Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2019

Page 22

20

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

l-festa tagħna lil anta arija L-organizzazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fir-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna, entita’ fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra fosthom servizzi ta’ baned, logħob tan-nar, armar u loġistika. F’dan l-artiklu, is-Segretarju talKumitat Festa Esterna, MARIO MICALLEF, jinfurmakom bl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa u jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fix-xhur li għaddew u inizjattivi ġodda li għaddej xogħol dwarhom. Il-ħidma tal-Kumitat Festa Esterna fit-tnax-il xahar li għaddew ma qatgħet xejn. Hi ħidma volontarja u mill-qalb minn grupp ta’ persuni li jħobbu l-festa ta’ Santa Marija u jgħinu lill-Arċipriet florganizazzjoni tal-aspetti li jsawwru l-festa ta’ barra. Jieħdu ħsieb ukoll jiġbru fondi għal dan il-għan u jżejjnu t-toroq b’armar u dekorazzjonijiet li joħolqu ambjent ta’ festa fir-raħal. Matul is-sena wkoll, il-membri tal-kumitat jgħinu f’inizjattivi u attivitajiet oħra organizzati mill-parroċċa, iżda l-qofol jibqa’ dejjem il-jiem tal-festa titulari. Il-baned Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza ħames servizzi li huma kummissjonati lil erba’ baned. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tattridu, il-kumitat jorganizza marċ li għalih stieden lill-banda tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Marti ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Lejlet il-festa filgħaxija, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas servizz li għalih stieden lillGħaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan is-servizz jibda fit-8.30 p.m minn ħdejn il-knisja. Fl-9.50 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex minn fuq il-planċier, mal-banda jingħaqad il-kor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru. Il-marċ jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq ilMaddalena fejn imbagħad jibda l-ħruq tal-logħob tan-nar tal-art. F’jum il-festa filgħodu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas il-marċ ta’ filgħodu li jibda fil-11.00 a.m. u jintemm fis-1.30 p.m. Il-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan il-marċ popolari hu fir-responsabilita’ sħiħa tal-Kumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.