Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2019

Page 31

Programm tal-Festa 2019

29

ena ta’ prepara enti Is-sena li għaddiet kienet waħda partikulari hekk kif saret ħafna ħidma ta’ preparazzjoni fuq numru ta’ proġetti li l-frott tagħhom se nkunu qed narawh fix-xhur li ġejjin. Il-Perit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn dawn il-proġetti li se jkunu qed isiru kif ukoll lejn ħidma li saret fl-aħħar sena. Restawr Fil-programm tal-festa tas-sena l-oħra konna tajna d-dettalji ta’ proġett kbir ta’ restawr ta’ opri artistiċi li l-parroċċa tagħna daħlet għalih u li f’Mejju 2018 kien ġie approvat li jikkwalifika għallkofinanzjament (80 fil-mija) minn fondi tal-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-proġetti mressqa millFondazzjoni għall-Wirt Kulturali tal-Knisja f’Malta. F’dan il-proġett se jsiru seba’ interventi ta’ restawr: i. l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista; ii. il-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju; iii. in-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; iv. il-kwadri tal-Via Sagra; v. il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju; vi. il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u San Ġużepp, li jinsab fil-kor; u vii. l-kwadru li juri ż-żjara tas-Slaten Maġi, li wkoll jinsab fil-kor. Matul l-aħħar sena l-parroċċa qabbdet esperti speċjalizzati fuq restawr ta’ injam, pittura fuq il-ġebla kif ukoll pittura fuq it-tila biex ħejjew speċifikazzjonijiet dettaljati ta’ kif għandu jsir ir-restawr ta’ kull waħda mill-opri tal-arti msemmija. Kif din id-dokumentazzjoni tlestiet u wara numru ta’ laqgħat u kjarifiċi mar-rappreżentanti tal-parroċċa tagħna, kollox għadda għand it-tim imqabbad mill-Kurja biex jieħu ħsieb it-tfassil u l-ħruġ tassejħiet għall-offerti. Bejn l-aħħar ta’ April u l-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena inħarġu l-ewwel żewġ sejħiet għall-offerti: dik tar-restawr tal-injam (l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista u l-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju) kif ukoll dik għar-restawr tal-pittura fuq il-ħajt tan-niċċa tar-Rużarju. Iż-żewġ offerti għalqu u ġew aġġudikati u wara li għadda wkoll il-perjodu ta’ appell kif jitolbu r-regolamenti, ftit tal-ġranet ilu ġew mogħtija uffiċjalment lill-kumpanija Atelier del Restauro li rebħet dawn l-ewwel żewġ kuntratti. Għalhekk inħarsu ‘il quddiem biex minnufih wara l-festa jibda x-xogħol fuq dawn l-opri artistiċi ħalli fi ftit taxxhur oħra nkunu nistgħu ngawduhom f’kundizzjoni ħafna aħjar milli huma llum. Dwar is-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ restawr ta’ pitturi fuq ittila, kollox jinsab lest u din is-sejħa mistennija tinħareġ fil-ġranet li ġejjin. Child care centre Is-sena li għaddiet il-parroċċa ħadet deċiżjoni important dwar binja fi Triq il-Ġnien (wara ċ-ċimiterju) biex filwaqt li nżamm il-pjan li parti minnha tintuża bħala maħżen għall-armar tal-festa, il-parti ta’ quddiem jinstabilha użu ieħor addattat. Għalhekk, wara li nġabet


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.