
10 minute read
Il-kurunella lil Santa Marija Savio D. Borg
l-krnella lil anta arija
Fil-ġranet tal-kwindiċina bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija, fi l-knisja tingħad l-hekk imsejħa “kurunella Lil Santa Marija”. Forsi ftit huma dawk li jafu l-istorja u s-sinifi kat ta’ din il-poeżija li tiġbor il-virtujiet ta’ ħajjet il-Madonna u tfaħħarhom waqt li magħhom issieħeb it-talb. F’dan l-artiklu, SAVIO D. BORG jagħti tagħrif dwar il-kurunella ta’ Santa Marija li nirreċitawfi l-jiem tal-kwindiċina u li qed tiġi stampata sħiħa.
Advertisement
X’inhi l-kurunella? Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna x-xenarju partikulari meta nkitbu l-kurunelli. Fl-imgħoddi, l-edukazzjoni kienet il-privileġġ tal-ftit għonja, il-poplu kien illitterat u nieqes mittagħrif kulturali, soċjali u reliġjuż. Kien għalhekk li minbarra l-prietki u l-arti fi l-knejjes li kienet tiddomina tista’ tgħid kull binja ekklesjastika, imsejħa bħala t-‘teoloġija tal-poplu’, xi wħud ħasbu u vvintaw speċi ta’ poeżiji, letteratura popolari li tiġbor fi ha tagħlim fuq il-ħajja tal-qaddis jew fuq xi okkażjoni li l-poplu kien ikun qed jiċċelebra. Din il-poeżija – jekk irridu nsejħulha hekk – kienet tkun b’lingwaġġ tal-poplu u tieħu forma ta’ talba, li l-poplu kien jitgħallem bl-amment minħabba r-repetizzjoni tagħha u l-forma ta’ kif kienet tintiseġ.
Kull parroċċa kellha kurunella li tagħti ġieħ lill-qaddis patrun tagħha. Wieħed mill-awturi magħrufa ta’ dawn il-kurunelli kien bla dubju ta’ xejn Monsinjur Ludovik Mifsud Tommasi li għex bejn l-1795 u l-1879. Mifsud Tommasi, Bormliż magħruf b’mod speċjali għat-titular tal-Kolleġġjata ta’ pajjiżu mpitter minn Pietru Pawl Caruana, hu l-awtur tal-kurunella li nirreċitawfiżmien il-festa ta’ Santa Marija fi l-parroċċa tagħna. Din l-istess kurunella hi popolari f’parroċċi oħra fejn tiġiċċelebrata l-festa tal-Assunta, bħal Katidral ta’ Għawdex, il-Gudja, iż-Żebbuġ Għawdex, u anke f’parroċċi oħra peress li Santa Marija kienet sa minn żminijiet imbegħda l-iktar festa popolari fost il-Maltin. Hu rnexxielu jinseġ ittaħdit popolari ma’ rifl essjonijiet teoloġiċi b’mod li għolla l-livell letterarju talistess kurunella. Mifsud Tommasi għaraf il-bżonn tal-kitba u ppubblika diversi kotba ta’ tagħlim. Anke meta tilef il-vista, baqa’ jikteb il-poeżiji u l-kurunelli li kienu jservu bħala mezz ta’ tagħlim lill-poplu.
L-awtur tal-kurunella Mons. L. Mifsud Tommasi.
Din il-kurunella, minbarra l-istrofi ta’ introduzzjoni, hija maqsuma fi ħmistax-il strofa, li jfakkruna fi l-ħmistax-il Erbgħa ta’ Santa Marija u fi l-ħmistax-il jum tal-Kwindiċina bi preparazzjoni għall-festa tal-Assunta, l-unika festa li għandha ħmistax-il jum ta’ tħejjija. Ħmistax kienu l-posti tar-Rużarju – fiżmien Mifsud Tommasi – u allura dak li jkun diġà beda jidħolfl -ispirtu Marjan. Kull strofa hija mibnija bi tmien versi, maqsuma f’żewġ partijiet; l-ewwel erba’ versi huma mfassla fuq il-ħajja ta’ Marija, fi lwaqt li fi t-tieni erba’ versi l-poeta jislet talba relattiva mal-ħajja ta’ Marija. Il-vers ottonarju – li fi hom tmien sillabi, aċċentati fuq it-tielet u s-seba’ sillaba – hu l-vers tal-għana popolari, il-vers naturali fi t-taħdit tal-poplu. Dan il-fatt kien jgħin sabiex il-kurunella tkun aktar popolari, u l-poplu kien jassoċċja ruħu magħha malajr għax jagħmilha tiegħu. Ħmistax-il kwadru li kollha fi hom element qawwi ta’ ferħ, ta’ rebħ, fejn il-messaġġ prinċipali huwa li Marija hija reġina, reġina tal-ħolqien kollu, inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.
Edizzjoni tal-kurunella tal-Assunta tal-1918.
Il-kurunella ta’ Santa Marija tibda’ b’daħla msejħa ‘Stedina għall-ferħ u t-talb’; il-poeta jistedinna sabiex mal-anġli fi s-sema nifi rħu ma’ Marija għal dan il-privileġġ singulari tal-Assunzjoni. Il-poeta jrid idaħħalna f’atmosfera ta’ ferħ, f’moviment qawwi ta’ ferħ mibdi fi s-sema, fejn l-anġli u l-qaddisin mdawra ma’ Marija, jifi rħu għar-rebħa ta’ Marija fuq il-mewt. Kull strofa hija ġrajja storika, ġrajja ta’ ferħ; il-poeta qed jorbot kull avveniment mill-ħajja ta’ Marija ma’ talba li n-Nisrani qed jagħmel lil Marija Santissima. Ta’ min wieħed jinnota li l-poeta juża dejjem l-ewwel persuna fi l-plural; ‘nifi rħu lkoll’, ‘għandu l-ferħ inissel fi na’ bi skop li jinkludina f’din ix-xena qaddisa. Il-poeta juża t-teknika poetika tiegħu,ħalli aħna li qed nirreċitaw il-kurunella, ma nibqgħux spettaturi fi dramm, imma nkunu parti mal-protagonista, Marija Santissima, msejħa b’diversi espressjonijiet bħal ‘ħelwa’, ‘ħanina’ u ‘Omm’. Wara ssegwi l-ġakolatorja, li tingħad wara kull strofa.
Fil-qosor se nħarsu lejn dan il-pellegrinaġġ f’forma ta’ poeżija popolari:
Fl-ewwel strofa l-poeta jpoġġi bħala tema l-Konċepiment Immakulat ta’ Marija, wieħed millprivileġġi singulari ta’ Marija Santissima. It-talba relattiva tan-Nisrani li qed jirreċita l-kurunella hija sabiex tħarisna milli nintilfu fi d-dnub, fi d-dlam tal-lejl.
It-tieni strofa hija dwar it-twelid tal-Verġni Marija, u l-poeta jitlob lil Marija sabiex il-ferħ li ġarrbet f’ħajjitha, ikollna l-grazzja li nġarrbuh aħna wkoll.
It-tielet strofa hija dwar il-preżentazzjoni ta’ Marija fi t-tempju u r-rabta li kull Nisrani għandu jkollu mar-rieda tal-Mulej.
Ir-raba’ strofa tippreżentalna it-tħabbira tal-anġlu, u l-ġrajja singulari fejn Marija Santissima issir Omm Alla u tibqa’ Verġni. Il-poeta qed jitlob lil din Ommna tas-Sema sabiex tqassmilna ftit millgrazzji kbar li rċeviet.
Il-ħames strofa tpenġilna l-ġrajja taż-żjara ta’ Marija lil qariba tagħha, Santa Eliżabetta, u l-ferħ li kien hemm f’din il-laqgħa; Marija qed tiġi mitluba sabiex tfarraġnafi l-mumenti koroh tal-ħajja.
Is-sitt strofa titkellem dwar it-twelid tal-Messija; l-Iben t’Alla, imsejjaħ il-Qaws t’Alla, u l-ferħ u l-hena li ġab ma’ kullimkien.
Is-seba’ strofa tfakkar lil Marija fi l-ferħ li ġarbet fiż-żjara tat-tliet slaten maġi mil-Lvant meta ġew iqimu lil Iben Alla; il-poeta jitlob lil Marija tilqagħna f’din l-atmosfera tal-ġenna.

It-tmien strofa tirrakkontalna l-ġrajja talpreżentazzjoni ta’ Ġesù fi t-tempju; Xmuni għaraf is-salvatur li kellu jifdi lill-Iżrael il-ġdid. Fit-tieni parti tal-istrofa nitolbu biex aħna nieħdu mill-ġid li kisbilna l-feddej.
Id-disa’ strofa hija dwar id-disputa ta’ Ġesù fi tTempju; it-telfi en temporanju ta’ Ġesù minn Marija, u l-ferħ meta sabitu. Hekk ukoll aħna meta nitilfuh, insibuh fi ħdanha.
L-għaxar strofa hija dwar il-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt u r-rebħ tiegħu fuq id-dnub. Aħna wkoll, jekk nirbħu d-dnub u l-ħażen u nħaddnu l-ħajja ġdida li tana Kristu, nissieħbu wkoll f’din l-akbar ġrajja tas-Salvazzjoni.
Il-ħdax-il strofa hija l-ġrajja tat-tlugħfi s-Sema ta’ Ġesù u l-ferħ ta’ Marija meta ratu tiela’ biex joqgħod fi l-leminija tal-Missier; hija talba sabiex Marija tieqaf magħna u tinterċedi għalina bit-talb.
It-tnax-il strofa hija dwar Għid il-Ħamsin; Marija kienet preżenti f’din il-ġrajja meta l-Ispirtu s-Santu kebbes il-qawwa fl -appostli, it-twelid tal-Knisja; hekk ukoll lilna, dan in-nar għandu jkebbisna blimħabba lejn Binha Ġesù.
It-tlettax-il strofa; qed noqorbu lejn il-quċċata, l-Assunzjoni ta’ Marija Santissima. Il-ferħ hu fi ssuperlattiv, ‘ferħ li bħalu qatt ma kien’, ferħ li ma jitfi ssirx bil-kliem u li se ngawduh fi s-sema pajjiżna.
L-erbatax-il strofa hija tkomplija tal-istrofa preċedenti; Marija nkurunata Sultana tas-Sema u tal-Art. Bħala reġina, Marija qed tintalab tħenn u tgħin lis-sudditi tagħha.
Il-ħmistax-il strofa hija l-konklużjoni ta’ din il-ġrajja, ta’ din il-mixja mal-ħajja ta’ Marija. Marija rebbieħaħdejn Binha Ġesù, fejn kull Nisrani jittama li xi darba jkun, fuq in-naħa tal-lemin tal-Missier.
Illum hu faċli ħafna li meta qed ngħixu f’dinja-villaġġ, fejn it-tagħrif huwa faċli li jinkiseb, nistgħu naqgħu fi t-tentazzjoni li nbarru wirt missirijietna bħalma hija l-kurunella. Niżbaljaw jekk dan ilwirt imħolli lilna, li fi kliem sempliċi u popolari jagħti qima lejn il-qaddis padrun nittraskurawh u nwarbuh għax huwa wkoll parti mill-għeruq tas-siġra kbira li hija l-kultura għażiża tagħna. Issegwi l-pubblikazzjoni tal-kurunella sħiħa lil Santa Marija.
Ħajr speċjali lill-Editur ta’ ‘Omm ta’ Bosta Wlied’, is-Sur Bertram Portelli.

THE CATHEDRAL OPTICIANS
50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976

tedina għall-ferħ t-tal

Kulħadd hieni lsienu jħoll U ’l Marija nfaħħru lkoll, Għaxfi s-sema l-Anġli wkoll Illum jidhru ferħanin. Ir-rebħ kbir ta’ dir-Reġina Bil-wisq ħelwa u ħanina, Għandu l-ferħ inissel fi na Li jagħmilna imberkin.
O Marija wisq grazzjuża Inti l-Omm, l-iżjed glorjuża, Inti l-Bint, inti l-Għarusa Tal-Imqaddsa Trinità. Mela lilek, O Marija, Aħna nagħtu dil-foħrija, Sabiex miegħek imhennija, Ingawduk fl -eternità.

1. Nifi rħulek O Marija
Għax maħluqaġejt bla ħtija;
Grazzja lilek biss mogħtija
Fost in-nisel ta’ Adam. Lilna wliedek midinbin Għax bla ħtija imnisslin, Tħallix iżjed midfunin Qalb il-ħażen, qalb id-dlam.
2. O Marija nifi rħulek
Għaliex smajtna insejħulek,
Meta l-Anġli ġew sellmulek
Dakinhar li int twelidt. Deh! Illumfi ttex ismagħna Omm ħanina, Omm setgħana, Sabiex ruħna wkoll tistagħna B’dak il-hena l’int ġibt.

3.

Ġewwa t-tempju ppreżentata mill-Omm tiegħek ixxurtjata, inti kont diġà beata u mogħnija b’kull virtù. Biex ħdejn Alla fi s nittajru U ma nħobbu ’l ħaddħlief għajru, Aqilgħalna li nitħajru Nagħmlu bħalek, Omm Ġesù. 4. Ebda biża’ ma fadallek,
Meta l-anġluġie wassallek
Dik l-aħbar li fi ha qallek;
Tibqa’ xebba u ssir Omm. Dik il-grazzja wisq prezzjuża, Li għamlitek wisq glorjuża, Lilna qassam ġeneruża Nitolbuk bil-qalb u l-fomm.
5. Ma’ qaribtek mort tithenna
U l-ferħ f’qalbek hemm ittenna,
Għaliex saret donnha ġenna
F’daqqa waħda dik id-dar . Magħnaġedded din iż-żjara, Nitolbuk ilkoll bil-ħrara; Lilna farraġ meta tara Li ninsabu qalb l-imrar.
6. Meta ibnek iben t’Alla
Deherfi d-dinja bħal qawsalla, ġewwa Betlem lilek ħalla l-ewwel waħda tifraħ bih. Minnufi h qalbek imtliet B’hena kbira li għaddiet Lil tal-Anġli li fl -art ġiet Kont issemma’ wisq sabiħ.
7. X’ferħa kellek, O Marija,
Meta nhar l-Epifanija, ġew iqimu lill-Messija it-tliet slaten minn ġol-Lvant. Aħna wkoll biex inferrħuk U ma’ ibnek inħobbuk, Li tilqagħna nitolbuk, Waqt li tisma’ dan il-kant.
8. Il-ferħ tiegħek min ifi sser
Meta Xmun fi t-tempju lissen
Dak li kellu l-għadu jkisser l-iben tiegħek, Salvatur.
Ġaladarba biex jifdina l-Iben tiegħek miet għalina inti fi ttex illi fi na dan il-ġid jitwettaq żgur .
9. Ġewwa t-tempju mad-dutturi il-għerf tiegħu qiegħed juri, ’l Ibnek sibt wara d-duluri l-Iżjedħorox li ġarrabt. Jekk qatt aħna nitilfuh, Int ħajjarna infi ttxuh; ġewwaħdanek insibuh, li għalina dejjem tlabt.
10. Il-ferħ tiegħek min jaf bih
Meta rajt mill-mewt rebbieħ,
Kollu dija u sabiħ, l-Iben tiegħek li tant bkejt.
Ħajjaġdida aqilgħalna biex ma tista’ qatt taħfi nna dik il-mewta li jġibfi na, l-għadu kiefer l’int inkejt.
11. X’ferħ kien tiegħek, O Marija,
Meta ’l Ibnek fost id-dija
Tal-Missier fi l-leminija
Ilmaħt tiela’ minn din l-art. Sabiex miegħu ittellagħna, Omm ħanina u setgħana, Bit-talb tiegħek ieqaf magħna, Aħna wliedek l’inti ħtart. 12. Fraħt ukoll f’Għid il-Ħamsin
Xħin l-Appostli mistagħġbin,
Fiċ-ċenaklu miġburin,
Fuqhom rajt l-ilsna tan-nar.
Itlob ’l Alla li jkebbisna B’dan in-nar ħalli jlibbisna Bil-qdusija, u jgħassisna Mill-għedewwa lejl u nhar.

13. Ferħ li bħalu qatt ma kien
U li xtered kullimkien,
Meta s-sema tlajt fl imkien
Kemm bil-ġisem u bir-ruħ. Minn did-dinja fi ttex ħollna, Biex ix-xorti jista’ jkollna Li naraw lil Alla kollna U għal dejjem ingawduh.

14. Alla lilek għoġbu jagħti, l-ogħla tron fost il-beati, u fuq l-Anġli xxurtjati, għax Sultana inti sirt. Mit-tron tiegħekħares lejna Li quddiemek aħnaġejna Nifi rħulek għax imżejna Int bil-ġmiel tas-sema dhirt.


15. Xħin rebbieħa s-sema tlajt l-ikbar qima mmeritajt, għaliex dak li lilna tajt qiegħedħdejk fuq il-lemin. Għalhekk aħna inberkuk U bil-ħerqa nitolbuk Biex fi n-naħa tax-xellug Le ma niġu mitfugħin.









