9 minute read

L-Azzjoni Kattolika f’Ħad-Dingli 21 sena ta’ appostolat fi l-parroċċa tagħna Paul Abela

L-Azzjoni Kattolika f’Ħad-Dingli 21 sena ta’ appostolat ϐil-parroċċa tagħna

Ma kienx moviment li dam snin twal attiv f’Ħad-Dingli, iżda ż-żmien li għamel kienu snin ta’ ħidma mingħajr waqfi en fl -appostolat fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti. L-Azzjoni Kattolika kienet preżenti f’Ħad-Dingli għal ftit aktar minn 20 sena. Daħlet fi r-raħal mal-bagalja ta’ esperjenzi li ġabu r-refuġjati li sabu kenn hawnhekk fi t-Tieni Gwerra Dinjija, ewlenin fosthom Dun Ġorġ Mercieca. It-tmiem tagħha ħalla vojt iżda mtela tajjeb mill-ħidma tas-Salesjani ta’ Don Bosco. Attiv tul is-snin li l-Azzjoni Kattolika kienet preżenti f’Ħad-Dingli, PAUL ABELA, li jikteb dwar l-istorja u ħidmet dan il-moviment Kattoliku f’Ħad-Dingli.

Advertisement

L-Azzjoni Kattolika hi għaqda ta’ lajċi Kattoliċi li twaqqfet fl -Italja fl -1905 fi żmien il-Papa Piju X bħala l-id il-leminija tal-Knisja fl -appostolat tagħhafi l-ħajja ordinarja. Dan isir mhux biss bit-tixrid tat-tagħlim iżda l-aktar bil-ħidma, bl-azzjoni.

F’Malta, l-Azzjoni Kattolika bdiet fl -1930. Fost il-kontribut tal-Azzjoni Kattolika nsibu: l-istampa t-tajba permezz tal-gazzetta l-Leħen is-Sewwa li ilha tiġi ppubblikata mill-1928; il-media mxandra permezz tal-programm Is-siegħa tal-Morda li kien jixxandar fuq ir-Rediffusion; l-appostolat talemigrazzjoni bit-twaqqif fl -1949 tal-Kummissjoni Emigranti li għadha topera sal-lum taħt il-kappa tal-Knisja; l-organizzazzjoni tal-kampijiet tas-Sajf għat-tfal; it-twaqqif fl -1962 tad-Dar tal-Providenza fi s-Siġġiewi; it-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani Sagra Famija fi n-Naxxar; il-ħidma tas-Segretarjat Assistenza Soċjali u l-Kummissjoni Ħidma Morda; u l-inizjattivi taż-żgħażagħ permezz taż-ŻAK. Din il-ħidma hi sostnuta mill-friegħi tal-irġiel u tan-nisa fiċ-ċirkoli li l-Azzjoni Kattolika għandha f’diversi parroċċi. Fil-preżent, l-Azzjoni Kattolika għandha madwar 1,500 membru.

F’Ħad-Dingli wkoll kellna dan il-moviment attiv fi s-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Man-nies li Ħad-Dingli laqa’ fi l-gwerra kien hemm bosta minn Raħal Ġdid. Fosthom kien hemm uħud li kienu attivi ħafna fl -Azzjoni Kattolika, qabel ġew hawnhekk bħala refuġjati. Fis-snin tal-gwerra ma setgħux iwaqqfu sede tal-għaqda hawnhekk, kif xtaqu, għax kien impossibbli jsibu jikru x’imkien għal dan il-għan. Madankollu, huma bdew jgħinu lill-Kappillan b’sehem attiv fi l-funzjonijiet talknisja. Fost l-ewwel inizjattivi tagħhom kien hemm it-twaqqif ta’ Schola Cantorum li kienet tikkonsistifi grupp ta’ rġiel li jkantaw fl -attivitajiet tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Dun Ġorġ Mercieca li kien idoqq l-armonju. Dun Ġorġ stess kien wieħed mir-refuġjati Pawlisti li sab kenn f’Ħad-Dingli tul il-gwerra. Kien jieħu ħsieb ukoll l-abbatini. Meta fl -1941 tbiddel il-Kappillan u ġie Dun Karm Azzopardi, li nzerta minn RaħalĠdid, ilkoperazzjoni ma’ dan il-grupp ta’ persuni kompliet tikber u magħha x-xewqa li l-Azzjoni Kattolika jkollha preżenza f’dan ir-raħal.

Ma’ tmiem il-gwerra, ir-refuġjati bdew jirritornaw lejn il-postijiet mnejn ġew iżda Dun Ġorġ Mercieca baqa’ marbut ma’ Ħad-Dingli. Kien jgħix fi l-faqar, f’kamra qalb il-bajtar tax-xewk, fi l-faċċata bejn Triq il-Maddalena u Triq l-Irdum. Għall-ikel jew għal ftit kafè kien jiġi d-dar ta’ ommi u missieri jew imur ir-razzett taċ-Ċali jew għand Kola Abela, is-sagristan. Nhar ta’ Ħadd kien iqaddes dejjem il-quddiesa tas-6.00 a.m. iżda kien ikun il-knisja mill-4.30 a.m. għall-qrar, b’mod speċjali għal dawk li kienu jiġu mill-irziezet.

Baqa’ jberren f’moħħu l-ħsieb kif jista’ jwaqqaf l-Azzjoni Kattolika. Irnexxielu jikri kamra żgħira, 3 metri bi 3 metri, fi Triq San Rokku fejn beda jlaqqa’ xi irġiel u lill-abbatini nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt. Kien mgħejjun mis-Sur Rogantino Gambin u s-Sur Karlu Azzopardi. Ftit taż-żmien wara rnexxielu jikri mezzanin fi Triq San Rokku, fejn aktar ’il quddiem kienet tgħix is-Sinjura Maria Gambin. Dan il-post offra aktar spazju billi kien jinkludi tliet kmamar imdaqqsa, bil-madum u blelettriku, u b’bitħa żgħira. Fi ftit kliem, dan kien post komdu ħafna biex bdejna l-Azzjoni Kattolika f’Ħad-Dingli permezz taċ-Cirkolo San Ġorġ li twaqqaf uffiċjalment nhar is-6 ta’ Jannar 1948.

Dakinhar, ippresieda l-laqgħa Dun Ġorġ bi ħsieb spiritwali dwar kif ilħidma tal-Azzjoni Kattolika li trid tkun dejjem l-id il-leminija tal-Kappillan fl -appostolat tiegħu bħala ragħaj tal-erwieħ. Ftehmna li ċ-ċirkolu jibda jinfetaħ is-Sibt u l-Ħadd għat-tfal minn 10 snin ’il fuq u għall-abbatini. Iċ-ċirkolu kien jinżamm magħluq waqt attivitajiet tal-knisja. L-ewwel kumitat kien magħmul mill-President, is-Sur Rogantino Gambin; bħala Segretarju s-Sur Nicholas Bonello u kaxxier is-Sur Anthony Camilleri. Ilmiżata kienet ta’ sitt soldi fi x-xahar għall-irġiel, tliet soldi għall-ġuvintur u t-tfal ma kinux iħallsu. Kull l-ewwel Ħadd tax-xahar fi lgħodu kien ikollna quddiesa u konferenza.

Is-Sur Paul Abela... awtur Tlabna lid-Direttur tal-Edukazzjoni biex nużaw is-sala tal-iskola għal tal-artiklu u attiv ħafna fi lm show. Fis-7 ta’ Marzu 1948 urejna l-fi lm ‘From the Manger to the fl-Azzjoni Kattolika ta’ Ħad-Dingli Cross’. Konna ġibna l-magna u l-operatur tal-Istitut Kattoliku. Kellna konkorrenza kbira. Id-dħul totali kien ta’ ħames Liri u tnax-il xelin, li minnhom riedu jinqatgħu l-ispejjeż involuti. Wara li għamilna tliet attivitajiet simili fl -iskola talgvern, iddeċidejna li nieqfu għaliex konna qed noħorġu kważi bittelf. Wara dan, għamilna spiss fi lm shows (black and white and silent) fi d-Domus, l-aktar tal-atturi Charlie Chaplin u Laurel and Hardy. L-entratura għal kull persuna kienet sold.

Data importanti li għadni niftakar sewwa kienet l-4 ta’ Ġunju 1948 meta bi ftehim mas-Surmast Ġużè Ebejer u l-għalliema, l-iskola primarjaġiet ikkonsagrata lill-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija. Saru tlett ijiem ta’ prietki, qrar u fi l-jum tal-4 ta’ Ġunju tlajna purċissjoni għall-Knisja b’żewġt inkwadri. Kien iċċelebra l-quddiesa Dun Mikiel Azzopardi li fl -omelija fi sser l-għan tal-konsagrazzjoni. Dak iż-żmien Dun Mikiel kien l-Ispettur Ġenerali tar-Reliġjon fi d-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Assistent Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika ta’ Malta. Fost il-ħidmiet li wettaq, Dun Mikiel Azzopardi jibqa’ magħruf għal opra kbira li għadha magħna sal-lum, id-Dar tal-Providenza, fi s-Siġġiewi.

Fl-1949 bdejna bl-appostolat mitlub minna bħala membri fl -Azzjoni Kattolika. Organizzajna t-tagħlim regulari tad-duttrina għat-tfal tal-irziezet biex jersqu għall-Preċett u għall-Griżma. Dawn il

Peter Scerri, illum Dun George Scerri, aspirant attiv biex iwassal il-Leħen is-Sewwa fl-irziezet

lezzjonijiet kienu jsiru kull nhar ta’ Sibt wara nofsinhar u wara kien isir il-qrar fl -istess ċirkolu minn DunĠorġ. Kien isir ukoll tagħlim tad-duttrina għal tfal, l-aktar wara l-Griżma tal-Isqof. Dawn konna nsejħulhom aspiranti. Kull nhar ta’ Sibt fi lgħaxija, Dun Ġorġ kien imexxi laqgħa għall-irġiel u wara kien joqgħod dispost għal dawk li kienu jixtiequ jersqu għall-qrar. Bdejna kampanja dwar l-istampa t-tajba permezz tat-tqassim tar-rivisti ‘Malta Missjunarja’ u ‘Familja Kana’ u l-gazzetta ‘Leħen isSewwa’ kemm fi r-raħal kif ukoll fl -irziezet tal-Buskett, Misraħ Suffara u saħansitra l-Imtaħleb. Għal dan il-għan, għall-ewwel xtrajna 4 roti ftit qodma, però fl -aqwa ta’ dan l-appostolat konna nagħmlu użu minn 10 roti. Dan l-appostolat kien apprezzat ħafna, kemm min-nies tar-raħal kif ukoll mill-kliem ta’ inkoraġġiment li konna nirċievufi l-midja ta’ dak iż-żmien. Dan kien isir b’sagrifiċċju kbir is-sena kollha, sajf u xitwa.

Kien bl-inizjattiva ta’ Dun Ġorġ li bdejna kampanja biex jibda jingħataġieħ lil Marija Santissma taħt it-titlu tad-Duluri. Mill-1955, grazzi għall-koperazzjoni li kellna mas-surmast Ebejer, fi t-tifkira tadDuluri tal-Madonna, tmint ijiem qabel il-Ġimgħa l-Kbira, fi l-11.30 a.m. konna nagħmlu purċissjoni mill-iskola għall-knisja biex nattendu għall-quddiesa li għaliha kien jiġu wkoll ħafna ġenituri. Niftakar li Sur John Galea ħallas għal inkwadru sabiħ tad-Duluri u li s-Sur Rogantino Gambin ħadem il-bradella. Dawn iż-żewġ għalliema kienu attivi ħafnafl -Azzjoni Kattolika. Il-kollaborazzjoni bejn l-iskola u ċ-ċirkolu kienet mifruxa fosthom b’attività Marjana f’Mejju. Kienet issir purċissjoni milliskola għall-knisja bi statwa tal-Madonna ta’ Fatima li kellna fiċ-ċirkolu (illum tinsab fi l-M.U.S.E.U.M. tas-Subien).

Meta kollox kien jidher li miexi sew, faqqgħet bħal sajjetta fi l-bnazzi billi s-sid tal-post riedu għal bintu. B’xorti tajba sibna post ieħor fl -istess triq li iżda kellu bżonn ħafna spejjeż biex jiġi rranġat. Ma kienx hemm elettriku u lanqas ilma, u kamra jew tnejn kienu mingħajr madum. Domna madwar sena sakemm sar ix-xogħol meħtieġ li għalih Dun Ġorġ ħallas kollox hu personalment. Kellna anke bandiera tal-Papa u arblu ta’ 10 metri.

Meta dħalna fi l-post il-ġdid, li d-daħla tiegħu kienet tinqasam ma’ familja oħra, komplejna blattivitajiet li kellna u żidna dik li nqassmu u niġbru l-envelopes bl-offerti tan-nies għall-Ġurnata Missjunarja. Bi ftehim mal-Kappillan, kull sena konna nagħżlu xi tifel jew tnejn minn xi familja fqira biexfi s-Sajf jattendu kamp ta’ ġimgħa li kien jiġi organizzat mill-Azzjoni Kattolika ta’ Malta.

Il-gara katekistika tal-aspiranti minuri fil-knisja ta’ Ħad-Dingli. 17 ta’ Marzu, 1963

Ta’ min jgħid li l-isbaħ ġurnata taċ-ċirkolu kienet tkun f’wieħed mill-Ħdud ta’ wara l-Għid meta kienet tiġi organizzata dik magħrufa bħala l-“gara”, kwizz reliġjuż bejn grupp ta’ madwar 10 aspiranti. Kull sena kien jintgħażel suġġett komuni għal Malta kollha. Il-“gara” kienet ssir fi l

Dun Ġwann Abela u Dun Peter Fenech (saċerdoti minn Ħad-Dingli) jagħtu l-marki waqt il-gara

knisja wara nofsinhar. Kienu jiġu mistiedna diversi saċerdoti biex jagħmluha ta’ eżaminaturi. Dejjem kienet issir taħt il-Presidenza tal-Kappillan. Kien jingħata rigal lil kull parteċipant u ieħor speċjali lir-rebbieħ li kien jiġi mlibbes faxxa ta’ prinċep. Ir-rebbieħ kien jikkompetu f’“gara” oħra bejn irrebbieħa ta’ rħula u bliet oħra, fejn din id-darba r-rebbieħ kien jitlibbes faxxa ta’ imperatur.

Peress li fi s-snin ħamsin is-servizz tat-trasport pubbliku ma kienx tajjeb, ta’ spiss konna norganizzaw ‘privates’ għalħarġiet barra r-raħal. Għal dan il-għan, konna norganizzaw ‘privates’ għal wiri ta’ fi lms reliġjużi fi t-teatru Embassy, il-Belt, jew għall-festi ta’ Kristu Re, San Ġużepp Ħaddiem u s-sebgħa Santa Marijiet.

It-tfal u ż-żgħażagħ kienu jħobbuħafna l-attivitajiet fiċ-ċirkolu fosthom illogħob fuq ‘full size table tennis’ jew ilwiri ta’fi lms. Dan minbarra l-ħarġiet ta’ kull xahar fi l-kampanja u l-logħob talfutbol kull nhar ta’ Ħadd għal xi 1.00 p.m. Konna nużaw il-grawnd attwali tal-futbol, dak iż-żmien b’art miksija bir-ramel. Il-ballun kien jintefaħ bilpompa tar-rota u nidilkuh bis-sonża biex il-ġilda tiġi ratba. Il-ħarġiet talbaħar fi s-Sajf għall-bajjiet tal-Ġnejna jew Għajn Tuffi eħa kienu jintogħġbu Mument ta’ rikrejazzjoni fil-grawnd ta’ Ħad-Dingli wisq. Konna nitilqu bit-trakk fi s-6.00 a.m. u magħna kien dejjem jattendi s-Sur Kola Abela, issagristan, li kien iġib dulliegħ u bettiegħ mill-għalqa tiegħu.

F’nofs is-snin sittin, Dun Ġorġ Mercieca marad u fl -1966 inġabarfi d-Dar tal-Kleru. Fl-istess żmien, is-sid taċ-ċirkolu f’numru 6 Triq San Rokku kellu bżonn il-post lura. Minkejja t-tentattivi, anke talKappillan Dun Pawl Caruana, post alternattiv ma nstabx. Meta lil Dun Ġorġ staqsejtu x’ser jiġri miċċirkolu, ir-risposta sempliċi tiegħu kienet li “ċ-ċirkolu seta’ kien strument f’idejn Alla biex nixgħelu ftila f’xemgħa żgħira. Issa nemmen li l-ftila se tkompli bix-xogħol ġdid tas-Sależjani fi l-parroċċa”. Kontra qalb dawk kollha li kienu jattendu, bdejna nnaqqsu l-attivitajiet sakemm dan iċ-ċirkolu li fi h Alla biss jaf kemm sar ġid għall-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kellu jingħalaqfl -1969. Ftit tax-xhur qabel, is-Salesjani kienu għadhom kemm fetħu l-Kulleġġ Savio fi r-raħal maħbub tagħna.

Fuq nota personali, nirringrazzja lil tant eks membri ħabrieka u benefatturi li sostnew il-ħidma li twettqet miċ-ċirkolu ta’ Ħad-Dingli. Waqt li nawguralkom il-festa t-tajba, jien għadni nżomm lilkom id-Dinglin f’qalbi u f’talbi.

This article is from: