POST OFFICE from Monday to Saturday Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722 Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
LORRAINE MICALLEF
Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. – 7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. – 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables
Ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli It-Tnejn u l-Ħamis : 9.30am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ġimgħa : 9.30am - 12.00pm
Ħdejn il-ħanut fi Triq il-Kbira Minn Settembru sa Ġunju l-Ħadd 9.00am - 3.00pm
Ħdejn id-dar ‘Moncheri’, Triq Ġużè Ellul Mercer, Ħad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa : 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm Triq Ġużi Cutajar It-Tnejn u l-Ħamis : 8.00am - 9.30am Triq Ġużè Ebejer u Triq San Pawl tal-Pitkali It-Tlieta u l-Ġimgħa : 8.00am - 9.30am
IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS
40, Main Street Dingli
Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA Pet Shop
Free Delivery
Vet Service Tuesdays and Fridays
6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli