Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2019

Page 4

2

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

essa

ill-Arċipriet

Ħel a tal-għa e Bħalissa nemmen li hu żmien sabiħ ħafna għall-mużika Maltija. Bosta gruppi u kantanti Maltin qed jagħtuna diski mill-isbaħ, partikularment bl-ilsien Malti. Il-mużika fiha nnifisha diġà tqanqal emozzjonijiet partikulari f’dak li jkun, b’mod li kull min jisma’ biċċa mużika jew kanzunetta, taffetwah differenti minn ħaddieħor. Waħda mid-diski li smajt fuq stazzjon tar-radju lokali u li laqtitni hija diska tal-grupp Bernie and Pod, li ġġib l-isem “Ħelwa tal-Għaġeb”. Hija diska moderna ħafna u romantika, sabiħa fil-widna u ċert li tqanqal diversi emozzjonijiet f’dawk li jisimgħuha. Lili personali laqtuni ħafna l-kliem li fiha, u fihom nara ħafna aktar minn sempliċiment kliem sabiħ li maħbub qed jesprimi fuq il-maħbuba tiegħu, imma kliem sabiħ li jista’ jingħad fi kwalunkwe relazzjoni ta’ mħabba sinċiera! Kull wieħed u waħda minna għandu relazzjonijiet għal qalbu ħafna. Hemm relazzjonijiet li jiġu b’mod naturali, bħal dawk li wieħed ikollu mal-ġenituri u familjari. Imbagħad hemm relazzjonijiet partikolari, li wieħed jibni ma’ persuni li jagħżel hu. Eżempju ta’ relazzjonijiet hekk huma l-ħbieb u r-raġel jew il-mara li wieħed jagħżel li jqatta’ l-kumplament ta’ ħajtu miegħu jew magħha. Dawn kollha jagħmlu l-ħajja tal-bniedem tant isbaħ u mimlija! Is-sbuħija veru Hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li t-tjubija, il-verità u s-sbuħija jkunu flimkien. Dan bir-raġun, għax il-verità hija sabiħa u l-qofol tat-tjubija. Iżda huwa importanti li nagħmlu distinzjoni ċkejkna, għax filwaqt li l-verità hija dejjem sabiħa, mhux kulma jidher sabiħ huwa tajjeb. F’waħda mill-kitbiet tiegħu, Santu Wistin jikteb hekk: “Is-sbuħija hi tabilħaqq għotja tat-tjieba ta’ Alla; iżda biex it-tjubija ma titkabbarx biha nfisha, Alla jsawwab is-sbuħija anke fuq min hu ħażin.” Essenzjalment, Santu Wistin qed jagħmel distinzjoni ċara bejn is-sbuħija fiżika u s-sbuħija spiritwali, u jfakkarna li hija realtà kbira li aħna nħarsu lejn sbuħija anqas importanti, dik fiżika, u ntuha importanza iktar minn dik is-sbuħija li hija tant ogħla u itjeb. Madankollu, is-sbuħija fiżika sa ċertu punt hija wkoll sbuħija għolja, sbuħija li tirrifletti s-sbuħija perfetta tal-Ħallieq. Iżda huwa riskju kbir li nistmaw din is-sbuħija ħafna iktar milli hi, bil-konsegwenza li nonqsu milli nirrealizzaw il-kobor tas-sbuħija spiritwali, sbuħija li tirrifletti t-tjubija u l-verità ta’ Alla nnifsu. Eżempju żgħir ta’ dan hu l-limitazzjoni tas-sbuħija fiżika. Dak kollu li fiżikament huwa sabiħ, xi darba jew oħra jintemm. Iżda s-sbuħija spiritwali, flimkien mat-tjubija u l-verità, ma tintemm qatt. Il-Bibbja tqabbel ħafna s-sbuħija mal-ħlewwa. Dak li hu sabiħ hu deskritt ukoll bħala ħelu. Il-Ktieb tal-Proverbji jikkummenta wkoll fuq is-sbuħija tal-mara u joħroġ dan l-aspett sabiħ bejn is-sbuħija fiżika u dik spiritwali. Qarrieqa l-ħlewwa tal-mara, fiergħa sbuħitha; mara li tibża’ mill-Mulej ta’ min ifaħħarha (Prov. 31, 30). Id-dinja li ngħixu fiha hi dinja li tagħti importanza kbira lis-sbuħija fiżika. Aktar minn kollox, is-sbuħija hi dik li fuqha d-dinja tevalwa l-persuna. Ħafna nies ifittxu li jkollhom


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.