Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2020

Page 1



Programm tal-Festa 2020

1

PARROĊĊA SANTA MARIJA ĦAD-DINGLI

Werrej

Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Mark Mallia Pawley......................................................4 Festa b’tifsila differenti frott ċirkustanzi straordinarji Il-Kumitat Festa Esterna.....................................................12 Mons. Louis Camilleri – 50 sena saċerdot servizz lill-Knisja f’Malta u ‘l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli Savio D. Borg......................................................................24 Sena ta’ ħidma fuq diversi proġetti David Vassallo.....................................................................28 Ċelebrazzjonijiet liturġiċi u inizjattivi pastorali fix-xahar ta’ Awwissu 2020 (jinkludi l-Programm ta’ Jum il-Festa ta’ Santa Marija).............................................42 Restawrati n-niċċa, l-istatwa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju Valentina Lupo....................................................................44 Mid-djarju tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli Mario Micallef....................................................................52 Ħad-Dingli tul il-pandemija tal-coronavirus Mario Micallef....................................................................64 San Ġużepp u Ħad-Dingli 150 sena patrun tal-Knisja Universali Andrew Borg........................................................................76

Programm tal-Festa 2020 Bord Editorjali: Rev. Mark Mallia Pawley Savio D. Borg Mario Micallef Il-Perit David Vassallo Għajnuna fil-produzzjoni: Georgina Ebejer Dr Rachel Powell Doris Tanti Louise Vassallo Charles Zammit Noel Zammit Issettjat u stampat: Best Print Co. Ltd. Triq iż-Żurrieq, Il-Qrendi Tel: 21680789 Il-Bord Editorjali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta l-għajnuna tiegħu fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb.

Il-qoxra (quddiem) turi mument sabiħ miċ-ċelebrazzjoni tal-festa f’Ħad-Dingli bil-poplu magħqud isellem lill-patruna tiegħu: Santa Marija. L-istatwa titulari ta’ Santa Marija nħadmet fl-1861, mill-iskultur Anton Busuttil. Fil-qoxra fuq wara, il-kanupew u l-ventartal li jintramaw fil-Knisja Arċipretali ta’ ĦadDingli għall-okkażjoni tal-festa titulari. Din is-sena, dan il-patrimonju artistiku qed jagħlaq 100 sena. Ritratti: Matthew Tabone Disinn: Alan Bonello (www.designedbyal.com)


RETAIL

ENTERPRISE

OFFICE

+356 2144 2123

www.sgsolutions.com.mt

+356 2256 4370

https://icentre.com.mt

info@sgsolutions.com.mt

facebook.com/icentremalta


R&S MARKETING

Tower Street, Mosta Tel: 2142 0664  Fax: 2141 5930 Email: robertfalzon.rands@gmail.com

+356 7945 5960

WWW.ABIMPORTS.COM.MT INFO@ABIMPORTS.COM.MT


4

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Messaġġ mill-Arċipriet

Marija: saħħa tal-bnedmin kollha … qawwa fil-mumenti ta’ diffikultà

Il-ħolm hu xi ħaġa komuni għal ħafna minna. Uħud jiftakru ħafna, oħrajn ftit li xejn. Hemm min joħlom biss waqt li jkun rieqed, waqt li oħrajn joħolmu ma’ kull opportunità li jkollhom. Kultant, ħolma ma tkunx tixtieq li tispiċċa, waqt li ħolm ieħor titlob li qatt ma terġa’ tesperjenzah. Hemm ukoll esperjenzi li ngħaddu minnhom u li tkun tixtieq li tqum u tinduna li huma ħolma, u mhux ir-realtà, waqt li esperjenzi oħrajn niddeskrivuhom bħala ħolma sabiħa. Illum, xtaqt inkellimkom fuq ħolma li kellu żagħżugħ meta kellu madwar 26 sena, ħolma li qasamha magħna u li min jaf kemm-il darba smajniha, bla ma qatt konna nafu l-istorja warajha.

Fis-sena 1968, dan iż-żagħżugħ kien għaddej minn żmien diffiċli u mqalleb ħafna f’ħajtu. Kien tilef lil ommu meta kellu 14-il sena, u fit-taħwid li kien għaddej minnu, bilkemm kien qed isib ħin għal mistrieħ. Iżda darba minnhom, waqt li kien rieqed, ħolom ħolma minn dawk li ma xtaqx li tispiċċa. Hu ħolom li reġa’ ltaqa’ m’ommu, li kienet ilha mejta madwar 12-il sena u hi xtaqet biss tgħidlu ħaġa waħda: “let it be! All will be well!” L-għada filgħodu, dan iż-żagħżugħ qam ħafna aħjar mis-soltu, u ddeċieda li jikteb din l-esperjenza tiegħu f’diska. L-ewwel sentenza ta’ din id-diska hija hekk: “When I find myself in times of trouble, Mother Mary comes to me, speaking words of wisdom, let it be.” Din hi l-istorja wara waħda mill-aktar diski popolari tal-grupp The Beatles, proprju l-aħħar diska li bħala grupp kantaw flimkien, id-diska “Let it be.” Paul McCartney kien tilef lil ommu Mary Mohin McCartney fil-bidu taż-żgħożija. Din l-esperjenza mmarkatu sew f’ħajtu. Fid-diffikultajiet li kien għaddej minnhom, hu jħares lejn il-ħolma tal-laqgħa tiegħu m’ommu u jiddeskriviha bħala komfort kbir f’ħajtu. Fi kliem tant sabiħ jaqsam din il-ħolma magħna, tant li diversi jħarsu lejn din id-diska bħala waħda li qed tirreferi għal żewġ ommijiet: l-omm naturali u l-omm spiritwali. Fil-każ ta’ McCartney, it-tnejn kien jisimhom Mary. B’dan il-messaġġ xtaqt li nerġgħu niftakru f’din id-diska, partikularment l-ewwel sentenza, u napplikawha għal Ommna Marija. Ikollna nammettu li lkoll kemm aħna, flimkien, għadna kemm għaddejna minn esperjenza ta’ turbolenza. Il-coronavirus se nibqgħu niftakruha għal dejjem bħala l-pandemija li waqqfitna u li laqqgħatna ma’ esperjenza ta’ biża. Aħna wkoll għandna bżonn li nisimgħu minn fomm Ommna Marija dak il-kliem sabiħ: “ħallu kollox f’idejja, u kollox ikun tajjeb ħafna.” Forsi hu għalhekk illi fil-mumenti diffiċli li lkoll ngħaddu minnhom, għandna t-tendenza nduru fuq Marija u nitolbu l-interċessjoni tal-għajnuna tagħha. Xhieda ta’ dan huwa l-Papa Franġisku nnifsu.


Programm tal-Festa 2020

5

Nhar il-15 ta’ Marzu, hu għamel pellegrinaġġ għall-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma stess, fejn għamel talba quddiem l-ikona tal-Madonna magħrufa bħala Salus Populi Romani, Marija għajnuna tal-poplu Ruman. L-istess ikona kienet preżenti fil-mument ta’ talb straordinarju li l-Papa mexxa fi Pjazza San Pietru vojta, nhar is-27 ta’ Marzu 2020. Il-messaġġ tal-Papa kien ċar: “Marija hija Omm il-Knisja u Omm il-bnedmin kollha.” Għaliex induru fuq Marija? Avukata u Omm Spiritwali Fit-Tieġ ta’ Kana, Marija turi l-qawwa tagħha bħala dik li tinterċedi għal dawk li huma fil-bżonn. Fl-Enċiklika Redemptoris Mater, ‘Omm ta’ min Salvana’, li San Ġwanni Pawlu II kiteb fl-1987, jiddeskrivi l-intervent ta’ Marija fit-Tieġ ta’ Kana bħala espressjoni ta’ mħabba ta’ omm. Hu jgħid hekk: F’Kana tal-Galilija ntwera aspett wieħed biss talħtiġijiet veri tal-bnedmin, aspett li jidher żgħir u ftit importanti: “Ma għandhomx inbid”. Imma dan għandu tifsira simbolika kbira: l-għajnuna li tingħata lill-bnedmin fi ħtiġijiethom tfisser ukoll li dawk il-ħtiġijiet daħlu fi ħdan il-missjoni messjanika u l-qawwa ta’ Kristu Salvatur. U għalhekk għandna medjazzjoni: Marija tidħol bejn Binha u bejn ilbnedmin fil-verità tal-ħtiġijiet, tan-nuqqasijiet u tat-tbatijiet tagħhom. Tidħol “fin-nofs” jiġifieri tagħmilha ta’ medjatriċi mhux bħala xi waħda barranija imma bħala omm, għax taf li bħala omm tista’ turi lil Binha l-ħtiġijiet tal-bnedmin, u “għandha d-dritt” tagħmel dan. Il-medjazzjoni tagħha għalhekk għandha sura ta’ talba: Marija “titlob” għall-bnedmin (RM 21). Il-kult Marjan f’mumenti ta’ diffikultà Diversi Papiet għamlu dak li għamel il-Papa Franġisku quddiem l-ikona ta’ Marija. Waqt il-pontifikat tal-Papa San Piju V (1566-1572), f’Ruma faqqgħet il-pesta. Piju V kien ħa din l-ikona ġewwa l-Bażilika ta’ San Pietru u għamel talb speċjali quddiem din ix-xbieha. Grazzi għall-interċessjoni ta’ Marija, ilpesta ma damitx ma ġiet fix-xejn. L-istess Papa talab ukoll quddiem din l-ikona qabel il-battalja ta’ Lepanto, fejn il-qawwiet navali Nsara kkonfrontaw il-qawwa navali tal-Imperu Ottoman fl-1571. Hu kien ħeġġeġ ukoll li tintalab it-talba tar-Rużarju. L-interċessjoni ta’ Marija kienet mal-qawwa navali Nisranija, illi minkejja li kienet anqas fl-għadd minn dik tal-Imperu Ottoman, irnexxielha tirbaħ ilbattalja. Wara dan, il-Papa Piju V kien waqqaf festa Marjana fis-7 ta’ Ottubru, f’liema jum illum niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Episodju ieħor seħħ fl-1837, meta f’Ruma faqqgħet il-kolera, u l-Papa Girgor XVI talab quddiem din l-ikona u l-kolera waqfet. B’ringrazzjament, il-Papa kien inkuruna din l-ikona fil-15 ta’ Awwissu 1838, festa tat-tlugħ fis-sema ta’ Marija. Konsagrazzjoni lil Marija Drawwa sabiħa oħra fil-Knisja hija l-Konsagrazzjoni tal-poplu ta’ Alla u tad-dinja lil Marija. Fil-5 ta’ Mejju 1917, ftit qabel it-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Papa Benedittu XV kien ikkonsagra d-dinja lil Marija u talab biex bħala Omm, tinterċedi għad-dinja u jkun hemm waqfien mill-gwerra, xi ħaġa li ġrat ftit tax-xhur wara. Fil-31 ta’ Ottubru 1942, f’nofs it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Papa Piju XII ikkonsagra d-dinja lill-Qalb bla tebgħa ta’ Marija.


V&C GROUP

ROAD CONSTRUCTION | CONSTRUCTION MATERIAL SUPPLIES | EXCAVATION | DEVELOPMENT | MANUFACTURING | RETAIL | EDUCATION | HOSPITALITY

V & C Group, Whyte Harte Triq il-Kostinjus Naxxar, NXR 6352 +356 21 420 086 / +356 79 494 661 / +356 79 572 241 info@vccontractors.com www.vccontractors.com

Untitled-1 1

16/07/2019 11:31


The Eco-Friendly Electronic Anti-Scale System The Green Alternative To Water Softeners

No Salt No Chemicals No Maintenance 100% Magnetism-Free

Made in Germany Prevents scale and rust Works on all pipe materials For pipe diameters up to 40" Residential • Commercial • Industrial

+356 (0)21 466668/ 9 bmsltdmalta@gmail.com www.cwt-vulcan.com MADE IN GERMANY


8

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli Dan kollu juri kemm għalina l-Insara, Ommna Marija għandha post speċjali f’qalbna! Hija Omm ta’ min jammiraha, xempju ta’ qdusija, avukata tagħna l-midinbin u qawwa tagħna fil-mumenti ta’ diffikultà. Marija tibqa’ tidħol għalina u tkun preżenti magħna bħalma dejjem kienet preżenti ma’ binha Ġesù. Ejjew ma’ Paul McCartney u ma tant miljuni ta’ nies nerġgħu nisimgħu dak ilkliem sabiħ, li llum qed nattribwuh lil Ommna Marija: “When I find myself in times of trouble, Mother Mary comes to me, speaking words of wisdom, let it be.” Ejjew inħalluha tidħol għalina, waqt li aħna nkomplu nitolbu l-interċessjoni tagħha. Nawguralkom jiem qaddisa, aħna u nfakkru t-tlugħ ta’ Marija fis-sema. Dun Mark Mallia Pawley

Mr Paul Falzon MANAGING DIRECTOR Opening Hours Monday to Friday 6.00am - 5.00pm Saturday 6.00am - 12.30pm

Tlata Ltd, Hardstone Quarry 32, Triq Santa Katarina, Rabat RBT 3210, Malta Email: hardstonequarry@gmail.com Tel: 2145 4346, 2145 0119 Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day

Mob: 9933 5501, 7949 5319 WhatsApp: 99335502



Id-Deputat tas-6 u s-7 Distrett

Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin Kollha!

+356 9977 7666 ian@ianborg.eu @ianborgpage


TA’ SACCO GREEN GROCER Inguanez Street, Dingli

Fresh Fruit & Vegetables, Groceries, Detergents, Delicatessen Counter, Fresh Dairy Products, Bread, Wines & Soft Drinks

Opening Hours Monday to Sunday: 7.00am to 7.00pm

y r e v i l e D e e r F • s e c i r P Best


12

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Festa b’tifsila differenti frott ċirkustanzi straordinarji

Ta’ din is-sena se tkun festa limitata ħafna, iżda rriduha li tkun ċelebrazzjoni sabiħa u millqalb kif nafu nagħmlu aħna d-Dinglin lil Santa Marija. Bħala l-organizzatur tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli, il-Kumitat Festa Esterna hu impenjat jgħin biex nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu niċċelebraw bl-aħjar mod fiċ-ċirkustanzi jum il-festa titulari ta’ Santa Marija, skont id-direttivi tal-awtoritajiet tal-Knisja u tas-saħħa. F’dan l-artiklu, il-KUMITAT FESTA ESTERNA jitratta l-effetti tal-coronavirus fuq il-festa, deċiżjonijiet li ttieħdu meta faqqgħet il-pandemija, kif se niċċelebraw il-festa din is-sena u t-twettieq tar-restawr ta’ patrimonju artistiku fl-armar talfesta f’Ħad-Dingli. L-effetti tal-coronavirus Sa meta faqqgħet il-pandemija, ittħejjijiet għall-festa ta’ din is-sena kienu għaddejjin ġmielhom. Is-servizzi talbaned, il-programm tal-logħob tan-nar u l-kuntratt tal-armar tad-dawl kienu konfermati. F’laqgħa msejħa apposta fl-20 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat Festa Esterna evalwa s-sitwazzjoni kif kienet qed tiżviluppa u x’deher li seta’ jkun l-impatt tal-coronavirus fuq il-festa li ġejja. X’kien se jiġri sa Awwissu ħadd ma seta’ jbassar u għalhekk id-destin tal-festa dakinhar ma kienx magħruf. Konna konxji iżda li se jkollna tnaqqis sostanzjali fid-dħul finanzjarju u ridna li nagħtu dejjem l-ogħla prijorità lissaħħa ta’ kulħadd. Waqt li deċiżjoni fuq servizzi bħall-baned setgħet tittieħed ’il quddiem meta jkun hemm direzzjoni ċara mill-awtoritajiet tas-saħħa u talKnisja, dehrilna li fiċ-ċirkustanzi kellha tittieħed deċiżjoni fuq il-logħob tan-nar billi l-manifattura kienet se tibda tirranka f’dak il-perjodu. Ilkumitat iddeċieda li ma jinħadimx xogħol pirotekniku għall-festa ta’ Awwissu 2020. Din kellha tkun it-tielet darba fejn il-Kumitat Festa Esterna jinkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex permezz ta’ pirotekniċi fi ħdanha timmanifattura l-logħob kollu tan-nar tal-ajru għall-festa ta’ Santa Marija, blispiża tinqasam min-nofs bejn iż-żewġ entitajiet. Id-deċiżjoni ġiet komunikata lill-Għaqda Mużikali Santa Marija li qablet li x-xogħol mill-voluntiera tagħha jieqaf. Il-kumitat apprezza dan għax minkejja li ma kinitx deċiżjoni faċli dehrilna li l-għaqal hekk jitlob, b’rispett ukoll lejn s-saħħa tal-voluntiera li jaħdmu n-nar. Ilkoll konna konxji li ż-żmien li ġej se jitlob deċiżjonijiet responsabbli biex noħorġu mid-diffikultajiet li kulħadd se jiffaċċja. Naturalment, minnufih ukoll ġiet kanċellata l-ordni tallogħob tan-nar tal-art li l-Kumitat Festa Esterna jixtri mingħand il-kamra tan-nar Sant’Andrija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa. Jiem biss wara li l-kumitat ħa dawn id-deċiżjonijiet, l-awtoritajiet tal-Knisja ħarġu direttivi fejn ingħad li:


Programm tal-Festa 2020

13

“Il-festi kollha li kienu ppjanati li jsiru fil-parroċċi u fil-knejjes sal-aħħar ta’ din is-sena jistgħu jsiru biss wara li l-awtoritajiet tas-saħħa jkunu taw il-permess li jistgħu jinġabru flimkien nies f’attivitajiet pubbliċi, u f’kull każ, għal din is-sena, 2020, isiru biss f’din il-forma: Il-Ħadd biss (jew f’jum ta’ festa pubblika) isir pellegrinaġġ ta’ talb u ringrazzjament bil-vara meqjuma f’dik il-festa. Dakinhar issir ukoll quddiesa tal-festa fil-knisja. Ma jkunx hemm ċelebrazzjonijiet oħra interni jew esterni.” B’dawn id-direttivi, it-tifsila tal-festa għal din is-sena kienet ċara. Lejn l-aħħar ta’ Ġunju, meta ġew illaxkati r-restrizzjonijiet tal-pandemija, l-awtoritajiet tal-Knisja ħabbru li l-festi se jkunu jistgħu jsiru kif imħabbar qabel u ħarġu direttivi dwar x’għandu jsir f’jum il-festa; kemm f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-festa u l-pellegrinaġġ, kif ukoll dwar l-armar tal-knisja u t-toroq u s-sehem tal-baned. Madankollu, lejn l-aħħar ta’ Lulju reġgħu żdiedu l-każi tal-covid-19 u ddaħħlu xi restrizzjonijiet mill-awtoritajiet. Effett ta’ dan, nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu l-Isqfijiet ħabbru d-deċiżjoni li ma jsirux aktar pellegrinaġġi matul din is-sena. Il-Ħadd 23 ta’ Awwissu: tislima mill-qalb lil Ommna Marija Fl-isfond ta’ dawn l-iżviluppi, il-festa ta’ din issena mhux ser ikollha manifestazzjonijiet esterni. Bil-pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija li kellu jsir nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu kanċellat, anke l-armar limitat li l-Kumitat Festa Esterna kien ippjana għall-aħħar parti tar-rotta mhux ser isir. Madankollu, inħeġġukom tieħdu sehem fiċ-ċelebazzjonijiet fil-knisja biex il-festa ta’ din is-sena tkun ukoll turija ta’ mħabba u ġieħ lil Ommna Marija Assunta. Tkun ħaġa sabiħa wkoll li għall-ġranet tal-festa narmaw il-faċċati tad-djar. Il-Kumitat Festa Esterna ħaseb ukoll biex iżid il-preżenza tiegħu online permezz tal-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Għal dan il-għan, bil-għajnuna ta’ diversi żgħażagħ għall-jiem ta’ qabel il-festa tħejja programm virtwali, b’kontenut informattiv dwar il-festa f’Ħad-Dingli. Se nkunu qegħdin inlaqqgħukom ukoll mal-uċuħ tal-festa tagħna. Lejlet il-festa, is-Sibt 22 ta’ Awwissu, mis-7.30 p.m. ’il quddiem se jixxandar dirett il-programm ‘Memorji ta’ Festa’ b’tagħrif dwar il-festa f’ĦadDingli, filmati mill-imgħoddi u intervisti malprotagonisti. Kif mistenni, f’jum il-festa, nhar it-23 ta’ Awwissu se jkollna preżenza qawwija fuq il-media soċjali tagħna. Restawrat trofew antik bi skultura rikka fl-injam Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li trofew antik u preġjat li jifforma parti mill-armar tal-festa ta’ barra jiġi restawrat. Malli bdew ir-restrizzjonijiet tal-coronavirus, il-kumitat sab l-għajnuna tas-Sur Victor Micallef li b’mod volontarju għamel madwar xahrejn u nofs xogħol fil-garaxx tiegħu biex dan ittrofew ġie restawrat.




16

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Ix-xogħol beda bit-tqaxxir ta’ diversi passati ta’ żebgħa. Din ma kinitx biċċa xogħol faċli u kienet tirrikjedi ħafna paċenzja speċjalment fil-parti l-kbira tal-iskultura li ma kinitx għadha tidher għax ingħalqet biż-żebgħa. Dan l-intervent kixef il-ġmiel tal-iskultura li fih it-trofew u juri l-ħila fis-sengħa li kellu min għamel din ilbiċċa xogħol ta’ arti fl-injam li għandha ’il fuq minn 100 sena. Wieħed irid japprezza li f’dak iż-żmien ix-xogħol kollu kien isir bl-idejn, bi ftit għodod u ebda makkinarju. Bil-partijiet kollha li jiffurmaw it-trofew inġiebu fuq l-injam naturali, fejn meħtieġ beda xogħol ta’ tiswija fl-injam. Dan kien ivarja minn interventi fuq ponot mtajra u biċċiet nieqsa għal tisħiħ ta’ partijiet mill-istruttura ewlenija li ġew rinfurzati biex jifilħu għall-istrapazz. Imbagħad beda xogħol fuq partijiet mill-iskultura. Il-ġilju tan-nofs kellu werqa u blanzun nieqsa li nħadmu mill-ġdid fl-injam waqt li fjura li kienet imqaċċta ġiet irranġata. Bl-istess mod, nħadmu mill-ġdid xi stilel u s-salib ta’ fuq l-arma għax l-oriġinali kienu nieqsa. Inbeda mbagħad il-proċess biex jimtlew xpakkaturi fl-injam u wara sar l-ixkatlar u l-irfinar. Meta tlesta dan ix-xogħol, ittrofew ingħata passata żejt tal-kittien. Wara perjodu li tħalla jinxef sew, sar xogħol ta’ stokk u xkatlar u ngħata passata wood primer. L-arblu tat-trofew ġie stukkjat, xkatlat u miżbugħ mill-ġdid. B’hekk għall-festa ta’ din is-sena, dan it-trofew se narawh restawrat u lest biż-żebgħa biex ikun jista’ jittieħed għall-aħħar fażi fejn jingħata lwien differenti u jsir l-irħamar. Anke kif inhu, se jkun fih ħafna x’wieħed japprezza b’mod partikulari l-iskultura u l-interventi ta’ restawr li saru! Id-Domus jitbattal mill-armar kollu u ħidmiet oħra Matul l-aħħar sena l-membri tal-Kumitat Festa Esterna, bil-għajnuna ta’ grupp sabiħ ta’ voluntiera, kienu nvoluti f’diversi ħidmiet. L-Arċipriet talab l-għajnuna tagħna biex salaħħar tal-2019 id-Domus jitbattal mill-armar u l-oġġetti kollha li kien hemm stivati fih. Wara li ġew identifikati l-postijiet fejn se jintrefgħu dawn l-oġġetti, il-post beda jitbattal bil-galbu. Sal-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, id-Domus kien ġebel u saqaf lest biex jibdew xogħlijiet pjanati għal dan il-post. Sadanittant, tkompla x-xogħol ukoll fuq il-proġett tal-maħżen il-ġdid tal-armar ħdejn iċ-Ċimiterju. Tkompla wkoll l-ippjanar biex isir sett trofej ġodda għal Misraħ Ġuże’ Abela. Għal dawn il-proġetti fadal bosta sfidi x’jingħelbu, mhux l-anqas dawk finanzjarji, u għalhekk napprezzaw ħafna kull għajnuna li tista’ tingħata. Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali fdana biex inżejnu t-toroq għall-festi tal-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida b’armar li ta dehra sabiħa lir-raħal tagħna fiż-żmien tal-festi, speċjalment filgħaxijiet.


Programm tal-Festa 2020

17

Il-100 sena mill-ewwel fiera tal-Imnarja fil-Buskett Dokumenti mill-Arkivji Nazzjonali juru li 100 sena ilu, il-Kappillan ta’ Ħad-Dingli, Dun Pawl Azzopardi, kiteb lill-Gvernatur jitolbu permess biex jorganizza fiera filġonna tal-Buskett nhar it-28 u d-29 ta’ Ġunju 1920. B’din il-fiera hu ried ikun ta’ sostenn għall-foqra tar-raħal u biex jiġbor fondi għall-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Billi Ħad-Dingli kien maqtugħ għalih u ’l bogħod miċ-ċentru tal-gżira, ħaseb li biex il-fiera tkun suċċess issir waqt il-festi tal-Imnarja filBuskett fejn kien magħruf li l-konkorrenza tal-poplu tkun tajba. Din il-fiera baqgħet issir bl-impenn tal-membri tal-Kumitat Festa Esterna u biha ntlaħqu żewġ għanijiet: inżammet ħajja logħba tradizzjonali f’festa b’għeruq antiki u jinġabru fondi għall-festa ta’ Santa Marija. Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, din is-sena l-fiera ma saritx billi l-awtoritajiet ikkanċellaw l-attivitajiet tal-Imnarja fil-ġonna tal-Buskett. Madankollu, il-kumitat ħass li kellu jżomm ħajja r-rabta ma’ din il-festa u nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju, lejlet l-Imnarja filgħaxija, organizza attività fuq l-irdum. Filfatt din kienet l-ewwel attività organizzata minna mindu ġie konfermat l-ewwel każ talvirus f’Malta. Dakinhar, l-Arċipriet bierek l-annimali domestiċi u kien hemm bejgħ ta’ ikel u xorb waqt li l-pubbliku seta’ japprezza s-seħer tal-irdumijiet fi nżul ix-xemx. Minn hemmhekk ’il quddiem, il-kumitat reġa’ beda jorganizza xi attivitajiet fuq barra. Stedina biex ngħinu mill-aħjar li nistgħu … GRAZZI Il-Kumitat Festa Esterna jirringrazzja lil dawk kollha li jikkollaboraw b’xogħol volontarju u b’għajnuna finanzjarja biex jintlaħaq l-għan li norganizzaw festa xierqa lil Santa Marija. Veru li din is-sena l-festa se tkun differenti, iżda aħna kommessi li dak li se jsir ikun l-aħjar għal Ħad-Dingli u li jagħti l-akbar ġieħ lil Santa Marija. Bl-għajnuna t’Alla mbagħad, sena oħra jasal ukoll! Dehrilna li fiċ-ċirkustanzi ta’ din is-sena, l-albural, li hu l-ġabra annwali bieb bieb għall-festa ta’ barra ma ssirx. Madankollu hemm spejjeż li jridu jitħallsu, kemm għal affarijiet bażiċi li se jsiru f’jum ilfesta kif ukoll għal proġetti ta’ armar li aħna impenjati nwettqu fiż-żmien li ġej. Għaldaqstant varajna mezz elettroniku kif din is-sena tista’ tagħti l-kontribut tiegħek biex il-Kumitat Festa Esterna jibqa’ jagħmel festa sabiħa lil Santa Marija. B’sms fuq in-numru 50618800 tkun qed tagħti donazzjoni ta’ €6.99. In-numru se jibqa’ attiv sal-aħħar ta’ Awwissu 2020. Inroddu ħajr mill-qalb lill-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli għall-appoġġ kontinwu tiegħu f’din il-ħidma li aħna nafdaw f’idejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema. Il-festa t-tajba lil kulħadd u Viva Santa Marija


QUALITY STONES AT AFFORDABLE PRICES Kitchen Tops, Staircases, Flooring, Pool Coping, Fireplaces & Cladding.

www.desanamarbles.com

+356 2145 1350 | 9946 7776

Desana, Buskett Road, Dingli

info@desanamarbles.com



20

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

L-Għajn Main Street, Dingli

GALSONS TA K E - O U T

Ġużè Ellul Mercer Street, Dingli Tel: 21453289 Mob: 79405820

STATIONERY • GIFTS & TOYS SUB-POST OFFICE from Monday to Saturday

Tel: 2145 3763 Mob: 7985 8722

Jawguraw il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha

IRONMONGERY & HARDWARE NEEDS LORRAINE MICALLEF Óinijiet tal-Ftu˙ Tuesday 9.00 a.m. –   5.00 p.m. Thursday 9.00 a.m. –   5.00 p.m. Friday 9.00 a.m. –   7.00 p.m. Saturday 9.00 a.m. –   7.00 p.m.

DIAR IL-BNIET Fresh Fruit & Vegetables Ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli It-Tnejn u l-Ħamis : 9.30am - 12.00pm It-Tlieta u l-Ġimgħa : 10.00am - 12.00pm Ħdejn il-ħanut fi Triq il-Kbira Minn Settembru sa Ġunju, is-Sibt u l-Ħadd 9.00am - 3.00pm Ħdejn id-dar ‘Moncheri’, Triq Ġużè Ellul Mercer, Ħad-Dingli It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa : 3.30pm - 7.30pm Is-Sibt : 8.00am - 12.00pm Triq Ġużi Cutajar It-Tnejn u l-Ħamis : 8.00am - 9.30am Triq Ġużè Ebejer u Triq San Pawl tal-Pitkali It-Tlieta u l-Ġimgħa : 8.00am - 9.30am

Mob: 9947 9810

40, Main Street Dingli Tel: 2145 0909 Mob: 9948 6323

IL-ÓARRUBA Pet Shop Free Delivery Vet Service Tuesdays and Fridays 6, Triq San Ìwann Bosco, Dingli Mob: 7905 2884


Programm tal-Festa 2020

21


YOU CAN STILL ENJOY YOUR DRIVES


In-Nutar Dr Michela Marie Mifsud

tawgura il-festa t-tajba lil kulħadd

www.pscdingli.com

The Professional Services Centre Guzi’ Cutajar Street, Dingli DGL 1201, Malta T: (+356) 2145 3973, (+356) 2145 3974 • E: nutarmifsud@gmail.com f: facebook.com/nutarmichela • t: twitter.com/PSCDingli


24

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Mons. Louis Camilleri

50 sena saċerdot servizz lill-Knisja f’Malta u ’l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Kif itir iż-żmien? Għaddew 50 sena minn meta seminarista żagħżugħ minn Ħad-Dingli, ġie ordnat saċerdot għal dejjem – sacerdos in aeternum. SAVIO D. BORG jikteb dwar ħajjet u ħidmet Mons. Louis Camilleri, li fl-aħħar talartiklu jgħaddi wkoll messaġġ lill-poplu ta’ ĦadDingli. Mons. Louis Camilleri twieled nhar is-27 ta’ Lulju, 1944, f’Ħad-Dingli, iben Ġużeppi u Michelina nee` Abela, it-tielet wild fost għaxra. Tliet ijiem wara ġie mgħammed mill-Kappillan Dun Carmelo Azzopardi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Kemm issagrament tal-Ewwel Tqarbina kif ukoll s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof ġew amministrati lilu matul ilparrokat tal-Kappillan Azzopardi.

Studja fl-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli u fil-Liċeo u aktar tard fl-Università ta’ Malta fejn gradwa b’Baċellerat fl-Arti fl-1966, Baċellerat fid-Divinità (teoloġija) fl-1968, u l-Liċenzjat fid-Divinità fl-1970. Ħass is-sejħa tal-Mulej u fl-1964 daħal is-Seminarju Maġġuri biex jipprepara ruħu għal saċerdot. Wara tmien snin ta’ studju u preparazzjoni, il-jum mistenni minn kull seminarista wasal ukoll. Nhar il-15 ta’ Marzu, 1970, flimkien ma’ 10 djakni oħra (6 djoċesani u 5 patrijiet) bit-tqegħid tal-idejn ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, hu ġie kkonsagrat lil Alla għas-servizz tal-Knisja. Il-prima messa għamilha nhar il-Ħadd 16 ta’ Awissu 1970, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Il-ħidma prinċipali ta’ Mons. Louis Camilleri matul din il-mixja saċerdotali ta’ 50 sena kienet marbuta mal-pastorali tal-familja Maltija b’ħidma kontinwa filMoviment ta’ Kana. Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1956, il-moviment kien ta’ sostenn ewlieni b’riżq il-familji Maltin billi joffri diversi servizzi fosthom korsijiet bi tħejjija għaż-żwieġ, counselling għallkoppji li għaddejjin minn problemi matrimonjali, tagħlim dwar l-ippjanar naturali tal-familja, organizzazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara, korsijiet fuq parental skills, publikazzjoni ta’ kotba u


Programm tal-Festa 2020

25

tar-rivista ‘Familjakana’ u edukazzjoni kontinwa permezz ta’ konferenzi u taħditiet. Ftit xhur wara l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, Dun Louis ġie maħtur Assistent Direttur tal-Moviment ta’ Kana u fl-1978 nħatar bħala Direttur tal-istess moviment, kariga li baqa’ responsabbli minnha sas-sena 2006. Żgur li l-ħidma kontinwa ta’ Mons. Louis Camilleri fil-Moviment ta’ Kana f’dawn is-snin kollha ssarfet f’riżultati inkoraġġanti u l-moviment kiseb ir-rispett mistħoqq mis-soċjetà kollha Maltija. Fl-1992 kien membru tal-kumitat organizzattiv fl-okkażjoni tas-Sena Internazzjonali tal-Familja u ħa sehem fis-Sinodu Djoċesan. Kontributur regolari fuq il-mezzi tax-xandir u attenda diversi konferenzi internazzjonali dejjem b’rabta mal-familja. Kien ukoll membru tal-bord eżekuttiv tal-ICCFR (International Commission on Couple and Family Relations). Fl-2006 hu ngħata l-inkarigu minn Mons. Arċiqof biex ikun Addett għat-Tribunal Ekkleżjastiku. Minbarra din il-ħidma, Mons. Louis Camilleri dejjem ta servizz pastorali filparroċċa tagħna u għen mingħajr ħafna daqq ta’ trombi kemm seta’ kull fejn kien hemm bżonn. Nhar is-26 ta’ Novembru, 2006, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca għoġbu jaħtru wieħed mill-Kanonċi effettivi tal-Kapitlu Metropolitan bit-titlu ta’ Monsinjur. Iċ-ċerimonja tal-pussess saret nhar il-Ħadd 11 ta’ Frar, 2007, fil-Katidral, l-Imdina. Fl-2016 inħatar President tal-Kapitlu Metropolitan. Fl-2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nnomina lil Mons. Louis Camilleri bħala membru tal-kunsill talFondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u serva bħala President tal-fondazzjoni fl-2016/17 u fl-2018/19. Filwaqt li nawguraw lil Mons. Louis Camilleri li kif għamel matul din il-mixja ta’ 50 sena fissaċerdozju, ikompli miexi f’din il-ħidma siewja wara r-Ragħaj il-Kbir li sejjaħlu biex jimxi warajh, inkomplu nitolbu biex aktar żgħażagħ, speċjalment mill-parroċċa tagħna, jisimgħu s-sejħa tal-Mulej u jimxu warajh. Bħala għeluq ta’ dan l-artiklu, Mons Louis Camilleri tana dan il-messaġġ: “Għandi żewġ xewqat kbar li nitlob ħafna lill-Mulej biex jitwettqu: L-ewwel xewqa hija din: matul dawn il-50 sena li ilni saċerdot kien hemm diversi żgħażagħ li tħajru jsiru saċerdoti iżda s’issa warajja għadu ma sar l-ebda saċerdot minn Ħad-Dingli. Nitlob ħafna, u nixtieq li lkoll nitolbu ħafna lill-Mulej għall-vokazzjonijiet saċerdotali. It-tama tiegħi hi li jkollna saċerdoti oħra, u ma ndumux, minn Ħad-Dingli. It-tieni xewqa li għandi hija din: matul dawn ix-xhur tal-pandemija tal-coronavirus ħareġ fil-beraħ u deher aspett u valur sabiħ ħafna – is-solidarjetà. Hu valur ibbażat fuq il-kmandament li tana Ġesu: Ħobbu lil xulxin. Fhimna li lkoll qegħdin f’baħar wieħed u li għandna ngħinu u nieħdu ħsieb ta’ xulxin. Jalla dan is-sens ta’ solidarjetà nibqgħu ngħixuh u nibqgħu nieħdu ħsieb u nieqfu ma’ xulxin.”



A New Eatery Concept in the Heart of Dingli. Book your Table. hello@barbajean.com +356 2756 0308 Monday - Friday

Saturday - Sunday

Dinner

Lunch & Dinner

19:00-22:30

12:00-15:00, 19:00-22:30

Tuesday CLOSED

No 6, Misrah Frenc Abela c/w Triq il-Parroċċa, Dingli, Malta @barbajeanmalta


28

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Sena ta’ ħidma fuq diversi proġetti

Ħarsien ta’ patrimonju u inizjattivi ġodda

Fil-ktejjeb tal-festa tas-sena l-oħra konna tkellimna fuq it-tnax-il xahar ta’ qabel bħala ‘Sena Ta’ Preparamenti’. Illum nistgħu nħarsu lura lejn l-aħħar sena bħala waħda ta’ ħidma kbira fuq diversi proġetti, uħud tlestew, oħrajn viċin li jkunu lesti u oħrajn għadhom fil-bidu. F’dan l-artiklu l-Perit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn x’sar fit-tnax-il xahar li għaddew. Restawr b’ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea Wara li f’Lulju 2019 ingħataw iż-żewġ kuntratti - dak għar-restawr ta’ njam (l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista u l-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju) u dak għar-restawr tal-pittura fuq ilħajt tan-niċċa tar-Rużarju - hekk kif għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, proprju fil-bidu ta’ Settembru, l-istatwa ta’ San Ġwann Battista ttieħdet mis-sagristija fejn kienet tinżamm lejn il-faċilitajiet talkumpanija Atelier Del Restauro li rebħet dawn il-kuntratti tax-xogħol. Fl-istess żmien beda wkoll ix-xogħol fuq in-niċċa biex titneħħa l-wallpaper li kienet tgħatti l-pittura li kien hemm fuq il-ħajt. Lejn nofs Ottubru, mbagħad, ittieħed ukoll il-pedestall tar-Rużarju biex fuqu jsir xogħol ta’ tiswija, tindif u nduratura mill-ġdid. • In-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tar-Rużarju Ix-xogħol fuq il-ħajt tan-niċċa kien wieħed metikoluż li rrikjeda attenzjoni u paċenzja kbira biex kemm jista’ jkun, hu u jinqala l-kisi li kien sar fuq il-ħajt, il-pittura antika fuq il-ħajt tiġi salvata b’mod sħiħ. Tajjeb ngħidu li din il-pittura hi magħmula bit-teknika trompe l’oeil, terminu li jirreferi għall-illużjoni li toħloq fl-għajn biex il-pittura tidher daqs li kieku l-ħajt hu skulturat. L-ispjega dettaljata ta’ dan il-proċess ta’ restawr issibuha f’artiklu ieħor f’dan l-istess ktejjeb, miktub mir-restawratriċi nnifisha. Ix-xogħol kollu tlesta lejn nofs Diċembru u n-niċċa ġiet inawgurata waqt il-quddiesa tal-aħħar tas-sena fl-okkażjoni tat-341 anniversarju mit-twaqqif millġdid tal-parroċċa. Sadattant bdiet ukoll il-ħidma ta’ restawr fuq il-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Anke d-dettalji ta’ dan ir-restawr huma nklużi fl-artiklu msemmi aktar qabel. Tajjeb ngħidu wkoll li l-parroċċa ħadet id-deċiżjoni għaqlija li, biex jiġi kkumplimentat dan il-proġett, isir ukoll it-tindif professjonali tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, xogħol l-iskultur Malti Karlu Darmanin. Dan ix-xogħol però ma kienx inkluż fil-ko-finanzjament b’fondi ewropej imma tħallas kollu mill-fondi tal-parroċċa. • L-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista Matul dan iż-żmien kien għaddej ukoll ix-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista. Tajjeb infakkru li din l-istatwa għandha valur storiku kbir għaliex inġiebet Malta minn Rodi millKavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. L-ewwel intervent kien jikkonsisti fit-tneħħija taż-żebgħa skura tal-istatwa. U hawnhekk waslet l-ewwel sorpriża meta mill-ewwel beda jidher li, taħt il-kisja żebgħa skura kien għad hemm ħafna miż-żebgħa oriġinali tal-istatwa. F’Novembru 2019 imbagħad, meta dan il-proċess ta’ tindif wasal fil-parti t’isfel fuq quddiem, bdew jinkixfu numru ta’ graffiti minquxin


Programm tal-Festa 2020

29

fuq l-istess statwa. Minħabba l-importanza storika ta’ dan il-fatt, ilparroċċa talbet l-involviment tas-Sur Liam Gauci, kuratur u espert fil-Mużew Marittimu biex jistudja dak li nstab u jagħti l-opinjoni professjonali tiegħu dwarhom. Mal-aħbarijiet pożittivi, però, jitfaċċaw oħrajn negattivi. Meta beda jitnaddaf in-naħa ta’ wara tal-istatwa, instab li partijiet mill-injam kien deterjorat ħafna bis-susa. Għalhekk, wara li ttieħdu l-opinjonijiet ta’ numru ta’ esperti, ġie deċiż l-aħjar mod ta’ kif għandha ssir it-tiswija tal-injam u b’hekk issir rikostruzzjoni tal-partijiet li kienu nieqsa minħabba din il-ħsara. Dan ix-xogħol ta’ tiswija tlesta fl-aħħar ġranet. Xi jmiss isir fuq din l-istatwa? Hekk kif jitlesta l-aħħar xogħol ta’ tindif, jibda mbagħad ix-xogħol ta’ estetika fejn l-injam ta’ fejn saru t-tiswijiet u xi toqob oħra li nkixfu jinksew b’gesso di Bologna u mbagħad ilpartijiet fejn intilef il-kulur jiġu rtukkjati skont il-prinċipji tar-restawr. Sadanittant, se jkunu qed ikomplu numru ta’ studji fuq l-istess statwa, fosthom fuq it-tip ta’ injam u d-deheb li kien intuża għall-induratura oriġinali tal-istatwa. Se jsir ukoll CT scan tagħha u fl-aħħar nett anke 3D scan. Qed inħarsu wkoll lejn il-possibilità li ’l quddiem il-parroċċa toħroġ pubblikazzjoni fuq din l-opra ta’ importanza għall-istorja u l-arti f’pajjiżna. • Restawr ta’ sittax-il kwadru Sadanittant, wara li aktar kmieni kienu ħarġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti, lejn l-aħħar tal-2019 ġie aġġudikat ukoll il-kuntratt għar-restawr ta’ numru ta’ pitturi: i. il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju; ii. il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u San Ġużepp, li jinsab fil-kor; iii. il-kwadru li juri ż-żjara tas-Slaten Maġi, li wkoll jinsab fil-kor, u iv. tlettax mill-erbatax-il kwadru tal-Via Sagra (l-ewwel wieħed kien ġie restawrat xi snin ilu). F’Marzu 2020, proprju sigħat biss qabel ma ħarġet id-direttiva li ma jiġux ċelebrati aktar quddies filknejjes minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-kumpanija ta’ restawr ReCoop, li rebħet dan il-kuntratt, ġarret il-kwadri lejn il-faċilitajiet tagħhom biex ikun jista’ jibda x-xogħol fuqhom. Ix-xogħol fuq iż-żewġ kwadri tal-kor kien jinvolvi mhux biss it-tindif imma wkoll it-tneħħija ta’ żebgħa li saret f’interventi ta’ restawr matul iż-żmien biex inkixfu l-kuluri sbieħ u vivaċi li kienu użaw l-artisti oriġnali. Saru wkoll tiswijiet fit-tila fejn kien hemm ħsarat u interventi fuq wara tal-istess kwadri. Sadattant il-gwarniċi tal-injam tażżewġ pitturi ġew indurati mill-ġdid. L-intervent fuq il-kwadru tal-Madonna tarRużarju hu wieħed interessanti ferm għaliex dan il-proċess ta’ tindif u restawr kixef l-interventi li saru fuqu matul is-snin, fosthom meta l-kwadru kien tkabbar biex ikun jista’ joqgħod fid-daqs tal-gwarniċ tal-ġebel li sar fil-knisja l-ġdida. Sadattant, bħala parti minn dan ir-restawr, ilkwadru saritlu struttura ġdida u iktar b’saħħitha


Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Il-Festa t-tajba lid-Dinglin fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Marija

info@juliafarrugia.com

Mob. 7999 9936



32

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli fuq wara. Ukoll qed jiġu mnaddfa u rranġati ż-żewġ kuruni tal-fidda biex jerġgħu jitpoġġew fuq ras il-Madonna u l-Bambin kif kienu xtaqu u wettqu missirijietna tant snin ilu.

Bħalissa għadu għaddej ukoll ix-xogħol ta’ restawr fuq it-tlettax-il kwadru tal-Via Sagra. Kull waħda mill-pitturi nqalgħet mill-kwadru tagħha biex, filwaqt li jsir ir-restawr ta’ kull waħda mill-pitturi, inkluż l-interventi li hemm bżonn fuq it-tila ta’ kull wieħed, kull kwadru titneħħielu ż-żebgħa li saret f’interventi iktar riċenti u jinkixfu l-iskrizzjonijiet oriġinali talistazzjonijiet u terġa’ ssir l-induratura skont kif meħtieġ. Ċentru ta’ child care Ftit taż-żmien ilu l-parroċċa, wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, iddeċidiet li l-parti ta’ quddiem ta’ binja li għandha fi Triq il-Ġnien (wara ċ-ċimiterju) tinfetaħ bħala ċentru ta’ child care. Dan filwaqt li l-parti ta’ wara tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa b’aċċess separat minn Triq il-Maddalena. Fl-2019, wara li l-Kurja tat l-approvazzjoni finali għall-proġett, saru taħdidiet mal-operatur biex tħejjew il-pjanti finali u ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar. Sadattant beda xogħol ta’ tindif fil-binja flimkien ma’ xogħol ieħor ta’ dawl, ilma, drenaġġ, kisi u żebgħa tal-ħitan fuq ġewwa. Il-permess inħareġ fis-7 ta’ April ta’ din issena (PA/09405/19) u minnufih beda x-xogħol meħtieġ kemm mill-parroċċa kif ukoll milloperatur, hekk kif mifthiem. Il-parroċċa ħadet ħsieb ix-xogħol strutturali li kien meħtieġ biex il-parti ta’ quddiem tinfired mill-parti ta’ wara tal-binja, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra (fil-bitħa) tal-istess parti tal-binja. Hawnhekk nirringrazzjaw lill-ħaddiema mid-Diviżjoni taxXogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali li taw kontribut siewi fix-xogħol strutturali li sar fil-bitħa. Tlestiet ukoll l-art fuq ġewwa u l-madum talbitħa li tħallsu bejn il-parroċċa u l-operatur skont il-ftehim. Min-naħa tiegħu l-operatur qed jieħu ħsieb ix-xogħol relatat mat-tqassim fuq ġewwa taċ-ċentru permezz ta’ partitions, iż-żebgħa fuq ġewwa u l-finishes kollha neċessarji. Fil-parti tac-child care f’dawn il-ġimgħat qed isiru l-aħħar xogħlijiet li jikkonsistu f’kisi u żebgħa, tlestija fuq il-fil fuq barra, it-twaħħil tal-aperturi u t-tħawwil ta’ numru ta’ siġar endemiċi matul ilġenb kollu tal-bitħa taċ-ċentru. Jekk Alla jrid, iċ-ċentru ta’ child care għandu jinfetaħ lejn l-aħħar tas-sajf. Salib ġdid għall-frontispizju Fl-2017 il-parroċċa kienet applikat mal-awtoritajiet u nħarġu l-permessi tas-Sovrintendenza talWirt Kulturali u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA/02788/17) biex isiru tliet interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja tal-knisja parrokkjali minn barra:


Programm tal-Festa 2020

33

- il-bdil tas-salib tal-frontispizju minn dak eżistenti tal-franka bil-konkos u l-ħadid għal wieħed tal-qawwi/ żonqor; - il-manutenzjoni tal-opramorta maddawra tal-bejt tal-knisja; u - ir-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja. Għal raġunijiet ta’ prijoritajiet, qatt ma nbeda xogħol fuq ebda wieħed minn dawn l-interventi. Però fl-2019, wara offerta ta’ għajnuna mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, sar disinn dettaljat tas-salib mis-Sur Vincent Centorino, espert tad-disinn, u nħarġet sejħa għall-offeri li ngħatat lillkumpanija Agius Stone Works tal-Imqabba. Qalb id-diffikultajiet kollha li ffaċċjajna din is-sena bl-imxija tal-Covid-19, ix-xogħol tkompla billi tlesta d-disinn finali, intgħażet il-ġebla biex minnha jinħadem is-salib u f’Ġunju beda x-xogħol inizjali ta’ qtugħ tal-ġebla bil-magni. Dan se jkun segwit minn fażi ta’ skultura finali bl-idejn biex jekk Alla jrid naraw is-salib lest fostna fil-ġimgħa tal-festa u jitbierek nhar it-22 ta’ Awwissu filgħaxija. Sadanittant, il-Parroċċa qed tissottometti applikazzjonijiet separati għal fondi kemm għallmanutenzjoni tal-opramorta kif ukoll għar-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa t’isfel. Nittamaw dejjem f’risposti pożittivi. Id-Domus Proġett ieħor mill-iktar interessanti li dħalna għalih huwa dak tad-Domus. Ħa nagħtu l-isfond storiku tal-binja. Kif jispjega Patri Alexander Bonnici OFM Conv. fit-tieni volum tal-istorja ta’ Ħad-Dingli, il-ktieb ‘Ħad-Dingli – Ir-raħal li jikber u jieħu r-ruħ’, id-Domus inbena fl-1919 mill-kappillan Dun Pawl Azzopardi bl-għan ewlieni jkun li l-post iservi biex għaqda għażżgħażagħ li l-kappillan kien waqqaf ikollha fejn tiltaqa’. Issemma għall-Verġni Mbierka Assunta u t-tberik uffiċjali tiegħu kien sar mill-Isqof Angelo Portelli O.P. Maż-żmien il-post serva għal diversi għanijiet oħra fosthom: - post fejn isiru d-drammi u teatrini; - l-ewwel post ta’ tagħlim mis-soċji tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli (sakemm lestew l-oqsma tagħhom); - il-post fejn inżammu u minn fejn inħarġu r-relikwi li tqegħdu fl-artal maġġur meta ġiet ikkonsagrata l-knisja nhar is-26 ta’ Marzu 1939; - victory kitchen; - post fejn intlaqgħu refuġjati li sabu l-kenn f’Ħad-Dingli fit-Tieni Gwerra Dinjija; - il-post fejn is-sorijiet Dorotej għal xi żmien fis-snin 70 kienu jorganizzaw attivitajiet għal tfal bniet taħt l-erbatax-il sena kif ukoll għal tfajliet; u - maħżen għall-armar tal-festa u armar tal-knisja.




36

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Għal snin twal id-Domus kien l-uniku post tal-Parroċċa fejn setgħu u kienu jiltaqgħu numru ta’ għaqdiet Dinglin fosthom il-Klabb Nisa Dingli, il-Grupp tatTfajliet, il-Kumitat Festa Esterna, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tant kummissjonijiet, kumitati u għaqdiet oħra. Kien il-post fejn isiru wkoll laqgħat u korsijiet ta’ formazzjoni kif ukoll attivitajiet ta’ fundraising bħal bazaars u afternoon teas. Kien ukoll l-ewwel post minn fejn bdiet tixxandar il-Kampanja ‘Minn Qalbna lill-Anġli’ b’risq id-Dar tal-Providenza. Kif wieħed jista’ jimmaġina, il-fatt li d-Domus kien l-uniku post fejn isiru dawn il-laqgħat u attivitajiet kollha, kienet iġġib magħha sfida ta’ kif jitqassam il-ħin. B’mod jew ieħor dan sar b’suċċess għal ħafna snin sakemm fl-2011 infetaħ iċ-Ċentru Parrokkjali. Lura għall-proġett tagħna. Kif nafu, il-parroċċa ħabbret li hu fi ħsiebha li jsir mant għall-istatwa titulari. Ovvjament, la darba dan il-mant ikun lest, jeħtieġ post addattat fejn jista’ jintrefa. Għalhekk ġie deċiż li d-Domus jiġi addattat għal dan il-għan. Din l-idea ġiet żviluppata b’mod li dan ikun post li jakkomoda aktar mill-patrimonju li għandha l-parroċċa. Fl-24 ta’ Settembru 2019 il-post beda jitbattal mill-armar li kien hemm maħżun fih: kemm dak li għadu jintuża kif ukoll armar ieħor antik. Il-post iżżarma wkoll mill-armarji tal-injam li kien fih biex sa nofs Diċembru nġieb ġebel u saqaf. Fil-bidu tal-2020 mbagħad inbeda x-xogħol minn ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet bl-ewwel interventi jkunu l-bdil ta’ xorok miksura u travi tal-injam, it-tneħħija tal-kisi minn mal-ħitan u t-tikħil tal-fili biex inġiebu fuq stil antik ‘fuq il-fil’. Bħalissa qed jinħadmu t-twieqi, il-bibien u l-units ilġodda tal-injam u l-ħġieġ li fihom se jintrefgħu l-istatwi li jintramaw fuq barra fi żmien il-festa biex ikunu jistgħu jitgawdew matul is-sena kollha. Huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin jibda’ jinqala l-madum ‘tal-mużajk’ li kien sar xi snin ilu biex jiġi mibdul b’madum Malti fuq stil antik pariġġ partijiet antiki tal-art li għadhom jeżistu u titlesta s-sistema l-ġdida tal-elettriku. Il-proġett se jinkludi wkoll it-titjib talentratura, ir-restawr tal-bieb ta’ barra li għandu valur storiku peress li kien il-bieb prinċipali talknisja l-antika, il-bdil tal-faċilitajiet sanitarji eżistenti, kif ukoll estensjoni fl-ewwel sular wara li jsiru l-applikazzjonijiet neċessarji u jinġiebu l-permessi. Dan l-artiklu kemmxejn twil juri l-ħidma mhux żgħira tal-parroċċa tagħna matul l-aħħar sena. Huwa grazzi għal tant benefatturi li jagħtu flushom u ħinhom li jista’ jsir dan kollu. Inħarsu ’l quddiem għal sena oħra ta’ ħidma bil-għajnuna t’Alla u ta’ Ommna Marija Assunta.


Programm tal-Festa 2020

37

THE CATHEDRAL OPTICIANS 50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976

JC Detergent & More

All kinds of detergents, toiletries, carpets, sheets, towels & many more items

Triq San Ġwann Bosco, Dingli  Tel: 27181010

ry e v i l e D Free

Opening Hours Monday • Tuesday • Thursday • Friday 8.00am - 12.00pm & 4.00pm - 7.00pm Wednesday & Saturday 8.00am - 1.00pm

Free D elivery


Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha

Għal appuntament Ä‹empel fuq 2745 1996


Kabbar il-Ħxejjex Ġewwa Darek Flok ħela nkabbru fergħa! Hemm metodi differenti kif wieħed jista’ jkabbar il-ħxejjex tiegħu fid-dar. Tista’ tkabbar pjanti billi tixtri x-xitel jew inkella tuża ż-żerriegħa. Però tista’ wkoll tkabbar il-ħxejjex billi tuża l-fdalijiet ta’ dawk il-ħxejjex li s-soltu tarmi fir-reċipjent tal-iskart organiku. X’GĦANDEK BŻONN? Biex terġa’ tkabbar tipi differenti ta’ ħxejjex se jkollok bżonn tuża partijiet differenti minnhom. Illum se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn ħames tipi ta’ ħxejjex differenti. IL-KARROTTI Biex tkabbar il-karrotti, aqta’ madwar 2 ċentimetri mill-parti ta’ fuq. Poġġi dawn il-biċċiet fuq platt daqsxejn fond jew ġo skutella u żid l-ilma biex tgħaddas nofs il-biċċiet IL-BASAL U T-TEWM Biex terġa’ tkabbar il-basal jew it-tewm frisk, żomm il-parti t’isfel tal-basla jew it-tewma. Idealment din tkun twila madwar 4 jew 5 ċentimetri. Poġġi dawn il-biċċiet ġo tazza jew vażett u żid l-ilma

sakemm nofs il-biċċiet ikunu mgħaddsa fih. IL-ĦASS Aqta’ madwar 5 jew 6 ċentimetri mill-parti t’isfel ta’ fejn hemm iz-zokk u poġġiha ġo kontenitur bl-ilma. Tista’ tuża stikkadenti (toothpicks) biex il-ħassa ma tkunx totalment mgħaddsa fl-ilma. IL-PATATA Jekk għandkom xi patata qadima li bdiet tnibbet, din ukoll tista’ tużaha. Aqsam il-patata f’biċċiet, b’tali mod li kull biċċa jkollha nebbieta u kull waħda ħawwilha f’kontenitur daqsxejn imdaqqas. Tista’ tuża metodu simili għall-patata ħelwa imma fil-każ ta’ din, aħjar jekk tpoġġi l-biċċiet

IL-KABOĊĊI Għall-kaboċċi għandek bżonn madwar 5 jew 6 ċentimetri miz-zokk flimkien ma’ ftit mill-weraq li jkun għadu mwaħħal maz-zokk. Uża platt fond jew skutella u żid l-ilma. Poġġi dawn il-biċċiet tal-ħxejjex f’post imdawwal, bħal f’xi ħoġor ta’ tieqa u importanti li żżommhom dejjem fl-ilma waqt li tibdel l-ilma kuljum biex ma jintinx.

Xi jkun qed jiġri?

ŻOMM DJARJU Osserva xi jkun qed jiġri f’kull ġurnata. X’inhuma l-ewwel kambjamenti li nnutajt? Liema parti tal-ħaxix tibda tikber l-ewwel? Liema ħaxixa tikber l-aktar malajr? Meta jikbru l-għeruq ikun wasal iż-żmien li tħawwilhom fil-ħamrija. L-aħjar li tuża taħlita ta’ kompost u ħamrija. Tista’ tkabbar il-ħaxix fl-ilma imma t-togħma tkun aħjar jekk il-prodott jerġa’ jikber fil-ħamrija.

Żurna: Esplora, Ċentru Interattiv għax-Xjenza Triq Marina, Kalkara Esplora kien parzjalment iffinanzjat mill-fond ERDF

f’daqsxejn ilma. Importanti li l-biċċiet tal-patata ma jkunux kompletament mgħarrqin fl-ilma imma jkun hemm parti minnha fl-ilma u parti oħra barra mill-ilma. Mhux kull patata tnibbet. Dan minħabba li f’xi proċessi, il-bdiewa jbixxu l-patata biex ma tkabbarx nebbieta.

Tel: 2360 2300 www.esplora.org.mt

Li nkunu qed nagħmlu f’dan il-proċess huwa fil-fatt ikklonjar tal-pjanti. Fil-fatt il-pjanta li se tikber se tkun kopja identika tal-pjanta ta’ qabel. Pereżempju, meta nkabbru l-karotti mill-biċċiet, iċ-ċelloli fil-parti ta’ fuq jistgħu jerġgħu jibdew jikbru u jagħmlu pjanta taz-zunnarija ġdida li hija l-istess bħal dik il-qadima. Hawn pjanti li huma kapaċi jagħmlu pjanta ġdida waħedhom bħal pereżempju, il-pjanta tar-rampila u l-pjanta tal-frawli li jkabbru ‘runners’ għerq twil li joħroġ mill-pjanta oriġinali. Fil-ponta tar-‘runner’ ikun hemm pjanta żgħira li hija kopja identika tal-pjanta oriġinali. Malli din il-pjanta ż-żgħira tmiss mal-ħamrija, din tibda tkabbar l-għeruq u issir pjanta oħra indipendenti mill-pjanta oriġinali. Fil-fatt meta l-pjanta iż-żgħira tkun

stabilixxiet ruħha, awtomatikament l-għerq ta’ bejniethom jinxef u ma jifdal l-ebda konnessjoni bejn iż-żewġ pjanti. Din tissejjaħ riproduzzjoni asesswali (asexual reproduction) peress li l-pjanta m’għandhiex bżonn l-għajnuna ta’ pjanta oħra biex tirriproduċi. Kultant inkabbru pjanti ġodda billi nieħdu biċċiet minn pjanti oħra. Dan huwa wkoll tip ta’ klonjar tal-pjanti. Ħafna mill-ġardinara japplikaw dak li nsejħulu trab tal-ormoni (rooting powder), fil-bażi taz-zokk tal-pjanta maqtugħa. Dan sabiex jgħinuha tkabbar l-għeruq iktar malajr. Esperimenta ftit bi ħxejjex differenti. Liema ħxejjex jikbru aktar faċilment jew aktar malajr? Ittestja partijiet differenti tal-istess ħaxixa; xorta tikber? Għaliex?

Aqsam ir-riżultati tiegħek magħna billi tittegjana fuq Facebook @esploramalta


40

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132

RABAT GARAGE MINI BUSES 14-22 SEATED For all occasions

Taxi & Car Hire

Telephone Mobile

Starting August 2020

Email

Lessons will be held online until further notice

9947 1921 info@rabatgarage.com Web

www.rabatgarage.com

Beauty Touch

by Pauline

Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730

Ombre or Hair Stroke Eyebrows for the perfect natural shape

Guinot products for facials and retail

MATHEMATICS SEC O-Level for 2021 Form 4 (Year 10) for 2020-2021

2145 3161

Facials, Waxing, Manicures, Pedicures, Electrolysis, Nail Extensions, Soak-Off Gel Polish, Microblading and Make-up for all Occasions

PRIVATE LESSONS AT DINGLI

Tel: 2145 3284  Mob: 9984 9532


Programm tal-Festa 2020

41

Factory: Anthony John Coleiro Street, Industrial Zone, Ħandaq, Qormi For more information please call on 2145 2831 or 9947 2191 DINGLI ALUMINIUM Web: www.dinglialuminium.com Email: dinglim3@onvol.net

in business since 1977

Dingli Aluminium designs and develops innovative and energy saving windows, doors and conservatories that enhance quality, look and comfort. Charlie and Janet welcome you to:

The Village Confectionery Cakes and gateaux with pictures  •  Pastizzi - Pizza - Pies Milk and Bread  •  Daily needs and frozen foods  •  Soft drinks, beers, wines & spirits Orders for parties taken here

Mob: 79423666

Opening hours: Mon - Sat : 07.00 - 21.00 | Sunday : 07.00 - 18.00

Restaurant & Pizzeria Tourist Street, Bugibba - Malta Tel/Fax: 2157 7301 Mob: 7925 4324

JANET PORTELLI VTCT MARIA CAMILLERI ITEC MARIE A. VASSALLO ITEC Fully Qualified Beauty Therapists Waxing • Eyebrow shaping/tinting • Eyelash tinting Manicures • pedicures • Nail extensions Manual & machine facials • Make-up for all occasions Slimming treatments, massages. Gem technology laser/ipl for hair removal, pigmentation, acne, wrinkles, etc… Specialising in semi-permanent make-up Eyelash extensions and skin tag removal

Opening hours: Daily: 8.00 a.m. - 7.00 p.m. Wednesday closed Saturday: 8.00 a.m. - 12.00 p.m.

Dingli Tel: 2145 5602


Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi u Inizjattivi Pastorali fix-xahar ta’ Awwissu 2020

Fil-Ħdud tax-xahar ta’ Awwissu, l-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna qiegħed jiċċelebra quddiesa fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli. Il-quddiesa mhix miftuħa għall-pubbliku u tixxandar dirett fid-9.30 a.m. fuq l-istazzjon TVM2. L-istess quddiesa tiġi mtennija fis-6.30p.m. fuq TVM2. Is-Sibt, 8 ta’ Awwissu 6.30 p.m. Quddiesa li fiha jingħata s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal subien. Il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu 6.30 p.m. Quddiesa li fiha jingħata s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal bniet. Il-Ħamis, 13 ta’ Awwissu 6.00 p.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat u Rużarju meditat li jintemm bil-Barka Sagramentali. 6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tal-Grupp tal-Kompensatriċi. Fl-istess quddiesa jsir ittesserament tal-membri. Il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija 6.30 p.m. Quddiesa tal-Vġili ta’ Santa Marija. Is-Sibt, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta Illum għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħinijiet tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd, inkluż ta’ filgħaxija. Il-Ħadd, 16 ta’ Awwissu – L-20 Ħadd Matul is-Sena 8.30 a.m. Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela. L-għoti tad-demm jista’ jsir sas-1.00 p.m. Trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità. It-Tnejn, 17 ta’ Awwissu – Il-wasla tal-bastun devot tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Marcellino Micallef O.F.M. li fiha nilqgħu fostna l-bastun tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat fis-sena li qed jitfakkar il-150 sena minn meta San Ġużepp ġie proklamat bħala Patrun talKnisja Universali. Dan il-bastun se jibqa’ fil-Knisja Arċipretali sal-Ħadd 23 ta’ Awwissu biex isir talb bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp. It-Tlieta, 18 ta’ Awwissu 6.30 p.m. Quddiesa li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, b’mod speċjali dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom mistiedna jattendu. L-Erbgħa, 19 ta’ Awwissu 7.00 p.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat u Servizz Penitenzjali. F’dan il-ħin ser ikollna diversi saċerdoti disponibbli għall-qrar sat-8.00 p.m. 8.00 p.m. Attività għaż-żgħażagħ fil-Kulleġġ Savio, f’Ħad-Dingli.


Il-Ħamis, 20 ta’ Awwissu – L-inawgurazzjoni tal-proġett tar-restawr tan-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju 6.30 p.m. Quddiesa. 7.00 p.m. Serata Marjana fil-knisja li matulha jsir l-inawgurazzjoni tal-proġett tar-restawr tan-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Rappreżentanta talkumpanija Atelier del Restauro tagħmel preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar. Is-serata tinkludi interventi mużikali mill-arpista, is-Sur Jacob Portelli. Kulħadd mistieden. Il-Ġimgħa, 21 ta’ Awwissu – Inroddu ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners Dinglin 6.30 p.m. Quddiesa b’radd il-ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners Dinglin waqt ilpandemija tal-COVID-19. Mistiedna speċjali t-tobba, l-infermiera, professjonisti fil-qasam tas-saħħa, pulizija, suldati, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ħaddiema mid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u l-impjegati talKunsill Lokali. Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu – Il-5 anniversarju ta’ Knisja Arċipretali 4.30 p.m. Quddiesa. 4.30 p.m. Servizz ta’ qrar fis-sagristija u fil-post tal-parroċċa ħdejn il-knisja sas-7.00 p.m. 6.30 p.m. Quddiesa. 7.30 p.m. Tberik tas-salib il-ġdid tal-frontispizju tal-Knisja Arċipretali li fi tmiem din ilġimgħa ser ikun esebit fuq iz-zuntier tal-knisja. Iċ-ċerimonja ser issir fil-bidu ta’ programm imtella’ mill-Kumitat Festa Esterna minn fuq iz-zuntier u mxandar dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Il-Knisja tibqa’ miftuħa sal-10.00 p.m. b’ċans li l-pubbliku jidħol irodd ħajr lil Alla u jitlob quddiem l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Hi okkażjoni wkoll li wieħed japprezza l-patrimonju storiku u artistiku tal-knisja. Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli 9.30 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija minn Monsinjur Louis Camilleri li din is-sena qiegħed ifakkar il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. L-omelija ssir mir-Rev. Joseph Buttigieg O.F.M. Cap. 7.00 p.m. Il-poplu ta’ Ħad-Dingli jingħaqad għal mument ta’ talb lill-patruna tiegħu: Santa Marija. Fi tmiem tingħata l-Barka Sagramentali. F’jum il-festa kulħadd hu mħeġġeġ jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knisja. Għal dawk li mhux possibbli jattendu, il-quddiesa solenni ta’ filgħodu u l-mument ta’ talb filgħaxija se jixxandru dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’. Fil-jiem ta’ qabel il-festa, kif avżat se jkun hemm drabi fejn saċerdoti se jkunu disponibbli għall-qrar. Inħeġġu lir-residenti ta’ Ħad-Dingli jżejnu l-faċċati tad-djar u l-gallariji bi bnadar, liedna u dawl – sinjal li Ħad-Dingli qiegħed jagħti ġieħ lil Santa Marija. L-Arċipriet, il-kleru tal-parroċċa u l-Kumitat Festa Esterna jirringrazzjawkom talkoperazzjoni u jistennew li jarawkom f’dawn il-mumenti tal-festa 2020.


44

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Restawrati n-niċċa, l-istatwa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju

Minn seba’ interventi ta’ restawr li għalihom il-parroċċa kwalifikat biex parti mill-ispiża titħallas minn fondi tal-Unjoni Ewropea, tnejn huma lesti minn kollox. Dawn kienu jinvolvu l-kxif u r-restawr tal-pittura fuq il-ħajt tan-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju u r-restawr tal-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. VALENTINA LUPO, direttur tal-kumpanija Atelier del Restauro li rebħet il-kuntratti għal dan ix-xogħol wara sejħa pubblika, tispjega l-interventi li saru fuq dawn l-opri ta’ arti fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli li issa jistgħu jitgawdew flaħjar stat possibbli. Il-parroċċa ħasbet li biex dan il-proġett ikun komplut, toħroġ fondi hi biex l-istess kumpanija tnaddaf u tirrestawra l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Matul is-snin il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli għarfet ir-responsabilità li tħares l-opri tal-arti tagħha għallġenerazzjonijiet futuri. Mis-sena 2014 ’il quddiem, it-tim ta’ konservaturi tal-kumpanija Atelier del Restauro mmexxi minni u minn Maria Grazia Zenzani u Simon Dimech ħadem fuq bosta xogħlijiet ġewwa din il-knisja. Dawn jinkludu: • • • • •

il-konservazzjoni tal-pittura u s-sottokwadru indurat tal-Mater Boni Consilii; l-induratura ta’ sottokwadru ġdid tal-injam għal xbieha ta’ San Ġorġ Preca; l-induratura ta’ sottokwadru u l-konservazzjoni tal-pittura ta’ Sant’Anna ma’ Marija Bambina; ir-restawr tal-Kurċifiss tal-kartapesta fil-kappellun li jinsab fuq in-naħa tan-nofsinhar tal-knisja; studju dwar l-istat ta’ konservazzjoni fuq l-14-il pittura li juru l-Via Crucis u r-restawr tal-ewwel stazzjon u l-kwadru tiegħu fejn ġiet żvelata l-iskrizzjoni oriġinali; u • l-konservazzjoni tan-niċċa tal-istatwa titulari tal-Assunta wara li taħt id-drapp li kien qed jiksi l-ħitan tan-niċċa nstabet moħbija pittura bit-teknika tat-trompe l’oeil. Atelier del Restauro kienet responsabbli biex tikkonsolida u tnaddaf id-dekorazzjonijiet mpittra u tirtokkja l-pittura biex in-niċċa tmur lura għall-iskema dekorattiva oriġinali. Permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti li ħarġet fl-2019 mill-Fondazzjoni għallPatrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-kumpanija Atelier del Restauro ngħatat ilproġett ta’ konservazzjoni u restawr tan-niċċa fil-kappellun l-ieħor u li fiha l-istatwa talMadonna tar-Rużarju. B’sejħa pubblika oħra, l-istess kumpanija ngħatat il-kuntratt għarrestawr tal-pedestall tal-injam u l-induratura tiegħu. L-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley, u l-amministrazzjoni tal-Parroċċa ħassew ilbżonn li biex il-proġett ikun komplut isir tindif estensiv tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Ix-xogħlijiet bdew f’Settembru 2019 u hawn spjegazzjoni tal-interventi li saru.


Programm tal-Festa 2020

45

In-niċċa Ritratti mis-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor juru li n-niċċa tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju kienet imżejna bi skema dekorattiva li tikkonsisti minn trompe l’oeil elaborat esegwit fil-griż, abjad u okra (lewn it-tafal). Fis-snin tmenin, din il-pittura dekorattiva mal-ħajt tan-niċċa ġiet mgħottija, l-ewwel b’żebgħa bajda, imbagħad b’wallpaper mwaħħla bil-kolla fuq iż-żebgħa. Ir-raġuni għal dan l-intervent mhix magħrufa. Il-pittura mal-ħajt hi maħsuba li tmur lura għal tmiem is-seklu 19 jew il-bidu tasseklu 20 u taqbel mal-pittura li żżejjen il-ħitan tan-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija u li kienet ġiet restawrata fl-2016. Ix-xogħol beda bit-tneħħija tal-wallpaper u tal-kolla li biha twaħħal. It-tneħħija tal-kolla saret bl-użu ta’ gel ibbażat fuq is-solvent. Ladarba l-wallpaper u l-kolla tneħħew, beda proċess delikat biex titneħħa kompletament iż-żebgħa bajda u b’hekk tinkixef il-pittura fuq il-ħajt. Iż-żebgħa dehret li kienet żebgħa kummerċjali bbażata fuq komponent akriliku u kienet applikata f’saff wieħed mhux omoġenju, b’pinzell kbir. Twettqu bosta testijiet ta’ tindif bil-għan li ż-żebgħa titneħħa mingħajr ma jiġi kompromess is-saff ta’ żebgħa oriġinali taħtha. Irrestawraturi rnexxielhom jifformulaw cleaning gel apposta li kien kapaċi jneħħi biss is-saff taz-żebgħa bajda waqt li jħalli l-pittura orġinali ta’ taħt. F’ħafna żoni, it-tindif sar ukoll b’mod mekkaniku, bl-użu ta’ xfafar. Waqt it-tindif innutajna li xi żoni tas-saff taż-żebgħa oriġinali kienu qed jinqalgħu. Dawn ġew imwaħħlin u konsolidati qabel it-tindif biex ikun assigurat li ma jintilef xejn mid-dekorazzjonijiet oriġinali. Xi żoni kellhom bżonn ukoll tikħil fejn pereżempju ġew identifikati żoni dgħajfa filġebla. Mat-tneħħija taż-żebgħa, il-pittura oriġinali nstabet f’kundizzjoni pjuttost tajba bi brix u telf prinċipalment fuq ilħajt ta’ faċċata. Il-pittura għandha motivi asimmetriċi u elaborati, sinonima malpittura tal-istil artistiku Rococo. Il-motivi ta’fjuri, dawran u gwarniċi huma magħluqa f’qafas oħxon, li jaqsam sezzjonijiet skont il-wiċċ tal-ħajt. Iż-żebgħa hija eżegwita b’kuluri li juru varjetà fit-tonalità ta’ blu-griż u ftit vjola, okra, burnt sienna u abjad. Dan jindika li l-pittura x’aktarx hi żejt b’teknika artistika komuni fil-gżejjer Maltin. Wara l-iskopertà tad-dekorazzjoni miżbugħa mal-ħajt, iż-żoni fejn kien hemm nuqqasijiet ġew mimlija bl-użu ta’ materjal ibbażat fuq il-ġir, magħżul speċifikament għall-kompatibilità. Finalment imxejna għall-integrazzjoni tad-dekorazzjoni. Dan sar biss fejn kien hemm telf tal-kulur originali. Biex tissaħħaħ ir-riversibilità taż-żoni li ġew integrati mill-ġdid, il-pittura ngħatat kisja ħafifa ta’ vernic stabbli ħafna.


Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Aaron Farrugia jawgura l-kumplament tas-sajf it-tajjeb lilek u lill-familja. Inżommu kuntatt dan is-sajf Uffiċju Cu Customer Care : 2388 6121 23886166


A breath of fresh air Weddings Events Dining Conferences Team Building Contact us to book your next event

T:Â 00356 2145 4233 e: events@chateaubuskettmalta.com w: www.chateaubuskettmalta.com


48

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Wara tliet xhur xogħol, il-pittura restawrata mal-ħitan tan-niċċa ntweriet lill-pubbliku fi tmiem ilquddiesa tal-aħħar jum tas-sena 2019, ġurnata għażiża għal din il-parroċċa billi kien qed jitfakkar it-341 anniversarju mit-twaqqif mill-ġdid tagħha. L-istatwa L-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju saret fl-1907 milliskultur Malti Carlo Darmanin. Imwieled l-Isla fl-1825, hu tħarreġ fl-arti minn missieru. Darmanin ħadem b’mod estensiv bl-użu tal-kartapesta fil-metodu tradizzjonali Malti. Hu speċjalizza fil-ħolqien ta’ statwi tal-kartapesta u matul il-karriera tiegħu ħalla wirt kbir ta’ statwi fosthom Kristu Salvatur fil-Knisja ta’ Ħal Lija, l-istatwa ta’ San Ġiljan fil-lokalità li ġġib l-isem ta’ dan il-qaddis, u ħafna statwi għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bħas-sett uniku fil-Bażilika tal-Mosta. Miet fis-26 ta’ Novembru, 1909. Dan l-iskultur ikkontribwixxa bil-kbir għalliżvilupp tal-arti reliġjuża popolari, u permezz tiegħu l-arti tal-kartapesta reġgħet ġiet apprezzata f’Malta. Ta’ Ħad-Dingli hi l-għaxar statwa tal-Madonna tar-Rużarju li ħarġet minn idejn Carlo Darmanin. Fl-1982 kienet ġiet restawrata. Id-dehra ġenerali tal-istatwa kienet matta u minn spezzjoni taħt dawl UV ġie żvelat li ħafna mis-saff tal-verniċ jew ġie assorbit jew f’ħafna żoni ma kienx għadu preżenti. Kawża t’hekk, il-motivi tal-isgraffir u l-kuluri naqqsu mill-effett tagħhom. L-effett matt kien imsaħħaħ ukoll minn saff ta’ trab li kellha fuqha l-istatwa. It-trab kien ta’ natura igroskopika u jfisser li jattira mikrobi li jistgħu jipproduċu moffa. Fit-trab insibu mikrobi li huma l-forza ewlenija li tgħinu jeħel mal-uċuħ. L-akkumulazzjoni ta’ trab tipprovdi aktar ikel biex jgħixu dawn ilkolonji ta’ mikrobi, li maż-żmien jiffurmaw saffi magħrufa bħala biofilm. Għalhekk kien meħtieġ tindif estensiv biex jerġa’ joħroġ il-ġmiel tal-kuluri talistatwa. L-intervent ta’ tindif sar darbtejn biex ikun assigurat li t-trab kollu tneħħa kompletament. Ħmieġ tad-dubbien li kien preżenti fuq it-tunika bajda ta’ Ġesù Tarbija tneħħa bl-użu ta’ tindif mekkaniku u ftit solvent. Wara l-intervent tat-tindif, imtlew xi xquq zgħar. Integrazzjoni pittorika saret biss fejn kien hemm brix u tbajja. L-ewwel intużaw kuluri ta’ tempera riversibbli u mbagħad ġie applikat darbtejn saff fin ta’ verniċ biex jipproteġi u s-saff tal-induratura u l-kuluri joħorġu aktar.


Programm tal-Festa 2020

49

Il-pedestall Il-pedestall x’aktarx li sar fis-seklu 18, iżda s’issa ma sibniex min kien id-disinjatur jew l-artist li għamlu. Il-kundizzjoni tiegħu ma kinitx fi stat tajjeb u kellu ħsara estetika estensiva li ġiet ikkawżata matul iż-żmien. L-indurata kienet fi stat ħażin tant li parti kbira mill-bolo beda jidher. Fil-kantunieri u tul ilgwarniċ ta’ isfel kien hemm ammont kbir ta’ depożisiti tax-xemgħa. Dawn huma riżultat tal-fatt li fl-imgħoddi, fil-kantunieri talpedestall kienu jinxtegħlu għadd ta’ xemgħat għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Malli l-pedestall inġieb fil-faċilità tal-kumpanija tagħna, saru l-interventi meħtieġa ta’ tisħiħ fi xquq flinjam kif ukoll xquq kapillari fil-ġibs flimkien ma distakki. It-trattament issokta b’interventi ta’ tindif, li kienet sfida kumplessa minħabba li s-saff indurat instab li kien fraġli ħafna. It-tindif sar bl-użu ta’ Japanese paper u solvent gel. Ir-riżultati kienu sodisfaċenti, iżda ħafna partijiet tal-wiċċ indurat kienu fraġli ħafna. Il-partijiet nieqsa ġew l-ewwel ippreparati b’saffi ta’ bolo. Il-bolo l-aħmar ġie imbornit qabel l-applikazzjoni tad-deheb waqt li f’postijiet matti sar saff isfar ta’ bolo li ġie applikat u tħalla mhux imbornit. Il-proċess tal-induratura tkompla billi ġew applikati folji doppji ta’ deheb ta’ 23.75 karat, skont it-teknika tal-water gilding. Il-folji tad-deheb inġiebu apposta għall-proġett minn waħda mill-aqwa fabbriki tad-deheb gewwa Firenze. Oqsma ta’ induratura mill-ġdid ġew mbagħad imborniti u oqsma oħra tħallew matti, skont l-estetika oriġinali tal-pedestall. Ir-restawr ġie konkluż bl-applikazzjoni ta’ verniċ protettiv bl-użu ta’ reżina sintetika li tiflaħ għal temperaturi sħan. L-istatwa u l-pedestall treġġgħu lura fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli nhar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2020. Il-materjali kollha użati filkonservazzjoni u r-restawr tan-niċċa, l-istatwa u l-pedestall għandhom il-karatteristika komuni tar-riversibilità. Il-proġett sar skont il-prinċipji etiċi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta’ xogħol tal-arti. Il-kumpanija tagħna, Atelier del Restauro, hi grata lejn il-Parroċċa ta’ ĦadDingli li fdawna biex nikkonservaw dawn l-opri artistiċi, simboli uniċi ta’ din il-parroċċa.


TENTS

EVENT MANAGEMENT

FURNITURE RENTALS

WEDDINGS


Würth Limited, Würth Centre, Mdina Rd., Zebbug, ZBG 9016 www.wuerth.com.mt - sales@wuerth.com.mt - T:2149 4604

eshop.wuerth.com.mt

IL-VIĊI SINDKU

U L-FAMILJA TIEGĦU JIXTIEQU JAWGURAW LILKOM U LILL-FAMILJI TAGĦKOM

Il -Festa t -Tajba

followsandroazzopardi sanazzopardi@gmail.com 99879543


52

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Mid-djarju tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Il-ħajja u l-ħidma fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-aħħar tnax-il xahar tista’ tinqasam min-nofs, u ssegwi dak li ġara fil-kumplament tal-parroċċi. Fl-ewwel sitt xhur l-andament kien pjuttost normali. Imbagħad, minn Marzu, il-coronavirus biddel kollox. MARIO MICALLEF jagħti ħarsa lura lejn xi mumenti li jibqgħu mmarkati fid-djarju tal-parroċċa minn Awwissu 2019 ’il quddiem. Il-kwadru pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu fostna Mill-Ġimgħa 2 sat-Tnejn 5 ta’ Awwissu 2019 kellna l-grazzja nilqgħu fostna l-kwadru pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu. Dan sar fis-sena li fiha tfakkar l-400 anniversarju ta’ din ix-xbieha tal-Assunta miżmuma b’tant għożża fis-Santwarju Ta’ Pinu, fil-limiti talGħarb, f’Għawdex. Il-poplu ta’ ĦadDingli laqa’ bi ħġaru din l-inizjattiva u pparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet organizzati. Dawn saru fl-ewwel jiem tal-kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija. Kien tassew mument sabiħ dak tal-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu filgħaxija, meta r-Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, Dun Gerard Buhagiar, mexxa quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Din ġiet iċċelebrata ħdejn l-istatwa talMadonna, fi Triq Claudette Agius. Fi tmiem il-quddiesa sar pellegrinaġġ aux flambeaux bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu sal-Knisja Arċipretali fejn saret il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Is-Sibt 3 ta’ Awwissu filgħodu ġiet iċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda li fiha ġie amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. Filquddiesa tas-Sibt filgħaxija saret il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena lillMadonna Ta’ Pinu. F’kull quddiesa ċċelebrata l-Ħadd 4 ta’ Awwissu ntqalet it-talba ta’ affidament tal-familja lillMadonna Ta’ Pinu. Bejn quddiesa u oħra, diversi familji qattgħu ħin ta’ talb privat quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu armata fil-knisja. L-aħħar jum fostna tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu għaqqad flimkien lill-għaqdiet u l-poplu ta’ ĦadDingli. It-Tnejn 5 ta’ Awwissu filgħaxija, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley mexxa quddiesa bissehem tal-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali, id-dirġenti u membri ta’ għaqdiet, gruppi u każini u l-poplu. Fi tmiem il-quddiesa, saret velja ta’ talb f’riġlejn ix-xbieha devota tal-Madonna Ta’ Pinu li ġiet fi tmiemha bil-Barka Sagramentali. Ejjew aħna lkoll nagħmlu tagħna dan il-kliem li l-Isqof Mario Grech qal fil-wasla lura tal-kwadru fisSantwarju nhar is-27 ta’ Jannar 2019 wara li dar il-parroċċi kollha f’Għawdex:


Programm tal-Festa 2020

53

“Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom! Marija hija waħda minna, minn ta’ ġewwa: insibulha post fid-dar tagħna, nirriservawlha maqgħad biex tpoġġi madwar il-mejda tal-familja, u kuljum insibu ħin noqogħdu ftit maġenbha nitkellmu magħha, possibbilment bit-talba tar-Rużarju, imma jekk ma għandniex ħin, almenu ngħidu dak li talbitna hi minn dan il-kwadru: tliet Ave Marijiet. Ħa tkun din il-Kewkba ta’ filgħodu li bir-raġġi fiddiena tagħha, li jiżbqu d-dawl tal-kwiekeb l-oħra barra dak tax-xemx (li hi Kristu), tkeċċi d-dlamijiet minn qlubna u minn fostna.”

Madonna Ta’ Pinu Sultana tal-Familja, ħarstek fuqna dejjem żomm. Ħsus mill-festa 2019 Il-festa ta’ Santa Marija fl-2019 kienet ċelebrazzjoni ta’ raħal u poplu wieħed magħqud wara l-Assunta. Iċċelebrazzjonijiet fil-knisja u barra laħqu l-iskop tagħhom b’attendenza tajba mill-poplu. Konna wkoll qrib min qed ibati u jeħtieġ l-għajnuna, b’għotja ta’ karità ta’ €3,000 lill-Isqof Mons. Giovanni Cefai M.S.S.P. għall-ħidma missjunarja li kien qed jibda bħala Isqof ġdid ta’ Huancané fil-Perù. Hu ġie ppreżentat din l-għotja fi tmiem quddiesa li mexxa fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli nhar is-Sibt 10 ta’ Awwissu 2019. Dakinhar l-Isqof Cefai mexxa wkoll iċ-ċelebrazzjoni fuq iz-zuntier fl-okkażjoni tal-ħruġ min-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Nhar il-15 ta’ Awwissu 2019 saret ir-raba’ edizzjoni tal-Pellegrinaġġ tal-Muturi organizzat flimkien bejn il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr. Il-pellegrinaġġ beda minn fuq iz-zuntier tal-Imġarr u ntemm fil-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli fejn sar it-tberik tas-sewwieqa. Permezz ta’ din l-attività nġabru €1,500 għal ALS Malta. Saċerdot ġdid fil-kleru tal-parroċċa Fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Novembru 2019 tħabbar li l-Arċisqof, Mons. Charles J. Scicluna, bagħat lis-saċerdot novell Dun Matthew Pulis biex jgħin f’ħidma pastorali fil-parroċċa ta’ ĦadDingli. Dun Matthew hu mill-Iklin u għandu 36 sena. Hu ħa l-edukazzjoni fl-iskola primarja ta’ Ħal-Lija, is-sekondarja u l-post-sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi u mbagħad fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa BSc Business & Computing u MSc Informatics. Ħadem bħala Network Monitoring Official mal-Awtorità tal-Logħob u l-Lotteriji u wara bħala Geographic Information System Consultant ma’ Newgrove Consultants ta’ Londra. F’Jannar 2011 beda l-mixja għas-saċerdozju fis-


In-Nutar

AYRTON BUHAGIAR jawgura l-festa t-tajba lill-familji Dinglin kollha. Uffiċju: 107, Triq il-Kbira, Ħad-Dingli (faċċata tal-iskola) Mob: 99449687 Email: ayrton_b@live.com


Il-Festa t-Tajba lir-residenti Dinglin kollha

PERIT

DAVID VASSALLO

99436306 perit.davidvassallo@gmail.com


56

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli Seminarju fejn bħala parti mill-istudji tiegħu ggradwa SThB mill-Università ta’ Malta u b’MA Digital Theology minn Durham. Ġie ordnat saċerdot f’April 2019 u bħalissa qed ikompli bl-istudji tiegħu fil-livell ta’ dottorat fejn se jkun qed jistudja l-bżonnijiet eżistenzjali u spiritwali tal-ġenerazzjoni Z (l-adoloxxenti) kif inhuma espressi mill-gaming habits u patterns tagħhom. Dan bil-għan li jingħataw vuċi fit-tfassil ta’ attitudni pastorali magħhom, u allura verament l-Knisja tista’ tifhem min huma, x’għandhom bżonn, u titkellem billingwa taghhom, filwaqt li tarahom bħala sħab aktar milli bħala persuni li trid tevanġelizzahom biss.

Dun Matthew Pulis hu wkoll parti minn konsorzju ta’ riċerkaturi internazzjonali li nħoloq biex jara kif il-knejjes mad-dinja rreaġixxew għall-COVID-19 u kif il-knisja tista’ tħejji għat-tieni mewġa tal-imxija. Dun Matthew qed janalizza tweġibiet ta’ saċerdoti Maltin u jikkummenta dwarhom teoloġikament. Qed jassisti wkoll lill-Kummissjoni Evanġelizazzjoni f’aspetti tekniċi u fit-tfassil ta’ pjan diġitali għad-djoċesi. Superjur ġdid għall-M.U.S.E.U.M. tas-subien F’Novembru wkoll, is-soċju żagħżugħ Robert Micallef minn Ħad-Dingli nħatar bħala Superjur talqasam tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien fil-parroċċa tagħna. Fl-istess żmien ilqajna fostna wkoll lis-soċju Joseph Spiteri mir-Rabat li ngħaqad mas-soċji Paul Azzopardi, Emanuel Gauci u Raymond Muscat fl-għoti tas-servizz ta’ katekiżmu u formazzjoni lit-tfal u l-adoloxxenti tagħna. Il-parroċċa trodd ħajr lis-Superjur Daniel Micallef li fil-ħames snin li għaddew mexxa l-qasam tas-subien f’Ħad-Dingli u tawguralu fil-ħidma l-ġdida bħala Superjur tal-M.U.S.E.U.M. ta’ Ħ’Attard. Tieħu l-okkażjoni tirringrazzja lill-membri kollha tal-M.U.S.E.U.M., subien u bniet, għall-impenn volontarju tagħhom fil-formazzjoni tat-tfal u l-adoloxxenti tagħna. Milied ta’ imħabba u solidarjetà Żmien il-Milied li għadda fil-parroċċa tagħna kien tassew wieħed li għexna fi spirtu nisrani. Nispjega għaliex aktar ’il quddiem. Il-parroċċa ħejjiet bosta attivitajiet ta’ natura reliġjuża iżda għal sena oħra reġgħet investiet ħafna enerġija fiċ-ċelebrazzjoni tal-lejl tal-Milied. Din is-sena għażilna l-figura ta’ San Ġużepp u l-irwol tiegħu f’lejl daqstant importanti, anke għaliex ridna nintroduċu lin-nies ma’ anniversarju importanti li jaħbat fl-2020: il-150 anniversarju mindu San Ġużepp ġie dikjarat bħala l-patrun tal-Knisja Universali. Il-parroċċa ħalliet f’idejn is-Sur Andrew Borg, Assistent Kap tal-Iskola Primarja ta’ ĦadDingli, biex jikteb play dwar San Ġużepp fil-Lejl tal-Milied. Fiha ħadu sehem tfal mill-iskola primarja tar-raħal tagħna. Lill-familji preżenti għal din il-quddiesa u l-quddies iċċelebrat fil-25 ta’ Diċembru, il-parroċċa tathom bħala rigal il-ktieb “San Ġużepp fil-Lejl tal-Milied”, b’kitba wkoll tas-Sur Andrew Borg. Ktieb ieħor tal-istess awtur ingħata lit-tfal. B’inizjattiva koordinata mill-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley, ingħataw 32 rigal lil tfal individwali f’Dar Fra Diegu u Dar San Nikola fil-Ħamrun u f’Dar Sagra Familja Ħaż-Żabbar. Xi nies taw ukoll


Programm tal-Festa 2020

57

oġġetti ta’ logħob u appliances ġodda biex jintużaw mit-tfal fid-djar mmexxija mill-Knisja f’Malta. B’donazzjonijiet li ngħataw apposta, fil-Milied il-parroċċa ħallset l-ikla ta’ nofsinhar lil ħamest’itfal minn Dar San Nikola li ma kienx possibbli jmorru mal-familja tagħhom. Dawn kienu akkumpanjati minn tliet care workers. Fl-ewwel jum tas-sena, ġbarna flimkien għall-ikla ta’ nofsinhar lil tfal li kienu se jibqgħu fi tnejn mid-djar tal-Knisja. Il-Kummissjoni Tfal irċeviet donazzjonijiet biex tixtri d-drapp għal purtieri għal uħud mill-kmamar tat-tfal li mbagħad inħietu minn voluntiera. Bil-flus li nġabru nxtraw ukoll xi appliances li kien jonqos għall-istess djar tat-tfal immexxija mill-knisja. F’inizjattiva oħra, b’oġġetti tal-ikel li nġiebu fil-knisja tul il-Ħdud tal-Avvent, tqassmu 50 hamper lil familji filbżonn. Fl-1 ta’ Jannar 2020, ġie ppreżentat rigal sabiħ lid-Dar tal-Providenza: is-somma ta’ € 5,010 li nġabret minn Ħad-Dingli permezz tal-kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli”. Dakinhar id-Dar tal-Providenza tkun miftuħa għal pubbliku għal Festa ta’ Ġenerożità li ssir biex jinġabru fondi għall-ħidma li twettaq ma’ ’l fuq minn 100 persuna b’diżabilità. Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020, festa tal-Epifanija tal-Mulej, kellna l-aħħar inizjattiva li biha 33 persuna taw id-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li kienet ħdejn il-Knisja Arċipretali. Preżenza fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp, fir-Rabat Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Frar 2020, il-parroċċa ta’ ĦadDingli ġiet mistiedna tieħu sehem f’waħda mill-Erbgħat bi tħejjija għall-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat. Dakinhar, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley mexxa l-quddiesa ta’ filgħaxija fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp. Diversi parruċċani kienu preżenti għall-quddiesa, u għar-rużarju qabel. Jibda r-Randan u … Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Frar 2020 tajna bidu għar-Randan Imqaddes. Filgħaxija sar pellegrinaġġ miċ-Ċentru Parrokkjali għall-Knisja fejn ġiet iċċelebrata l-quddiesa li nkludiet ir-rit tat-tqegħid tal-irmied. Bdew ukoll ilkorsijiet ta’ eżerċizzi, fl-ewwel ġimgħa tar-Randan saru dawk għal kulħadd fil-quddiesa ta’ filgħaxija. Fit-tieni ġimgħa, kienu bdew l-eżerċizzi għall-koppji miżżewġa u l-għarajjes. Dawn kellhom jieqfu nofs triq billi millĦamis, 12 ta’ Marzu 2020, l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta ordnaw li minħabba l-coronavirus għandha tiġi evitata kull inizjattiva li tistieden lill-insara jinġabru fil-knisja. Għalhekk anke ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa għall-pubbliku waqaf. Minn hemmhekk il-ħajja talparroċċa nbidlet ta’ taħt fuq kif wieħed seta’ jaqra aktar qabel f’artiklu ieħor f’din il-publikazzjoni li tratta ż-żmien tal-pandemija.


Tunnel Works

Shaft Excavation

Trenching

Road building

Rock bolting/stabilisation

Shotcrete

Core drilling

Geological surveys


YOUR SAFETY IS OUR PRIORITY

Always wear a face mask

Buses sanitised daily

Exact fare only

Travel made easy www.publictransport.com.mt


60

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

DINGLI TYRE SERVICE Wheel Alignment & Tyre Repair Service ‘Sunrise’, Turretta Road, Dingli.

(ħdejn iċ-Ċimiterju)

Triq San Ġwann Bosco Dingli Mob: 7925 1195

DAVID’S HARDWARE STORE

Electrical and Water Fittings Garden Equipment, Household Goods and all kinds of Hand Tools & Electrical Tools Tinting Machine

All types of tyre repair and wheel alignment Vast selection of tyres & alloy wheels (rims) Batteries, car care products & car accessories Contact Joe on

9949 8074 7972 9689

M.S.D. Detergents, Personal Care, Perfumes Stationery, Binding & Lamination Book Covering A4 / A3 Colour & B&W Photocopies also from Pendrive or SD Cards Special Student Rates

Over 10,000 Paint Colours Available Triq G˙ar Bittija, Dingli Tel: 2145 7071   Mob: 7905 3401

OPENING HOURS TUES, WED, FRI 7.00am - 12.00pm 4.00pm - 7.00pm THU 7.00am - 12.00pm SAT 7.00am - 12.00pm

Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli

7927 9650

Triq G˙ar Bittija, Dingli Mob: 7926 6565


Programm tal-Festa 2020 GĦAL KULL XOGĦOL TA’ DEHEB U FIDDA irrikorru

GERALD JEWELLERY ❐ Naċċetta Tiswijiet ❐ Miftuħ 9.00-12.00 ❐ Magħluq nhar ta’ Erbgħa 26, St. Rita Street, Rabat Tel: 2145 5786

61

SANTA MARIJA SELF SERVICE • Detergents • Toiletries • Groceries • Green Grocer All your daily needs FREE DELIVERIES Special Offer: With every 250 Euro spent, you will get a 5 Euro voucher or 2 packets of water x6

Triq Çensa Spiteri, Dingli Tel: 2745 0454 Santa Marija Self Service Dingli



Il -Festa t -Tajba LILL-FAMILJI DINGLIN KOLLHA

L-AVUKAT

RACHEL POWELL facebook.com/powellrac powellrac13@gmail.com 99190095


64

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Ħad-Dingli tul il-pandemija tal-coronavirus

Marzu 2020 jibqa’ mnizżżel fl-istorja bħala x-xahar li biddel ħajjitna ta’ taħt fuq. L-awtoritajiet kienu ilhom jippreparaw għall-possibilità li l-coronavirus jidħol Malta, bit-tħejjijiet intensifikaw meta bdew jiżdiedu l-każi barra minn Malta speċjalment fl-Italja. Madankollu, min-nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu meta ġie konfermat l-ewwel każ ta’ coronavirus f’Malta bdew jiddaħħlu numru ta’ miżuri bil-għan li jrażżnu t-tixrid tal-imxija fil-pajjiż. MARIO MICALLEF jagħti ħarsa lejn l-effetti tal-pandemija fuq ir-raħal tagħna, il-ħajja fix-xhur li għaddew, u kif il-parroċċa adattat il-ħidma tagħha biex tibqa’ viċin tan-nies. Ir-raħal siket aktar L-effett tal-coronavirus fuq il-ħajja ta’ kuljum tar-residenti ta’ Ħad-Dingli tista’ tgħid li kien l-istess bħal dak tarresidenti fil-kumplament tal-lokalitajiet f’Malta. Mit-tieni ġimgħa ta’ Marzu, bir-restrizzjonijiet li daħlu fis-seħħ irrutina tal-ħajja nbidlet kompletament. Ħafna mill-affarijiet li kienu jżommuna okkupati għamlu pawsa twila għal diversi ġimgħat. Mill-Ħamis 12 ta’ Marzu filgħaxija twaqqfet iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-Knisja Arċipretali. L-aħħar quddiesa ċċelebrata għall-pubbliku fil-parroċċa kienet dakinhar fis-7.30 a.m. L-Isqfijiet taw lill-insara dispensa mill-obbligu tal-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Dan kollu sar fil-kuntest tad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa biex ma jiltaqgħux ġemgħat ta’ nies u biex l-anzjani u persuni vulnerabbli kemm jista’ jkun jevitaw li joħorġu minn darhom. Mit-12 ta’ Marzu wkoll ma fetħux l-oqsma tadduttrina; kemm il-M.U.S.E.U.M. tas-subien kif ukoll tal-bniet. Iż-żewġ skejjel pubbliċi fil-lokalità li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ San Nikola: l-iskola primarja u l-iskola sekondarja, għalqu l-bibien tagħhom għall-istudenti min-nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu. Issena skolastika fl-iskejjel waqfet ħesrem hemmhekk, bl-istudenti baqgħu jirċievu l-edukazzjoni bitteknoloġija tal-informazzjoni. L-istess ġara fis-sekondarja tal-Kulleġġ Savio mmexxi mis-Salesjani ta’ Don Bosco. Naturalment, l-ordni għall-għeluq tal-iskejjel affettwat tfal u żgħażagħ Dinglin li kienu jattendu fi skejjel u istituzzjonijiet edukattivi barra r-raħal bħall-Junior College, il-Higher Secondary, l-MCAST, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Università. Attivitajiet sportivi bħat-taħriġ għat-tfal u ż-żgħażagħ fi ħdan id-Dingli Swallows Youth Nursery ġie sospiż. Bl-istess mod ġie affettwat l-operat tal-oratorju Salesjan Dar Dun Bosco, it-tagħlim tal-mużika mill-Għaqda Mużikali Santa Marija u għaqdiet bħall-iScouts, il-Girl Guides u l-Għaqda Talent Dingli. Bosta ħwienet li ma joffrux servizzi essenzjali ġew ordnati jagħlqu. Għalqu wkoll il-każini tal-politika, tal-banda u tal-futbol, il-banka tal-lottu, iċ-ċentru ta’ matul il-jum għall-anzjani u l-librerija pubblika. Min għandu qraba anzjani fi djar residenzjali kellu jiċċaħħad milli jżurhom fiżikament. L-istess lillpazjenti fl-isptarijiet. Il-ħruġ, ħlief dak tal-bżonn, spiċċa u ħafna nies, minn tfal sa anzjani baqgħu miġbura fi djarhom. Diversi djar servew ukoll ta’ post tax-xogħol għal dawk li setgħu jaħdmu bittelework. Xi ħaddiema, anke jekk ma xtaqux, kellhom jibqgħu d-dar għax il-post tax-xogħol tagħhom


Programm tal-Festa 2020

65

inqabad fil-morsa tal-effetti ħżiena tal-pandemija. Dan ħalla effett fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ xi familji. Fuq l-irdum kont tilmaħ anqas nies jimxu, b’dawk li baqgħu jiffrekwentaw l-inħawi għall-bidu kienu waħdiet u għal rashom. L-effett kien ċar: anqas nies u karozzi għaddejjin fit-toroq. Ir-raħal siket aktar. Mit-tielet ġimgħa ta’ Marzu, l-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli li tinsab nofs triq bejn Ħad-Dingli u r-Rabat bdiet tilqa’ stazzjon temporanju tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Għadd ta’ pumpiera ġew stazzjonati hawnhekk. Inġiebu wkoll diversi vetturi tat-tifi tan-nar u tagħmir ieħor. Dan sar bħala parti minn pjan ta’ kontinġenza mfassal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaċ-ċirkustanzi tal-pandemija. Minn żmien għal żmien kien ikollna wkoll il-preżenza ta’ ħaddiema mid-Diviżjoni għallManutenzjoni u t-Tindif li wettqu xogħol ta’ tindif u ffumigar f’toroq, spazji u ġonna pubbliċi. Ta’ wens u sors ta’ informazzjoni għal ħafna kienet il-media soċjali fosthom il-paġni ta’ facebook talparroċċa, oħra li twaqqfet apposta fi żmien il-pandemija bl-isem YouSafeDingli u paġni tal-komunità bħal ‘Ħad-Dingli Local Council’, ‘Nies Dinglin’ u ‘Dinglin Storja u Niesha’. Mit-Tnejn 4 ta’ Mejju 2020 bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet f’fażijiet differenti, sakemm fl-1 ta’ Lulju reġgħu fetħu l-ajruport u l-portijiet. Il-ħajja ssuktat f’dik li qed insejħu normalità ġdida fejn hu rakkomandat li nżommu distanza soċjali ta’ żewġ metri, nżommu livelli għolja ta’ indafa, u nilbsu l-maskra jew il-visor meta nkunu f’ċerti postijiet. Il-parroċċa baqgħet viċin tagħkom F’dan iż-żmien straordinarju, l-Isqfijiet taw għadd ta’ direttivi lill-parroċċi. Għalkemm il-funzjonijiet reliġjużi twaqqfu kollha, inkluż il-quddiesa ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, il-Knisja Arċipretali nżammet miftuħa f’ċerti ħinijiet kuljum għal mumenti ta’ talb privat. F’ħafna minn dawn il-ħinijiet kien ikun preżenti l-Arċipriet biex iqarben lil dawk li jitolbu li jirċievu l-Ewkaristija. Il-Kappella talAdorazzjoni f’Dar Dun Bosco nżammet miftuħa. Ġew sospiżi s-servizzi mill-Uffiċċju Parrokkjali, it-tqarbin tal-morda fid-djar, il-laqgħat tal-kummissjonijiet u gruppi, u l-attivitajiet soċjali. Min-nofs Marzu sa nofs Ġunju, kien hemm ħafna restrizzjonijiet fuq kif jiġu amministrati s-sagramenti. F’dan il-perjodu kellna ċelebrazzjoni waħda ta’ Magħmudija, żwieġ wieħed, u tliet funerali fejn ir-rit tat-tberik tal-fdalijiet sar fiċ-ċimiterju. Il-parroċċa baqgħet qrib ta’ min kien jeħtieġ xi forma ta’ għajnuna jew appoġġ fosthom b’telefonati lil anzjani jew persuni li jgħixu weħidhom u b’azzjonijiet ta’ karità li setgħu jsiru grazzi għal donazzjonijiet ta’ ikel minn ħafna Dinglin li ħasbu f’familji fil-bżonn. Preżenza qawwija online Sa mill-ewwel ġurnata li daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet, il-parroċċa żiedet il-preżenza online, permezz tal-paġna tagħha fuq facebook. Beda jittella’ ħsieb għal kull ġurnata u features marbuta ma’ festi speċjali fil-kalendarju liturġiku. Kull nhar ta’ Ħadd, l-Arċipriet żamm l-appuntament mat-tfal b’xandira li fiha spjegalhom l-evanġelju ta’ dak il-Ħadd partikulari. Mingħajr ebda dubju, kien bħal xokk qawwi għall-Knisja l-mod kif għexet il-Ġimgħa Mqaddsa. Ilfunzjonijiet sbieħ li jibdew minn Ħadd il-Palm sal-Għid il-Kbir ma sarux bħas-soltu. In-nies kienu


Supplier for all types of playground equipment and flooring, turf, benches, bins and a lot more. Gokker Ltd

Telephone: Mobile: Email:

2152 3686 9940 9592 info@gokkerltd.com


AGIUS STONE WORKS ltd.

Valletta Road, Mqabba, MQB 9019 | t: 21640202 | f: 21647188 | m: 99447305 | agius.com.mt | info@agius.com.mt restoration | conservation | sculptures | mouldings | lathe works | natural stones | marble | lime products | scaffolding | netting


68

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

mħeġġa jsegwu u jgħixu dawn il-mumenti fi djarhom. Kien hawnhekk li l-parroċċa ntroduċiet xandiriet diretti fuq facebook millKnisja Arċipretali. L-ewwel xandira kienet nhar il-Ġimgħa 3 ta’ April filgħaxija, il-quddiesa filfesta tad-Duluri, segwita b’mument ta’ talb dwar is-seba’ Duluri ta’ Marija. Ix-xandiriet issuktaw bil-funzjonijiet kollha minn Ħadd il-Palm salGħid il-Kbir waqt li tul il-Ġimgħa Mqaddsa nżamm kuntatt mal-komunità parrokkjali permezz ta’ inizjattivi online bħal mument ta’ talb quddiem il-Kurċifiss bis-sehem tan-nies minn darhom, Via Sagra bis-sehem tal-familji, riflessjoni fuq l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù, adorazzjoni nhar Ħamis ix-Xirka filgħaxija, u s-Seba’ Vizti fil-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. Minn wara l-Għid il-Kbir, baqgħet tixxandar dirett fuq facebook quddiesa kull nhar ta’ Ħadd fil11.00 a.m. Darba f’ġimgħa, kienet issir sessjoni ta’ katekeżi biex nagħrfu napprezzaw aħjar dak li niċċelebraw u naqsmu flimkien waqt il-quddiesa. Tul ix-xahar ta’ Mejju u Ġunju, saret enfasi fuq ittalba tar-Rużarju li kien qed jingħad u jiġi mxandar dirett fuq il-paġna tal-parroċċa fuq facebook kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. It-Tnejn, ir-Rużarju kien jingħad mill-knisja u mid-djar kienu jingħaqdu online familji u tfal mill-Kummissjoni Tfal, il-grupp tal-Abbatini, il-kor tat-tfal Joy of the Gospel, l-iScouts u l-Girl Guides. Nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa r-Rużarju kien jingħad minn żoni differenti fir-raħal, u filwaqt li jixxandar dirett fuq facebook, il-familji fiż-żoni minn fejn jingħad ir-Rużarju kienu jiġu mistiedna jingħaqdu għal dan il-mument ta’ talb minn quddiem id-dar tagħhom. It-tberik isir mill-familji stess … u preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija fit-toroq tar-raħal Din is-sena ma kienx possibbli li l-Arċipriet jew is-saċerdoti tal-parroċċa jżuruna fid-djar għat-tberik tal-familji. Kif stqarr l-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley f’messaġġ lill-familji ta’ Ħad-Dingli, hu u s-saċerdoti ħassew ħafna n-nuqqas tal-parruċċani f’dan iż-żmien. Għalhekk, il-parroċċa ħasbet f’inizjattiva fejn wara l-Għid, l-Arċipriet dar ir-raħal kollu u fuq l-għatba ta’ kull residenza ħalla flixkun żgħir mimli b’ilma li ġie mbierek fil-funzjoni ta’ Sibt il-Għid. Mal-flixkun, ftit weraq tażżebbuġ li kien imbierek fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, u santa bit-talba tat-tberik tal-familja. B’dan il-mod, is-saċerdoti stiednu lill-familji biex jinġabru flimkien, jitolbu din it-talba, u mbagħad membru tal-familja stess ibierek lillkumplament tal-familja. Il-Ħadd 20 ta’ April kienet iċċelebrata l-festa tal-Ħniena Divina. Dakinhar filgħaxija wara mument ta’ adorazzjoni fil-knisja, l-Arċipriet ħareġ b’purċissjoni bis-sagrament f’żona fir-raħal. In-nies ma setgħux jakkumpanjaw u kienu mħeġġa jsegwu mit-twieqi jew il-gallariji. Din


Programm tal-Festa 2020

69

il-purċissjoni bis-Sagrament baqgħet issir fil-Ħdud ta’ żmien l-Għid filgħaxija biex intlaħqu ż-żoni kollha ta’ Ħad-Dingli. Nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju, festa tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, Corpus Christi, saret purċissjoni oħra u itwal bis-Sagrament u bis-sehem ta’ aktar fratelli. Xogħol ta’ manutenzjoni u s-sehem tal-voluntiera F’dan iż-żmien issokta xogħol ta’ manutenzjoni bażika fil-knisja. Issewwiet minn restawraturi professjonali ħsara li żviluppat fiddriegħ tax-xbieha ta’ Ġesu Msallab li tintrama ma’ salib fuq l-altar maġġur fir-Randan. Tnaddfet ir-raġġiera talistess xbieha u tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju u ta’ Ġesu Bambin. Tnaddaf ukoll ir-ram tal-gandlieri tal-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fejn saru wkoll interventi żgħar biex il-kappella tinżamm dejjem fl-aħjar stat possibbli. Inħadmet mejda artal ġdida tal-injam biex tintuża fiċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa barra mill-knisja. Kompla wkoll ix-xogħol biex tissaħħaħ is-sistema tas-sound fil-knisja bix-xiri ta’ żewġ cordless microphones, tliet stands għall-microphones, cables biex inxandru b’audio ta’ kwalità aħjar fuq facebook u sistema ta’ batteriji li jiċċarġjaw għall-użu tal-microphones. Bi tħejjija għall-arranġamenti ġodda tal-ftuħ tal-knejjes biex mill-ġdid tkun tista’ terġa’ tiġi ċċelebrata l-quddiesa, il-bankijiet tal-injam ġew stivati fuq l-artali tan-navi. Minflok ittieħdet id-deċiżjoni li jkun aktar prattiku li jintużaw siġġijiet. Il-parroċċa kellha l-ammont ta’ siġġijiet meħtieġ biex tużahom għall-kapaċità ta’ kemm tiflaħ tieħu nies il-knisja bir-restrizzjonijiet imposti ta’ distanza soċjali. Madankollu kien meħtieġ li jinbidel l-injam ta’ uħud minnhom. Bl-istess mod saru interventi ta’ welding fil-ħadid ta’ xi siġġijiet. Il-parroċċa hi grata ħafna lejn dawk kollha li fil-ġimgħat tal-pandemija baqgħu jagħtu mill-ħin, l-enerġija u t-talenti tagħhom b’mod volontarju. Il-voluntiera kienu hemm biex il-parroċċa żammet fl-istat li jixraq lid-Dar ta’ Alla, biex taw sehemhom f’ħidmiet differenti li baqgħu għaddejjin, u biex il-parroċċa setgħet taddatta għal realtajiet ġodda li ġab ilcoronavirus. M’għaddietx ġurnata waħda li ma sarx xi ħaġa! Ħafna drabi ħafna aktar! Dak hu li jagħmel parroċċa ħajja, li jimpurtaha mill-komunità u li kellha preżenza fil-ħajja ta’ kuljum tal-parruċċani anke meta ma setgħux jiġu l-knisja. Mument ta’ ferħ … nilqgħukom mill-ġdid fid-Dar ta’ Alla Kien tassew mument ta’ ferħ li wara tliet xhur, il-parroċċi ngħataw direttivi biex jerġgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-quddiesa fil-knejjes. Dan seħħ mis-Sibt 13 ta’ Ġunju fost ħafna arranġamenti li kellhom jiġu implimentati fil-knejjes skont linji gwida pubblikati mill-awtoritajiet. Is-servizz talqrar beda jingħata b’appuntament jew b’ħin fiss miċ-Ċentru Parrokkjali. Fl-istess żmien kien rakkomandat li din is-sena s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof isiru fis-Sajf. Id-dati l-ġodda tal-Ewwel Tqarbina huma t-8 u d-9 ta’ Awwissu waqt li tal-Griżma tal-Isqof huma d-19 u l-20 ta’ Settembru. F’Lulju reġa’ beda t-tqarbin fid-djar għallmorda u l-anzjani li ma joħorġux.


CHRIS & BRIAN GENERAL CONTRACTORS

For all types of Construction, Restoration and Alteration Works  •  We sell property Contact us on 9929

8587 / 9947 1465



72

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli Furniture, Household Goods White Goods, Gifts & Maltese Clocks

10, L’Isle Adam Square, Rabat, Malta Tel: 2145 4379 Mob: 9945 2868 tagulinu@onvol.net www.tagulinu.com Ta’ Gulinu

10, L'Isle Adam Square, Rabat, Malta - 2145 4379 - 9945 2868

tagulinu@onvol.net - www.tagulinu.com Ta’ Gulinu GÓAL KULL QATGÓA TA’ LAÓAM FRISK JEW TAL-FRIÛA IRRIKORRU GÓAND

ST. MARY BUTCHER 59, Main Street, Dingli Tel: 2145 9454 Mob: 9945 6205 / 9987 5561


Programm tal-Festa 2020

73

Crazy for FRESH BREAD DAILY 56, San Ìwann Bosco Street, Dingli Tel: 2145 4451 Mob: 7945 4453 / 7931 9674

Open on Sunday from 6.00am to 1.00pm Il-Festa t-Tajba lid-Dinglin kollha

FREEWAY MARKETING

Cook

St Rita Street, Rabat, Malta Tel: 2145 3750

EXCAVATION WORKS Carl Mifsud Mob: 9924 6985

Importers & Wholesalers Toys – Games – Gifts Stores / Showroom: 13, Triq il-Kataniz, G˙ar-Ram, Ûebbu© (Ind. Zone) ÛBÌ2831 - Malta

Tel: 2146 3332 Fax: 2146 8351

Nickovich

Fruit & Vegetables and Groceries Issibu frott u ˙axix frisk kuljum, frawli tal-aqwa kwalità kif ukoll xelta vasta ta’ mlu˙a.

Free Delivery 31, Triq il-Kulle©©, Rabat (Faççata l-Iskola Primarja)

Tel: 2720 3934 Mob: 9948 9409 Óinijiet tal-Ftu˙: Mon - Fri: 7.00am - 7.00pm Saturday: 7.00am - 1.00pm

CAR WASH SERVICE Upholstery Cleaning Prices One seat 10 Euros All four seats 40 Euros Inside and Outside Cleaning Starting from 15 Euros Lens Polish (fanali) Starting from 10 Euros each

Donovan Scerri MOB: LOCATION:

9903 0121

ÓAD-DINGLI and on site

Donovan John Scerri



SANTA MARIJA PHARMACY Misraħ Frenċ Abela Dingli Tel: 21 452 447 SantaMarija@vjsalomone.com

Jawguraw l-isbaħ xewqat għall-festa lid-Dinglin kollha Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 sas-19.30 Is-Sibt mit-08.00 sas-13.00 u mill-16.00 sas-19.00


76

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

San Ġużepp u Ħad-Dingli

150 sena patrun tal-Knisja Universali

Fil-ġranet tal-festa ta’ Santa Marija, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli se jkollna l-bastun devot tal-istatwa ta’ San Ġużepp miżmum b’għożża fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp fir-Rabat. L-inizjattiva qed tittieħed fis-sena li l-Knisja Kattolika qed tfakkar il-150 sena minn meta l-Papa Piju IX pproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. ANDREW BORG jikteb dwar il-figura tal-patrijarka San Ġużepp, l-istorja tal-bastun ta’ San Ġużepp u xbihat Ġużeppini f’Ħad-Dingli. Meta f’Settembru 2019 ġejt għall-ewwel darba fl-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli biex fiha nibda naħdem bħala Assistent Kap tal-iskola minnufih laqtitni statwa ta’ San Ġużepp li hemm fil-kuridur ewlieni ta’ din l-iskola. Il-Kap tal-Iskola, is-Sinjura Elizabeth Galea, li b’xi mod kienet saret taf bid-devozzjoni kbira li għandi lejn dan ilqaddis, laqgħetni bil-ħlewwa karatteristika tagħha u qaltli “hawn xi ħadd li tafu żgur f’din l-iskola!” Staqsejtha x’kienet ir-rabta ta’ dan il-qaddis kbir mal-iskola primarja ta’ dan irraħal u qaltli li qabilha kien hemm surmast Rabti Ġużeppin, bħali. Imma meta l-għada pparkjajt il-karozza fit-triq ewlenija għajnejja waqgħu fuq niċċa antika ta’ dan il-qaddis, u għidt mela l-ħaġa hija profonda aktar minn hekk! Ma domtx ma ltqajt mal-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley li laqagħni f’daru u wrieni pittura ta’ Calì li turi lil San Ġużepp u qalli li din kienet fil-knisja għal żmien twil. Qalli wkoll li fil-knisja hemm statwa ta’ San Ġużepp. Hawnhekk bdejt nifhem ukoll kif dan ir-raħal ħelu, bħal ħafna rħula u bliet oħra Maltin, kien iħobb lil San Ġużepp, forsi mhux b’ħafna daqq ta’ trombi u ċerimonji, iżda jħobbu verament. San Ġużepp ta’ Ħad-Dingli, ta’ Malta, tad-Dinja Fid-diskors li se niżviluppa magħkom hawnhekk jinteressana r-rabta ta’ San Ġużepp ma’ dan irraħal, u b’mod partikulari n-niċċa msemmija u l-kwadru tal-Calì li rreferejt għalih fl-introduzzjoni. Però jinteressana wkoll id-devozzjoni Ġużeppina f’pajjiżna, li xxettlet proprju erba’ passi bogħod minn hawn, fejn illum hemm is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp, biswit il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat, fejn insibu fost oħrajn id-devozzjoni ħelwa lejn il-Bastun ta’ San Ġużepp (ix-Xiħ) li mistenni jkun fil-parroċċa tagħna għal żmien il-festa. Imbagħad sintendi d-diskors tagħna rridu nqiegħduh fi sfond aktar wiesa’ u universali, għaliex San Ġużepp hu qaddis meqjum fid-dinja kollha u mid-dinja kollha. Din is-sena qegħdin fil-fatt infakkru l-150 sena minn meta Papa Piju IX ipproklamah bħala Patrun tal-Knisja Universali.


