5 minute read
Sena ta’ preparamenti David Vassallo
ena ta’ preparaenti
Is-sena li għaddiet kienet waħda partikulari hekk kif saret ħafna ħidma ta’ preparazzjoni fuq numru ta’ proġetti li l-frott tagħhom se nkunu qed narawh fi x-xhur li ġejjin. Il-Perit DAVID VASSALLO jagħtiħarsa lejn dawn il-proġetti li se jkunu qed isiru kif ukoll lejn ħidma li saret fl -aħħar sena.
Advertisement
Restawr
Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra konna tajna d-dettalji ta’ proġett kbir ta’ restawr ta’ opri artistiċi li l-parroċċa tagħna daħlet għalih u li f’Mejju 2018 kien ġie approvat li jikkwalifi ka għallkofi nanzjament (80 fi l-mija) minn fondi tal-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-proġetti mressqa millFondazzjoni għall-Wirt Kulturali tal-Knisja f’Malta.
F’dan il-proġett se jsiru seba’ interventi ta’ restawr: i. l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista; ii. il-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju; iii. in-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; iv. il-kwadri tal-Via Sagra; v. il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju; vi. il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u San Ġużepp, li jinsab fi l-kor; u vii. l-kwadru li juri ż-żjara tas-Slaten Maġi, li wkoll jinsab fi l-kor.
Matul l-aħħar sena l-parroċċa qabbdet esperti speċjalizzati fuq restawr ta’ injam, pittura fuq il-ġebla kif ukoll pittura fuq it-tila biex ħejjew speċifi kazzjonijiet dettaljati ta’ kif għandu jsir ir-restawr ta’ kull waħda mill-opri tal-arti msemmija. Kif din id-dokumentazzjoni tlestiet u wara numru ta’ laqgħat u kjarifiċi mar-rappreżentanti tal-parroċċa tagħna, kollox għadda għand it-tim imqabbad mill-Kurja biex jieħu ħsieb it-tfassil u l-ħruġ tassejħiet għall-offerti.
Bejn l-aħħar ta’ April u l-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena inħarġu l-ewwel żewġ sejħiet għall-offerti: dik tar-restawr tal-injam (l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista u l-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju) kif ukoll dik għar-restawr tal-pittura fuq il-ħajt tan-niċċa tar-Rużarju. Iż-żewġ offerti għalqu u ġew aġġudikati u wara li għadda wkoll il-perjodu ta’ appell kif jitolbu r-regolamenti, ftit tal-ġranet ilu ġew mogħtija uffiċjalment lill-kumpanija Atelier del Restauro li rebħet dawn l-ewwel żewġ kuntratti. Għalhekk inħarsu ‘il quddiem biex minnufi h wara l-festa jibda x-xogħol fuq dawn l-opri artistiċi ħalli fi ftit taxxhur oħra nkunu nistgħu ngawduhom f’kundizzjoni ħafna aħjar milli huma llum. Dwar is-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ restawr ta’ pitturi fuq ittila, kollox jinsab lest u din is-sejħa mistennija tinħareġ fi l-ġranet li ġejjin.
Child care centre
Is-sena li għaddiet il-parroċċaħadet deċiżjoni important dwar binja fi Triq il-Ġnien (wara ċ-ċimiterju) biex fi lwaqt li nżamm il-pjan li parti minnha tintuża bħala maħżen għall-armar tal-festa, il-parti ta’ quddiem jinstabilha użu ieħor addattat. Għalhekk, wara li nġabet
l-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Kurja, fi l-bidu ta’ din is-sena inħarġet sejħa għal espressjoni ta’ interess għal min xtaq li jikri din il-parti tal-binja, fejn fi ha wieħed kellu jiddikjara x’użu qed jipproponi u l-ammont ta’ kera li qed joffri fuq perjodu ta’ għaxar snin. Il-parroċċa irċeviet sitt offerti varji u ddeċidiet li tmur għall-iktar offerta vantaġġjuża, mhux biss għaliha iżda wkoll għar-raħal tagħna, fejn din il-binja se tintuża bħalaċentru ta’ child care.
Wara li saret talba lill-Kurja u din tat l-approvazzjoni fi nali għal dan il-proġett, bdew taħdidiet mal-operatur li ħa l-offerta, tħejjew ilpjanti fi nali tal-proġett u ftit tal-ġranet ilu ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Sadanittant sar xogħol ta’ tindif fuq ġewwa tal-binja fl imkien ma’ xogħol ieħor ta’ dawl, ilma, kisi u aperturi. Qed isiru wkoll preparamenti biex issir l-art tal-binja. Jekk kollox imur kif ippjanat, dan iċċentru ta’ child care għandu jinfetaħ fl -ewwel erba’ xhur tas-sena d-dieħla.
Is-salib tal-frontispizju
Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra konna spjegajna li nħarġu l-permessi talAwtorita’ tal-Ippjanar u tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali biex isiru tliet interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja talknisja parrokkjali minn barra. Dawn huma: - il-bdil tas-salib tal-frontispizju minn dak eżistenti tal-franka bil-konkos u l-ħadid għal wieħed tal-qawwi/żonqor; - il-bdil/manutenzjoni tal-opramorta maddawra tal-bejt tal-knisja; u - ir-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja.
Matul l-aħħar xhur ġie nkarigat is-Sur Vincent Centorino, espert tad-disinn, biex jiffi nalizza d-disinn dettaljat tas-salib. Is-salib il-ġdid se jkun qed jinħadem bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u huwa ppjanat li jkun f’postu fi ftit tax-xhur oħra.
Sadattant għaddejjin taħdidiet dwar il-possibiltà li x-xogħol fuq l-opramorta jsir fuq l-istess mudell ta’ kollaborazzjoni.
Manutenzjoni oħra Matul l-aħħar ġimgħat, wieħed seta’ jara diversi interventi ta’ tikħil u żebgħa fuq proprjetajiet tal-parroċċa. Fil-post fi Triq il-Parroċċa sar xogħol b’mod volontarju minn Dinglin, fi lwaqt li l-manutenzjoni taz-zuntier tal-knisja u l-ħajt ta’ barra taċ-ċimiterju sar minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Il-mant għall-istatwa ta’ Santa Marija Id-disinn li ġie ppreżentat, xogħol is-Sur Silvio Pace, qiegħed għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Arti Sagra tal-Knisja f’Malta. Dan il-proċess jieħuż-żmien tiegħu u qabel ma jkollna l-approvazzjoni tad-disinn ma nistgħux nibdew ix-xogħol. Kif tħabbar mill-Arċiprietfi tmiem il-festa tas-sena l-oħra,
il-parroċċa diġà għażlet l-artisti u nies tas-sengħa li se jagħmlu x-xogħol relatat mal-proġett. Għalhekk issa nistennew l-approvazzjoni tal-permessi, ħaġa li mhix fi l-kontroll tal-parroċċa, biex ix-xogħol ikun jista’ jibda.
Qanpiena storika lura fi l-kampnar
Sena ilu waslet lura mir-Renju Unit qanpiena tal-parroċċa tagħna li kienet għand il-kumpanija Soundweld fejn sarilha intervent speċjalizzat ta’ restawr billi kienet maqsuma. Din il-qanpiena tfondiet fl - 1762 minn Aloisio Bouchut, imgħallem tal-bronż li kien Mastru Fonditur tal-Ordni ta’ San Ġwann. L-inawgurazzjoni tar-restawr tal-qanpiena sar lejlet il-festa ta’ Santa Marija 2018 biex dakinhar u l-għada kienet esebita fuq iz-zuntier tal-knisja. Nhar it-3 ta’ Settembru 2018, din il-qanpiena ttellgħetfi l-kampnar tal-lemin tal-knisja u b’hekk wara kważi għoxrin sena nieqsa qed terġa’ ssemma leħinha bid-daqq tat-tokki tal-arloġġ kull kwarta u għal użu ieħor relatat mal-liturġija. Fuq parir talkampanoloġista Kenneth Cauchi, din il-qanpiena tpoġġiet fi l-faċċata tal-kampnar tal-lemin u ħadet post oħra li ġiet trasferita għall-kampnar tax-xellug.
l-okkaĂjoni tal-festaǥ
L-Arçipriet, flimkien mal-Kleru, il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kul˙add IL-FESTA T-TAJBA.
InΩommu f’mo˙˙na l-iskop ewlieni tal-festa; ji©ifieri li nag˙tu qima lill-Madonna, nersqu aktar qrib lejn binha Ìesù u fuq kollox in©eddu r-rieda tag˙na li nkunu nsara a˙jar. Il-festa tkun suççess jekk tg˙inna nag˙mlu dan.
Inkunu veru g˙aqlin jekk nersqu spiss lejn il-knisja, nie˙du sehem fit-tif˙ir lil Alla u lillMadonna, inqerru u nitqarbnu. Fl-a˙˙ar ©img˙a tal-festa jkollna konfessuri barranin g˙allqrar f’diversi ˙inijiet, skont kif indikat f’dan il-programm.
Il-kant, l-orkestra u l-muΩika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa jkunu ta˙t id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Titkanta l-Antifona Hodie Maria, kompoΩizzjoni ta’ Mro Chappell u propjetà tal-parroçça ta’ Óad-Dingli.
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO
miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7.30a.m sad-9.00p.m.
Post fejn titlob fi s-skiet u f’ambjent ta’ ġabra