14 minute read
Patri Rafel Camilleri Kapuċċin ta’ fama minn Ħal Tartarni Rev. Dr Martin Micallef
atri afel ailleri Kapċċin ta’ faa inn Ħal artarni
MinnĦal Tartarni llum fadal biss l-isem u ż-żona fejn kien. Maż-żmien, dan l-irħajjel ngħaqad ma’ Ħad-Dingli. Wieħed minn ulied Ħal Tartarni kien Patri Rafel Camilleri, Franġiskan Kapuċċin. Lejn tmiem is-seklu 16, kellu sehem ewlieni biex dan l-ordni reliġjuż jkollu preżenza f’Malta. L-għerf tiegħu ssarraf f’karigi ta’ fi duċja li ngħata kemm mit-tmexxija tal-Ordni talFranġiskani Kapuċċini kif ukoll mit-tmexxija tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. IR-REV. DR MARTIN MICALLEF OFM Cap., lettur fi l-Fakultà tat-Teoloġijafl -Università ta’ Malta u Biblijotekarju u Kuratur tal-Mużew tal-Kapuċċinifi l-Floriana, jikteb dwar ħajjet Patri Rafel
Advertisement
Camilleri.
Mhux il-kittieba kollha jaqblu fuq id-data tattwelid ta’ Patri Rafel Camilleri. Xi wħud jagħtu s-sena 1547, 1 fi lwaqt li oħrajn iżommu s-sena 1533. 2 Hu twieled fl -hekk imsejjaħ “Għar ilKbir” 3 fi l-limiti ta’ Ħal Tartarni, qrib il-Buskett, illum parti mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. 4 Fuq dan naqraw li “xi mil bogħod minn Ħad-Dingli kien hemm raħal jismu Ħal Tartarni u mal-knisja tiegħu li baqgħet parroċċa sal-1540 kien jagħmel għar imsejjaħ Għar il-Kbir fejn fl -1553 kienu jgħammru 27 ruħ; l-aktar rgħajja u nies tar-raba.” 5
Wara li temm l-istudju tal-grammatika, missieru Salvatore Camilleri, bagħtu Napli biex isegwi l-istudji tal-fi losofi ja. Hemmhekk hu ngħaqad mal-patrijiet Kapuċċini ta’ Napli u fi s-sena 1574 libes iċ-ċoqqa jew il-labtu Kapuċċin, 6 għalkemm xi kittieba oħra jorbtu dan mas-sena tal-1579. 7 Wara li ġie ordnat saċerdot, Patri Rafel spikka fi lħila tiegħu bħala predikatur fi s-Saltna ta’ Napli. 8
Patri Rafel Camilleri Ritratt ta’ kwadru fil-Mużew tal-Kapuċċini, il-Floriana.
Patri Rafel kien wieħed mill-ewwel Kapuċċini Maltin, li fl imkien ma’ Kapuċċini oħra minn Provinċji differenti tal-Italja, ġew mitluba jiġu Malta biex hawnhekk iwaqqfu l-ewwel kunvent tagħhom. Fl-1589, il-Vigarju Ġenerali tal-patrijiet Kapuċċini, Patri Girolamo da Polizzi, bagħat id-digriet tal-aggregazzjoni tal-Kapuċċini f’Malta mal-Provinċja tal-Kapuċċini ta’ Sirakuża, bħala l-eqreb Provinċja għal Malta. 9
Ħafna kittieba li jitkellmu fuq din il-ġrajja, isemmu lill-Gran Mastru Verdalle bħala dak li għamel ittalba biex il-Kapuċċini jiġu Malta. Hekk, pereżempju, jikteb Patri Pelaġju, il-Kapuċċin prolifi ku tasseklu tmintax, meta fi l-Kronaka tiegħu jitkellem fuq kif Patri Rafel kellu jinfi red minn mal-Provinċja tal-Kapuċċini f’Napli biex jingħaqad mal-Provinċja ta’ Sirakuża. Patri Pelaġju jgħid li dan seħħ wara li l-Gran Mastru Verdalle kien iltaqa’ ma’ Patri Rafel f’Gaeta u ra l-qdusija kbira ta’ dan il-patri Kapuċċin u kif dan tal-aħħar kien laqgħu meta kien sejjer Ruma. 10 Skont Patri Pelaġju, meta l-Gran Mastru Verdalle kien irritorna Malta fl -10 ta’ Frar 1588, huwa ħass li kien wasal iż-żmien biex isseħħ ix-xewqa li kienet nibtet fi h, jiġifi eri dik li jinbena kunvent għall-Kapuċċini. Minħabba f’hekk, huwa
kien talab biex dawk il-Kapuċċini li kienu twieldu Malta imma li kienu jgħixu l-Italja jirritornaw Malta; fosthom Patri Rafel. 11
Patri Pelaġju jkompli jitkellem fuq ir-rispett li l-Gran Mastru Verdalle kellu lejn Patri Rafel meta jikteb hekk: “Il-kwalitajiet rari illi s’issa rajna jispikkaw fi l-predikatur Patri Rafel, mingħajr dubju ħeġġew lill-Kardinal Gran Mastru [Verdalle] sabiex jitlob li dan [Patri Rafel] jiġi msejjaħ [Malta], u li l-Ordni [Kapuċċin] jaħtru bħala l-ewwel rettur u gwardjan tal-kunvent sabiex b’aktar ħeġġa jkun jista’ jwassal fi tmiemha l-binja tal-kunvent, jinfi red mill-Provinċja ta’ Napli u l-kunvent ta’ Malta jingħaqad mal-Provinċja qrib ta’ Sirakuża, u dan kollu seħħ fi żmien qasir, imma m’għandniex ebda tagħrif dwar f’liema sena seħħ dan.” 12 Patri Luigi Bartolo jitkellem ukoll fuq il-fi rda ġuridika ta’ Patri Rafel minn mal-Provinċja tal-Kapuċċini f’Napli, fi lwaqt li jispeċifi ka li dan seħħ wara tlieta jew erba’ snin li Patri Rafel kien ilu f’Malta. 13
Sa mill-ewwel snin tiegħu f’Malta, Patri Rafel irsista ħafna sabiex jitlesta l-proġett tal-bini talkunvent u l-knisja tal-Kapuċċini fi l-Floriana. Mhux biss, imma huwa ħadem ukoll fost il-poplu tagħna fi bżonnijiet pastorali differenti, fosthom metafi s-sena 1592, f’Malta tfaċċat il-pesta. Patri Pelaġju jikteb fuq din il-ġrajja li laqtet ħażin lillgżejjer tagħna, fi lwaqt li jirrakkonta kif l-ewwel Kapuċċini f’Malta assistew lill-infettati u kif xi wħud minn dawn il-patrijiet saħansitra tilfu ħajjithom. Patri Pelaġju hawn isemmi b’mod partikulari lil Patri Rafel, u jfaħħru bħala wieħed minn dawn il-Kapuċċini li taw sehemhom b’risq dawk li ntlaqtu bil-pesta. 14
Il-Gran Mastru Verdalle Il-ħiliet kbar ta’ Patri Rafel kienu magħrufa Ritratt ta’ kwadru fil-Mużew tal-Kapuċċini, il-Floriana. biżżejjed, tant illi fi l-Kapitlu ta’ Piazza li kien sar fi s-sena 1600, hu kien ġie maħtur Provinċjal tal-Kapuċċini f’Sirakuża. 15 Fl-1624 Patri Rafel kien ġie elett Kustodju Ġenerali. Fis-sena ta’ wara, imbagħad, waqt li kien Ruma sabiex jieħu sehem fi l-Kapitlu Ġenerali tal-Kapuċċini bħala Kustodju tal-Provinċja ta’ Sirakuża, Patri Rafel kien ġie elett Defi nitur Ġenerali tal-Kapuċċini. 16 Bħala parti minn dan il-ministeru, il-Ġeneral tal-Kapuċċini kien għażel lil Patri Rafel bħala Viżitatur u Kummissarju Ġenerali għall-Provinċji ta’ Palermo u Messina. Din kienet missjoni delikata ħafna minħabba bosta kwistjonijiet li kien hemm f’dawn il-Provinċji tal-Kapuċċini, 17 tant illi Patri Rafel kien ġie msejjaħ “l’arbitro della pace e concordia,” 18 jiġifi eri dak li jiddeċiedi favur il-paċi u l-għaqda.
Għal bosta snin, ibda mis-sena 1597 sakemm miet, Patri Rafel kien dejjem magħżul bħala wieħed mid-defi nituri tal-Provinċja ta’ Sirakuża, 19 kif ukoll gwardjan ta’ komunitajiet differenti tal-Kapuċċini, kemm f’Malta kif ukoll fi Sqallija. 20 Minbarra dan kollu, Patri Rafel kellu wkoll preparazzjoni fi losofi ka u teoloġika tajba, tant illi fi l-Kapitlu ta’ Sirakuża li kien sar fl -1609 ġie magħżul lettur talfi losofi ja u t-teoloġija skolastika. 21
Fil-Kronaka tiegħu, Patri Pelaġju jitkellem fuq ir-rispett kbir li Patri Rafel kien igawdi mill-Gran Mastru Verdalle li daħħal il-patrijiet Kapuċċini f’Malta. Flimkien ma’ dan, Patri Pelaġju jsemmi wkoll l-istima li dan il-patri Kapuċċin Malti kien igawdi mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u minn personalitajiet għolja Maltin. Hekk jikteb Patri Pelaġju dwar Patri Rafel:
L-imsemmi fundatur [il-Gran Mastru Verdalle], b’sentimenti ta’ missier kien iħobb lill-patrijiet Kapuċċini kollha, imma b’mod speċjali lil Patri Rafel tagħna, li lejh huwa kien juri sentimenti ta’ mħabba partikulari, illi bħalma Ġużeppi fi l-palazz tal-Fargħun kien meqjum bħala oraklu tassema, hekk ukoll fi l-palazz tal-Gran Mastru, l-Eminentissimu Porporat [Verdalle], fl imkien malKavallieri Gran Cruci, kienu jixtiequ illi huwa jkun preżenti f’kull laqgħa u bħall-oħrajn kollha jkollu dritt għall-vot. Il-Gran Mastri li ġew wara Verdalle għal xi żmien baqgħu jitrattaw ma’ Patri Rafel u mal-gwardjani l-oħra ta’ Malta bl-istess mod. Xejn inqas stima wrew lejn l-imsemmi Patri Rafel l-isqfi jiet ta’ Malta u l-inkwiżituri, kif ukoll personaġġi magħrufa kemm Maltin kif ukoll barranin. 22
Fl-istess Kronaka tiegħu, Patri Pelaġju jkompli jikteb fuq ir-rispett kbir li Patri Rafel kien igawdi minn Gran Mastri oħra: “Barra minn hekk ta’ min ikun jaf illi fi ssena 1613, meta Patri Rafel kien għadu ħaj, l-imsemmi Prinċep Gran Mastru Wignacourt kien kiteb lill-Patri Ġeneral tagħna, Paolo da Cesena, biex dan jagħtih is-setgħa li jaħtar reliġjuż Kapuċċin bħala konfessur tiegħu; u meta kiseb din ilfakultà huwa ħatar bħala direttur spiritwali tiegħu lill-imsemmi Patri Rafel, miżmum dejjem fi l-ġieħ f’kull ħidma, kariga, u uffiċċju li kellu.” 23
Il-kunvent u l-knisja tal-Kapuċċini, il-Floriana, l-ewwel preżenza ta’ dan l-ordni reliġjuż f’Malta.
Minbarra li kien konfessur tal-Gran Mastru Alofi o de Wignacourt, Patri Rafel kien ukoll il-konfessur tal-Isqof Cagliares. 24 L-istima kbira li kien igawdi dan il-patri Kapuċċin, fl imkien mal-ħila tiegħu, tkompli toħroġ mill-fatt li huwa kien ġie magħżul sabiex jagħmel l-orazzjoni funebri fi l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, fi l-Belt Valletta, fl -okkażjoni tal-mewt tal-Gran Mastru Alofi o de Wignacourt (1622). Kemm Patri Pelaġju kif ukoll Patri Luigi Bartolo jieħdu nota ta’ dan, 25 għalkemm Bartolomeo Dal Pozzo, l-istoriku tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, jikteb biss li din l-orazzjoni kienet saret minn “predikatur elokwenti,” mingħajr ma jsemmi l-isem tiegħu. 26
Hekk ukoll ġara meta miet il-Gran Mastru Fra Luis Mendes de Vasconcellos. Dakinhar, kien Patri Rafel li għamel id-diskors funebri tal-okkażjoni. 27 Hekk jikteb Patri Luigi Bartolo fuq din l-okkażjoni li fi ha jerġa’ jfaħħar lil Patri Rafel: “Tajjeb li wieħed ikun jaf illi fi l-mewt tal-Gran Mastri tal-Ordni Ġerosolmitan, kemm ta’ Fra Luigi Mendes des Vasconcellos, li ġrat nhar is-7 ta’ Marzu 1623, kif ukollfi l-mewt ta’ Fra Alofi o de Wignacourt li kienet seħħetfl -1622, huwa [P. Rafel] kien ġie magħżul minn fost bosta individwi f’Malta biex ifaħħar [lil dawn il-Gran Mastri] permezz ta’ orazzjoni funebri fi l-knisja ta’ San Ġwann; u dawn l-orazzjonijiet funebri kienu ntgħoġbu bil-bosta minn dik l-udjenza bla għadd, speċjalment mis-Sinjuri Gran Croci u Kavallieri ta’ dik l-Ordni Illustri.” 28
Patri Pelaġju jattribwixxi lil Patri Rafel it-twaqqif ta’ dak li hu jsejjaħ “il Monte di Pietà,” għalkemm proprjament kien qed jirreferi għat-twaqqif tal-“Monte della Redenzione,” opra li kienet taħdem għall-ħelsien tal-ilsiera. Dan jagħmlu meta jikkummenta fuq dak li kien kiteb qablu l-istoriku talOrdni, Bartolomeo Dal Pozzo meta jgħid li din l-opra twaqqfet minn patri Kapuċċin waqt li kien qed jipprietkafi l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann, bla ma iżda jsemmi ismu. 29 Patri Pelaġju jikteb hekk fuq din il-ġrajja:
twajba l-ħidma tal-ħelsien tagħhom, permezz tal-eżortazzjoni ta’ patri Kapuċċin, predikatur f’San Ġwann ġiet imwaqqfa fi x-xahar ta’ Lulju ta’ din is-sena, il Monte della Redenzione li għaliha kkontribwewħafna persuni devoti, kemm reliġjużi kif ukoll sekulari, iżda b’mod partikulari ċerta Katerina msejħa la Spezia, armla ta’ Ettore Vitale, li tat il-ġid kollu tagħha. Min kien dan ilpredikatur Kapuċċin promotur ta’ opra daqshekk eċċellenti ta’ pietà Nisranija? L-awtur ma jsemmi l-ebda individwu bl-isem proprju tiegħu. Aħna, meta nqisu ċ-ċirkustanzi taż-żmien u l-merti tant drabi imfaħħra ta’ Patri Rafel, nistgħu ngħidu li kien hu l-awtur; aktar u aktar meta l-istess wieħed, aktar minn darba, kien ippriedka fl -imsemmija Knisja Konventwali ta’ San Ġwann. 30
Patri Luigi Bartolo wkoll jagħmel attentat sabiex jidentifi ka l-predikatur elokwenti li jsemmi l-istoriku Dal Pozzo fl -okkażjoni tat-twaqqif tal-Monte della Redenzione. Huwa jgħid li dan il-predikatur mhuwa ħadd għajr Patri Klement minn Noto jew inkella Patri Rafel minn Malta. 31 Fl-2002, Patri Franġisku Azzopardi, Kapuċċin li ħadem qatiegħ fl -arkivju tal-Kavallieri li jinsab fi l-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt Valletta, ippubblika artiklu li fi h jargumenta li għalkemm Patri Rafel minn Ħal Tartarni kien Kapuċċin ta’ fama kbira, l-isem ta’ Patri Rafel qatt ma ġie assoċjat ma’ xi priedka li saret waqt irRandan fi l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann fi l-Belt. 32 F’dan l-istess artiklu, Patri Franġisku juri li t-tweġiba dwar min seta’ kien dan il-predikatur Kapuċċin li ssuġġerixxa t-twaqqif tal-Monte della Redenzione baqgħet moħbija f’wieħed mill-volumi li fi h insibu l-korrispondenza li għaddiet bejn ilKapuċċini u l-Gran Mastru dwar it-twaqqif ta’ din il-fondazzjoni. Patri Franġisku juri li minn dawn l-ittri jirriżulta li l-predikatur Kapuċċin għas-sena 1607 kien Patri Giovanni Maria Minniti da Noto (1563-1631). 33
L-istoriku Gio. Antonio Ciantar ifaħħar lil Patri Rafel u jinkludih fi l-lista tal-personalitajiet Maltin li għamlu isem lill-pajjiżna, 34 fi lwaqt li Injazju Saverju Mifsud fi l-kitba tiegħu Biblioteca Maltese, jinkludi l-kitbiet ta’ Patri Rafel fl -indiċi kronoloġiku ta’ kittieba Maltin. 35 Nafu li meta Patri Rafel miet, huwa kellu lest għall-istampa numru ta’ kitbiet teoloġiċi, fosthom il-manuskritt prezzjuż tiegħu bit-titlu ta’ Lectiones in libros sententiarum. 36
Fl-1628, meta Patri Rafel kien għadu gwardjan, waqt li kien qed jitlob it-talba tal-Għasar mal-patrijiet fi l-kor tal-kunvent ta’ Sirakuża, ġie milqut b’sajjetta. Huwa miet fi l-post fl -età ta’ 75 sena, wara 54 sena ta’ ħajja reliġjuża. 37 L-aħbar tal-mewt tiegħu malajr xterdet, tant illi kif naqraw minn dak li kitbu l-patrijiet Sqallin stess: “Imbagħad sar luttu fi l-kunvent, fi l-belt, fi l-Provinċja, u kulħadd beka għal dan ir-raġel ġust, rett, imħeġġeġ, li ttieħed minn fost il-ħajjin b’mewta għall-għarrieda.” 38
Il-qoxra ta’ ktieb ta’ Patri Rafel Camilleri fil-Biblijoteka tal-Kapuċċini, il-Floriana.
Kien hemm iżda min ipprova jinterpreta bħala xi kastig mis-sema l-mod kif seħħet il-mewt ta’ Patri Rafel. Minħabba f’hekk, numru ta’ kittieba jirrakkuntaw ġrajja illi jidher li nkitbet apposta sabiex tiddefendi l-unur ta’ Patri Rafel. Naqraw li fost dawk li ddubitaw it-tjubija ta’ Patri Rafel kien hemm ċertu Patri Vincenzo da Calascibetta li “ġie meħud f’estasi u fi s-sema ra r-ruħ ta’ Patri Rafel f’nofs il-kori tal-anġli u tal-qaddisin, u fi l-bieb tas-sema qara kitba miktuba b’ittri tad-deheb b’dan il-kliem, ‘Minħabba li hu kien iħobb il-
ġustizzja, huwa sab il-ħniena’: Quoniam delixit iustitiam, invenit misericordiam. B’din id-dehra li huwa għarraf biha lill-komunità ta’ S. Filippo di Agira, li tagħha hu kien Superjur, huwa ġie assigurat mill-glorja li biha l-Mulej Alla ħallas b’ġustizzja il-qaddej fi dil tiegħu.” 39
L-isem tajjeb li Patri Rafel ħalla fost il-patrijiet Kapuċċini Sqallin hu rifl ess fi n-nota li huma kitbu wara l-mewt tiegħu: “Fl-istess sena [1628], il-Provinċja tagħnaġarrbet telfa tassew kbira bil-mewt ta’ Patri Rafel minn Malta, li hu kien żejjinha bil-virtù u t-tagħlim tiegħu.” 40 Fil-mużew tal-Kapuċċini tal-Furjana hemm kwadru-ritratt li juri lil Patri Rafel b’iskrizzjoni dwar ħajtu. Fil-bibljoteka tal-istess kunvent, imbagħad, hemm esebit numru ta’ kotba li kien juża Patri Rafel.
Nota dwar l-Aħwa Minuri Kapuċċini (OFM Cap) f’Malta: Il-Franġiskani Kapuċċini f’Malta għandhom kunventi fi l-Floriana, il-Kalkara, tnejn fi l-Marsa, ix-Xemxija, San Ġwann, Għajn Dwieli u r-Rabat Għawdex. Dan l-ordni reliġjuż għandu 70 Malti fi ħdanu. Il-ħidma pastorali f’Malta tinkludi t-tmexxija ta’ tliet parroċċi (Marsa - Trinità, Marsa - Marija Reġina u San Ġwann) u l-assistenza spiritwali fi sptarijiet, fi l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fi l-Fondazzjoni ‘Suret il-Bniedem’ li toffri kenn għal dawk mingħajr dar. L-aħwa Kapuċċini tal-Provinċja Maltija waqt id-69 kapitlu provinċjali, Lulju 2019. Jieħdu ħsieb żewġ pubblikazzjonijiet: ‘Dawl Franġiskan’ u ‘Kliem il-Ħajja’. Patrijiet Franġsikani Kapuċċini Maltin qed iwettqu ħidma missjunarja fi l-Kenja.
Referenzi
1 Ara A[rchives] C[apuchin] P[rovince] M[alta], Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta. Opera divisa in due libri raccolti dal Pre[dicatore] Fra Pelagio Maria predicatore Capuccino dalla Terra Zebug chiamato nel secolo
Don Bartolomeo Mifsud Gauci Piscopo Proton[otario]: Ap[osto]lico, e Dottore in Medicina, e Professore di cotesta
Custodia de Capuccini di Malta, 63-64. 2 Awturi li jagħtu s-sena 1533 għat-twelid ta’ Patri Rafel jinkludu lil Rob. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju bijo-bibljografi ku nazzjonali (Malta: Dipartiment tal-Informazzjoni, 1960), 97; Alexander Bonnici, Ħad-Dingli: Raħal f’taqbida malħajja (Malta: Kunsill Lokali Dingli, 2000), 1:49. 3 Ignazio Saverio Mifsud, Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, Parte Prima (Malta: Stamperia di S.A.A. 1764), 46, nota (b), jikteb hekk fuq dan “l-Għar il-Kbir”: “Una Grotta vasta e grande, o sia caverna, ove, come dice il
Commendator Abela fol. 79., abitarano 27 famiglie, quasi per la maggiorparte pastori, o Pecorai.” Dan l-għar jissemma wkollfi l-kitba ta’ Athansius Kircher SJ meta fi l-vista li kien għamel f’Malta kien żar dan l-għar u ħalla l-impressjonijiet tiegħufi t-tieni volum tiegħu tal-Mundus Subterraneus (bk. 8, ch.3; De hominibus subterraneis), stampat għall-ewwel darba f’Amsterdam fl -1665. 4 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 16-17. Bonnici, Ħad-Dingli: Raħal f’taqbida mal-ħajja, 1:49, jagħti tagħrif fuq l-Għar il-Kbir ta’ Ħal Tartarni f’rabta mat-tfulija ta’ Patri Rafel. 5 G[użè] D[imech] D[ebono], “Nies kbar Maltin: Patri Raffaello min Malta,” Patria!, 29.3.1923: 5. 6 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 68. 7 Ara Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, 47. 8 Ara N[ational] L[ibrary] M[alta], Libr. MS 699, Apparato cronologico nel quale si registrano e si nominano quei religiosi Capuccini di nazione Maltesi, che furono eletti e costituiti superiori, e prelati nella loro Religione, o deputati, e promossi in altre dignità, impieghi e uffi cj onorevoli … dall’anno 1584 per infi no al 1752. Autore e collettore il Rev
P. Luigi Bartolo della Valletta 1752, 63-64. 9 Ara ibid., 63. 10 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 59. 11 Ibid. 12 Ibid., 59-60.
13 Ara NLM, Libr. MS 699, 2. 14 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 21. 15 Ara NLM, Libr. MS 699, 3. 16 Ara ibid., 1,14. 17 Ara ibid., 14-16. 18 Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, 53. 19 Ara NLM, Libr. MS 699, 5-12. 20 Ara ibid., 17-25. 21 Ara ibid., 52-53. 22 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 20-21. 23 Ibid., 65. 24 Ara NLM, Libr. MS 699, 350. 25 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 45; NLM, Libr. MS 699, 64. 26 Bortolomeo dal Pozzo, Historia della Sacra Religione di S. Giovanni Gerosolimitano, detta di Malta (Verona: 1703),
Parte 1, 694. 27 Ara ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 45. 28 NLM, Libr. MS 699, 64. 29 Dal Pozzo, Historia della Sacra Religione di S. Giovanni Gerosolimitano, detta di Malta, Parte 1, 533-534. 30 ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 31-32. 31 NLM, Libr. MS 699, 218. 32 Ara Francis Azzopardi, “Foundation for the Redemption of Christian Slaves,” The Sunday Times, 29.9.2002: 44-45. 33 Ara ibid. 34 Ara G. A., Ciantar, Malta Illustrata, lib. 4, not 3, 514. 35 Ara Biblioteca Maltese dell’Avocato Mifsud, ta˙t is-sena 1587-1588. Ara wkoll pp. 46-53. 36 Ara wkoll il-lista tal-kitbiet ta’ P. Rafel, f’ACPM, Cronica delli RR. PP. Minori Capuccini di Malta, 64-65. 37 Ara ibid., 62-63. 38 Memorie storiche dei Frati Minori Cappuccini della Provincia monastica di Siracusa raccolte e pubblicate dal M.R.P.
Samuele da Chiaramonte (Modica: Archimede, 1895), 192. 39 Ibid., 192-193. 40 Ibid., 191.
GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA
irrikorru
GERALD JEWELLERY
❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00, 16.00-18.30 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa
26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
SANTA MARIJA SELF SERVICE • Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer
All your daily needs FREE DELIVERIES
Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6