Programm tal-Festa 2018
Werrej
Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Mark Mallia Pawley....................................................................... 2
1
PARROÇÇA SANTA MARIJA ÓAD-DINGLI
Flimkien nagħmlu festa lil Santa Marija Il-Kumitat Festa Esterna......................................................................... 5 Mant għall-istatwa ta’ Santa Marija Mario Micallef....................................................................................... 14 Approvati seba’ proġetti ta’ restawr b’għajnuna mill-Unjoni Ewropea David Vassallo....................................................................................... 16 Lura magħna għall-festa qanpiena ta’ importanza storika Kenneth Cauchi..................................................................................... 22 Restawrata l-istatwa tal-Madonna tal-erwieħ fil-purgatorju Omar Camilleri u Rev. Charlon Muscat................................................ 26 Programm tal-festa.................................................................................... 33 Merħba lill-Arċipriet il-ġdid Dun Mark Mallia Pawley...................................................................... 41 Grazzi Dun Ewkarist Zammit L-ewwel Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli..................................... 45 Il-Kulleġġ Savio – 50 sena fostna Savio D. Borg........................................................................................ 50 Tislima lil Sister Renata Muscat O.P........................................................ 53 L-abbatini b’sorpriża għal jum il-festa Matthias Attard...................................................................................... 56 Tifkiriet tal-festa fl-imgħoddi Paul Abela............................................................................................. 62 L-arblu ta’ Mejju f’Ħad-Dingli Mikiel Spiteri (Kilin).............................................................................. 66
Programm tal-Festa 2018 Bord Editorjali: Rev. Mark Mallia Pawley Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo G˙ajnuna fil-produzzjoni: Georgina Ebejer Robert Falzon Doris Tanti Louise Vassallo Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iΩ-Ûurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ie˙or ta l-g˙ajnuna tieg˙u fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.
Il-qoxra fuq quddiem turi lil Santa Marija tħares lir-raħal ta’ Ħad-Dingli, li tiegħu hi l-patruna. Ir-ritratt tal-istatwa titulari ttieħed fi Triq San Rokku, waqt il-purċissjoni nhar il-festa filgħaxija, fl-isfond ta’ wieħed mill-pavaljuni l-ġodda li ġew inawgurati s-sena li għaddiet. Ir-ritratt mill-ajru juri ’l Ħad-Dingli fil-għodwa ta’ jum il-festa titulari. Ritratti: Clayton Grech u Steve Zammit Lupi Disinn: www.designedbyal.com
2
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Messaġġ mill-Arċipriet
Omm ta’ fedeltà, xempju ta’ qdusija
Meta l-bniedem jieqaf u jikkontempla ftit dwar in-natura ta’ madwaru, ikollu opportunità sabiħa li jħalli lil Alla jkellmu permezz talħolqien dirett ta’ idejh. Meta kont is-Seminarju, f’waħda mill-ħarġiet kelli ċans inħares ftit lejn farfett itir waqt li kien qed jonfoħ ir-riħ. Kien laqatni l-fatt li minkejja r-riħ qawwi, dan ilfarfett kien qed jirnexxielu jtir minn fuq fjura għal oħra. Iżda l-iktar ħaġa li laqtitni waqt din ir-riflessjoni kienet li, il-farfett, ma jarax ilġwienaħ tiegħu! Ma japprezzax kemm huwa sabiħ! Madanakollu, jemmen li permezz ta’ dawk il-ġwienaħ irqaq u fraġli, jista’ jagħmel dak li hu maħluq għalih.
Qiegħed nibda dan l-ewwel messaġġ tiegħi bħala Arċipriet fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, b’din l-istorja, għaliex inħoss li kultant aħna nkunu bħal dan il-farfett. Nippruvaw intiru kontra r-riħ, bla ma napprezzaw is-sabiħ tagħna, għax mhux dejjem inkunu nistgħu narawh. Imma l-qawwa li aħna lkoll għandna hija wisq iktar b’saħħitha minn dak kollu li jonfoħ kontra tagħna. Marija xempju ta’ fedeltà F’Marija naraw dik il-mara li quddiem dan ir-riħ, quddiem dak li kien qed jonfoħ kontra tagħha, hija baqgħet temmen. Hu f’dan il-kuntest li aħna niċċelebraw il-festa ta’ Ommna Marija mtellgħa s-sema. Hija festa li fiha naraw il-fedeltà ta’ Alla magħna l-bnedmin. Kif jgħid is-salmista fis-Salm 116, ilfedeltà tal-Mulej, tibqa’ għal dejjem. Din il-fedeltà hija s-sigurtà li kull nisrani għandu jkollu f’ħajtu. Alla jibqa’ fidil lejn il-bniedem anke meta l-bniedem ma jibqax fidil lejn Alla. Daqshekk hi kbira l-fedeltà tal-Mulej mal-bniedem. Iżda f’Marija naraw il-fedeltà tal-bniedem ma’ Alla. Marija hija dik magħżula minn dejjem biex tkun l-Omm li kull ħolqien idur lejha u jixxennaq biex jieħu l-eżempju tagħha. Xi ħaġa li malajr nagħmlu quddiem id-diffikultajiet li niffaċċjaw fil-ħajja, hija li nħarsu lejn Marija u ngħidu “imma dik Omm Alla”, bil-konsegwenza li ninsew li Marija kienet bniedma bħal kull wieħed u waħda minnha. Id-differenza prinċipali li hemm bejn Marija u aħna hija li filwaqt li Marija dejjem poġġiet lil Alla l-ewwel u qabel kollox, aħna ħafna drabi nispiċċaw inpoġġu kollox qabel Alla. Ilkonsegwenza ta’ dan kollu twassal biex fil-mumenti tad-diffikultà, l-bniedem jaħseb li huwa Alla li naqas mill-fedeltà, minflok li huwa hu li warrab lil Alla. Quddiem dan kollu, ejjew induru lejn Marija u naraw kif tista’ tkun hi li tiggwidana kif ngħaddu millmumenti tar-riħ qawwi li ħafna drabi niffaċċjaw. Se naqsam magħkom erba’ mumenti mill-ħajja ta’ Marija.
Programm tal-Festa 2018
3
It-tħabbira tal-anġlu Ejjew nippruvaw nidħlu fiż-żarbun ta’ Marija. Din it-tfajla li, ta’ età żgħira, trid tiffaċċja lil tad-dar u lil dak li kellu jkun ir-raġel tagħha, u tgħidilhom li hi tqila mill-Ispirtu s-Santu u li se twelled lil Alla! Din it-tfajla li, bla ma kienet għadha qed toqgħod ma’ Ġużeppi, inqabdet tqila bla ma tista’ tispjega kif! Min se jemminha? X’ser jgħidu fuqha? X’ser isir minnha? Tajjeb niftakru li, f’dak iż-żmien, xi ħaġa bħal din kienet tfisser li Marija kellha tiġi mħaġġra sal-mewt. Xi tkun ir-risposta ta’ Marija quddiem dan kollu u quddiem il-konsegwenzi li, bħala bniedma kienet qed taffaċċja? Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kellmtek! Quddiem dan ir-riħ qawwi, Marija tintelaq b’fiduċja sħiħa f’riġlejn Alla biex tagħmel ir-rieda tiegħu. Kienet konvinta li dak li hu ġej minn Alla, huwa tajjeb u ta’ ġid. Tiftaħ qalbha għal Alla biex tagħmel ir-rieda tiegħu. Titlef lil Ġesù fit-tempju Niftakar fil-mument meta darba, waħda minn ħuti ntilfet, u l-paniku li nqala’ kien ta’ barra minn din id-dinja. Kulħadd ifittex fejn setgħet marret jew fejn baqgħet. Ovvjament, ma kelliex mowbajl biex inċemplulha u għalhekk ma stajna nikkomunikaw magħha b’xejn. Wara li anke sar rapport l-għassa, wieħed mill-kuġini mar id-dar biex iġib xi ħaġa, u hemm, fuq l-għatba tal-bieb, isib lil oħti tistenna. Meta ntilfet, għamlet l-aktar ħaġa bażika li setgħet tagħmel… flok qagħdet iddur weħidha, marret id-dar, għax hemm se tinstab żgur! Qiegħed naqsam dan l-episodju magħkom, biex flimkien nippruvaw nifhmu ftit dak li Marija u Ġużeppi ħassew meta tilfu lil Ġesù. L-għeżeż ħaġa li kellhom, dak li l-Missier afdalhom f’idejhom biex jieħdu ħsieb, l-Iben ta’ Alla, jintilef, iħalluh warajhom! Anke jekk omm tinsa lil binha, jien ma ninsik qatt. Hekk jgħidilna Alla. U Marija nsiet lil Ġesù warajha! X’ma tmurx tiġri fuqu kif sabitu fit-tempju! U x’tistaqsieh? Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Kemm jistaqsiha din il-mistoqsija l-bniedem li jitlef lil xi ħadd għażiż, li jirċievi riżultat ħażin ta’ saħħa, li minħabba xi azzjoni ħażina ta’ xi ħadd jitlef il-kredibiltà man-nies jew ix-xogħol. Min jaf kemm-il darba nistaqsu din il-mistoqsija fil-mumenti diffiċli tal-ħajja! Mulej, għaliex għamiltli hekk? Għaliex għamiltilna hekk? U xi tkun ir-reazzjoni ta’ Marija quddiem ir-risposta ta’ Ġesù: Għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jien għandi nkun fid-Dar ta’ Missieri? Marija żammet dawn ilħwejjeġ f’qalbha! Marija tifhem li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla, qabel l-iben tagħha, u tħallih jagħmel ir-rieda tal-Missier, qabel ir-rieda tagħha. Marija, tpoġġi dejjem lil Alla qabilha, filwaqt li hi tkompli tiċċekken. Il-mewt ta’ Ġużeppi u t-tluq ta’ Ġesù mid-dar Li titlef lil xi ħadd għażiż hija dejjem xi ħaġa iebsa u diffiċli. Fi żmien Marija, li titlef lir-raġel kienet tfisser li l-mara tilfet ħafna mid-dinjità tagħha. Jekk it-tfal ma jiħdux ħsieb lil ommhom, kif jobbligahom ir-raba’ kmandament, l-omm kien ikollha tgħix ħajja ta’ fqira, ħafna drabi abbandunata minn kulħadd u mingħajr flus. Marija kellha tgħaddi minn dan l-abbandun ukoll. Mhux biss għax mitilha r-raġel, iżda għax l-uniku tifel li kellha, telaq mid-dar u mar joqgħod għal rasu (telaq minn Nazaret u mar joqgħod ġewwa Kafarnahum). Jista’ jkun il-każ li Ġesù ġabar lil ommu miegħu, iżda minn dan m’aħniex ċerti. L-unika ħaġa li aħna ċerti minnha hi li, anke f’dan il-mument iebes, Marija tħalli l-pjan ta’ Alla jseħħ b’mod sħiħ fil-ħajja tagħha.
4
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Marija ma timpedix lil Ġesù milli jitlaq biex jagħmel ir-rieda tal-Missier. Madanakollu, tibqa’ miexja fedelment mal-pjan ta’Alla u tħalli lil Ġesù jwettaq dak li l-Missier jitlob minnhu. X’fedeltà kbira kellha Marija f’Alla biex kontinwament twarrab ix-xewqat personali tagħha u tħalli lil Alla jwettaq il-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni! Il-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù Liema omm qatt tista’ tasal li tħalli lil uliedha jbatu? Liema omm ma tkunx lesta li tieħu l-post ta’ uliedha biex issofri l-passjoni hi minflok uliedha? Liema omm se taħrab mill-weġgħat talulied fil-mument tal-bżonn? Marija, preżenti ma’ Ġesù matul ħajtu kollha, u preżenti miegħu fil-passjoni u l-mewt. Quddiem l-akbar maltempata, Marija tibqa’ temmen li dan hu l-pjan ta’ Alla, u li r-rieda ta’ Alla għandha sseħħ! Marija, wieqfa taħt is-salib! Wieqfa, b’saħħitha, fiduċjuża li kollox se jkun sew, li binha wassal il-pjan tal-Missier sat-tmiem, li dik li qed tidher bħala l-akbar traġedja, l-akbar rebħa tal-ħażin fuq it-tajjeb, hija fil-verità r-rebħa ta’ Alla fuq il-mewt, fuq id-dnub, fuq il-ħażen. Marija, xempju ta’ fedeltà biex isseħħ ir-rieda ta’ Alla. Marija, fiduċjuża sal-aħħar. Marija, bniedma bħalna, li ġabet lil Alla l-ewwel u qabel kollox u ħalliet ir-rieda tiegħu taħdem b’libertà u fedeltà. Marija tgħallimna nkunu qaddisin Intemm dan il-messaġġ tiegħi billi nissellef il-kitba li biha l-Papa Franġisku jtemm l-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu, Gaudete et Exultate: Marija… hija dik li qabżet bil-ferħ għall-preżenza ta’ Alla, dik li żammet kollox fil-qalb tagħha u ħalliet sejf jinfidha. Hi l-qaddisa fost il-qaddisin, l-aktar imbierka u hienja, dik li turina t-triq talqdusija u timxiha magħna. Hi ma taċċettax li meta naqgħu nibqgħu mal-art, u xi drabi ġġorrna f’dirgħajha mingħajr ma qatt tiġġudikana. Li nitkellmu magħha jfarraġna, jeħlisna u jqaddisna. L-omm m’għandhiex bżonn ta’ ħafna diskors, m’hemmx bżonn li noqogħdu nisfurzaw ħafna biex nispjegawlha dak li qed inħossu. Biżżejjed illissnulha minn taħt l-ilsien għal darba, tnejn, aktar: “Sliem għalik, Marija”. Nawgura li lkoll inkunu nsara li mhux biss nuru l-imħabba tagħna lejn Marija f’dawn il-jiem permezz tal-qima u tal-festa li, bħala familja waħda, sejrin niċċelebraw, iżda li nkunu nsara li nixbhu lil Marija fl-umanità tagħha, fil-fedeltà tagħha lejn Alla, u li ta’ kuljum infittxu biss li npoġġu r-rieda ta’ Alla qabel tagħna. Nawguralkom il-festa t-tajba. Dun Mark Mallia Pawley
Programm tal-Festa 2018
5
Flimkien nagħmlu festa lil Santa Marija
L-organizzazzjoni tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli hi fir-responsabilità tal-Kumitat Festa Esterna, entità fi ħdan il-parroċċa li tieħu ħsieb l-aspetti kollha relatati mal-festa fuq barra fosthom servizzi ta’ baned, logħob tan-nar, armar u loġistika. F’dan l-artiku, IL-KUMITAT FESTA ESTERNA jinfurmakom bl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati fi żmien il-festa, jingħata rendikont tal-ħidma mwettqa mill-kumitat fix-xhur li għaddew u inizjattivi ġodda li twettqu għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija 2018. Bidla fil-Presidenza tal-Kumitat Il-ħidma tal-Kumitat Festa Esterna fit-tnax-il xahar li għaddew kienet waħda li tista’ tgħid ma qatgħet xejn. Hi ħidma volontarja u mill-qalb minn grupp ta’ persuni li jħobbu l-festa ta’ Santa Marija u jgħinu lill-Arċipriet fl-organizzazzjoni talaspetti li jsawru l-festa ta’ barra. Jieħdu ħsieb ukoll jiġbru fondi għal dan il-għan u jżejnu t-toroq b’armar u dekorazzjonijiet li joħolqu ambjent ta’ festa fir-raħal. Billi l-Arċipriet hu l-President tal-kumitat, il-bidla fl-Arċipriet fil-bidu ta’ din is-sena ġabet magħha President ġdid: Dun Mark Mallia Pawley. Lil Dun Mark inwegħduh koperazzjoni sħiħa għall-ġid talparroċċa tagħna u nawguraw li flimkien miegħu nkomplu naħdmu biex ikollna dejjem festa sabiħa ad unur Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Nieħdu l-okkażjoni wkoll nirringrazzjaw lill-predeċessur tiegħu, Dun Ewkarist Zammit. M’aħniex se ninsew l-impenn li dejjem wera għall-festa ta’ Santa Marija, it-tiġdid li għamel fil-Kumitat Festa Esterna, l-enfasi għall-għaqda u l-appoġġ f’ħidmiet u inizjattivi li l-kumitat kien iwettaq. Kien ta’ unur għalina li fl-aħħar laqgħa tal-kumitat li ppresieda, nhar l-Erbgħa 24 ta’ Jannar 2018, Dun Ewkarist Zammit qal li: “L-Arċipretura ma tlabthiex biex jien ikolli titlu. Tlabtha b’rispett kbir tagħkom, għax meta kont narakom tirsistu daqstant, kont ngħid li dawn jistħoqqilhom li tgħollilhom l-aktar ħaġa għażiża li għandhom: il-parroċċa. Ikkoperaw dejjem mal-Arċipriet biex il-festa ta’ Santa Marija tibqa’ tkun il-qofol tas-sena. Kunu kburin li Ħad-Dingli jgħajjat lill-Madonna.” Dun Ewkarist, aħna lilek ukoll nawguraw kull ġid u ħidma fejjieda. Il-logħob tan-nar Minkejja l-isfidi li joffri dan il-qasam, il-Kumitat Festa Esterna qatt ma abdika mir-responsabilità li sena wara l-oħra jagħti lill-festa ta’ Santa Marija dak li finanzjarjament jiflaħ għalih, fejn jidħol programm ta’ logħob tan-nar. Għal dawn l-aħħar ħamsa u tletin sena, il-kumitat xtara n-nar minn kmamar tan-nar differenti. F’nofs is-sena li għaddiet, il-kumitat irċieva talba mingħand l-Għaqda Mużikali Santa Marija biex in-nar tal-ajru jibda jiġi ordnat mingħandha. Dan wara li l-istess għaqda kkonkludiet arranġament għal kirja biex grupp ta’ pirotekniċi Dinglin jibdew jaħdmu n-nar fin-19th March
6
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli Fireworks Factory li tinsab fillimiti tar-Rabat. Il-kumitat laqa’ din it-talba, b’fiduċja sħiħa filħila tal-pirotekniċi Dinglin u bħala mod kif il-festa tagħna tkompli tikber.
Għalhekk, il-Kumitat Festa Esterna nkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex timmanifattura l-logħob tan-nar tal-ajru għall-festa ta’ din issena. Wara diskussjoni bejn iżżewġ naħat intlaħaq qbil li l-ispiża għax-xogħol kollu tal-logħob tan-nar tal-ajru tinqasam min-nofs bejn iż-żewġ entitajiet. Meta mqabbel ma’ festi oħra li ċċelebrajna, il-programm imfassal għal-logħob tan-nar joffri żieda sostanzjali fix-xogħol pirotekniku li se jiġi ppreżentat. Billi l-pirotekniċi Dinglin ma jaħdmux nar tal-art, il-kumitat daħal għall-inkarigu li jfittex biex jixtri logħob tan-nar tal-art u b’hekk tinżamm it-tradizzjoni li l-programm ta’ lejlet il-festa jintemm biġ-ġigġifogu, ħdejn iċ-ċimiterju. Dan l-inkarigu rrenda f’għadd ta’ sfidi. Madankollu, il-kumitat ikkonkluda mal-kamra tan-nar Sant’Andrija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa, biex mingħandhom jixtri l-logħob tan-nar tal-art. Għal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru, il-Kumitat Festa Esterna se jħallas hu għall-permessi talPulizija dwar il-ġarr u l-ħruq tal-logħob tan-nar, l-assikurazzjoni, il-preżenza ta’ vettura u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u għal extra duties lill-Pulizija relatati mal-ħruq u l-ġarr talmaterjal pirotekniku. Il-baned Il-Kumitat Festa Esterna jorganizza ħames servizzi li huma kummissjonati lil erba’ baned. Il-Ġimgħa filgħaxija, fit-tielet jum tat-tridu, il-kumitat jorganizza marċ li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Marti ta’ Ħal Qormi. Dan il-marċ jitħallas mill-Kumitat Festa Esterna. Fl-aħħar parti tal-marċ, fost atmosfera brijuża miż-żgħażagħ, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ barra sakemm tittella’ fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Lejlet il-festa filgħaxija, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas servizz li għalih stieden lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Dan is-servizz jibda fit-8.30 p.m minn ħdejn il-knisja. Fl-10.00 p.m. issir waqfa quddiem il-knisja biex jiġi inawgurat ir-restawr ta’ qanpiena storika, u minn fuq il-planċier mal-banda jingħaqad il-kor parrokkjali, it-tenur u s-solista għall-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine. Wara, il-marċ jissokta minn rotta li matulha jitgawda l-logħob tan-nar tal-ajru. Il-marċ jintemm fil-11.30 p.m. fi Triq il-Maddalena fejn kulħadd mistieden għall-ħruq tal-logħob tan-nar tal-art. F’jum il-festa filgħodu, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza u jħallas il-marċ ta’ filgħodu li jibda fil11.00 a.m. u jintemm fis-1.30 p.m. Il-banda mistiedna hi dik tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’
Programm tal-Festa 2018
7
Ħad-Dingli. Dan il-marċ popolari hu fir-responsabilità sħiħa talKumitat Festa Esterna li jaħdem mill-qrib mal-Għaqda Mużikali Santa Marija u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin biex ikun hemm briju u atmosfera sabiħa. Nhar il-festa, il-kumitat jistieden ukoll żewġ baned oħra: ilBanda Konti Ruġġieru tar-Rabat li tagħmel marċ, programm mużikali u ssellem ‘l-istatwa titulari ta’ Santa Marija fil-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni; u l-Banda Peace tan-Naxxar li takkumpanja l-purċissjoni mat-toroq tar-raħal. Il-parroċċa tieħu l-okkażjoni tirringrazzja lill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli li fil-jiem tal-festa ddoqq mingħajr ħlas f’jum it-tfal organizzat mill-parroċċa u fl-okkażjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari, l-ewwel fil-quddiesa u wara fit-tislima fuq iz-zuntier. Fit-tieni jum tat-tridu talfesta, il-Ħamis, wara li tintemm il-funzjoni fil-knisja l-kumplament tal-lejla jkun iddedikat għallprogramm vokali u strumentali mill-Għaqda Mużikali Santa Marija. Dan il-programm li jibda fid-9.00 p.m. ikun imtella’ u finanzjat mill-istess Għaqda Mużikali Santa Marija. L-istess għaqda tippermetti wkoll l-użu tal-planċier għall-banda mistiedna nhar il-festa filgħaxija mill-Kumitat Festa Esterna. Fi tmiem il-festa, wara l-barka sagramentali fil-knisja, l-Għaqda Mużikali Santa Marija torganizza u tiffinanzja l-marċ tal-aħħar. L-armar Il-Kumitat Festa Esterna jieħu ħsieb li f’dawn il-jiem ir-raħal jilbes il-libsa tal-festa bl-armar fit-toroq. Dan ix-xogħol isir minn membri tal-kumitat u voluntiera oħra. Kienu ta’ sodisfazzjon kbir il-kummenti ta’ apprezzament mill-poplu ta’ Ħad-Dingli meta lejlet il-festa tas-sena li għaddiet, il-kumitat inawgura sett ta’ ħames pavaljuni għal Triq San Rokku. Il-pavaljuni saru fuq disinn tal-artist żagħżugħ Paul Cassar, bit-tfassil, ix-xogħol talħjata u l-isfumatura sar kollu minn membri tal-familja Cassar (Colomba Flag Makers) mir-Rabat, Għawdex. Dan is-sett ta’ pavaljuni sewa € 7,000. Il-kumitat bidel ukoll l-azzar u l-ħbula u xtara arblu ġdid tal-ħadid għall-bidu tat-triq. B’hekk din it-triq fiċ-ċentru tar-raħal, li minnha f’jum il-festa tgħaddi l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija, hi mżejna kif jixraq. Wara l-bandalori ġodda għal Triq il-Parroċċa u s-sett ta’ pavaljuni għal Triq San Rokku, it-triq ’il quddiem issa tinvolvi l-bdil tal-armar f’Misraħ Ġużè Abela, il-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja. Din is-sena se jkun qed jiġi inawgurat taraġ għal madwar il-pedestall tal-istatwa ta’ Santa Marija li tintrama f’nofs il-pjazza. Sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni u żebgħa fl-injam tal-arbli tal-istess pjazza. Kif deċiż mill-kumitat xi snin ilu, il-proġett għal hawnhekk jinvolvi sett ta’ trofej ġodda. Fi żmien il-festa se
8
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
nkunu f’pożizzjoni nħabbru aktar dettalji dwar dan il-proġett ambizzjuż. Il-kumitat deherlu wkoll li għandu jibda jaħseb biex jibdel il-pavaljuni ta’ Triq il-Kbira. Għaldaqstant, avviċina disinjatur biex iħejji disinn għall-pavaljuni ta’ din it-triq. Id-disinn għandu jkun f’idejn il-kumitat wara l-festa. Fl-aħħar xhur sar xogħol ieħor ta’ manutenzjoni fuq l-armar bħal irranġar fl-arbli tal-ħadid, żebgħa u kompla jinbidel l-azzar u l-ħbula li jintużaw għall-pavaljuni. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-armar tad-dawl fit-toroq, mal-faċċata tal-knisja u mal-koppla, ix-xogħol jingħata lil kuntrattur. Grazzi Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lill-poplu ta’ Ħad-Dingli li jikkollabora b’xogħol volontarju u b’għajnuna finanzjarja biex flimkien nagħmlu festa xierqa lil Santa Marija. Irodd ħajr b’mod partikulari lill-membri tat-tliet kummissjonijiet fi ħdanu (attivitajiet u ġbir ta’ fondi, armar, u proġett tal-maħżen) u lil voluntiera oħra li jgħinu fl-armar, f’xogħol ta’ manutenzjoni tal-armar u drapp, u fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil entitajiet oħra li jaħdmu f’kollaborazzjoni miegħu u li l-għan tagħhom hu li niċċelebraw festa sabiħa u dinjituża, ewlenin fosthom l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. Irodd ħajr ukoll lill-Kunsill Lokali u lill-Korp talPulizija għall-kollaborazzjoni tagħhom. Ringrazzjament speċjali jmur lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema.
Il-festa t-tajba lil kulh-add u Viva Santa Marija
Restaurant Solutions at an Aordable Price
Tel: +356 21442123 www.sgsolutions.com.mt
Ricoh A4 MFP for Best-in-Class cost-per-print. Copy with Color Scanning and Wireless Connectivity.
Tel: +356 21442123 www.sgsolutions.com.mt
WÜRTH Limited, Würth Centre, Mdina Rd., Zebbug, ZBG 9016 www.wuerth.com.mt - sales@wuerth.com.mt - T:2149 4604 MP0154.18 - Parrocca Dingli A5 advert.indd 1
06/06/2018 08:51:42
Programm tal-Festa 2018
THE CATHEDRAL OPTICIANS 50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976
Charlie and Janet welcome you to:
The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures • Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread • Daily needs and frozen foods • Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here
Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 18.00
13
14
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Mant għall-istatwa ta’ Santa Marija
Il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli nediet proġett ambizzjuż: mant għall-istatwa titulari ta’ Santa Marija. MARIO MICALLEF jagħti ħarsa lejn ix-xogħol li twettaq fix-xhur li għaddew. Dak li sar kienu l-ewwel passi fi triq twila, li għax għandna f’qalbna l-imħabba lejn Marija Assunta, konvinti li se nwettquha flimkien. Fi tmiem il-festa ta’ Santa Marija 2017, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit ħabbar dak li ħafna Dinglin kien ilhom snin twal jistennew. Fis-sigħat ta’ qabel, kien indika li għandu aħbar sorpriża. Hu hekk kienet! Wara li ngħatat il-barka sagramentali fid-dħul tal-purċissjoni bl-istatwa titulari, l-Arċipriet ħabbar li l-parroċċa se tagħti bidu għal proġett biex titwettaq xewqa li ilha snin tiġi espressa millpoplu ta’ Ħad-Dingli. Il-proġett jinvolvi mant għall-istatwa ta’ Santa Marija, meta din tinħareġ minniċċa u tkun armata fil-knisja għall-jiem tal-festa. Dun Ewkarist Zammit stqarr li dan mhux proġett li jsir f’sena jew sentejn iżda wera x-xewqa li kollox isir b’mod studjat u tajjeb mingħajr mal-proġett jieħu aktar żmien milli jmissu. Fil-ġimgħat ta’ wara, il-parroċċa rat u studjat mill-qrib proġetti simili f’parroċċi oħra Marjani fosthom dawk ta’ Marija Bambina fin-Naxxar u l-parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. F’kull waħda minn dawn il-parroċċi sibna l-bieb miftuħ u kollaborazzjoni sħiħa, kemm mill-Arċipriet kif ukoll mill-voluntiera tal-parroċċi rispettivi li spjegawlna kif inħadem, jintrama u jintrefa’ l-mant tagħhom. Il-parroċċa fittxet li tisma’ wkoll l-esperjenza tal-aħħar parroċċa f’Malta li inawgurat mant ġdid għall-istatwa titulari: il-parroċċa tal-Gżira. Il-mant ġie inawgurat fil-festa tal-Madonna talKarmnu tas-sena li għaddiet u ħa post ieħor li kien ilu jintrama bosta snin. F’dan l-istadju, il-parroċċa nkarigat lis-Sur Silvio Pace minn Ħal Qormi biex jiddisinja l-mant. Saru bosta laqgħat mad-disinjatur, Silvio Pace, u ma’ Patri Martin Borg O.C.D., li jispeċjalizza f’xogħol ta’ rakkmu, dwar l-ippjanar ta’ dan il-proġett. Fuq parir tagħhom, f’Ottubru 2017 l-Arċipriet avviċina lillKappillan tal-Gżira, Dun Karm Tanti, u talbu jekk ikunx dispost li jislifna l-mant l-antik tal-parroċċa tiegħu biex fil-bidu ta’ Diċembru jintrama fil-knisja tagħna. Il-ħsieb wara din l-inizjattiva kien doppju. L-ewwel nett ridna li l-poplu ta’ Ħad-Dingli jifhem u japprezza aħjar x’jinvolvi l-proġett li l-parroċċa se tidħol għalih. B’mant armat u bl-istatwa ta’ Santa Marija taħtu, id-disinjatur li qabbadna jkun jista’ jifli ċerti dettalji biex joħroġ bl-aħjar disinn għad-daqs tal-istatwa u l-knisja tagħna. Din it-talba ntlaqgħet. Għall-ewwel tmiem ilġimgħa ta’ Diċembru, li kien l-ewwel Ħadd talAvvent, l-istatwa titulari ta’ Santa Marija nħarġet min-niċċa u tpoġġiet taħt il-mant misluf millparroċċa tal-Gżira. Il-parroċċa tirringrazzja lillKappillan tal-Gżira li ffaċilita l-arranġamenti biex il-mant seta’ jinġieb Ħad-Dingli u lill-voluntiera
Programm tal-Festa 2018
15
tal-parroċċa tal-Gżira li ġew jassistu fl-armar tiegħu fil-knisja tagħna. F’dak l-istess tmiem il-ġimgħa, tnediet kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex il-ħolma tal-poplu ta’ Ħad-Dingli sseħħ. L-ewwel inizjattiva kienet il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar ta’ Diċembru fil-knisja u l-ġabra tal-envelopes li ssir kull sena bħala r-rigal għall-Milied mill-familji Dinglin lill-parroċċa. Tħabbar ukoll li ma’ dan il-proġett hemm marbuta inizjattiva ta’ karità fejn il-parroċċa qed tintrabat li ’l quddiem tħallas tliet boroż ta’ studju fil-formazzjoni ta’ tliet saċerdoti: wieħed f’Malta, Salesjan ta’ Don Bosco billi l-ordni għandha kulleġġ f’Ħad-Dingli, u ieħor fil-Perù fejn hemm missjunarju minn Ħad-Dingli. F’Diċembru wkoll, l-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit żar kumpanija li timmanifattura drappijiet fini f’Caserta, qrib Napli. Il-kumpanija Real Seta hi waħda rinomata u tul is-snin kienet ikkummissjonata proġetti fil-Vatikan, il-White House f’Washington, il-Palazz ta’ Buckingham f’Londra u l-Kremlin f’Moska. Fil-kwartieri tal-kumpanija, l-Arċipriet kellu taħdidiet mad-diriġenti, ġie diskuss il-proġett propost mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli u ntwera kampjuni ta’ drapp li jistgħu jiġu kunsidrati. Ilparroċċa għadha f’kuntatt ma’ din il-kumpanija biex issa jintbagħtu kampjuni mdaqqsa għall-għażla finali tad-drapp. Fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar 2018, l-Arċipriet ippreżenta lid-Dinglin abbozz ta’ disinn propost mis-Sur Silvio Pace għall-mant tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Dan intlaqa’ tajjeb ħafna mill-parruċċani. Wara li fil-bidu ta’ din is-sena nbidel l-Arċipriet, saru aktar laqgħat mad-disinjatur Silvio Pace u ma’ Patri Martin Borg O.C.D. Nhar il-festa ta’ din is-sena filgħaxija, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley mistenni jħabbar min huma l-artisti li ġew kummissjonati li jagħmlu xogħol relatat mal-proġett, jagħti rendikont tal-flus miġbura s’issa u dettalji oħra importanti fittriq għat-twettieq tal-mant għall-istatwa ta’ Santa Marija.
Fl-okkażjoni tal-festa…
L-Arçipriet, flimkien mal-Kleru, il-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kumitat Festa Esterna jawguraw lil kul˙add IL-FESTA T-TAJBA.
InΩommu f’mo˙˙na l-iskop ewlieni tal-festa; ji©ifieri li nag˙tu qima lill-Madonna, nersqu aktar qrib lejn binha Ìesù u fuq kollox in©eddu r-rieda tag˙na li nkunu nsara a˙jar. Il-festa tkun suççess jekk tg˙inna nag˙mlu dan.
Inkunu veru g˙aqlin jekk nersqu spiss lejn il-knisja, nie˙du sehem fit-tif˙ir lil Alla u lillMadonna, inqerru u nitqarbnu. Fl-a˙˙ar ©img˙a tal-festa jkollna konfessuri barranin g˙allqrar f’diversi ˙inijiet, skont kif indikat f’dan il-programm.
Il-kant, l-orkestra u l-muΩika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa jkunu ta˙t id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli. Titkanta l-Antifona Hodie Maria, kompoΩizzjoni ta’ Mro Chappell u propjetà tal-parroçça ta’ Óad-Dingli.
16
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Inħarsu l-patrimonju artistiku fil-knisja tagħna
Approvati seba’ proġetti ta’ restawr b’għajnuna mill-Unjoni Ewropea
Fis-sentejn li ġejjin, se jitwettqu seba’ interventi ta’ restawr ta’ wirt artistiku li l-parroċċa tagħna għandha. Ix-xogħol se jkun possibbli li jsir wara xhur ta’ konsultazzjoni, tħejjijiet u xogħol amministrattiv li wassal biex f’Mejju li għadda l-parroċċa ġiet infurmata li bbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan. Il-Perit DAVID VASSALLO jagħti tagħrif dwar dawn l-opri ta’ arti u patrimonju u jispjega l-interventi ta’ restawr li ser isiru. Ħad-Dingli hi waħda mill-15-il parroċċa f’Malta li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea biex jitwettqu proġetti ta’ konservazzjoni, protezzjoni u promozzjoni tal-patrimonju kulturali ekkleżjastiku. Fl-għażla tal-proġetti, il-parroċċa riedet iżomm f’moħħha li dak li se tipproponi jilħaq dawn l-għanijiet. Fix-xhur li għaddew, il-parroċċa tagħna studjat sew l-interventi meħtieġa fuq ilpatrimonju li għandha u identifikat il-proġetti li tixtieq li għalihom tibbenefika minn fondi Ewropej. Dawn tressqu f’applikazzjoni ma’ dawk ta’ parroċċi oħra u l-arkivju tal-Kurja mill-Fondazzjoni għallWirt Kulturali tal-Knisja f’Malta. Il-konferma lill-parroċċi ngħatat uffiċjalment nhar it-8 ta’ Mejju 2018 mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea, Dr Aaron Farrugia, liċ-chairman tal-fondazzjoni, is-Sur Michael Pace Ross. Għall-proġetti li tressqu mill-15-il parroċċa u l-arkivju tal-Kurja ġew approvati €2.2 miljun f’fondi mill-Unjoni Ewropea. Fil-każ tal-parroċċa tagħna, il-proġetti approvati huma seba’ u jinvolvu r-restawr ta’ dan il-patrimonju: • • • • • • •
l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista; il-kwadri tal-Via Sagra; in-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju; il-pedestall tal-istatwa tar-Rużarju; it-titular tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju; il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u Ġużeppi, u l-kwadru b’rappreżentazzjoni taż-żjara tas-Slaten Maġi.
Dan il-proġett hu wieħed ta’ kofinanzjament fejn 80 fil-mija tal-ispejjeż se jitħallsu mill-Unjoni Ewropea filwaqt li l-20 fil-mija l-oħra jridu jitħallsu mill-parroċċa. Is-sejħiet għall-offerti għal dawn l-interventi se jinħarġu dalwaqt. L-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista Din hija skultura fl-injam li aktarx saret fil-perjodu medjevali u li turi lil San Ġwann Battista bilwieqfa, liebes libsa mill-ġlud ta’ annimal tad-deżert – aktarx ġemel – u marbuta b’ħabel ma’ qaddu, b’ħaruf (is-simbolu ta’ Ġesu Kristu bħala l-Ħaruf t’Alla) f’idejh tax-xellug u b’bastun fl-id l-oħra. Fin-naħa t’isfel wieħed isib arma li tixbah lil dik tal-Gran Mastru Villiers de l’Isle Adam. Taħt iż-żebgħa skura li biha hi miżbugħa l-istatwa llum, jidhru partijiet mikxufa li juru li fiż-żmien din l-istatwa kienet miżbugħa b’kuluri varji u indurata. Din l-istatwa għandha fattizzi li juru li hija skultura tal-perjodu gotiku tardiv. Mhux magħruf fejn saret għalkemm minħabba assoċjazzjoni storika wieħed jista’ jikkonkludi li possibilment saret fi Franza jew fl-Italja.
Programm tal-Festa 2018
17
Jidher li din l-istatwa nġiebet Malta fis-seklu sittax mill-Kavallieri ta’ San Ġwann u jista’ jkun li din kienet fil-kappella tal-Gran Caracca Sant’Anna (1522-1548) tal-istess Ordni, possibilment bħala oġġett sagru ta’ devozzjoni/kult. Fl-1684, il-Prijur tal-Knisja Konventwali tal-Ordni, Fra Pierre Vianny, irregala din l-istatwa flimkien ma’ oħra ta’ San Ġakbu lill-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Fil-fatt, fil-kotba tal-istess Grotta nsibu li fit-8 ta’ Lulju 1684, żewġt irġiel tħallsu 6 tarí talli ġarrew dawn l-istatwi mill-Belt Valletta għar-Rabat. Ftit tas-snin wara din l-istatwa ġiet trasferita lill-parroċċa ġdida, li twaqqfet ftit qabel, f’Ħad-Dingli. Illum il-ġurnata din l-istatwa tinsab fis-sagristija tal-knisja parrokkjali tagħna u hija meqjusa bħala l-uniku eżempju tat-tip tagħha ta’ skultura polikroma fl-injam talperjodu gotiku tardiv li teżisti f’pajjiżna. Hu evidenti li matul is-snin saru diversi interventi ta’ restawr fuq din l-istatwa, għalkemm ftit li xejn jeżistu dokumenti. L-aħħar intervent jidher li kien dak li sar mill-artist u restawratur Oscar Testa (1909-1979) li madwar ħamsin sena ilu applikalha trattament għal kontra l-insetti. Fl-intervent li hu propost li jsir, minbarra restawr fuq barra tal-istatwa se jsir xogħol ukoll fuq l-istruttura tal-injam tagħha li ma tinstabx fi stat tajjeb. Il-kwadri tal-Via Sagra Is-sett ta’ erbatax-il kwadru tal-Via Sagra aktarx tpitter lejn nofs is-seklu tmintax u għalhekk probabilment kienu saru għall-knisja li kien hemm qabel dik preżenti. Ftit tas-snin ilu kienu ġew restawrati l-pittura u l-kwadru tal-ewwel stazzjon mill-kumpanija Atelier del Restauro. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn it-tlettax-il kwadru l-ieħor jara li l-pitturi għandhom diversi qsim u anke partijiet fejn hemm iż-żebgħa nieqsa, liema ħsara tiġi kkawżata b’ċaqliq fil-kanvas li jsir l-iktar minħabba bdil fit-temperatura u umdità. Jidher ukoll li maż-żmien, il-kisja ta’ verniċ għaddiet minn proċess ta’ ossidazzjoni li minħabba fih il-verniċ jisfar u allura jinbidlu l-kuluri oriġinali tal-pittura. Hu evidenti wkoll li hemm bżonn jissaħħu l-istrutturi tal-kwadri, isir trattament tal-injam għal kontra l-insetti, jiġu rtukkati l-partijiet fejn hemm xi ħsara fl-injam u fil-kisja tal-ġibs, titneħħa ż-żebgħa talporporina li kienet ġiet applikata maż-żmien, kif ukoll jerġgħu jinkixfu l-iskrizzjonijiet oriġinali. In-niċċa tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju Dawk midħla tal-Parroċċa tagħna jafu bl-intervent kbir ta’ restawr li sar ftit tas-snin ilu fuq in-niċċa tal-istatwa titulari biex reġgħet inkixfet il-pittura li kien hemm fuq il-ħitan tal-istess niċċa. Ritratti meħudin qrib is-sena 1980 juru kif anke n-niċċa tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, li tinsab pariġġ dik ta’ Santa Marija, kienet impittra bl-istess mod – teknika magħrufa bħala trompe-l’oeil fejn iddisinn ikun magħmul b’mod li jixbah skultura dekorattiva u għalhekk f’dan is-sens ‘iqarraq blgħajnejn’ għaliex joħloq illużjoni ottika ta’ xi ħaġa tridimensjonali. Sfortunatament, fil-bidu tas-snin tmenin dan id-disinn tgħatta b’żewġ saffi ta’ żebgħa u li taħthom għadu jeżisti dan id-disinn oriġinali.
18
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-intervent li jrid isir huwa li jiġu kkonsolidati (imwaħħla) dawk il-partijiet taż-żebgħa li qed jinqalgħu, titneħħa ż-żebgħa li kienet ġiet applikata u jsir proċess ta’ konservazzjoni u restawr li jerġa’ joħroġ is-sbuħija ta’ din il-pittura fuq il-ħajt. Il-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju Il-pedestall li fuqu se jsir intervent ta’ restawr huwa dak li fuqu tinsab l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju u li jinsab fl-istess niċċa li fuqha tkellimna iktar qabel f’dan l-artiklu. Dan huwa pedestall mill-isbaħ magħmul fl-injam u indurat bid-deheb. Matul is-snin, kemm biż-żmien kif ukoll bl-użu, dan sofra diversi ħsarat fosthom qsim fl-injam, partijiet mill-injam li qed jinqalgħu, partijiet mill-induratura li spiċċat kif ukoll tbajja’ kkawżati minn qtar tax-xemgħa li sa ftit tas-snin ilu kienu jinxtegħlu fuq il-bradella tal-istess statwa. Il-kwadru tal-Madonna tar-Rużarju Il-pittura tal-Madonna tar-Rużarju li tinstab fuq l-artal filkappellun iddedikat lilha huwa meqjus bħala wieħed millaħjar xogħlijiet ta’ arti li għandna fil-knisja tagħna. F’nofs il-kwadru wieħed jista’ jara lill-Madonna liebsa libsa ħamra (simbolu tal-umanità tagħha) u mant blu (li jissimbolizzaha bħala Omm Alla), bilqiegħda bit-tfajjel Ġesù f’ħoġorha filwaqt li qed jippreżentaw kuruna tar-rużarju lil San Duminku u Santa Katerina ta’ Siena li jinsabu għarkupptejhom fuq iż-żewġ naħat. Madwar il-Madonna wieħed jista’ jara numru ta’ anġli filwaqt li n-naħa t’isfel wieħed isib l-arma tal-familji InguanezTestaferrata li jindika li dan il-kwadru kien ikkummissjonat minnhom. Tajjeb jingħad li dawn il-familji kienu s-sidien ta’ ħafna artijiet fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli. Għalkemm ma teżisti ebda dokumentazzjoni li turi meta u minn min saret din il-pittura, il-kompożizzjoni u l-istil tagħha huma tipiċi tal-istili tal-pitturi tas-seklu 18 u huwa evidenti li din saret għall-knisja l-antika tar-raħal. Infatti, lejn nofs is-seklu 20, l-artist u restawratur Oscar Testa kien tqabbad jestendi din il-pittura biex tiġi taqbel mal-kwadru tal-ġebel li kien sar filknisja l-ġdida li kien għadha kemm tlestiet ftit tas-snin qabel. Filwaqt li jidher li m’hemm ebda problema fil-kanvas, wieħed jista’ jinnota li l-pittura fiha diversi xquq u għalhekk irid isir intervent fejn iż-żebgħa tiġi kkonsolidata, issir rikostruzzjoni tal-partijiet (l-iktar filmant tal-Madonna) li huma deterjorati u jitneħħa l-verniċ li biż-żmien sfar u allura bidel il-kuluri oriġinali tal-pittura.
Programm tal-Festa 2018
19
Il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u San Ġużepp Din il-pittura b’żebgħa taż-żejt fuq it-tila turi ż-żwieġ bejn San Ġużepp u l-Madonna u tinsab mal-ħajt tal-lemin talkor tal-knisja parrokkjali. Il-pittura fiha ħdax-il figura blattenzjoni kollha tkun fuq il-figuri ċentrali fejn San Ġużepp jidher qed ilibbes ċurkett – simbolu taż-żwieġ – f’subgħajn il-Madonna. Dan il-kwadru tpitter fil-bidu tas-seklu 17, u l-firma fuq innaħa t’isfel turi li dan sar mill-artist Portugiż Manuel Pereira (m. 1693). L-arma tal-familja Inguanez ħdejn il-figura talMadonna tissuġġerixxi li dan il-kwadru kien ikkummissjonat minn din il-familja nobbli. Għal ħafna snin dan il-kwadru kien jinżamm fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum fejn possibilment ġarrab ħsarat meta din il-kappella ntlaqtet b’sajjetta fl-1936. Fl-1982 imbagħad ġie rrestawrat u ttrasferit lejn il-knisja parrokkjali. Il-kwadru ma jidhirx li fih ħsarat strutturali, possibilment minħabba l-intervent li sar fl-1982. Madankollu, jidher li hemm ksur fis-saff taż-żebgħa mal-pittura kollha, possibilment ikkawżata biżżmien u bil-bdil fil-kundizzjonijiet ambjentali. Jidher ukoll li parti fuq in-naħa t’isfel kif ukoll l-uċuħ tal-Madonna u San Ġużepp saru mill-ġdid wara l-ħsara li kien ġarrab. Kif għedna fuq kwadri oħra, dan ukoll kien inkesa bil-verniċ li maż-żmien sfar u biddel il-kuluri oriġinali tal-pittura. Għalhekk, il-proċess ta’ restawr għandu jservi biex joħroġ mill-ġdid il-kuluri oriġinali tal-pittura kif saru millartist Manuel Pereira. Il-kwadru li juri ż-żjara tas-Slaten Maġi Din il-pittura, ukoll b’żebgħa taż-żejt fuq it-tila u li tinsab mal-ħajt tax-xellug fil-kor tal-knisja parrokkjali (faċċata talkwadru ta’ Pereira), turi l-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi wara t-twelid ta’ Ġesù. Il-Madonna tidher iżżomm lil Ġesù tarbija f’ħoġorha filwaqt li San Ġużepp jidher warajha jħares lejn it-tliet Slaten Maġi. Ġesù b’id waħda qed jipponta subgħajh lejn il-Maġi filwaqt li bl-oħra qed iberikhom, filwaqt li huma qed jippreżentawlu r-rigali ta’ deheb, inċens u mirra. Fuq wara jidhru xi rġiel fuq iż-żwiemel. L-artist poġġa din ix-xena b’mod artistiku f’tempju klassiku. Anke f’dan il-kwadru, fuq in-naħa t’isfel, wieħed isib l-arma tal-familja Inguanez. Bħall-kwadru l-ieħor, dan kien għal ħafna snin fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena imma fortunatament ġarrab ħafna inqas ħsara. Però jidher li dan il-kwadru ġie mċekken biex jiġi daqs dak li juri l-Għerusija tal-Madonna u San Ġużepp peress li dawn tpoġġew pariġġ xulxin. Il-kundizzjoni ta’ dan il-kwadru hija simili għal dak ta’ qablu u l-istess tip ta’ interventi ta’ restawr huma ppjanati għaż-żewġ opri.
20
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Fuq nota separata, f’Lulju 2017 inħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex isiru numru ta’ interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja tal-Knisja Parrokkjali minn barra. Peress li l-knisja ta’ Ħad-Dingli llum ilġurnata hija nkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin, il-proċess tal-permessi kien jeħtieġ li ssir konsultazzjoni mas-Sovrintendenza talWirt Kulturali li tat ukoll l-approvazzjoni għal dan ixxogħol. L-interventi jikkonsistu fil-
• bdil tas-salib eżistenti – magħmul mill-franka bi struttura tal-konkos u ħadid – li hemm fuq il-frontispizju fil-faċċata tal-knisja għal wieħed b’disinn identiku magħmul minn ġebel tal-qawwi/żonqor. Dan hu intervent simili għal dawk li saru ftit tas-snin ilu fuq ilkampnari u l-koppletti fejn diversi elementi magħmula minn franka u konkos inbidlu ma’ oħrajn magħmula minn ġebel iktar b’saħħtu. • manutenzjoni tal-opramorta mad-dawra tal-bejt il-kbir. • manutenzjoni/restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja.
Hu ppjanat li dawn l-interventi jsiru fuq numru ta’ snin.
ÓBIEB TAL-ASSUNTA
Inizjattiva bl-iskop li nkomplu nkabbru l-festa TIEÓU SEHEM BILLI TOFFRI 2.50 jew 4.75 fix-xahar b’risq il-festa ● Biex tie˙u sehem kellem lill-Arçipriet jew lil xi membru tal-Kumitat Festa Esterna. ● Fl-a˙˙ar tas-sena jittella’ premju sabi˙ fost dawk kollha li jkunu qed jipparteçipaw. ● L-iskema ti©©edded wara sena volontarjament. Waqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li g˙o©obhom jid˙lu membri f’din l-iskema, in˙e©©u o˙rajn biex jag˙tu sehemhom biex inkomplu nsebb˙u l-festa titulari f’©ie˙ Ommna Marija Mtellg˙a s-Sema.
Programm tal-Festa 2018
21
DINGLI TYRE SERVICE Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.
(ħdejn iċ-Ċimiterju)
Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195
DAVID’S HARDWARE STORE
Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine
All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on
9949 8074
M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates
Over 10,000 Paint Colours Available Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 7071 Mob: 7905 3401
80, Triq Ġużè Ellul Mercer, Dingli Tel: 2145 3289 • Mob: 7961 9839 Email: rita864@hotmail.co.uk Prop: Lippu Galea
Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 3744
22
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Se nerġgħu nisimgħuha ddoqq! Lura magħna għall-festa qanpiena ta’ importanza storika
Lejlet il-festa, nhar is-Sibt 18 ta’ Awwissu 2018, fl-10.00 p.m. se jiġi inawgurat ir-restawr ta’ qanpiena ta’ importanza storika. Dan ser isir fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali, fejn l-istess qanpiena restawrata se tibqa’ esebita sal-għada, jum il-festa ta’ Santa Marija. Il-parroċċa fdat dan il-proġett f’idejn il-kampanoloġista KENNETH CAUCHI li f’dan l-artiklu jagħti sfond storiku tal-qanpiena, il-ħsara li kellha u l-intervent li sar fil-faċilitajiet ta’ kumpanija speċjalizzata fl-Ingilterra. Sal-1999, fil-kampnar tat-Tramuntana tal-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli kienet teżisti qanpiena oħra li fuqha kienu jindaqqu t-tokki tas-sigħat talarloġġ. Din il-qanpiena verament storika u importanti tfondiet millMastru Fonditur tal-Ordni ta’ San Ġwann, Aloisio Bouchut, imgħallem tal-bronż b’karriera brillanti u ambizzjuża li għex fi żmien il-Gran Mastru Emmanuele Pinto de Fonseca. Bouchut huwa magħruf li għamel aktar minn erbgħin qanpiena matul ilkarriera tiegħu. Beda fl-ewwel kwart tas-seklu tmintax u baqa’ għaddej sa mewtu li seħħet wara l-1763. Aloisio Bouchut huwa magħruf ukoll għax għamel iż-żewġ qniepen il-kbar tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kif ukoll dawk qodma tal-Katidral ta’ Għawdex. Fl-1761, Bouchut fonda l-aħħar qanpiena kbira tiegħu li kienet il-qanpiena l-kbira tal-Knisja Arċipretali ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ u li għadha teżisti. Warajha għamel din il-qanpiena għall-knisja parrokkjali ta’ Ħad-Dingli li fondiha fissena 1762. Fuq il-qadd tal-qanpiena nsibu midaljun bil-figura ta’ Marija Annunzjata, riljev dekorattiv li Bouchut uża wkoll fuq qniepen oħra f’Ħal Tarxien u fl-Għarb, Għawdex.1 Din il-qanpiena kienet tista’ tgħid intilfet kompletament għax inqasmet. Għalkemm sar intervent fuqha biex tiġi salvata, kienu għalxejn l-isforzi li saru. Wara studju intensiv li sar fuq it-tiswija tal-qniepen bil-welding u wara li nstabu l-fondi neċessarji, ġie propost li din il-qanpiena tant importanti u storika tintbagħat l-Ingilterra biex tiġi restawrata b’mod professjonali u miċ-ċimiterju terġa’ lura fil-kampnar, fejn kienet. Il-qanpiena tneħħiet miċ-ċimiterju nhar it30 ta’ Ġunju 2017 u ntbagħtet mill-ewwel l-Ingilterra. L-intervent li sarilha hu wieħed speċjalizzat u delikat. L-ewwel sar dak li jissejjaħ dye penetrant testing li huwa
Programm tal-Festa 2018
23
analiżi mhux invażiva fejn wieħed ikun jista’ janalizza l-materjal tal-qanpiena u jekk kienx hemm xi xpakkar irqiq li ma kienx jagħti fl-għajn. Kif ġie stabbilit dan, u kemm kienet twila l-qasma fil-bronż, ittaqqbet toqba quddiem il-qasma (crack arresting hole) biex din ma tkomplix tiġri. Imbagħad inqata’ barra l-materjal maqsum u xpakkat. Hawnhekk instab intervent mhux mistenni, għax il-qata’ li saret fit-Tarzna ta’ Bormla, fl-intervent preċedenti, irriżulta li kienet mimlija bil-fibreglass, u mhux kif kien maħsub, bil-welding. Għalkemm il-wiċċ tal-bronż tal-qanpiena jixhed sewwa li flintervent Malti din issaħħnet, il-probabbiltà hi li żviluppat qasma rqiqa band’oħra waqt dan ix-xogħol. Dan il-fatt iddetta l-intervent li sar wara, jiġifieri dak tal-fibreglass. B’dawn ir-riżultati f’idejna wieħed jasal biex jikkonkludi li meta seħħet it-tieni qasma fil-qanpiena, min kien responsabbli mill-intervent ma kienx lest jissogra jkompli bit-tiswija. Minflok mela l-qasma bil-welding, din imtliet bil-fibreglass fejn għall-anqas setgħet tiġi ppreżentata sħiħa u f’forma estetikament diċenti. Dan jispjega l-fatt għaliex il-qanpiena ma kienet tagħmel kważi l-ebda ħoss meta tintlaqat mill-ilsien. It-tieni qasma li kienet tinsab fil-qadd tal-qanpiena (li għaddiet minn ġo nofs ir-riljev tal-Lunzjata) ġiet analizzata bl-istess mod tal-oħra. Din ukoll kienet miżgħuda b’filler tal-fibre, u ma nstabet l-ebda traċċa ta’ welding fiha. Din tnaddfet sewwa u sarulha żewġ toqob oħra f’kull tarf tagħha (bħala crack arresters). Ġaladarba l-qsim tnaddaf minn kull materjal barrani għal dak li bih ġiet fonduta l-qanpiena, sar ilqugħ tar-ramm aħmar imwaħħal mal-profil intern tal-qanpiena. Dan l-ilqugħ tqiegħed preċiżament taħt iżżewġ qasmiet tal-qanpiena biex il-welding ikollu lqugħ u ma jaqax (simili fil-prinċipju għas-shutter tal-injam waqt l-għoti tal-konkos għal saqaf ġdid). Il-qanpiena ssaħħnet bil-mod, kważi sa temperatura ta’ 700 grad celsius, meta l-materjal tagħha tista tgħid li ġie kulur iċ-ċirasa. Flok il-mili tal-fibre sar welding b’vireg apposta, bl-istess materjal li minnha hi magħmula l-qanpiena. Dan il-proċess delikat ta’ tisħin u tberrid, jissejjaħ pre-heating u controlled cooling rispettivament. Ir-rata ta’ kif tissaħħan u titberred il-qanpiena huma kruċjali f’dan ixxogħol. Bla tlaqliq ngħid li jekk ma tkunx taf x’qiegħed tagħmel bi preċiżjoni, tista’ tikkawża aktar qsim milli kellha l-qanpiena. Ovvjament, dan ma ridnihx isir. Meta dan il-proċess kien komplut, jiġifieri l-qsim ingħalaq kompletament bil-welding, fit-teorija ix-xogħol huwa kunsidrat lest. Però wieħed irid jiftakar li waħda mill-qasmiet għaddiet preċiżament minn ġol-basso riljev tal-Lunzjata. Għaldaqstant saret riċerka fuq żewġ qniepen oħra li għandhom l-istess riljev. Madankollu nstab li fiż-żewġ każi dan ma kien fin xejn. Li tivvinta d-dettall lanqas mhu etikament korrett u għaldaqstant ir-riljev ittella’ mill-ġdid fuq dak li se jidher. L-intervent ma ġiex irfinut apposta, biex kemm jista’ jkun l-intervent il-ġdid jibqa’ jinqara mill-viċin.
24
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Dan ix-xogħol sar mill-kumpanija Soundweld, oriġinarjament ta’ Cambridge, u llum ta’ Cheveley Newmarket. Din hija l-unika kumpanija fl-Ingilterra li tispeċjalizza fil-welding ta’ qniepen storiċi u oriġinali. Ilha tispeċjalizza f’dan il-mestjier mill1967 u intervjeniet fuq numru sabiħ ta’qniepen storiċi li mertu għall-intervent ta’ din id-ditta, illum reġgħu qegħdin isemmgħu l-leħen oriġinali u storiku tagħhom. Fost l-akbar qniepen li ntervjeniet fuqhom id-ditta Soundweld, hemm il-qanpiena l-kbira tal-Katidral ta’ Canterbury, magħrufa aħjar bħalha Great Dunstan. F’Malta għamlet żewġ proġetti kbar oħra, li t-tnejn kienu suċċess. Waħda kienet qanpiena kbira ta’ żewġ tunellati fonduta fl-1636 fi żmien il-Gran Mastru De Paule, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, u l-oħra qanpiena iżgħar għall-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt.2 Referenzi
Cassar Robert – The Bells of Malta, unpublished thesis, University of Malta Vol.1. Cauchi Kenneth – A Study of the Post 18th Century interventions on a number of Bells in the Maltese Islands, unpublished thesis University of Malta.
1 2
Nota mill-parroċċa: Għall-finanzjament ta’ dan il-proġett, il-parroċċa sabet l-appoġġ tal-Fond Kawżi Ġusti, amministrat mill-Ministeru tal-Finanzi, u tal-Onorevoli Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Dr Ian Borg. Nirringrazzjawhom għall-kontribut tagħhom biex jitħares dan ilpatrimonju storiku.
AGIUS STONE WORKS ltd.
Valletta Road, Mqabba, MQB 9019 | t: 21640202 | f: 21647188 | m: 99447305 | agius.com.mt | info@agius.com.mt restoration | conservation | sculptures | mouldings | lathe works | natural stones | marble | lime products | scaffolding | netting
Programm tal-Festa 2018
RABAT GARAGE MINI BUSES 14-22 SEATED For all occasions
Taxi & Car Hire
Telephone
2145 3161 Mobile
9947 1921 Email
info@rabatgarage.com Web
25
PRIVATE LESSONS AT DINGLI
MATHEMATICS SEC O-Level for May 2019 Form 4 for 2018-2019 Starting August 2018 Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532
www.rabatgarage.com
Beauty Touch
by Pauline
Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730
Ombre or Hair Stroke Eyebrows for the perfect natural shape Facials, Waxing, Manicures, Pedicures, Electrolysis, Nail Extensions, Soak-Off Gel Polish, Microblading and Make-up for all Occasions Guinot products for facials and retail
102 Convenience Shop Main Street, Dingli
David Vassallo (Il-Óa©i)
FREE DELIVERY
FOR ALL YOUR GROCERY NEEDS
Tel: 2145 9520 David John
7949 8254 Mob: 9982 2149 Mob:
Owner: Christopher Rapinett
26
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Restawrata l-istatwa tal-Madonna tal-erwieħ fil-purgatorju
Wieħed mill-altari fin-navi tal-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli hu ddedikat lill-erwieħ filpurgatorju. It-titular ta’ dan l-altar hu rappreżentat bi statwa, xogħol Karlu Darmanin, li turi lill-Madonna żżomm lil Ġesù tarbija f’idejha l-leminija u żewġ figuri ta’ erwieħ għarkubtejhom quddiemha. L-istatwa li għandha aktar minn mitt sena kellha bżonn attenzjoni u restawr, bilparroċċa kkummissjonat dan ix-xogħol lir-restawratur Omar Camilleri. Fl-ewwel parti talartiklu, OMAR CAMILLERI jikteb dwar ix-xogħol li għamel fuq din l-istatwa, u mbagħad ir-REV. CHARLON MUSCAT jikteb dwar l-aspett spiritwali ta’ dak li qed tirrappreżenta din l-istatwa. F’Novembru 2017 ġejt avviċinat mill-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli biex nagħmel spezzjoni tal-istatwa talMadonna tal-erwieħ fil-purgatorju u nippreżentalu rapport dwar il-kundizzjoni tagħha u l-attenzjoni li teħtieġ. Eventwalment, il-parroċċa kkummissjonatli x-xogħol ta’ restawr tal-istess statwa li nġiebet għandi fl-aħħar ta’ Novembru. L-istatwa fiha erba’ figuri: il-Madonna b’Ġesù Bambin f’idejha u żewġ erwieħ; waħda fuq is-sħab u b’libsa bajda pura li tirrappreżenta l-ġenna u r-ruħ l-oħra fuq ilsna tannar li tirrappreżenta l-purgatorju. L-istatwa hi magħmula mill-kartapesta, bil-figuri mlibbsin xkora rqiqa ħafna li fuqha ngħataw passati ta’ ġibs. Il-bażi hi magħmula mill-injam. F’kull figura hemm seratizz, magħruf bħala l-anima, li huma marbuta mal-bażi. Xogħolhom hu li jservu ta’ sapport f’każ ta’ moviment. Il-figuri huma mogħtija żebgħa taż-żejt li hi mħallta bi bjankett. Dan kien jintuża ħafna fis-seklu dsatax u hu dak li llum insejħu undercoat. Il-bjankett hi żebgħa ħoxna ħafna u l-użu tagħha jidher sew mid-daqqiet tal-pinzell fuq l-ibiesi tal-figuri. L-istatwa kienet imżejna wkoll b’disinni ornamentali ndurati b’folji tad-deheb. Dawn id-disinni ġew impinġija bl-idejn permezz tal-lapes u saru direttament fuq il-figuri. Wara, fuq id-disinni ngħata l-verniċ bħala murdent u fuqu ġew applikati folji tad-deheb. Qabel ma bdejt ix-xogħol ta’ restawr, eżaminjat fid-dettall s-saħħa tal-istatwa, jiġifieri aċċertajt li l-anima għadha marbuta sew mal-bażi u li s-sħab ma kienx maqtugħ minn mal-bażi. Diversi fatturi juru b’ċertezza li din l-istatwa hi xogħol Karlu Darmanin. Seta’ kien hemm suspett li din saret minn Karmenu Mallia, li x-xogħol tiegħu hu simili ħafna għal ta’ Darmanin. Dan iżda mhux il-
Programm tal-Festa 2018
27
każ. Jikkonfermaw dan il-fatturi kollha fil-wiċċ, speċjalment il-parti ta’ fuq, l-idejn u l-panneġġjatura. Prova oħra li dan hu xogħol Darmanin hu l-fatt li l-moħħ tal-Madonna hu mikxuf. Karmenu Mallia kien jgħatti l-moħħ ta’ kull figura femminili bid-drapp. L-uniku ħaġa li kien għad fadalli dubju dwarha kienet il-wiċċ ta’ Ġesù Bambin billi hu differenti ħafna minn figuri simili li għamel Karlu Darmanin. Għamilt toqba żgħira fl-iskutella tar-ras u minn hemmhekk daħħalt camera apposta biex biha ssir spezzjoni tal-intern tal-figura. Mill-ispezzjoni irriżulta li r-ras ta’ Ġesù Bambin hi l-oriġinali. Dan l-aħħar waqt xogħol ieħor ta’ restawr iltqajt ma’ anġlu żgħir li għamel Karlu Darmnin f’xogħol għall-knisja parrokkjali ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema li hu identiku għal Ġesù Bambin ta’ din l-istatwa. Aktarx li Darmanin uża l-istess forma għar-ras taż-żewġ figuri. Irrid nirrimarka li fuq ġewwa ta’ ras il-Bambin, sibt li waħda mill-karti użati minn Darmanin għall-kartapesta kellha stampata fuqha l-kelma “Mosta”. Il-maġġoranza tal-istatwa għadha biż-żebgħa oriġinali. Test b’dawl ultra vjola wera li l-ftit interventi li saru fil-passat fuq l-istatwa seħħew biss fuq waħda mill-erwieħ, l-ilsna tan-nar u s-sħab. Għadd ta’ qsim li kien hemm fl-istatwa ġie konsolidat u mgħotti. Dan il-qsim kien ikkawżat mis-sħana u mhux mill-umdità. Fil-fatt kien hemm ġibs li nqala’ minn mal-bażi u ftit minn mal-karta pesta. L-ilwien kienu ċċaraw minħabba li l-istatwa għamlet żmien esposta għal ħafna dawl. Il-pala ta’ idejn waħda millerwieħ kienet maqlugħa u twaħħlet f’postha mill-ġdid. Iż-żebgħa oriġinali tnaddfet u ftit interventi li saru filpassat tneħħew. Imbagħad l-istatwa kollha ingħatat passata verniċ protettiv. Wara indurajt fejn meħtieġ mid-disinni ornamentali bl-użu ta’ folji tad-deheb ta’ 23.5 karat u rtukkjajt fejn kien hemm xi żebgħa nieqsa. Fl-aħħar tajt passata oħra ta’ verniċ protettiv. Dan il-proġett ta’ konservazzjoni u restawr kellu l-għan li jreġġa’ lura għall-ġmiel oriġinali din l-istatwa sabiħa. Kif titlob is-sengħa professjonali tar-restawr, il-materjali kollha użati huma riversibbli. Ir-restawratur u induratur Omar Camilleri hu mill-Mosta u għandu 39 sena. Hu għamel xogħol fuq bosta opri artistiċi li jinsabu fi knejjes f’Malta. Fost proġetti kbar li wettaq, indura l-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi, irrestawra l-induratura tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija, irrestawra l-kaxxa tal-orgni tal-knisja parrokkjali tal-Mosta u rinovar tas-sett tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Ħal Qormi. Marija, omm l-erwieħ, tgħinna nħarsu lejn il-waqfa aħħarija tal-ħajja: il-Ġenna Ħajjitna titqies miż-żmien, li matulu ninbidlu, nikbru, nixjieħu, u bħalma hu għal kull ħaġa li tgħix fid-dinja, il-mewt tidher li hi t-tmiem normali tal-ħajja tagħna. Dan l-aspett tal-mewt jurina li ma għadniex żmien x’nitilfu tul ħajjitna. Quddiem dan il-misteru, il-bniedem għandu jimtela’ b’tama u b’kuraġġ meta jdur lejn l-Omm tagħna Marija, li hi taħt is-Salib għexet il-mewt ħarxa ta’ binha Ġesù, filwaqt li għexet ukoll l-aħbar ta’ ferħ tal-qawmien tiegħu. Kull darba li niċċelebraw l-Ewkaristija aħna ma ningħalqux fina nfusna, imma nsibu ruħna miftuħin għal bżonnijiet tal-Knisja u tad-dinja. Għalhekk fit-Talba Ewkaristika, fil-qalba tal-quddiesa, nitolbu għal ħutna l-Insara li jħaddnu l-istess fidi tagħna. Niftakru ukoll fil-mexxejja tagħna, il-Papa u l-Isqfijiet. Nitolbu għal ħutna l-Insara mejtin, dawk li mietu mingħajr ma għarfu l-fidi vera u għallmejtin kollha biex jiksbu l-hena tas-sema. Dan it-talb jagħlaq billi nitolbu għalina lkoll filwaqt li
28
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
nibqgħu nagħmlu t-tajjeb sal-aħħar, sa ma naslu għall-ferħ ta’ dejjem fl-eternità. Din it-talba hi ppreżentata lil Alla għall-membri kollha tal-Knisja, ħajjin u mejtin, fl-istennija tat-tama hienja li għad naqsmu fil-wirt ta’ dejjem fissema, mal-Verġni Marija. Ħadd u xejn mhu minsi fit-Talba Ewkaristika, imma kull ħaġa hi mressqa mill-ġdid għand Alla. Il-Papa Franġisku jgħid li jekk jien għandi xi persuni għeżież, qraba, ħbieb, li huma fil-bżonn jew għaddew minn din id-dinja għall-oħra, nista’ nsemmihom f’dak ilmument, fil-qalb tiegħi u fis-skiet. Tibżax issemmihom. Għalhekk, il-Madonna tal-Erwieħ tgħinna, nifhmu dejjem aktar il-valur tat-talb u tas-suffraġju li aħna noffru għallmejtin kollha. Marija, l-omm tal-erwieħ, fil-mixja ta’ kuljum fuq din l-art tgħinna ma nneħħu qatt ħarsitna minn fuq il-waqfa aħħarija tal-ħajja li hija l-Ġenna. Aħna ltiema, però għandna Ommna fis-Sema, li hi l-Omm Qaddisa ta’ Alla. Għax hi tgħallimna l-virtù tal-istennija u l-paċenzja, anki meta kollox jidher bla sens: hi dejjem fiduċjuża fil-misteru ta’ Alla. U aħna, b’din it-tama li ma tidħakx bina, nibqgħu mexjin ’il quddiem!
L-inawgurazzjoni tar-restawr tal-istatwa tal-Madonna tal-erwieħ fil-purgatorju se ssir nhar is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018, fil-quddiesa tas-7.00 p.m. Dakinhar ikun it-tieni jum tal-kwindiċina u se niftakru fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Dawn huma l-qlub ġenerużi tal-poplu ta’ Ħad-Dingli, li fost l-oħrajn taw donazzjonijiet biex seta’ jsir dan il-proġett. Kulħadd mistieden jattendi.
CHRIS & BRIAN GENERAL CONTRACTORS
For all types of Construction, Restoration and Alteration Works We sell property Contact us on
9929 8587 / 9947 1465
Il-Festa t-Tajba
Il-Baħrija | Ħad-Dingli | l-Imġarr | l-Imtarfa | Ħal-Luqa Ħal Qormi | Ir-Rabat | Is-Siġġiewi | Ħaż-Żebbuġ
ian@ianborg.eu | 99777666
Programm tal-Festa
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu – Bidu tal-Kwindiċina Marija Assunta tħares ’l-għaqdiet u l-poplu ta’ Ħad-Dingli
Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ barra. 7.00 p.m. Quddiesa tal-okkażjoni tal-bidu tal-Kwindiċina mmexxija minn Mons. Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali, diriġenti u membri ta’ għaqdiet, gruppi u każini, u l-poplu ta’ Ħad-Dingli. Fil-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija. Fl-għeluq issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara, isir riċeviment fl-okkażjoni tal-festa għall-kleru, il-Kunsill Lokali u d-diriġenti tal-għaqdiet, gruppi u każini.
Is-Sibt, 4 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefetturi tal‑parroċċa
6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley, li fiha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar, arranġamenti ta’ fjuri u tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Fi tmiem jiġi inawgurat ir-restawr tal-istatwa tal-Madonna tal-erwieħ fil-purgatorju.
Il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nuru s-solidarjetà tagħna mal‑oħrajn u nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa
Fl-okkażjoni tal-50 sena preżenza Salesjana f’Ħad-Dingli, il-ġbir fil-quddiesa tal-bieraħ filgħaxija u llum se jmur biex niffinanzjaw borża ta’ studju għal student li qiegħed jieħu l-formazzjoni saċerdotali fi ħdan il-komunità Salesjana. 9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro M.S.S.P. Tieħu sehem il-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 6 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għal ħutna l-mejtin
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Paul Muscat O.S.A. li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tlieta, 7 ta’ Awwissu – Infaħħru lil Marija, Omm Alla, il-Knisja u l-bnedmin
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa animata mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija ta’ Ħad-Dingli. Jiċċelebra r-Rev. Carmelo Sacco S.D.B. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa, 8 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-Missjunarji
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Bernard Mangion M.S.S.P., li kien missjunarju filPakistan. Wara funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis, 9 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna
6.00 p.m. It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.40 p.m. L-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri tal-M.U.S.E.U.M., il-banda talGħaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-Iscouts u l-Girl Guides. 7.00 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Bernard Micallef, saċerdot novell. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira flokkażjoni tal-festa. 8.30 p.m. Quddiesa fil-knisja organizzata mill-Kummissjoni Parrokkjali Adoloxxenti u Żgħażagħ. Imexxi r-Rev. Kenneth Micallef S.D.B., saċerdot novell.
Il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl‑Ewkaristija
6.30 p.m. Rużarju. 7.00 p.m. Quddiesa animata mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Imexxi r-Rev. Joseph Zahra O.P. Wara jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fejn nitolbu għallbżonnijiet tal-familji u tal-parroċċa tagħna. Ikollna wkoll servizz ta’ qrar. Fi tmiem, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Is-Sibt, 11 ta’ Awwissu – Il-ħruġ tal-istatwa titulari min-niċċa Jum il‑Komunità Parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija
6.30 p.m. Quddiesa għall-komunita’ parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Imexxi l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech. Fi tmiem il-quddiesa ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika fuq iz-zuntier. Wara nsellmu lillistatwa għażiża ta’ Santa Marija, patruna tar-raħal tagħna. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.15 p.m. L-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.
Il-Ħadd, 12 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares lit-trabi fil-ġuf u fil-bidu tal-ħajja Nisranija
9.30 a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Charlon Muscat li fiha jiġi ċċelebrat is-sagrament talMagħmudija. Mistiedna jieħdu sehem ukoll il-missirijiet u l-ommijiet li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn, 13 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi tagħna
Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. James Saydon. F’din il-quddiesa niċċelebraw id-don talħajja, fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena. It-trabi jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni.
It-Tlieta, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija
6.15 p.m. Rużarju, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Alistair Aquilina O.F.M. Conv.
L-Erbgħa, 15 ta’ Awwissu – L-ewwel jum tat-Tridu – L-Għid tal-Assunta
9.30 a.m. Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Jiċċelebra Mons. Vinċenz Cachia. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-prietki tat-tridu ser isiru mir-Rev. Martin Schembri O. Carm., Kappillan ta’ Fleur-deLys. 10.00 a.m. Tluq tal-Pellegrinaġġ tal-Muturi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali talImġarr. Il-pellegrinaġġ jintemm ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli bit-tberik tas-sewwieqa, li jkunu jistgħu jieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tal-11.00 a.m. Ilpellegrinaġġ hu organizzat għat-tielet sena mill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr.
Il-Ħamis, 16 ta’ Awwissu – It-tieni jum tat-Tridu – Marija Assunta tħares il-familji tagħna
6.15 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 7.00 p.m. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għallFamilja lil xi persuna jew familja fil-parroċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l-ħin lill-familji fil-bżonn. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun.
Il-Ġimgħa, 17 ta’ Awwissu – It-tielet jum tat-Tridu Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet
6.15 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.30 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 7.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Monsinjur Richard Borg. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Jieħdu sehem ukoll il-ġenituri talabbatini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Misraħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, Ġużè Ellul Mercer, il-Gvernatur William Reid, il-Ħemda, Claudette Agius, Carmelo Bugeja, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela, il-Kunċizzjoni, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fl-aħħar parti tal-marċ il-banda takkumpanja lill-istatwa ta’ Santa Marija sakemm titpoġġa fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Fittmiem jinħaraq logħob tan-nar u jsir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna.
Is-Sibt, 18 ta’ Awwissu – Lejlet il-festa
8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 9.00 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi r-Rev. George Scerri M.S.S.P. Għal din il-quddiesa huma mistiedna speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.10 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien salknisja. Imexxi r-Rev. Ewkarist Zammit, Kappillan tal-parroċċa San Sebastjan, Ħal Qormi. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija mir-Rev. Ewkarist Zammit. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Parroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. Fl-10.00 p.m. ssir waqfa quddiem il-Knisja biex jiġi inawgurat ir-restawr ta’ qanpiena storika u biex il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bis-sehem ukoll tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. Ilmarċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Salesjani u l-Maddalena. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri talKumitat Festa Esterna.
Il-Ħadd, 19 ta’ Awwissu – Jum il-Festa ta’ Santa Marija
6.30 a.m. Quddiesa. 8.00 a.m. Quddiesa. 9.15 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mill-Arċipriet, ir-Rev. Mark Mallia Pawley. Jinseġ il-paniġierku l-Mons. Prof. Hector Scerri, Deputat Dekan talFakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. 11.00 a.m. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Lemħet Filfla, Ġużè Ebejer, Dun Karm Azzopardi,San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġuzè Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika. 11.15 a.m. Quddiesa. 5.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Kanonku Claude Mifsud, Viċi Arċipriet tar-Rabat. 5.45 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. 5.45 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ talpurċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. 7.00 p.m. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni l-Kanonku Claude Mifsud. 10.15 p.m. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Kyle Scicluna Cascun. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-knisja. 10.45 p.m. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ ĦadDingli.
Nawgura l-Festa t-Tajba lir-residenti ta’ Ħad-Dingli
Kandidat PN fuq is-seba’ distrett – ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, l-Imġarr, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, il-Baħrija, Tal-Virtù. m: 9948 6565 | t: 2145 4008 e: sam@samabela.com | f: SamAbela a: 4, Museum Road, Rabat - Malta
R&S MARKETING
Tower Street, Mosta Tel: 2142 0664  Fax: 2141 5930 Email: rands@nextgen.net.mt
jawgura l-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha.
Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
Għal appuntament ċempel fuq 2745 1996
Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Il-Viċi Sindku
Raymond Schembri
u l-familja tiegħu jixtiequ jawguraw lid-Dinglin u r-residenti tal-madwar il-Festa t-Tajba
M: 7939 8890 E: remig1457@gmail.com
Programm tal-Festa 2018
41
Merħba lill-Arċipriet il-ġdid
Dun Mark Mallia Pawley
Fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Frar 2018 tħabbar li l-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna, innomina lil Dun Mark Mallia Pawley bħala t-tieni Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Dan seħħ wara li l-Arċisqof talab lill-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit biex imur jagħti servizz f’parroċċa akbar, bħala Kappillan tal-parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Għad-Dinglin, Dun Mark Mallia Pawley ma kienx wiċċ ġdid billi kien ilu jagħti servizz fi rwoli differenti sa mis-sajf tal-2015. Dun Mark Mallia Pawley Dun Mark Mallia Pawley twieled fit28 ta’ Awwissu 1988 u hu mill-parroċċa San Sebastjan ta’ Ħal Qormi. Irċieva l-edukazzjoni fl-iskola primarja ta’ din illokalità; fl-iskola sekondarja Mikiel Anton Vassalli, il-Ħandaq; fil-Junior College Ġan Franġisk Abela, l-Imsida; u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (filosofija u teoloġija) fl-Università ta’ Malta. Bħala seminarista, f’Lulju 2015 intbagħat biex jagħmel esperjenza fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, fejn fix-xhur ta’ wara baqa’ bħala djaknu. Ġie ordnat saċerdot nhar id-29 ta’ Ġunju 2016 u l-Arċisqof talbu jibqa’ Ħad-Dingli bħala Viċi Arċipriet biex jgħin f’ħidmiet pastorali. F’dan iż-żmien sar jaf aktar mill-qrib lid-Dinglin u meta wasal iż-żmien li jinħatar Arċipriet ġdid għal Ħad-Dingli, deher ċar li bl-għażla tiegħu, l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta fittxew sens ta’ kontinwità għal din ilparroċċa. Dun Mark Mallia Pawley hu l-erbgħin ragħaj spiritwali tal-parroċċa sa mit-twaqqif tagħha. Bħala motto għall-parrokat tiegħu fostna għażel: “Agħmlu l-ġid bla qatt ma tegħjew”, mit-tieni ittra ta’ San Pawl lit-Tessalonkin. Il-bidu tal-ħidma tal-Arċipriet il-ġdid Fil-għodwa tat-Tlieta 1 ta’ Mejju 2018, festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u jum ta’ btala pubblika, l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna mexxa quddiesa fil-Knisja Arċipretali fl-okkażjoni talbidu uffiċjali tal-ħidma tal-Arċipriet il-ġdid. Din l-għodwa ta’ festa għall-parroċċa bdiet b’korteo miċ-Ċentru Parrokkjali Familja Mqaddsa sal-knisja. L-Arċipriet il-ġdid, Dun Mark Mallia Pawley, kien akkumpanjat minn saċerdoti, il-ġenituri u membri tal-familja, u l-Banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija. Mal-wasla fil-Knisja Arċipretali, hu waqaf isellem lill-istatwa titulari ta’ Santa Marija li nħarġet min-niċċa għall-okkażjoni.
42
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Fil-bidu tal-quddiesa, il-Vigarju Episkopali għas-Saċerdoti u l-Parroċċi, Monsinjur Frans Abdilla, qara d-digriet tan-nomina ta’ Arċipriet ġdid għal Ħad-Dingli. Dun Mark Mallia Pawley ħa l-ġurament tal-ħatra u ta’ fedeltà għall-missjoni fdata lilu u ffirma għal dak li kien għadu kemm wiegħed. Warajh iffirmaw ukoll żewġ xhieda: Monsinjur Louis Camilleri, membru tal-kleru tal-parroċċa, u Patri Jesmond Pawley OFM Conv., li huwa z-ziju tal-Arċipriet. L-aħħar firma kienet tal-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna, li mbagħad introduċa lill-Arċipriet il-ġdid mal-poplu ta’ Ħad-Dingli u simbolikament ippreżentalu l-imfietaħ tal-knisja. Fl-istess ċelebrazzjoni, Dun Mark Mallia Pawley ġedded il-wegħdiet li għamel meta ġie ordnat saċerdot. Wara, hu fetaħ it-tabernaklu u għamel mument qasir ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat. B’dan il-mod hu ngħata d-dmir li jkun il-ministru ewlieni talEwkaristija f’din il-komunità Nisranija. Ma’ Monsinjur Arċisqof, l-Arċipriet il-ġdid mexa proċessjonalment filknisja fejn għamel numru ta’ waqfiet, fosthom ħdejn il-fonti tal-Magħmudija. Hu nċensah b’turija ta’ qima lejn issagrament tal-Magħmudija li permezz tiegħu jilqa’ fi ħdan il-Knisja membri ġodda biex jimxu wara Ġesù fit-triq tal-qdusija. Fil-konfessinarju, ingħatalu d-dmir li jsejjaħ lill-imgħammdin biex jikkonvertu u biex jimxu dejjem ’il quddiem fil-ħajja l-ġdida tagħhom. Min-nofs il-knisja, hu ġibed tokki tal-qanpiena u b’hekk ingħata d-dmir li jsejjaħ lill-Insara u jiġborhom flimkien għall-għaqda tat-talb u qima lejn Alla u jgħaqqadhom bħala familja ta’ Alla. Hu tela’ wkoll fuq l-ambone, il-post li minnu jrid ixandar il-Kelma ta’ Alla lill-komunità. Lejn l-aħħar tal-quddiesa, il-Moderatur tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, is-Sur Anthony Saliba, għamel indirizz ta’ merħba lill-Arċipriet il-ġdid.
“Inti msejjaħ biex tqanqal is-sejħa ta’ Ġesù fiż‑żgħażagħ ta’ Ħad-Dingli.” L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Li qrajna llum fit-tieni qari hija l-eżortazzjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl: “Kulma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin; għax tafu li għad tieħdu l-ħlas li ħejja b’wirt għalikom il-Mulej. Aqdu lil Kristu Sidna ” (Kol 3, 23-24). Għażiż Arċipriet, jiena nixtieq nafdalek din il-kelma tal-Appostlu Missierna bħala kelma li għandha d-dawl li tmexxik fil-ministeru l-ġdid tiegħek. Inti u taqdi lil dan il-poplu għażiż, ftakar dejjem li qiegħed taqdi lil Ġesù. Is-sejħa tiegħek hija li tara lilu f’kull wiċċ ta’ kull membru ta’ din il-parroċċa Arċipretali. Tara lil Ġesù f’ħutek is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, inkluż l-aħwa wlied Dun Bosco. Inti msejjaħ biex tilmaħ lil Ġesù f’kull min qiegħed ibati, tifraħ ma’ min jifraħ u tibki ma’ min jibki. Int imsejjaħ biex tqanqal is-sejħa ta’ Ġesù fiż-żgħażagħ ta’ dan ir-raħal għażiż.
Programm tal-Festa 2018
43
L-eżortazzjoni ta’ Pawlu hija profonda: “U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol tal-perfezzjoni” (Kol 3:14). Tistedinna biex il-kliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubna, dak is-sliem li għalih konna msejħa biex insiru ġisem wieħed. U jkompli jgħidilna: “U ta’ dan roddu ħajr lil Alla” (Kol 3:15). Inti u tilbes l-imħabba ftakar li l-Mulej uriena eżempju qaddis ta’ x’jiġifieri din l-imħabba meta neħħa l-mantar minn fuqu u libes il-fardal. Dan huwa l-qofol tal-perfezzjoni tas-sejħa tiegħek: l-ispiritwalità tal-ħasil tar-riġlejn li inti se tippresiedi kull Ħamis ix-Xirka bħala ragħaj ta’ din il-parroċċa antika u għażiża. Inti qiegħed tibda uffiċjalment il-ħidma bħala Arċipriet għax in-nies ta’ Ħad-Dingli drawk, jafuk u japprezzawk. Kellek ukoll l-opportunità li tkun fl-iskola meritevoli tal-Arċipriet ta’ qablek li bgħattu Kappillan fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Jien nixtieq nirringrazzjah ta’ dak kollu li għamel f’din il-parroċċa u ta’ kemm ħabb lin-nies għeżiez ta’ Ħad-Dingli. Grazzi Dun Karist. Jiena qed nafdalek din il-komunità sabiħa imma jiena naf li l-Mulej għażlek u dak li għażilna mhux għall-merti tagħna imma għall-ħniena tiegħu. Taf ukoll li bis-sinjal tal-ubbidjenza, se jagħtik dak kollu li għandek bżonn biex tkun ragħaj fidil tal-poplu ta’ Alla. Inti qed tibda l-missjoni uffiċjali tiegħek fil-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Nafek bħala bniedem ta’ ftit kliem imma bniedem bieżel, għaqli, ta’ qalb kbira u ta’ qalb missjunarja. Ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jiltaqgħu ma’ Ġesù, aqdi lil Ġesù fihom. L-aħħar saċerdot djoċesan li ħareġ minn hawn, ġie ordnat saċerdot 48 sena ilu. Jiena nixtieq insellem u nirringrazzja lil Monsinjur Louis Camilleri tax-xogħol kollu li għamel fostna. Ix-xewqa tiegħi hija li minn din il-parroċċa għażiża jkollna l-vokazzjonjiet. Ħadt pjaċir nara grupp sabiħ ta’ abbatini. Jiena nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tagħhom talli jieħdu ħsiebhom u jħeġġuhom biex jipparteċipaw filliturġija u jafdawhom lis-saċerdoti u lil min qiegħed jgħinhom. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil ulied Dun Bosco tax-xogħol kollu li jagħmlu, tal-preżenza sabiħa tagħkom. Mhux se nirringrazzjakom
44
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
individwalment imma nixtieq nirringrazzjakom bħala familja reliġjuża mimlija entużjażmu u ġenerożità. Ibqgħu hekk u grazzi ħafna. “Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa?” (Mt 13:55). Il-fatt li Ġesù kien ħaddiem donnu fixkilhom lin-nies ta’ Nazaret, in-nies ta’ pajjiżu. Aħna lkoll ulied il-ħaddiema, aħna min aħna. M’għandniex għalfejn nitfixklu bl-umanità ta’ xulxin, imma fl-umanità ta’ xulxin, kultant imżejna bilpreġji u mżewqa wkoll bid-difetti, nilmħu l-misteru talIben ta’ Alla li sar bniedem. Kemm inħobb infakkar f’xi ħaġa li jikteb San Irinew, li fit-tieni seklu, fil-Palestina fejn trabba Ġesù, l-Insara kienu għadhom jgħożżu l-moħriet li għamel il-Mulej. Kien għamlu frott ix-xogħol tiegħu ta’ mastrudaxxa u dan il-moħriet kienu jgħożżuh bħala relikwa għażiża ta’ Ġesù, frott ix-xogħol ta’ jdejn l-Imgħallem. Kemm hi ħaġa qaddisa li aħna napprezzaw il-ħidma ta’ kull wieħed u waħda minna. Ix-xogħol tiegħek, għażiż Arċipriet, huwa li mhux biss tiltaqa’ mal-ħaddiema, imma wlied il-ħaddiema, mal-professjonisti, mal-familji kollha li jżejnu dan ir-raħal għażiż, imma li tidħol fi djalogu magħhom biex tqanqal fihom il-fidi f’Ġesù. Kun qaddej tal-fidi tagħhom, koperatur tal-ferħ tagħhom. Il-Mulej ibierek il-ħidma tiegħek u jagħmel li tagħmel ħafna frott. Tkun imbierek, ibni.
L-Ikla tal-Festa Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija Is-Sibt, 11 ta’ Awwissu, 2018 fit-8.15pm f ’Misraħ Ġużè Abela, Ħad-Dingli (ħdejn il-Knisja) Pasta Buffet, xorb, tombla u divertiment mużikali Biljetti għall-bejgħ mis-sagristija, il-membri tal-fund-raising u tal-Kumitat Festa Esterna sal-Ħamis, 9 ta’ Awwissu.
Programm tal-Festa 2018
45
Grazzi Dun Ewkarist Zammit
L-ewwel Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli
Il-parrokat ta’ Dun Ewkarist Zammit f’Ħad-Dingli beda uffiċjalment nhar it-8 ta’ Diċembru 2011 meta nħatar bħala d-39 Kappillan tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Beda fostna bħala Kappillan u spiċċa bħala Arċipriet, proprju għaliex nhar it-22 ta’ Awwissu 2015 Monsinjur Arċisqof iddikjara li l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli hi Arċipretali. Fl-20 ta’ Jannar 2018, tħabbar li Dun Ewkarist inħatar biex imexxi parroċċa akbar, dik ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi. Ilparroċċa ta’ Ħad-Dingli tibqa’ grata lejn dak kollu li Dun Ewkarist għamel f’dawn is-sitt snin. Qed nippubblikaw siltiet minn diskors li sar nhar it-3 ta’ Frar 2018, fi tmiem quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, għall-ħidma pastorali li Dun Ewkarist wettaq fostna. Id-diskors kien sar minn Dun Mark Mallia Pawley, sa dakinhar Viċi Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Għażiż Dun Karist… għax aħna hekk nafuk, Inġbarna hawn illejla biex insellmulek bħala komunità parrokkjali, biex nirringrazzjaw lill-Mulej għad-don li silifna mingħajr ma jistħoqqilna, meta għażlek biex tkun ir-ragħaj tagħna. Sitt snin li kabbruna bħala komunità li temmen, parrokat li nħossuna grati li konna parti minnu. Bħalissa l-komunità ta’ Ħad-Dingli tinsab imnikkta wara l-aħbar tat-tluq tiegħek minn fostna. Kienet aħbar li ħasdet lill-poplu ta’ ĦadDingli. U bir-raġun! Għax bħala Arċipriet u ħabib inti dħalt fil-qlub tad-Dinglin. Bħal missier ta’ familja, kont taf il-bżonnijiet u ħassejt il-polz tan-nies. Kulħadd kien iħossu komdu miegħek; mill-kbar saż-żgħar. L-istil familjari u akkoljenti tiegħek rebaħ il-qlub. Kien laqatni ħafna l-ħsieb tal-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech, li fil-live-in tal-kappillani tal-2016 ħeġġiġkom biex tkunu bħalma kien is-saċerdot Għeli, li kellu l-kapaċità li jħares lejn fomm Anna – omm Samwel – u jkun jaf x’hemm f’qalbha. Hekk għamilt int Dun Ewkarist: ħarist lejn Ħad-Dingli u qrajt il-qlub tan-nies. Fuq il-passi ta’ San Ġwann Marija Vianney, il-Kurat t’Ars, patrun tal-kappillani, inti tajt ħajtek għallmissjoni fdata f’idejk. Il-preżenza tiegħek fostna offriet tama lil min kien qiegħed jaqta’ qalbu, uriet il-wiċċ kollu ħniena tal-Mulej mal-poplu tiegħu. Int mexxejt il-merħla fdata f’idejk, b’għaqal, b’sabar, b’kuraġġ u b’viżjoni. Kif tgħid Santa Tereża ta’ Ġesù fil-ktieb tagħha ‘Il-Kastell Ġewwieni’; ‘Il-ħajja Nisranija hija mixja li twassal għal perfezzjoni Nisranija. F’din il-mixja hemm diversi tappi. Jekk ilbniedem iħalli l-grazzja t’Alla taħdem fih, ftit ftit jasal biex jixbah lil Kristu’. Dun Ewkarist, int kont ta’ spalla soda biex twieżen lil min qed jimxi lejn dan l-għan li għalih kulħadd huwa msejjaħ.
46
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Matul dawn is-sitt snin, b’sodisfazzjon wieħed jinnota li l-parroċċa mxiet ’il quddiem f’kull aspett. Kont ragħaj denn u amministratur responsabbli. Id-diversi proġetti li wettaqna flimkien jixhdu dan. Użajt il-kelma ‘flimkien’ apposta – għax dejjem u f’kollox kont tisħaq li kull ħaġa li ssir, trid issir flimkien… biex ħadd ma jħossu eskluż, biex kulħadd iħossu parti millfamilja Dinglija. Inti ħadt ħsieb ukoll il-patrimonju fdat f’idejk u stmajtu u indukrajtu qisu tiegħek. Insemmi xi wħud minn dawn: iż-żebgħa kollha talknisja u s-sistema ġdida tad-dawl, ir-restawr tal-arloġġ tal-knisja, ir-restawr tal-Kurċifiss u n-niċċa tiegħu, il-ħeġġa għal restawr tajjeb talkappella ta’ Santa Marija Maddalena, l-antifona ġdida għall-festa titulari u l-proġett li tant kien għal qalbek, ir-restawr tan-niċċa tal-padruna tagħna Santa Marija. Hemm ukoll proġetti oħra li għadhom mhux konklużi. Int irrispettajt u ħabbejt il-memorja tal-antenati tagħna li sawru t-tessut ta’ dan ir-raħal għażiż. Kien għalhekk li fit-22 ta’ Awwissu, 2015, festa ta’ Marija Reġina, ressaqt it-talba lill-Arċisqof tagħna, biex jonora lil din il-parroċċa tant antika u għażiża bit-titlu ta’ Arċipretali; talba li l-Arċisqof laqa’ mill-ewwel! Dawn kollha huma sbieħ u tajbin, imma l-proġetti u l-inizjattivi li tant ħdimt b’żelu għalihom kienu dawk li jiffurmaw u jkabbru l-komunità; l-importanza li kont tagħti fit-thejjija għall-għoti tassagramenti, is-sostenn sħiħ u bla kundizzjoni lill-kummissjonijiet u lill-għaqdiet fi ħdan il-parroċċa, il-laqgħat kontinwi mal-operaturi pastorali, id-diversi inizjattivi pastorali matul is-sena, l-importanza li kont tagħti għall-mumenti qawwija matul is-sena liturġika, iż-żjarat spissi lill-morda fl-isptarijiet, l-inizjattivi ta’ karità, l-adorazzjoni kull ġimgħa għall-familji u l-vokazzjonijiet, u l-oasi li, b’kollaborazzjon mas-Salesjani, inħolqot bil-kappella tal-adorazzjoni perpetwa. Ħidmiet li komplew jibnu l-komunità ekkleżjali tagħna fuq il-pedament u l-ġebla tax-xewka, Ġesù Kristu. Inkun nonqos jekk ma nsemmix mument importanti fil-ħajja tal-parroċċa; il-festa ta’ Santa Marija. Il-festa kont tħobbha verament u kont tirsisti biex l-enerġija, il-kuraġġ u l-ħolm li kellek jittieħed ukoll mill-membri ta’ din ilparroċċa. Id-diversi inizjattivi li ħadt b’kuraġġ, b’sogru u b’sagrifiċċju personali sabiex il-festa tkompli tikber mhux se ninsewhom. Santa Marija ħabbejtha u ta’ dan aħna lkoll xiehda. Il-marka tiegħek kienet li f’kollox ikun hemm l-għaqda
Programm tal-Festa 2018
47
fost il-Poplu t’Alla! Il-festa trid tkun esperjenza ta’ għaqda ta’ nies li jemmnu; jekk il-festa tkun xi ħaġa oħra, allura tkun attività inutli u bla sens. Fil-festa li għaddiet inti nedejt proġett ambizzjuż li l-poplu ta’ Ħad-Dingli kien ilu jixtieq u li għalhekk, laqgħu bil-ferħ u għamlu tiegħu. Għax jekk is-slaten u l-irġejjen ta’ din l-art għandhom il-privileġġ li t-tron tagħhom ikun mgħotti bil-mant, kemm aktar Marija Santissima, Omm Alla, jixirqilha dan ilġieħ! Naturalment, mhux kollox kien ward u żahar. Bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja, hemm it-turbolenzi u d-diffikultajiet li ma jonqsux, l-aktar meta jkun se jsir il-ġid. Dun Karist, jalla dawn is-sitt snin fostna kienu ta’ skola tajba għall-missjoni ġdida fdata f’idejk. F’Ħad-Dingli sibt ħbieb ġodda li rrispettawk u ħabbewk, kif aħna wkoll sibna ħabib sinċier li rrispettana u ta kollox biex jara l-komunità tikber fil-fidi u fl-imħabba. Din il-ħbiberija żgur mhix se tintilef. Il-bieb tagħna dejjem miftuħ u meta trid ejja oqgħod! It-tajjeb u l-ġid li wettaqt fostna se jibqa’ minqux f’qalbna, mhux b’sens ta’ nostalġija, imma b’rieda soda u determinata li nkomplu mexjin ’il quddiem. Aħfrilna meta ma konniex fuq l-istess binarji mal-ħsibijiet u l-ħolm tiegħek. Fuq nota personali, nixtieq nirringrazzjak talli għallimtni nkun saċerdot li jisma’, li jħobb, li jitlob u li jobdi. Grazzi tal-mumenti sbieħ li bħala presbiterju parrokkjali qattajna, u tas-sosten li dejjem tajtna u tal-interess tiegħek f’dak li nkunu qed nagħmlu. Hu ta’ privileġġ għalija li qattajt l-ewwel snin tassaċerdozju tiegħi miegħek. In-nies kienu jħarsu lejna u jieħdu gost jarawna flimkien, mhux biss bħala l-Arċipriet u l-qassis iż-żgħir, iżda bħala żewġt iħbieb u aħwa magħqudin fis-saċerdozju. Dun Karist, b’fiduċja sħiħa, nafdawk f’idejn l-aktar għeżież ta’ Ommna Marija Assunta, padruna speċjali tal-gżejjer Maltin u Sultana tal-Martri, u fil-ħarsien tal-martri San Sebastjan, is-suldat b’qalb tħeġġeġ għal Kristu, li xandar lil Kristu fil-periferiji u ħalla sal-aħħar qatra ta’ demmu għalih. Ħa jkunu huma l-protetturi u l-għajnuna tiegħek, u jimlewk bis-sliem kotran li tant għandek bżonn waqt din il-mixja tiegħek sabiex tagħmel dejjem ir-rieda ta’ Kristu Ġesù. Magħqudin fit-talb! Grazzi ta’ kollox. Ad Multos Annos.
48
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
in business since 1977
Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort.
For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191 DINGLI ALUMINIUM
Web: www.dinglialuminium.com
Workshop: 17, G˙ar Bittija Street, Dingli Email: dinglim3@onvol.net SOON MOVING TO: Anthony John Coleiro Street, Industrial Zone, Óandaq, Qormi
GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND
ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561
GEORGE ZAMMIT & SONS RELIGIOUS ARTICLES SUPPLIER (Est. 1954) 146, Old Bakery Street, Valletta - Malta Tel: 2123 2933 Mob: 9985 6842 Email: gzamson@onvol.net www.religiousshopmalta.com Opening hours: Monday to Saturday 09.00 - 13.00
Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day
• Pjaneti • Rigali • Xemg˙a Likwida • Damaski • Kalçijiet • Sferi • Ikoni
Programm tal-Festa 2018
49
50
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Il-Kulleġġ Savio – 50 sena fostna 1968 – 2018
Qabel tidħol fil-qalba ta’ Ħad-Dingli, min-naħa tal-Buskett, insibu l-Kulleġġ Savio li jinkludi dar għas-saċerdoti membri tal-komunità Salesjana u skola sekondarja għas-subien. Il-post hu bejta ta’ attivitajiet matul is-sena kollha, waqt li l-membri tal-komunità jgħinu wkoll filparroċċa. F’dan l-artiklu, SAVIO D. BORG se jfakkar il-ħamsin sena mill-ftuħ tal-Kulleġġ Savio, mill-Kongregazzjoni Salesjana, fir-raħal tagħna. Kien il-qaddis kariżmatiku San Ġwann Bosco li fl-1854 welled il-familja Salesjana, l-ewwel f’Turin, l-Italja, u wara ftit tas-snin, din ixxitla ċkejkna u umli, bdiet tinfirex mad-dinja kollha. Illum il-Kongregazzjoni Salesjana hija waħda mill-akbar kongregazzjonijiet fil-Knisja Kattolika. Don Bosco kien magħdud fiċ-ċrieki ta’ Turin antiklerikali u maħkum bil-mażunerija, bħala wieħed mit-tre matti – flimkien ma’ San Giuseppe Cottolengo, l-anġlu tal-morda b’mard serju u San Giuseppe Cafasso, l-appostlu talkalzrati. It-tlieta kienu meqjusa bħala mġienen; iva, mġienen wara l-batut, wara l-minsi, wara l-emarġinat; it-tfal u ż-żgħażagħ abbandunati; il-morda minsija u mwarrba; u l-ħabsin bla tama. It-tlieta saru qaddisin għax saru kollox għal ħaddieħor. Il-motto li Don Bosco fassal ħajtu fuqu jitkellem waħdu: Da mihi animas, caetera tolle – Agħtini l-erwieħ, ħudli kollox. Ma kienx motto jew cliché okkażjonali; kien programm ta’ ħajja. Infatti fuq is-sodda tal-mewt, Don Bosco miet b’eżawriment kbir, għax ħajtu saret għotja totali għall-proxxmu fil-bżonn. Wara diversi tentattivi, kien imiss li din ilkongregazzjoni tixxettel f’Malta wkoll. Fl1903, is-Salesjani ta’ Don Bosco, bil-għajnuna ta’ diversi Maltin, ewlenin fosthom il-benefattur Alfons M. Galea, fetħu l-ewwel dar tagħhom f’Tas-Sliema: St Patrick’s, skola u dar li tilqa’ tfal u żgħażagħ iltiema jew li għaddejjin minn diffikultajiet fil-familja. Matul is-snin kellhom preżenza fir-Rabat, Għawdex u anke f’Birkirkara. Il-providenza riedet li s-Salesjani jiġu fir-raħal tagħna u bdew jibnu dar kbira f’ĦadDingli – il-Kulleġġ Savio. Kienet ilha tberren ix-xewqa li s-Salesjani jibnu skola sekondarja f’Malta. Dan il-kulleġġ kellu jservi bħala skola sekondarja għas-subien kif ukoll bħala mixtla ta’ vokazzjonijiet. Kien fl-1960 meta s-Salesjani ġew mogħtija biċċa art kbira f’Ħad-Dingli; art li fl-1965 bdiet tiġi
Programm tal-Festa 2018
51
żviluppata f’kulleġġ. L-awtoritajiet ekkleżjastiċi kienu kuntenti ħafna b’dan l-iżvilupp tant li fl-20 ta’ Ġunju 1965, l-Arċisqof ta’ Malta nnifsu, Mons. Michele Gonzi poġġa l-ewwel ġebla ta’ dan ilproġett fejjiedi. Dan l-iżvilupp witta t-triq biex għall-ewwel darba f’Ħad-Dingli, jidħol Istitut ta’ Ħajja Kkonsagrata. Ix-xogħol beda miexi sew u kien propju 50 sena ilu li dan il-kulleġġ laqa’ fi ħdanu l-ewwel tnax-il student. Il-kulleġġ ssemma ‘Savio’ għat-tfajjel San Domenico Savio, student ta’ San Ġwann Bosco. Domenico Savio twieled fit-2 ta’ April, 1842, f’raħal ċkejken jismu Riva, fil-Piemonte, f’familja fqira t’għaxar aħwa, iben ħaddied. Minn ċkunitu wera ċerta ġabra u ħeġġa lejn il-ħwejjeġ spiritwali, tant li ngħata permess speċjali li jitqarben ta’ 7 snin flok ta’ 12-il sena, kif kienet il-prassi dak iżżmien. Fuq rakkomandazzjoni tal-għalliem tiegħu, Don Giuseppe Cugliero, huwa ltaqa’ ma’ Don Bosco, li min-naħa tiegħu aċċettah bħala student fl-oratorju tiegħu. Fl-oratorju spikkat l-intelliġenza u l-prudenza tiegħu. Kellu xewqa kbira li jsir saċerdot. Madankollu, marda wasslitu għall-mewta bikrija. Hu miet nhar id-9 ta’ Marzu, 1857, fl-età ta’ 14-il sena. Don Bosco, li kellu stima kbira tiegħu, ftit wara mewtu kiteb bijografija tiegħu. Huwa ġie ddikjarat qaddis f’Ġunju, 1954. Huwa mudell għal kull student u kien għalhekk li s-Salesjani semmew il-kulleġġ il-ġdid tagħhom f’Ħad-Dingli għalih. Kif wieħed jista’ jistenna, għall-ewwel l-isfidi ta’ kulleġġ ġdid kienu kbar. Kien hemm problemi finanzjarji, il-problema ta’ kif se tattira studenti ġodda u d-distanza, minħabba li Ħad-Dingli hu xi ftit imbiegħed. Mhux faċli li tipperswadi lill-ġenituri jafdaw lil uliedhom fi skola ġdida! L-ewwel studenti kienu kollha borders; kienu jgħixu fil-kulleġġ stess. L-iskola kienet it-tieni dar tagħhom. L-għalliema, li kienu kollha Salesjani, għamlu ħilithom kollha biex dawn l-istudenti pijunieri jħossuhom milqugħa f’din id-dar ġdida tagħhom. U rnexxielhom tabilħaqq! Xieraq li hawnhekk insellmu lill-pijunieri ta’ din il-missjoni; l-ewwel komunità li sawret din il-ħolma qaddisa! Bħala l-ewwel Rettur insibu lil Fr Albert Negri, Amerikan; fil-kariga ta’ Surmast kien hemm il-poeta u kittieb Fr Philip Grech; bħala Bursar Fr Joe Mangion; Fr John Degiorgio u l-Brothers Tony Caruana, Alfred Gatt, Carmel Sultana u Francis Zammit. Il-preżenza Salesjana fil-komunità ta’ Ħad-Dingli ma kinitx esklussiva biss għall-kulleġġ. Huma integraw sew fil-ħajja tal-parroċċa u hekk ġew aċċettati b’mod aktar faċli. Is-Salesjani bdew ikunu ta’ kontribut siewi għal Ħad-Dingli. Ilftuħ tal-oratorju – l-ewwel fil-kulleġġ u wara f’post separat fil-qalba ta’ ĦadDingli, Dar Don Bosco – għen biex ittfal u ż-żgħażagħ iduqu mis-sistema preventiva mħaddma mis-Salesjan; is-sistema avant garde ivvintata minn Don Bosco. Bosta tfal Dinglin edukaw irwiehom fil-Kulleġġ Savio. Is-Salesjani bdew jagħtu wkoll kontribut siewi filħajja tal-parroċċa fejn kienu ta’ sostenn kontinwu. Il-pastorali mal-poplu, l-aktar mat-tfal u ż-żgħażagħ, huma l-qofol tal-kariżma Salesjana. Fil-25 ta’ Marzu 2014, b’kollaborazzjoni bejn is-
52
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Salesjani u l-parroċċa ġiet inawgurata f’Dar Dun Bosco, Kappella tal-Adorazzjoni, li tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd, mis-7.30 am sad-9.00 pm Matul dawn il-ħamsin sena, il-Kulleġġ Savio kompla jiżviluppa u llum huwa meqjus fost l-aqwa skejjel sekondarji f’pajjiżna. Il-kulleġġ illum joffri edukazzjoni lil 260 student. Jinkorpora fih kumpless sportiv modern u grawnd b’ħaxix artifiċjali. Sar bejta ta’ attivitajiet kontinwi għall-membri kollha tal-familja. Ħamsin sena ta’ ħidma mhumiex ċajta. Ix-xitla ċkejkna llum hija siġra li trid tkun indukrata u mħarsa sew! L-isfida ewlenija tal-Kulleġġ Savio hija li filwaqt li jimxi ’il quddiem, jibqa’ dak li l-fundaturi ħolmu u stinkaw li jkun; skola Kattolika, b’valuri Nsara, li jhejji ż-żgħażagħ biex ikunu ċittadini tajba, xhieda koerenti ta’ dak li jemmnu; ikunu melħ tal-art u dawl għad-dinja.
Programm tal-Festa 2018
53
Tislima lil Sister Renata Muscat O.P. (1941 – 2018)
Sister Renata Muscat twieldet Ħad-Dingli nhar it-13 ta’ Mejju 1941 u ġiet mogħtija l-isem ta’ Elizabeth, Betty. Bint Salvu Muscat u Marija Ġużeppa Zahra, hi t-tieni minn tmint aħwa, għalkemm kien hemm ħamsa oħra li mietu f’età żgħira ħafna. Fost l-aħwa, Patri Pawlu Muscat O.S.A. Fl-età ta’ 16-il sena daħlet fl-Ordni Dumnikan, fil-kunvent tal-Madonna ta’ Pompei, ir-Rabat Għawdex. L-ewwel sitt xhur kienu żmien ta’ prova. Imbagħad kompliet in-novizzjat fl-istess kunvent, u wara sentejn, għamlet l-ewwel professjoni fl-1961. Il-vokazzjoni tagħha kienet tafha liz-zija, Sr Fortunata, Dumnikana wkoll, illum mejta. Sister Renata daret il-kunventi kollha li l-ordni għandha f’Malta u Għawdex. Barra minn hekk, kienet ukoll għal xi żmien f’kunvent li d-Dumnikani għandhom fl-Ingilterra. Għal żmien twil ħadmet fl-Isptar Santa Katarina, Ħ’Attard, u fl-Istitut San Ġużepp li għandhom Ħaż-Żabbar. Għamlet perjodu ta’ żmien fil-Kunvent tal-Madre Ġenerali, f’TalVirtù, ir-Rabat, biex tkun tista’ tieħu ħsieb lill-ġenituri minħabba l-mard u l-età tagħhom. Kienet tieħu ħsieb ukoll mara f’Tal-Virtù. Hi ma xtaqitx li toħroġ minn soru biex tkun tista’ tieħu ħsiebhom. Kien hemm żmien li kellha toqgħod id-dar u darba f’ġimgħa tmur tgħix il-kunvent, f’Tal-Virtù. Fil-21 ta’ Marzu 2018, il-bidu tar-rebbiegħa, Sister Renata ħassha ħażin fid-dar il-ġdida li d-Dumnikani għandhom f’Għajnsielem, fejn hi kienet Superjura. Hi ġiet imsejħa biex tirritorna fid-Dar tal-Ħallieq, nhar it-Tlieta 12 ta’ Ġunju 2018, fid-Dar tal-Anzjani Apap Institute, f’Santa Venera.
IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI F’DAR DUN BOSCO miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7.30a.m sad-9.00p.m. Post fejn titlob fis-skiet u f’ambjent ta’ ġabra
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
54
The Magic Price DETERGENTS & TOILETRIES SHOP 18, Daħla Tas-Sienja, Dingli
for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 9940 9715
(Ftit ’l isfel mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali)
Mob: 9924 8677, 9956 8239 Ħinijiet tal-ftuħ: Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30am sa 12.30pm u mill-4.00pm sas-7.30pm Is-Sibt: mis-7.30am sas-2.00pm
Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm
Għal kull għażla ta’ detergents u affarijiet għall-kura tal-persuna bi prezzijiet kompetittivi ħafna u għall-but ta’ kulħadd. Għandna għażla tajba ta’ shampoos, deodorants u shower gels, kif ukoll nappies u wipes fost affarijiet oħra
Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
Narawkom u nixtiequ lid-Dinglin kollha l-Festa t-Tajba
FREEWAY MARKETING Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts
Tony’s Garage 24HRS TAXI SERVICE
Dingli
Mob: 9944 4142 Fax: 2145 1584 Travel in Comfort & in Style Fully Airconditioned
Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta
Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351
TAL-LENNIE
CAR WASH SERVICE
Water Supplies
Upholstery Cleaning Prices One seat 9 Euros All four seats 36 Euros
(Tax-Xini)
Inside and Outside Cleaning Starting from 15 Euros Lens Polish (fanali) Starting from 10 Euros each
Donovan Scerri Mobile
7924 2588
MOB: LOCATION:
9903 0121
ÓAD-DINGLI and on site
Donovan John Scerri
Programm tal-Festa 2018 GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru
GERALD JEWELLERY ❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00, 16.00-18.30 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786
55
SANTA MARIJA SELF SERVICE • Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer FREE DELIVERIES Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6
Triq Çensa Spiteri, Dingli Tel: 2745 0454 Mob: 9945 4158 Santa Marija Self Service Dingli
Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba - Malta Tel/Fax: 2157 7301 Mob: 7925 4324
JANET PORTELLI VTCT MARIA CAMILLERI ITEC MARIE A. VASSALLO ITEC Fully Qualified Beauty Therapists Waxing • Eyebrow shaping/tinting • Eyelash tinting Manicures • pedicures • Nail extensions Manual & machine facials • Make-up for all occasions Slimming treatments, massages. Gem technology laser/ipl for hair removal, pigmentation, acne, wrinkles, etc… Specialising in semi-permanent make-up and 6 inch loss guarantee in 2 hours only
Opening hours: Daily: 8.00 a.m. - 7.00 p.m. Wednesday closed Saturday: 8.00 a.m. - 12.00 p.m.
Dingli Tel: 2145 5602
56
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-abbatini b’sorpriża għal jum il-festa
Il-grupp tal-abbatini tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli qed jistieden lil kulħadd biex nhar il-festa ta’ Santa Marija, qabel il-ħruġ tal-purċissjoni, jagħti titwila fuq iz-zuntier għal sorpriża li qed iħejji biex jilqa’ lill-istatwa ta’ Santa Marija. Il-Prefett tal-grupp, MATTHIAS ATTARD, jintroduċina mal-grupp tal-abbatini, l-irwol tiegħu matul is-sena u s-sehem attiv fi żmien ilfesta. Fil-grupp tal-abbatini tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli għandna 35 abbati, li nagħtu servizz fuq l-artal. Ilgrupp hu organizzat b’kumitat li flimkien mad-Direttur, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley, nieħdu ħsieb li norganizzaw laqgħa kull nhar ta’ Sibt filgħodu. Din tibda biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa filknisja, laqgħa u wara jkollna xi ftit ħin ta’ futbol f’Dar Don Bosco. Fil-ġranet tax-xitwa, minn żmien għal żmien norganizzaw xi mixjiet fil-kampanja filwaqt li fis-sajf ikollna ħarġiet ħdejn il-baħar, BBQ’s u attivitajiet għall-ġenituri u l-familji tagħna. Barra minn hekk, ikollna ukoll live-in f’Għawdex għallabbatini l-kbar kif ukoll ħarġiet differenti għall-abbatini ż-żgħar. Din is-sena, għas-seba’ darba konsekuttiva, il-grupp tal-abbatini tella’ wirja tradizzjonali għal matul il-Ġimgħa Mqaddsa. Din saret fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum. Fis-snin ta’ qabel, kienu jieħdu ħsieb din il-wirja l-abbatini l-kbar biss. Però, waqt laqgħa tal-kumitat, ħarġet l-idea li din is-sena fil-preparazzjoni tal-wirja jieħdu sehem l-abbatini kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom. Għalhekk, bil-kooperazzjoni sabiħa tal-abbatini u l-ġenituri, inħadmu ħames xeni mill-Passjoni ta’ Ġesù Kristu: l-Aħħar Ċena, l-Ort tal-Ġetsemani, il-Palazz ta’ Pilatu, il-Golgota u l-Qabar. Dawn saru minn materjali differenti bħal injam, kartun, ġablo, ġebel u zkuk. Barra minn hekk, inħadmu ħames platti bil-melħ u l-barley li kienu jirrappreżentaw xi simboli marbuta mal-ħames xeni msemmija. Żmien il-festa hu mill-aktar impenjattiv għallabbatini. Apparti s-servizzi fil-funzjonijiet filknisja, l-abbatini jaħdmu fjuri li jintefgħu fil-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Kull sena jinħadmu fjuri minn karti ikkuluriti. F’dan kollu jkun hemm element ta’ kompetizzjoni għaliex kulħadd irid ikun hu li jagħmel l-iżjed fjuri! Min jirnexxielu jagħmel 500, min 1,000 u hemm min jirnexxielu jagħmel saħansitra 5,000 fjura. Kull sena jkollna madwar 20,000 fjura li jintefgħu fil-mument sabiħ tal-ħruġ tal-istatwa tant għażiża għalina, nhar il-festa. Din is-sena se ssir hekk ukoll! Madankollu l-fjuri se jiżiedu sostanzjalment fin-numru u se jkollna l-użu ta’ aktar ilwien fi proġett li issa ilna naħdmu fuqu ġimgħat. Il-proġett intlaqa’ mill-Kumitat talFesta Esterna u sibna l-appoġġ ukoll tal-Kunsill Lokali. Però l-prodott finali se nħalluh bħala sorpriża għal jum il-festa. Ngħidulkom biss li dak li se nippreżentaw hu ġdid għal Ħad-Dingli. Nistednukom biex tiġu u taraw!
Il-Festa t-Tajba lir-residenti Dinglin kollha
PERIT
DAVID VASSALLO
99436306 perit.davidvassallo@gmail.com
TA’ SACCO GREEN GROCER
Fruit & Vegetables Inguanez Street, Dingli Opening Hours Monday to Friday: 7.00am to 12.00pm & 4.00pm to 7.00pm Saturday: 7.00am to 12.00pm
SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com
Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 08.00 – 12.30 u 16.00 – 19.30 Is-Sibt 08.00 – 13.00 u 16.00 – 19.00
Triq San Pawl, Dingli • Mob: 7928 0156 Normal Prices Daily Gym Monthly Gym Quarterly Half Yearly Yearly Daily Class 12 sessions Couple Prices Daily Gym Monthly Gym Quarterly Half Yearly Yearly
4€ 35 € 75 € 135 € 185 € 5€ 55 € 4€ 65 € 140 € 255 € 345 €
Student Daily Gym Monthly Gym
3.50 € 25 €
Daily Class 12 sessions
4.50 € 44 €
Personal Training One person daily 12 Sessions 24 Sessions
15 € 162 € (valid for 3 months) + (Free Membership Gym valid for 1 month) 264 € (valid for 5 months) + (Free Membership Gym valid for 2 month)
Two persons daily 12 Sessions 24 Sessions
12 € 132 € (valid for 3 months) + (Free Membership Gym valid for 1 month) 200 € (valid for 5 months) + (Free Membership Gym valid for 2 month)
Three persons daily 12 Sessions 24 Sessions
10 € 102 € (valid for 3 months) + (Free Membership Gym valid for 1 month) 165 € (valid for 5 months) + (Free Membership Gym valid for 2 month)
Gym open from 6.00am - 11am & 4.30pm - 11pm (weekdays)
Programm tal-Festa 2018
61
L-Għajn Main Street, Dingli
GÓAL KULL XORTA TA’ QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA
STATIONERY • GIFTS & TOYS
Irrikorru
Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722
18, Parish Street, Dingli Tel: 2145 2854 Mob: 7945 2854
Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha
VINCE BUTCHER
IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. – 5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. – 7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. – 7.00 p.m.
DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables
40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323
IL-ÓARRUBA
FREE DELIVERY
Pet Shop
Ódejn il-Knisja ta’ Óad-Dingli It-Tnejn u l-Óamis : 8.00am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ìimg˙a : 9.30am - 12.00pm
Free Delivery
Ódejn il-˙anut fi Triq il-Kbira Minn Settembru sa Ìunju l-Óadd 9.00am - 3.00pm
Vet Service Tuesdays and Fridays
Ódejn id-dar ‘Moncheri’, Triq ÌuΩè Ellul Mercer, Óad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Óamis u l-Ìimg˙a 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm
6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli
Mob: 9947 9810
Mob: 7905 2884
62
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Tifkiriet tal-festa fl-imgħoddi
Kif kienet tiġi ċċelebrata l-festa f’Ħad-Dingli fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija? Għaliex il-parroċċa kienet tiġbor il-qamħ mingħand il-bdiewa? Kont taf li Ħadd fuq il-festa kien isir irkant fuq iz-zuntier? Kif saret it-terħa għall-altar maġġur? Il-Bord Editorjali stieden lil PAUL ABELA jikteb dwar kif jiftakar iċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli fi tfulitu u żgħożitu. Is-Sur Abela twieled Ħad-Dingli fl-20 ta’ Settembru 1935 u għex f’raħal twelidu sal-1969 meta żżewweġ u mar joqgħod il-Mosta. Fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli kien attiv f’diversi ħidmiet fosthom bħala abbati sakemm kellu tmintax-il sena, kien President tal-Azzjoni Kattolika u kien jgħin fil-ġbir għall-knisja. Il-festa ta’ ġewwa Fi tfuliti u żgħożiti, il-maġġoranza tad-Dinglin kienu jieħdu sehem attiv filfunzjonijiet li jsiru fil-knisja; fl-Ewkaristija u s-sagramenti. Naturalment, ilfesta ta’ ġewwa kienet teħtieġ li jkollha preparazzjoni tajba biex jingħata t-tifħir mistħoqq lil Marija Assunta. Għall-kwindiċina kien jiġi armat id-damask, u aktar ma toqrob il-festa, kien jiżdied l-armar li kellha l-knisja għal fuq l-altari. Il-funzjoni ta’ filgħaxija fil-kwindiċina kienet tikkonsisti fir-reċita tar-rużarju, il-kant tal-litanija u s-Salve Regina, it-talba tal-kurunella u l-kant tal-Ave Maria Stella. Il-funzjoni kienet tintemm bil-barka sagramentali. Il-kor kien jikkonsisti f’dawn il-membri: Rogantino Gambin, Paul Ebejer, Nicholas Bonello, Baptist Is-Sur Paul Abela Ebejer, James Ebejer, Paul Abela, Victor Micallef u Ġużeppi Muscat. Magħhom kienu jingħaqdu xi abbatini. L-armonju kien jindaqq mis-surmast Joseph Bonello li għal ħafna snin kien imexxi l-orkestra tal-parroċċa fi żmien il-festa. Żewġt iĦdud qabel il-festa, ħafna nisa kiena jgħinu fil-ħasil tal-paviment tal-knisja, li kien jikkonsisti f‘xorok għall-oqbra. Sal-1952, id-dfin f’Ħad-Dingli kien isir fil-knisja. Għall-ħasil tal-art, l-aħħar quddiesa filgħodu li s-soltu kienet tibda fl-10.00am, kienet tiċċaqlaq għal siegħa qabel biex fl-10.00am kienet tibda din il-biċċa xogħol li kienet tibqa’ għaddejja sal-5.00pm. In-nisa kienu jġibu magħhom broxkijiet u xkupi tal-lanzit, waqt li t-tfal kienu jagħtu daqqa t’id fil-ġarr tal-bramel tal-ilma. Niftakar tajjeb fl-attenzjoni li kienet tkun meħtieġa fil-ħruġ u d-dħul tal-istatwa ta’ Santa Marija fin-niċċa tagħha. Kont nara liz-ziju tiegħi, Toni Abela, jaqla’ xi ġebel minn malħajt biex ma ssirx ħsara fl-id tal-istatwa. Ilbukketti tal-ward quddiem l-istatwa fil-festa kienu jkunu magħmula b’sengħa kbira bl-użu tal-warda sempreviva. Normalment il-familji kienu jordnaw il-bukketti tal-ward għand isSur Vitor Micallef. Għat-tridu kien jinġieb predikatur. L-istess għall-paniġierku fil-quddiesa l-prinċipali ta’ jum il-festa. F’din il-quddiesa, kienu jitqassmu sunetti b’tifħir lill-Assunta.
Programm tal-Festa 2018
63
Il-festa ta’ barra Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet barra l-knisja kienet tkun ilpurċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija nhar il-festa. Fi tfuliti, il-purċissjoni ma kinitx twila. Kienet tgħaddi minn dawn it-toroq: San Rokku, il-Kbira (sa ħdejn l-għassa tal-Pulizija) u l-Parroċċa (sal-knisja). Mill-ħabta tal-1955 ’il quddiem bdiet tinżel sa ħdejn l-iskola primarja. Qabel id-dħul fil-knisja kienet titkanta s-Salve Regina u xi Innu Marjan. Meta beda jitkanta l-innu attwali, magħruf bħala l-Innu l-Kbir, għall-ewwel dan kien jindaqq millbanda tal-Birgu. Kien ikollna bħal invażjoni ta’ nies mill-Birgu. Kien introduċiehom mal-festa f’Ħad-Dingli l-kappillan Dun Ġużepp Lanzon li kien minn hemmhekk. Niftakar kienu jiġu madwar 14-il xarabank b’nies millBirgu f’jum il-festa, igawdu l-arja nadifa ta’ fuq l-irdum u jibqgħu mal-banda sa tard filgħaxija biex jieħdu sehem attiv fil-marċ tal-aħħar, wara l-purċissjoni. Il-festa kienet tkun mistennija minn kulħadd. In-nies kienu jżanżnu ġlekk jew libsa sabiħa u xi żarbun. L-armar ta’ barra Festa Ħad-Dingli 1943 kien pjuttost fqir meta tikkumparah mal-lum. Fit-tiżjin tattoroq, kienet tispikka ħafna l-liedna naturali. Kienu jaqtgħuha madwar ġimagħtejn qabel il-festa. Filgħaxijiet, wara l-quddiesa, rġiel u tfal kienu jinġabru fuq iz-zuntier jagħtu daqqa t’id biex tiġi miftula l-liedna u b’hekk tkun lesta biex tintrama. L-armar tal-bozoz mal-faċċata tal-knisja u t-toroq kien isir minn Ġużeppi u ibnu Karmnu Muscat. Biex jinxtegħel kienu jikru generator li minħabba l-istorbju li kien jagħmel kien jitpoġġa ħdejn id-Domus. In-nar tal-art u tal-ajru kien jinħadem u jitmexxa min-nies minn Ħad-Dingli stess. Niftakar b’mod partikulari s-sehem ta’ membri tal-familja Bonello f’dan ix-xogħol. Attività ewlenija ta’ ġbir ta’ fondi għall-festa ta’ barra kienet il-fiera tal-Imnarja organizzata millparroċċa ta’ Ħad-Dingli fil-ġonna tal-Buskett fil-lejl tat-28 u fl-għodwa tad-29 ta’ Ġunju.
Tberik tar-razzett tan-nar – Ħad-Dingli – 1949
64
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli Festa f’luttu… Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Santa Marija Nhar il-Ħadd 30 ta’ Lulju 1961, il-Kappillan Dun Karm Azzopardi miet għall-għarrieda fissagristija tal-knisja, fl-età ta’ 58 sena. Bil-festa titulari fuq l-għatba, Monsinjur Arċisqof Mikiel Gonzi poġġa r-responsabilità tal-parroċċa f’idejn Dun George Mercieca, saċerdot ħabrieki li għal snin twal ta servizz pastorali fil-parroċċa tagħna. Hu kien jiġi fi tmiem il-ġimgħa minn Raħal Ġdid, iqarar u jiċċelebra l-quddiesa. F’Ħad-Dingli kien waqqaf l-Azzjoni Katolika. F’dik iċ-ċirkustanza, Dun George iddeċieda li l-purċissjoni f’jum ilfesta tieħu l-forma ta’ pellegrinaġġ bl-istatwa titulari li matulu jingħad ir-rużarju akkumpanjat minn kant Marjan. Ir-rużarju kien ingħad mis-Sur Rogantino Gambin. Il-pellegrinaġġ għadda minn dawn it-toroq: San Rokku, il-Kbira u l-Parroċċa. Nistqarr li qatt ma attendejt għal pelleġrinaġġ li sar f’daqstant kwiet u devozzjoni. Kienet okkażjoni bis-sehem tad-Dinglin kollha magħquda fit-talb lil Marija Assunta u b’solidarjetà mal-familja talKappillan Azzopardi li mexxa ’l din il-parroċċa għal għoxrin sena.
It-terħa ta’ fuq l-altar maġġur Kienet ħolma li kellu s-sagristan Kola Abela, li dejjem xtaq jara din l-opra sseħħ. F’dak iż-żmien, f’kull quddiesa ċċelebrata fil-Ħdud u l-festi kienu jsiru żewġ ġabriet. L-ewwel waħda tissejjaħ “għas-siġġijiet” u l-oħra “għall-knisja”. Fil-verità l-flus kollha miġbura kienu jmorru għall-knisja, iżda b’din id-drawwa fil-ġabra “għas-siġġijiet” kull persuna kienet tagħti 6 ħabbiet “talli tuża s-siġġu”. Żewġ terzi kienu jmorru għall-bżonnijiet tal-knisja u t-terz l-ieħor kien imur għal xi proġett fil-knisja li jieħu ħsieb is-sagristan flimkien malvoluntiera. Hekk inġabru l-ispejjeż għat-terħa ta’ fuq l-altar maġġur li saret fis-snin ħamsin. Ilvoluntiera li kienu joħorġu jiġbru fil-knisja kienu s-sagristan Kola Abela, John Bonello, Nazzareno Abela, Mikiel Muscat, Karmnu Muscat u jiena. Id-disinn għat-terħa ta’ fuq l-altar maġġur sar misSur Nikola Bonello (eks chargeman fit-tarzna talAmmiraljat). Ix-xogħol tar-rakkmu sar mis-Sinjura Mary Lanzon. L-ispejjeż involuti għal din it-terħa kienu ta’ madwar 180 lira Maltija (madwar € 420). Din kienet somma sostanzjali għal dak iż-żmien, meta tiftakar li l-paga medja ta’ ħaddiem ma kinitx taqbeż is-sitt liri maltin (madwar €14) fil-ġimgħa.
Programm tal-Festa 2018
65
Il-ġabra u l-irkant tal-qamħ Kienu jsiru żewġ ġabriet kbar għall-festa. Minn xahar qabel, il-kappillan kien idur id-djar kollha jiġbor offerta fil-ġabra magħrufa bħala l-albural tal-festa. In-nies kienet tkun imħeġġa biex tkun ġeneruża fl-għotja tagħha. Niftakar sewwa wkoll li kif spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija, fi żmien il-Kappillan Dun Karm Azzopardi, kienet issir ġabra oħra, li kienet tissejjaħ “tal-qamħ” b’risq il-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Marija. Din kienet issir lejn l-aħħar ta’ Lulju billi normalment sa dak iż-żmien il-qamħ kien ikun inġabar minn fuq il-qiegħa, li fuqha ikun midrus bil-bhejjem, imderri sewwa meta r-riħ ikun jippermetti u magħrbul tajjeb, speċjalment jekk ikun se jittieħed fil-mitħna biex isir dqiq. Peress li f’Ħad-Dingli kien hemm numru mdaqqas ta’ familji bl-għelieqi, waqt din il-ġabra partikulari, ħafna mill-bdiewa kienu joffru ammont ta’ qamħ minflok offerta ta’ flus. Erba’ gruppi ta’ voluntiera kienu joħorġu jiġbru. Kull grupp kien iffurmat tal-anqas minn żewġ bdiewa armati tajjeb bi xkejjer fuq il-karettun tal-ħmara. Kienu jħabbtu bieb bieb għall-qamħ, fit-toroq li jkunu assenjati għalihom. Żewġ gruppi kienu jduru d-djar fir-raħal, grupp ieħor kien idur l-irziezet n-naħa tal-Bukett u l-grupp l-ieħor idur lill-bdiewa fl-għelieqi ta’ Misraħ Suffara, Wied Ħażrun u jasal kważi sal-Imtaħleb. Il-qamħ kien jinġabar fl-ixkejjer u jitgħabba fuq il-karettun. L-istess voluntiera kien ikollhom borża żgħira għal min jagħti xi donazzjoni ta’ flus minflok il-qamħ. L-ewwel Ħadd ta’ wara l-festa, filgħaxija, kien isir l-irkant talqamħ. Fuq iz-zuntier kienet tinfirex inċirata kbira, daqs ta’ 4 metri b’4 metri. Il-qamħ kollu kien jerġa’ jiġi magħrbul f’għarbiel tond b’diametru ta’ madwar metru. Imbagħad kien jiġi mkejjel tomna tomna biex jitqiegħed fi xkejjer li kienu jesgħu 4 tomniet. Din kienet tissejjaħ wejba qamħ. Meta kollox kien ikun imqiegħed wejba wejba, kien ikun hemm persuna li jmexxi l-irkant tal-qamħ. Niftakar f’dan l-inkarigu lil Franġisku Gauci u lil Carmelo Saliba. Kont niggosta l-uċuħ ta’ dawk interessati li jixtru, bdiewa Dinglin li jrabbu l-bhejjem, jaħsbuha sew qabel jgħollu l-prezz bl-offerta tagħhom f’dan l-irkant. Xi drabi l-qamħ kien saħansitra jinxtara minn bidwi wieħed. Drabi oħra kien jinxtara minn aktar, billi dak li jkun offra l-aħjar prezz ma jkunx irid jieħu l-qamħ kollu. Kif jispiċċa l-irkant, il-qamħ kien jitgħabba fuq il-karettuni biex jittieħed fl-irziezet ta’ dawk li jkunu rebħu d-dritt li jeħduh għax offrew l-aħjar prezzijiet. Dan naturalment isir wara li jkun tħallas l-ammont ta’ flus offrut, quddiem il-ġemgħa li kienet tassisti għall-irkant. Kull meta toqrob il-festa ta’ Santa Marija, din l-esperjenza għadha ġġibli ħafna nostaloġija, tal-qlub ġenerużi tad-Dinglin.
66
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-arblu ta’ Mejju f’Ħad-Dingli
Il-kittieb Mikiel Spiteri (1917 - 2008), magħruf aħjar bħala Kilin, kien ippubblika bħal djarju ta’ tfulitu fis-snin għoxrin fil-ktieb “Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan”. B’dan il-mod ħalla stampati l-memorji ta’ tfulitu fir-Rabat. F’dan ir-rakkont li qed nippubblikaw, jikteb dwar żjara li għamel f’Ħad-Dingli f’okkażjoni partikulari. Naqraw li fir-raħal tagħna kienet tiġi ċċelebrata wkoll il-festa tal-Vitorja u fiha kien jitrama l-arblu ta’ Mejju. Xahar ilu kienet il-festa ta’ Santa Marija. Filgħaxija ħaduna fuq is-sur tal-Imdina biex naraw il-murtali telgħin mis-seba’ rħula. Iz-zija Ġanna tiffitta għax “dawk it-tful fix-xifer!” u z-zijiet irġiel mitlufin jaraw il-funtani tal-kulur, u s-siġar tal-palm tad-deheb telgħin mill-Mosta, mill-Qrendi, minn Ħal Għaxaq… “Le, hemm l-Imqabba!” “U le, dik il-Gudja!” U Ġużu taz-ziju Lonzu, imgeddes ħdejja ċkejken ċkejken, jgħajjibhom: “Gudja, tuffieħa ta’ billudja!” Ġimgħa wara waslet Santa Marija ta’ Ħad-Dingli u ġimagħtejn wara għamlu festa oħra, tal-Vitorja. Morna, għax Ħad-Dingli mhux ’il bogħod. Kemm hi ħelwa l-festa f’dak ir-raħal ċkejken! U kemm hemm affarijiet ġodda! Hemm arblu ta’ Mejju. Dan ma jagħmlux bħalu r-Rabat. Il-pjazza maħnuqa bin-nies. Fin-nofs arblu twil midlik kollu xaħam. Fil-quċċata mdendel ċirku tond, qisu kuruna, u miegħu mdendlin ħafna affarijiet tajba: murtadelli, zalzett, landi tal-bulubif, u fliexken tal-inbid. Min għandu ħila jitla’ hemm fuq, joħodhom kollha. Bdew telgħin. Imma ħadd ma seta’ jitla’ wisq ’il fuq għax bix-xaħam jiżżerżaq, fost id-daħk tan-nies. Wara ftit ħasbuha, għax qagħdu erbat’irġiel madwar l-arblu u jżommu ma’ xulxin; fuqhom telgħu tnejn oħra, u fuq dawn tela’ wieħed ieħor. Sar sellum tal-laħam. Imma kien għada fadal biċċa sew x’titla’. Ippruvaw kemm-il wieħed għalxejn. Fl-aħħar tfaċċa wieħed ġdid, u fost innies qamet għagħa. Dan kien jeħodha żgur, għax ħadd ma jiflaħ u ħadd mhu ħafif daqsu. Mesaħ biċċa sew mix-xaħam, u rabat rumnell f’kagħka mal-arblu. Tellgħu ’l fuq kemm seta’ u ddendel miegħu bi snienu. Għen ruħu b’saqajh biex jogħla iżjed u beda jimsaħ ix-xaħam iżjed fil-għoli. Imħaddan tajjeb mal- Impressjoni tal-arblu ta’ Mejju skont kif deskritt mill-kittieb. Tpinġija: Sandra Abela arblu, tella l-ħabel iżjed ’il fuq u reġa’ ddendel bi snienu.
Programm tal-Festa 2018
67
U hekk, pulzier pulzier, baqa’ tiela’ sakemm fost iċ-ċapċip tal-folla, tela’ jistrieħ fuq is-salib ċkejken tal-għuda qrib il-quċċata. Qata’ l-ewwel flixkun inbid, fetħu bi snienu, u xorbu f’nifs fost iċ-ċapċip. Wara beda jaqta’ z-zalzett u l-affarijiet l-oħra u jwaddab kollox ’l isfel biex sħabu jaqsmu miegħu. Sabiħ l-arblu ta’ Mejju! Lizzija staqsejtha: “Illum Mejju, zi?” “Le, illum Settembru.” “Mela għaliex jgħidulu Arblu ta’ Mejju?” “Għax hekk. Ma nafx. Dejjem hekk jgħidulu. X’kull waħda ssaqsi wkoll!” Wara l-arblu l-vapur. Mill-ħajt tal-każin tal-banda kien nieżel wajer twil miġbud li jibqa’ sejjer sa tarf it-triq, żewġ kantunieri ’il bogħod. Imdendel miegħu kien hemm vapur tal-baħar tal-luna miksi bil-karti tat-tajr, koħol u ħomor, u mgħobbi bit-trikki trakki. Meta sar il-ħin messewlu n-niċċa bin-nar, il-gassijiet ħadu, u telaq jispara t-trikki trakki qisu għasfur tan-nar. Fin-nofs weħel u kulħadd warrab minn taħtu, sakemm imbuttawh b’lasta u reġa’ telaq. F’tarf it-triq spiċċawlu t-trikki trakki u beda jinħaraq bil-mod bix-xrar iqattar bħal ilma. Wara l-arblu u l-vapur ma kellix aptit nisma’ baned u nara l-purċissjoni. Huwa ftit it-tagħrif li nsibu dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Vitorja f’Ħad-Dingli. L-antropologu Olandiż, Jeremy Boissevain, fil-ktieb “Saints and Fireworks: Religion and Politics in Rural Malta” jikklassifika l-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru bħala festa sekondarja f’Ħad-Dingli li kienet tiġi organizzata mid-Dingli Club, każin soċjali li ma kellux banda. Id-Dingli Club kien ibbażat fil-post fejn illum hemm il-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija.
Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132
68
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
energetic companion
Bank of Valletta is by my side every day, assisting me to a better financial future, whatever stage in life I am in. Bank of Valletta, my lifetime companion.
www.bov.com or contact 2131 2020. Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 Bank of Valletta p.l.c. is a public limited company regulated by the MFSA and is licensed to carry out the business of banking and investment services in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta) and the Investment Services Act (Cap. 370 of the Laws of Malta).
Opportunities start with a conversation. Some opportunities are a lifetime in the making. Some appear out of thin air. Some are achieved through hard work. The one thing they share is they all start with a conversation.
We’re ready to listen. Call 2260 1000 | www.bnf.bank
BNF Bank plc is a credit institution licensed by the MFSA to undertake the business of banking in terms of the Banking Act 1994.