8 minute read

Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Mark Mallia Pawley

essa»» ill-Arċipriet Ħel™a tal-għa»e„Ǩ

Bħalissa nemmen li hu żmien sabiħ ħafna għall-mużika Maltija. Bosta gruppi u kantanti Maltin qed jagħtuna diski mill-isbaħ, partikularment bl-ilsien Malti. Il-mużika fi ha nnifi sha diġà tqanqal emozzjonijiet partikulari f’dak li jkun, b’mod li kull min jisma’ biċċa mużika jew kanzunetta, taffetwah differenti minn ħaddieħor.

Advertisement

Waħda mid-diski li smajt fuq stazzjon tar-radju lokali u li laqtitni hija diska tal-grupp Bernie and Pod, li ġġib l-isem “Ħelwa tal-Għaġeb”. Hija diska moderna ħafna u romantika, sabiħa fi l-widna u ċert li tqanqal diversi emozzjonijiet f’dawk li jisimgħuha. Lili personali laqtuni ħafna l-kliem li fi ha, u fi hom nara ħafna aktar minn sempliċiment kliem sabiħ li maħbub qed jesprimi fuq il-maħbuba tiegħu, imma kliem sabiħ li jista’ jingħad fi kwalunkwe relazzjoni ta’ mħabba sinċiera!

Kull wieħed u waħda minna għandu relazzjonijiet għal qalbu ħafna. Hemm relazzjonijiet li jiġu b’mod naturali, bħal dawk li wieħed ikollu mal-ġenituri u familjari. Imbagħad hemm relazzjonijiet partikolari, li wieħed jibni ma’ persuni li jagħżel hu. Eżempju ta’ relazzjonijiet hekk huma l-ħbieb u r-raġel jew il-mara li wieħed jagħżel li jqatta’ l-kumplament ta’ ħajtu miegħu jew magħha. Dawn kollha jagħmlu l-ħajja tal-bniedem tant isbaħ u mimlija!

Is-sbuħija veru Hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li t-tjubija, il-verità u s-sbuħija jkunu fl imkien. Dan bir-raġun, għax il-verità hija sabiħa u l-qofol tat-tjubija. Iżda huwa importanti li nagħmlu distinzjoni ċkejkna, għax fi lwaqt li l-verità hija dejjem sabiħa, mhux kulma jidher sabiħ huwa tajjeb.

F’waħda mill-kitbiet tiegħu, Santu Wistin jikteb hekk: “Is-sbuħija hi tabilħaqq għotja tat-tjieba ta’ Alla; iżda biex it-tjubija ma titkabbarx biha nfi sha, Alla jsawwab is-sbuħija anke fuq min hu ħażin.” Essenzjalment, Santu Wistin qed jagħmel distinzjoni ċara bejn is-sbuħijafiżika u s-sbuħija spiritwali, u jfakkarna li hija realtà kbira li aħna nħarsu lejn sbuħija anqas importanti, dik fiżika, u ntuha importanza iktar minn dik is-sbuħija li hija tant ogħla u itjeb. Madankollu, is-sbuħijafiżika sa ċertu punt hija wkoll sbuħija għolja, sbuħija li tirrifl etti s-sbuħija perfetta tal-Ħallieq. Iżda huwa riskju kbir li nistmaw din is-sbuħija ħafna iktar milli hi, bil-konsegwenza li nonqsu milli nirrealizzaw il-kobor tas-sbuħija spiritwali, sbuħija li tirrifl etti t-tjubija u l-verità ta’ Alla nnifsu. Eżempju żgħir ta’ dan hu l-limitazzjoni tas-sbuħijafiżika. Dak kollu li fiżikament huwa sabiħ, xi darba jew oħra jintemm. Iżda s-sbuħija spiritwali, fl imkien mat-tjubija u l-verità, ma tintemm qatt.

Il-Bibbja tqabbel ħafna s-sbuħija mal-ħlewwa. Dak li hu sabiħ hu deskritt ukoll bħala ħelu. Il-Ktieb tal-Proverbji jikkummenta wkoll fuq is-sbuħija tal-mara u joħroġ dan l-aspett sabiħ bejn is-sbuħija fiżika u dik spiritwali. Qarrieqa l-ħlewwa tal-mara, fi ergħa sbuħitha; mara li tibża’ mill-Mulej ta’ min ifaħħarha (Prov. 31, 30). Id-dinja li ngħixufi ha hi dinja li tagħti importanza kbira lis-sbuħijafiżika. Aktar minn kollox, is-sbuħija hi dik li fuqha d-dinja tevalwa l-persuna. Ħafna nies ifi ttxu li jkollhom

dehra bħal nies li jidhru fuq it-televiżjoni u l-fi lms, jew anke players tal-futbol u persuni oħrajn popolari. Filwaqt li dan ma fi h xejn ħażin, importanza żejda lejn il-ħarsafiżika mingħajr investiment fi l-karattru tal-persuna, ma jkun jiswa għal xejn. Tkun żejjint il-qoxra ta’ barra, iżda minn ġewwa tkun vojt! Frażi li darba smajt mingħand xi ħadd li kienu qed jaqbdu miegħu, biex jiċċajtaw, għax bla xagħar kienet li “aħjar ras bla xagħar, milli xagħar bla ras!” L-istess is-sbuħija. Ħafna isbaħ is-sbuħija interjuri tal-persuna milli dik esterna! L-estern jispiċċa maż-żmien, iżda s-sbuħija u t-tjubija tal-qalb ma tispiċċax!

Marija u s-sbuħija Xi ħaġa li f’dawn iż-żminijiet tibda tisma’ meta tmur f’xi festa ddedikata lil Ommna Marija hija l-kelma “sabiħa”. Jiena ċert li fiżikament, Marija kienet mara sabiħa ħafna, u ċert li Ġużeppi kien iħares lejha u jirreferi għaliha bħala “ħelwa tal-għaġeb”! Iżda xtaqt li nirrifl etti ftit mhux fuq issbuħija spiritwali u nterjuri biss ta’ Marija, iżda fuq dik is-sbuħija li tirrifl etti s-sbuħija ta’ Alla nnifsu. Kif diġà għedt qabel, it-tajjeb hu sabiħ u l-ħażin mhuwiex! La minn Marija kellu jitwieled dak li hu t-tjubijafi ha nnifi sha, mela Marija bilfors kellha tkun sabiħaħafna!

Min hi din il-mara sabiħa? Hija l-mara li tagħraf illi kif tidher f’għajnejn Alla hu ħafna aktar importanti minn kif tidher f’għajnejn id-dinja u l-bnedmin. Din hi l-mara li ta’ min ifaħħarha. Li togħġob lil Alla għandha tkun il-prijorità ta’ kull persuna. L-iskrittura tagħtinaħjiel ta’ dak li Alla jsib sabiħ fi l-mara.

Ħa tkun is-sbuħija tagħkom mhux dik li tidher minn barra bħad-dafra tax-xagħar u t-tiżjin tad-deheb u l-ilbies ilellex, imma dik li hi moħbija f’qalbkom, imlibbsa b’tiżjin li ma jitħassarx; hi l-qalb ħelwa u twajba tagħkom; dan hu li Alla jgħożż ħafna. (1 Pt. 3, 3-4) Il-qalb ħelwa u twajba hi dik li tirrifl etti propju dak li hu ta’ Alla, attributi veri tiegħu, Hu li hu ta’ qalb ħelwa u umli. Marija żgur li hija x-xempju ta’ din il-ħlewwa u t-tjubija mqanqla mir-rieda sħiħa li kontinwament tħalli r-rieda ta’ Alla sseħħ fi ha. Fi kliem sempliċi, il-ħlewwa u t-tjubija huma l-qofol ta’ dak li hu s-sabiħ veru!

Il-Bibbja tippreżenta wkoll lill-mara bħala xbieha tal-Knisja qaddisa. Pawlu jobbliga lill-Efesin b’dan il-kliem: Intom, l-irġiel, ħobbu n-nisa tagħkom, kif Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha. U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b’xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd. (Efes. 5, 25-27). Il-qdusija hija t-tragward li lkoll irridu nilħqu, hija perfetta u sabiħa. Ilkoll maħluqin biex insiru qaddisin, u għalhekk ilkoll imsejħin għas-sbuħija spiritwali! Li tkun qaddis ifi sser li tkun tajjeb, li taħdem biex togħġob lil Alla, li ssir rifl essjoni tas-sbuħija li tirrifl etti t-tjieba u l-verità ta’ Alla nnifsu. Marija x-xempju ta’ din il-ħlewwa tal-għaġeb, eżempju tat-tjieba, għerf u verità hija wkoll Omm il-Knisja, dik li tiggwida lill-Knisja li waqqafĠesù fi d-diffi kultajiet li taffaċċja mill-isfi di tad-dinja li qiegħdafi ha. Il-Knisja hija aħna lkoll, fi lpellegrinaġġ lejn is-sema pajjiżna. Hi stess trid taspira li tkun bħal Marija. Marija għalhekk issir l-ideal ta’ kif inkunu spiritwalment sbieħ u bl-eżempju tagħha, tibqa’ timxi l-mixja magħna biex naslu għall-qdusija.

Rifl ess ta’ dak li hu sabiħ Spiss, fi lgħaxija, inħobb immur fuq l-irdum għal ftit ħin għall-kwiet. F’dak id-dlam u dik il-ħemda, ikollok l-opportunità li tirrifl etti u tosserva. Hi xena ferm sabiħa meta tieqaf u tħares ’il fuq u tara l-qamar u l-kwiekeb idawlu l-lejl. Bla ma rrid, jiġuni f’moħħi dawn il-versi meħudin minn Salm 8: Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fi hom! X’inhu l-bniedem biex tiftakar fi h, bin il-bniedem, biex taħseb fi h?

Filwaqt li diversi ma tantx jagħtu kas, u oħrajn iħarsu bla ma japprezzaw dak li jkun qed jiġri, jien naffaxxina ruħi b’dak li jkun għaddej fi s-skiet tant ’il bogħod minna. Il-qamar … din il-blata tant bogħod minna li għal ħafna ma tfi sser xejn. Fil-verità, il-qamar hu xi ħaġa sempliċi u vojt, mimli ġebel u xejn aktar. Kuntrarju għax-xemx, anqas hu kapaċi jiġġenera enerġija jew dawl għalih innifsu. Irid jiddependi fuq ix-xemx biex juri x’inhu. Madanakollu, din il-perla li ddawwal il-lejl għandha ħafna iktar x’tgħallimna! Iva, perla, tiddi u tirrifl etti d-dawl li tkun qed tirċievi. Wara kollox, fi ddalma tal-lejl, huwa l-qamar li jipprovdi ftit mid-dawl li jirrifl etti biex jurina t-triq.

F’talba li jitolbu l-Leġjonarji ta’ Marija, f’waħda mill-antifoni jingħad hekk: Min hija dik li tielgħa bħaż-żerniq, sabiħa donnha l-qamar, tiddi bħax-xemx, tal-biza’ bħal eżerċtu lest għat-taqbida? Sabiħa donnha l-qamar! Iva, il-qamar ifakkarni f’Marija. Bħalma s-sbuħija tal-qamar ma tagħmilx sens mingħajr ix-xemx, hekk ukoll is-sbuħija ta’ Marija ma tagħmilx sens mingħajr Alla! Bħal qamar u x-xemx, Marija tiddependi totalment fuq Alla biex turi s-sbuħija tagħha. Hi ma tfi ttix li twassal iddawl tagħha, lilha nfi sha, iżda tfi ttex biss li twassal id-dawl ta’ binha Ġesù. Anqas tfi ttex li turi d-dawl li jwassal għal għandha, iżda tirrifl etti d-dawl ta’ binha biex dawk li jkunu mitlufi n, isibu t-triq lura, u biex fi l-mumenti tad-dlam insibu dak li jiggwidana lura fi t-triq. Bħal qamar, hi dik il-perla sabiħa f’lejl mudlam, tirrifletti d-dawl li rċeviet! Il-qamar hu ppożizzjonat perfettament biex jirrifl etti d-dawl tax-xemx. Bl-istess mod, Marija hija ppożizzjonata perfettament fl -istorja tal-bniedem biex tirrifl etti d-dawl ta’ Alla fl -istorja tas-salvazzjoni. Marija mhijiex is-sors tad-dawl, iżda l-isbaħ rifl ess tad-dawl!

Bdejt dan l-artiklu b’referenza għad-diska “Ħelwa tal-Għaġeb” tal-grupp Bernie and Pod. Fil-lirika sabiħa, hemm dawn il-versi:

… bħal djamant mill-isbaħ, li fl -aħħar jien sibt bit-tjieba u bl-għożża int l-aqwa ġojjell ta’ kull żmien

Ħelwa tal-għaġeb idħakli fi s-skiet fl -imħabba urini li tħobbni bla tmiem…

Marija, id-djamant sabiħ li daħal fi l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna bla ma fi ttixnih aħna u li jagħmlilna ħajjitna tant isbaħ. Marija, il-ġojjell tant prezzjuż li jagħtina tama meta kollox jidher mitluf. Marija, il-perla li tirrifl etti fuqna d-dawl ta’ binha Ġesù. Marija, il-ħelwa tal-għaġeb magħżula minn Alla biex tkun Ommu, u mogħtija lilna biex tkun omm tagħna. Marija, dik li fi s-skiet turina l-imħabba bla tmiem ta’ Alla għalina. Marija, il-mara sabiħa li tibża’ mill-Mulej!

Nawguralek li f’din il-festa, permezz ta’ Marija, tiskopri s-sbuħija li Alla jixtieq jirrifl etti permezz tiegħek! Il-festa t-tajba lil kulħadd!

This article is from: