9 minute read

Programm tal-festa

rogra tal- esta

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Awwissu – Bidu tal-Kwindiċina – Il-poplu ta’ Ħad-Dingli jingħaqad taħt il-ħarsien tal-Madonna ta’ Pinu F’dawn il-ġranet issir il-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ barra. Wara l-quddiesa tas-6.00 a.m. u tas-7.30 a.m. jingħad ir-rużarju u l-kurunella ta’ Santa Marija. Ikun hemm ħin għal talb privat quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu fi lknisja. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dinglifl -okkażjoni tal-bidu tal-Kwindiċina ħdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. Imexxi r-Rev. Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Fi tmiem il-quddiesa jsir pellegrinaġġ aux fl ambeaux bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu sal-Knisja Arċipretali. Il-pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Claudette Agius, il-Ħawwiefa, il-Gvernatur William Reid, Ġużè Ellul Mercer, il-Kbira u l-Parroċċa. Fil-knisja ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Advertisement

Is-Sibt, 3 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi u lill-anzjani tagħna 9.00 a.m. Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fi d-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Imexxi r-Rev. Paul Muscat O.S.A. Jiġi amministrat is-sagrament talGriżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Albert Buhagiar, Rettur tas-Seminarju. F’din il-quddiesa niċċelebraw id-don tal-ħajja,fi l-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena. It-trabi jiġu ppreżentati lill-Madonna Ta’ Pinu u jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

Il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-bżonnijiet talfamilji tagħna u biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa F’kull quddiesa tingħad it-talba ta’ affi dament tal-familja lill-Madonna Ta’ Pinu. Bejn quddiesa u oħra, nagħmlu stedina lill-familji jqattgħu ftit ħin ta’ talb privat quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu. Fis-7.15 a.m. u fl -4.30 p.m. jingħad ir-Rużarju. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Tony Sciberras M.S.S.P. Tieħu sehem il-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina uĊelebrazzjoni Ewkaristika.

It-Tnejn, 5 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares ’l-għaqdiet u l-poplu ta’ Ħad-Dingli 6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-preżenza fostna tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu b’quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali, dirġenti u membri ta’ għaqdiet, gruppi u każini u l-poplu ta’ Ħad-Dingli. Fi tmiem il-quddiesa, issir velja ta’ talb f’riġlejn ix-xbieha devota tal-Madonna Ta’ Pinu li tintemm bil-Barka Sagramentali. Wara, isir riċeviment fl -okkażjoni tal-festa għall-kleru, il-Kunsill Lokali u d-diriġenti tal-għaqdiet, gruppi u każini.

It-Tlieta, 6 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għalħutna l-mejtin 6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro M.S.S.P. li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa, 7 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna 6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa u wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Quddiesafi l-knisja organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ. Imexxi r-Rev. Jean Govè, saċerdot novell.

Il-Ħamis, 8 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna 6.00 p.m. It-tfal jinġabruħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl -okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.40 p.m. L-Arċipriet ir-Rev. Mark Mallia Pawley, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M., il-Kummissjoni Tfal, il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides. 7.00 p.m. Quddiesafi l-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Alistair Aquilina O.F.M. Conv. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira fl - okkażjoni tal-festa u jkollhom logħob u attivitajiet. Il-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Eric Cachia S.D.B. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri tal-abbatini.

Is-Sibt, 10 ta’ Awwissu – Il-Ħruġ tal-Istatwa Titulari min-Niċċa - Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-missjunarji u nuru s-solidarjetà tagħna ma’ missjoni ġdida ta’ Isqof Malti fi l-Perù Filgħaxija jkollna quddiesa waħdafi l-parroċċa. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Imexxi l-Isqof ta’ Huancané fi lPerù, Mons. Giovanni Cefai MSSP. Fi tmiem il-quddiesa, jingħata l-mandat lir-reffi egħa tal-istatwa ta’ Santa Marija, u l-Arċipriet jippreżenta lill-Isqof Cefai għotja li nġabret millpoplu ta’ Ħad-Dingli bħala sostenn għall-ħidmaġdida fdatu lilu mill-Papa Franġisku. Wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fuq iz-zuntier u fi tmiem insellmu lill-istatwa għażiża ta’ Santa Marija, patruna tar-raħal tagħna. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.15 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.

Il-Ħadd, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares lit-trabi fi l-ġuf u fi l-bidu tal-ħajja Nisranija 8.30 a.m. Għoti ta’ demm fi l-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela sas-1.00 p.m. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Jeremy Vella S.D.B. li fi ha jiġi ċċelebrat is-sagrament talMagħmudija. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbijafi l-ġuf. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

It-Tnejn, 12 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi talparrop ra ċċa Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.30 p.m. 6 Rużarju. 7.00 p.m. 7.00 Quddiesa mmexxija mir-Rev. Carmelo Sacco S.D.B. li fi ha niftakru b’mod speċjali fi lbenefatturiħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl -armar, arranġamenti ta’ fjuri u tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Fi tmiem, issir ilfunzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. It-Tlieta, 13 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn It T ta 1lie , Ġesùfl -Ewkaristija 6.30 p.m. 6.30 Rużarju. 7.00 p.m. 7.00p. Quddiesa animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Imexxi r-Rev. Sandro Camilleri S.D.B. Wara jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fejn nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji tal-parroċċa tagħna. Ikollna wkoll servizz ta’ qrar. Fi tmiem, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u fi nanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef.

L-ErbgL E- ħa, 14 ta’ Awwissu – L-ewwel jum tat-Tridu – Il-Vġili ta’ Santa Marija 6.15 p.m. 6.1 Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. 6.30 Rużarju bil-litanija kantata. 7.00 p.m. 7.00 Quddiesa mmexxija mir-Rev. Peter Ellul, saċerdot novell. Il-prietki tat-tridu se jsiru mirRev. Christian Borg O.F.M. Conv., Kappillan ta’ Burmarrad. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Il-Ħamis, 15 ta’ Awwissu – It-tieni jum tat-Tridu – L-Gami ħid tal-Assunta 9.30 a.m. 9.30a.m Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fi s-sema tal-Madonna. Jiċċelebra r-Rev. Christian Borg O.F.M. Conv. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u O Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 10.00 a.m. 10.00a.m. Tluq tal-PellegrinaTlu ġġ tal-Muturi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr. Ilpellegrina pell ġġ jintemm ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli bit-tberik tas-sewwieqa, li jkunu jistg li jk ħu jieħdu sehem fl imkien fi l-quddiesa tal-11.00 a.m. Il-pellegrinaġġ hu organizzat g organ ħar-raba’ sena mill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr.

Il-Il-Ġimgimgħħa, 16 ta’ Awwissu – It-tielet jum tat-Tridu – Marija Assunta ta,16ta ħares il-familji tagiljitagfil- a ħħnana 6.15 p.m. 6.1 m. Qrar minn konfessur barrani.Qrarminnk 6.30 p.m. 6.30 Rużżarju bil-litanija kantata.arjubil-li 7.00 p.m. 7.00p Quddiesa gQuddiesagħħall-familji kollha tal-parroall ċċa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri. Nag g ħ ħ mlu stedina spe mlustedinasp ċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ng dawk li ng ħ ħ aqdu aqdu fi s-sagrament ta fis ż-żwieġ fl -aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-pre joni. Fi tmiem issi żentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja lil xi persuna jew familja jewfamilja fi l-parro fil-pa ċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l- - ħ ħ in lill-familji inlill-fam fi l-bżonn. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. 8.30p Marċ organizzat u fi nanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: Misra q ħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, il-Merill, il-Ħemda, Francesco Zammit, imda, Frances ċ-Ċiefa, il-Gvernatur William Reid, Ġużè Ellul Mercer, Ċ Ċ ensa Spiteri, Misra ensa Spiteri, Mi ħ Frenċ Abela, il-Kunċizzjoni, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġ ħ użè Abela. Fl-aħħ Abela. Fl-aħħ ar parti tal-marċ arpar il-banda takkumpanja lill-istatwa ta’ Santa Marija sakemm titporijas mtitpoġġġġa fuq il-pedestall f’Misraafuqil-ped ħ Ġużè Abela. Fittmiem jinħaraq logħob tan-nar u jsir tan-naru ġ ġ bir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna. birmill-membri

Is-Sibt, 17 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa

8.00 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi l-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.10 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien salknisja. Imexxi r-Rev. Charlon Muscat, Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fi l-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija mir-Rev. Charlon Muscat. 8.30 p.m. Marċ organizzat u fi nanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Parroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fl-10.00 p.m. ssir waqfa quddiem il-Knisja biex il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bissehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Il-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Sależjani u l-Maddalena. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna.

Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu – Jum il-Festa ta’ Santa Marija 6.30 a.m. Quddiesa. 8.00 a.m. Quddiesa. 9.15 a.m. Pontifi kal Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxi mill-Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona O.P. Jinseġ il-paniġierku l-Kan. Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa Kristu Re, Raħal Ġdid. 11.00 a.m. Marċ brijuż organizzat u fi nanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ix-Xefaq, Dun Xand Cortis, il-Ħawli, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġużè Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika. 11.15 a.m. Quddiesa. 5.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Aayrton Ray Muscat, saċerdot novell. 5.45 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fi l-knisja. 5.45 p.m. Marċ organizzat u fi nanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ tal-purċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. 7.00 p.m. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni r-Rev. Aayrton Ray Muscat. 10.15 p.m. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika fi l-knisja. 10.45 p.m. Marċ tal-Aħħar organizzat u fi nanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli.

This article is from: