Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2019

Page 45

Programm tal-Festa 2019

l-k r nella lil anta

43

arija

Fil-ġranet tal-kwindiċina bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija, fil-knisja tingħad l-hekk imsejħa “kurunella Lil Santa Marija”. Forsi ftit huma dawk li jafu l-istorja u s-sinifikat ta’ din il-poeżija li tiġbor il-virtujiet ta’ ħajjet il-Madonna u tfaħħarhom waqt li magħhom issieħeb it-talb. F’dan l-artiklu, SAVIO D. BORG jagħti tagħrif dwar il-kurunella ta’ Santa Marija li nirreċitaw fil-jiem tal-kwindiċina u li qed tiġi stampata sħiħa. X’inhi l-kurunella? Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna x-xenarju partikulari meta nkitbu l-kurunelli. Fl-imgħoddi, l-edukazzjoni kienet il-privileġġ tal-ftit għonja, il-poplu kien illitterat u nieqes mittagħrif kulturali, soċjali u reliġjuż. Kien għalhekk li minbarra l-prietki u l-arti fil-knejjes li kienet tiddomina tista’ tgħid kull binja ekklesjastika, imsejħa bħala t-‘teoloġija tal-poplu’, xi wħud ħasbu u vvintaw speċi ta’ poeżiji, letteratura popolari li tiġbor fiha tagħlim fuq il-ħajja tal-qaddis jew fuq xi okkażjoni li l-poplu kien ikun qed jiċċelebra. Din il-poeżija – jekk irridu nsejħulha hekk – kienet tkun b’lingwaġġ tal-poplu u tieħu forma ta’ talba, li l-poplu kien jitgħallem bl-amment minħabba r-repetizzjoni tagħha u l-forma ta’ kif kienet tintiseġ. Kull parroċċa kellha kurunella li tagħti ġieħ lill-qaddis patrun tagħha. Wieħed mill-awturi magħrufa ta’ dawn il-kurunelli kien bla dubju ta’ xejn Monsinjur Ludovik Mifsud Tommasi li għex bejn l-1795 u l-1879. Mifsud Tommasi, Bormliż magħruf b’mod speċjali għat-titular tal-Kolleġġjata ta’ pajjiżu mpitter minn Pietru Pawl Caruana, hu l-awtur tal-kurunella li nirreċitaw fi żmien il-festa ta’ Santa Marija fil-parroċċa tagħna. Din l-istess kurunella hi popolari f’parroċċi oħra fejn tiġi ċċelebrata l-festa tal-Assunta, bħal Katidral ta’ Għawdex, il-Gudja, iż-Żebbuġ Għawdex, u anke f’parroċċi oħra peress li Santa Marija kienet sa minn żminijiet imbegħda l-iktar festa popolari fost il-Maltin. Hu rnexxielu jinseġ ittaħdit popolari ma’ riflessjonijiet teoloġiċi b’mod li għolla l-livell letterarju talistess kurunella. Mifsud Tommasi għaraf il-bżonn tal-kitba u ppubblika diversi kotba ta’ tagħlim. Anke meta tilef il-vista, baqa’ jikteb il-poeżiji u l-kurunelli li kienu jservu bħala mezz ta’ tagħlim lill-poplu. Din il-kurunella, minbarra l-istrofi ta’ introduzzjoni, hija maqsuma fi ħmistax-il strofa, li jfakkruna fil-ħmistax-il Erbgħa ta’ Santa Marija u fil-ħmistax-il jum tal-Kwindiċina bi preparazzjoni għall-festa tal-Assunta, l-unika festa li għandha ħmistax-il jum ta’ tħejjija. Ħmistax kienu l-posti tar-Rużarju – fi żmien Mifsud Tommasi – u allura dak li jkun diġà beda jidħol fl-ispirtu Marjan. Kull strofa hija mibnija bi tmien versi, maqsuma f’żewġ partijiet; l-ewwel erba’ versi huma mfassla fuq il-ħajja ta’ Marija, filwaqt li fit-tieni erba’ versi l-poeta jislet talba relattiva mal-ħajja ta’ Marija. Il-vers ottonarju – li fihom tmien sillabi, aċċentati fuq it-tielet u s-seba’ sillaba – hu l-vers tal-għana popolari, il-vers naturali fit-taħdit tal-poplu. Dan il-fatt kien jgħin sabiex il-kurunella tkun aktar popolari, u l-poplu kien jassoċċja ruħu magħha malajr għax jagħmilha tiegħu. Ħmistax-il kwadru li kollha fihom element qawwi ta’ ferħ, ta’ rebħ, fejn il-messaġġ prinċipali huwa li Marija hija reġina, reġina tal-ħolqien kollu, inkurunata mit-Trinità Mqaddsa.

L-awtur tal-kurunella Mons. L. Mifsud Tommasi.

Edizzjoni tal-kurunella tal-Assunta tal-1918.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.