Programm tal-Festa 2020 In-Niċċa ta’ San Ġużepp Missirijietna, li kellhom għeruq sodi fil-fidi, dejjem raw kif għamlu biex l-imkejjen fejn joqogħdu, fejn jaħdmu, fejn iterrqu u jivvjaġġaw minnhom, iżejnuhom b’immaġini, ikoni, skulturi u statwi ta’ Sidna Ġesù Kristu, tal-Madonna u talqaddisin. Maż-żmien żviluppat id-drawwa li jsiru niċeċ malfaċċati tad-djar u l-aktar mal-kantunieri. Fost dawn in-niċeċ iddedikati lill-qaddisin żdiedu bil-bosta dawk iddedikati lil San Ġużepp, x’aktarx wara l-proklamazzjoni li tkellimna dwarha iktar ’il fuq. Fit-triq ewlenija ta’ Ħad-Dingli, Triq ilKbira, insibu waħda minn dawn l-istatwi f’niċċa ma’ faċċata ta’ dar. Taħtha hemm lapida li ġġib dan il-kliem: 200 JUM INDULGENZA GĦAL MIN IGĦID PATER AVE U GLORIA ARĊISQOF GONZI 30-1V-1949 Hi pjuttost riċenti bħala niċċa fi triq u żgur li ma tmurx lura għaż-żmien li semmejt aktar ’il fuq. Madanakollu żżomm tradizzjoni ferm eqdem li magħha allura torbot indulġenza maħruġa mill-Arċisqof Gonzi li żgur xi wħud minnkom jiftakruh. Skont il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, “L-indulġenza hi l-maħfra quddiem Alla tal-piena taż-żmien li kienet tistħoqq minħabba dnubiet li tagħhom ġa tħassret il-ħtija. Maħfra li n-nisrani b’dispożizzjoni tajba jikseb taħt ċerti kundizzjonijiet determinati, permezz tal-ħidma tal-Knisja li, bħala dispensatriċi talfidwa, tqassam u tapplika bl-awtorità tagħha t-teżor tal-merti ta’ Kristu u tal-qaddisin. L-indulġenzi huma parzjali jew plenarji skond jekk jeħilsux parti mill-piena taż-żmien li kienet tistħoqq għad-dnubiet jew ineħħuha kollha. L-insara jistgħu jirbħu l-indulġenzi għalihom stess jew japplikawhom għall-mejtin.” Pittura ta’ Giuseppe Calì Fid-Dar Parrokkjali li nsibu fil-pjazza tal-knisja tar-raħal hemm kwadru li fl-imgħoddi kien jinsab fil-knisja. Dan hu xogħol li jġib il-firma magħrufa tal-pittur Malti Giuseppe Calì.1 Dan il-kwadru tpitter ftit xhur wara dak li nsibu filKolleġġjata ta’ Santa Elena f’Birkirkara, jiġifieri madwar is-sena 1912. Dan il-kwadru tħallas mill-aħwa Abela “ulied Indri” u oriġinarjament kien jinsab fuq l-ewwel altar laterali, in-naħa tat-tramuntana, int u dieħel mill-bieb prinċipali. Madankollu meta l-knisja tkabbret bil-bini

77



IL-LOGĦOB JISTA’ JKUN PROBLEMA GĦALIK U GĦAL TA’ MADWAREK. GĦAL AKTAR GĦAJNUNA ĊEMPEL 1777

www.rgf.org.mt Kull informazzjoni tiġi trattata b'mod kunfidenzjali

Complete Road Construction is Our Profession. Asphalt Production Asphalt Paving Construction of Footpath Special Structure Under Ground Infrastructure

Concrete Suppliers Recycle Material Street Furniture Line Marking

The Plant, Mdina Road, Żebbuġ ZBG 4103 Tel: 2146 5758 / 9949 3551 Email: marius@maksar.com


80

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli tan-navi, tneħħa, u eventwalment sab postu fid-Domus Curialis,2 illum id-dar tal-Arċipriet. Id-Dinglin iħobbu l-festa ta’ San Ġużepp u fil-fatt filknisja tagħhom jgħożżu statwa tiegħu li tinrama għall-festa liturġika tal-qaddis, nhar id-19 ta’ Marzu. Id-Dinglin jinżlu wkoll bi ħġarhom biex jiċċelebraw din il-festa fir-Rabat talImdina. Dwar l-imsemmija statwa, li tinsab fl-ewwel niċċa finnava tax-xellug tal-Knisja Arċipretali, ma tantx għandna tagħrif. Hija statwa tal-injam li turi lil San Ġużepp qed iżomm f’dirgħajh lill-Bambin Ġesù. Jingħad li din l-istatwa kienet fil-Kappella ta’ Santa Duminka li tinsab fi Triq ilGħajn, iżda lejn l-aħħar tas-snin sittin tas-seklu l-ieħor inġiebet fil-knisja. Il-Kappillan Dun Pawl Caruana kien ħa l-inizjattiva li jirrestawraha u jinduraha u jqiegħda fin-niċċa fejn tinsab illum. Fil-knisja wkoll, San Ġużepp hu figura prominenti f’żewġ kwadri fil-kor, wieħed jurih jingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ mal-Madonna u fl-ieħor waqt xena li tirrappreżenta l-Epifanija. Qabel ma nħallu l-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli, jekk inħarsu lejn il-faċċata naraw ukoll li hemm statwa tal-ġebel ta’ dan il-qaddis, eżattament mal-ħajt tan-nava tal-lemin. Pariġġa fuq in-naħa l-oħra hemm statwa tal-Assunta. Din hija xhieda oħra ta’ kemm id-Dinglin, minbarra l-imħabba kbira li dejjem kellhom lejn il-Madonna, żammew ukoll f’qalbhom lir-raġel għażiż tagħha, San Ġużepp, tant li riedu x-xbieha tiegħu fil-faċċata tat-tempju ddedikat lill-għażiża martu. San Ġużepp fir-Rabat tal-Imdina Għidna li d-Dinglin iħobbu jinżlu għall-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat. Fil-fatt mhux biss id-Dinglin jmorru r-Rabat għall-festa ta’ San Ġużepp, li ssir b’pompa kbira fid-19 ta’ Marzu, iżda nies minn Malta kollha. Il-festa hija popolari ħafna mhux biss għax tiġi weħidha u terġa’ tiftaħ l-aptit għall-festi Maltin wara l-waqfa tax-xitwa, iżda hija popolari wkoll għax mibnija fuq tradizzjoni li tmur lura ferm fis-sekli. L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, li sal-lum għadha tmexxi dawn il-festi kbar f’ġieh dan il-qaddis, hija waħda mill-eqdem fratellanzi f’Malta u nafu li hi l-ewwel waħda ddedikata lil San Ġużepp b’dokumenti li jeħduha lura qabel is-seklu XVI. F’irħama kommemorattiva li nsibu fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp biswit il-Knisja ta’ Ġieżu, fir-Rabat, nsibu xhieda ta’ digriet importanti li fis16 ta’ Ġunju 1508 kien iffirmat kemm mill-awtoritajiet talKnisja kif ukoll minn dawk tal-Istat sabiex ikun assigurat li “il-festa tal-Qaddis Patrijarka tiġi ta’ kull sena ċċelebrata b’solennità … għal dejjem u għaż-żminijiet kollha.”3 Il-


Programm tal-Festa 2020

81

Knisja f’Malta kienet irrappreżentata mill-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina, filwaqt li l-Istat mill-Kunsill tal-Ġurati, ukoll stabbilit fl-Imdina. Meqjum b’għożża f’dan is-Santwarju Ġużeppin hemm statwa antika ferm ta’ San Ġużepp Inkurunat, magħrufa wkoll popolarment bħala “San Ġużepp ix-Xiħ”. Din hi statwa antika magħmula fl-injam li x’aktarx kienet tagħmel parti minn dekorazzjoni fil-pruwa tal-Gran Caracca Sant’Anna, bastiment li kien jifforma parti mill-qawwa navali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Tradizzjonalment jingħad li kien il-Gran Mastru L’Isle Adam (1464-1534) li ta din l-istatwa lill-Arċikonfraternità. L-ewwel referenza għal din l-istatwa nsibuha fir-reġistri tal-imsemmija Arċikonfraternità tal-1662. Matul is-sekli din l-istatwa ġibdet lejha bosta Maltin ta’ rieda tajba li quddiemha talbu bil-ħerqa jew grazzji personali nkella oħrajn ta’ natura nazzjonali. Fil-fatt insibu li nħarġet kemm-il darba f’pellegrinaġġi nazzjonali li saru biex Malta teħles minn xi flaġell, minn xi mard ikrah bħal pesta u l-kolera, minn katastrofi naturali kif ukoll minħabba f’nuqqas ta’ xita. Din id-devozzjoni kibret tant li waslet għall-Inkurunazzjoni tal-istess statwa nhar l-1 ta’ Mejju 1963: inkurunazzjoni li saret b’festi kbar fuq il-Fosos tal-Floriana fgati bin-nies, bl-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi jqiegħed kuruna fuq ras San Ġużepp u oħra fuq ras il-Bambin. Il-Bastun ta’ San Ġużepp Il-bastun oriġinali ta’ din l-istatwa jitqies minn bosta bħala wieħed mirakoluż. Mhuwiex dak li qiegħed mal-istatwa tal-lum, iżda jinżamm b’għożża mill-Arċikonfraternità u minn żmien għal żmien jittieħed għand xi morda li jitolbuh. F’din is-sena Ġużeppina kien beda jdur il-knejjes tar-Rabat u l-ħsieb kien li jagħmel sena jdur il-parroċċi f’Malta. Għall-festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli, din is-sena hu mistenni li jkollna magħna dan il-bastun devot u mbierek. Dan hu bastun sempliċi ħafna fid-dehra tiegħu: magħmul mill-injam b’bukkett fjuri fil-parti ta’ fuq. Id-devozzjoni lejh tmur lura għas-seklu XVIII u dejjem baqgħet tikber maż-żmien. Ir-Rettur tal-Arċikonfraternità, is-Sur Anthony Casha, f’intervista fuq l-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali, TVM, kien stqarr li hemm rapporti ta’ fejqan u grazzji maqlugħa wara talb li sar quddiem dan il-bastun, bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp. Fil-fatt ilbastun huwa biss simbolu tal-qawwa interċessiva li għandu dan il-qaddis. Santa Tereża ta’ Avila kienet għenet ħafna biex tinfirex id-devozzjoni lejh meta kienet tistqarr pubblikament kemm għamel ġid magħha dan il-qaddis. Hija ssostni li San Ġużepp mhux biss jisma’ t-talb li nagħmlulu iżda jekk ma jkunux spiritwalment ta’ ġid għalina, jimmodifikahom, biex isiru ta’ ġid spiritwali għalina. Għax il-grazzji li naqilgħu mingħand Alla, u ħadd iktar, bl-interċessjoni tal-Madonna, ta’ San Ġużepp u ta’ qaddisin oħra, dejjem għandhom miżjud magħhom il-valur spiritwali minbarra dak materjali. Santa Tereża ta’ Avila, u bħalha San Tumas ta’ Aquino, jinnutaw li filwaqt li qaddisin oħra għandhom qawwiet interċessivi limitati għal xi speċjalità jew oħra (bħal per eżempju San Blas għall-grieżem, San Rajmondu Nonnatu għal waqt il-ħlas, Santa Rita tal-każi Impossibbli, Sant’Antnin għall-ħwejjeġ mitlufin, Santa Barbara għall-maltemp), San Ġużepp għandu qawwa interċessiva komplessiva, li tinkludi kull bżonn li jista’ jkollna. Il-magħruf Josefologu Jean Charlier de Gerson, Kanċillier tal-Università ta’ Pariġi kien darba stqarr hekk dwar San Ġużepp: NON IMPETRAT SED IMPERAT: jiġifieri San Ġużepp mhux jitlob iżda jikkmanda. S’intendi, aħna li aħna midħla tal-karattru twajjeb u umli ta’ dan il-qaddis forsi niskantaw nisimgħu frażi bħal din. Iżda wieħed irid jifhimha fil-kuntest tagħha. San Ġużepp intgħażel sa mill-



SALAMI

Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunità L-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek. B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll servizz ta’ filgħaxija. Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa fil-customer service u mmexxija minn branch manager b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex ikunu ta’ servizz għalik.

ĊEMPEL 2380 2380 ŻUR hsbc.com.mt MUR fl-eqreb fergħa

Nirnexxu flimkien Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444. (Ref No. 101967 - 05/18)


84

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

bidu taż-żminijiet, minn fost l-irġiel kollha tal-bieraħ, tal-lum u ta’ għada, biex ikun ir-raġel ta’ Marija, omm Ġesù, u per konsegwenza, biex ikun ukoll missier Ġesù. Dan skont il-liġi tal-post u taż-żmien tah il-poter ta’ Kap ta’ Familja, li lilu kemm il-mara kif ukoll l-iben riedu jobdu: xi ħaġa li Marija u Ġesù għamlu bil-qalb kollha, għax kienu jafu li Ġużeppi għamel kollox skont ir-rieda ta’ Alla l-Missier. Is-Santi Padri jqisu li din l-awtorità paternali, San Ġużepp, akkwistaha b’don u bi privileġġ mingħand il-Missier Etern, li reħa din il-paternità f’idejh biex jinterpretaha f’ismu fuq din l-art. L-istess Santi Padri jemmnu li tant ħabbu lil San Ġużepp, il-Missier Etern, li fis-sema xtaqu jibqa’ jżomm din l-awtorità paternali, u għaldaqstant hu jisma’ kull talba li dan jagħmillu f’isimna. Ilqawwa interċessiva ta’ San Ġużepp hija waħda li tiżboq lil dik ta’ kull qaddis jew qaddisa oħra, ħlief il-Verġni Mbierka, Marija Santissima. Patrun tal-Knisja Universali Mhux ta’ b’xejn li l-Papa Piju IX, aċċetta u għamel tiegħu t-talbiet li waslulu minn kull rokna tad-dinja Kattolika, sabiex lil dan il-qaddis jingħatalu ġieh għoli li jistħoqqlu. Kien fit-8 ta’ Diċembru 1870, ftit anqas minn 150 sena ilu, li dan il-Papa pproklama lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali. Hekk kif ħa ħsieb b’tant għożża, b’tant ħeġġa, b’tant dedikazzjoni, b’tant determinazzjoni, lill-Familja Mqaddsa ta’ Nazzaret, San Ġużepp baqa’ jħares lill-Knisja li waqqaf Ibnu stess biex tkompli l-missjoni tiegħu fuq din l-art. San Ġużepp li ħa ħsieb din il-Knisja sa minn qabel twieldet, u indukraha fl-aktar mumenti fraġli tagħha, kif qatt nistgħu ma nżommuhx bħala l-Patrun u l-Protettur prinċipali tagħha! Dan hu proprju dak li qed niċċelebraw matul din is-sena “Ġużeppina” li baqgħet qatt ma ġiet iddikjarata uffiċċjalment mill-Knisja (la f’Malta u lanqas f’Ruma) u li qajla ġiet iċċelebrata, għax sfat ukoll vittma talCOVID-19 li waqqaf kollox u sakkarna fi djarna f’silenzju li qatt ma ħlomna li se ngħixu fiż-żminijiet tal-lum. Jien ngħid li forsi San Ġużepp xtaq li aħna nfakkruh b’dan il-mod matul din issena: mhux bid-daqq tal-qniepen u bil-quddies kantat; mhux bid-dwal tat-toroq u bl-armar ikkulurit; mhux bid-daqq tal-marċi mill-baned tagħna; mhux bil-purċissjonijiet alleġrużi tagħna; iżda fis-silenzju ta’ darna, flimkien mal-familja intima tagħna, fejn erġajna skoprejna lil xulxin bħala bnedmin bi bżonnijiet żgħar u ħelwin. Forsi riedna niskopru s-silenzju, biex bħalu nerġgħu nisimgħu l-vuċi ta’ Alla, nitwaħħdu magħha, nifhmuha kif fehma hu, u nwettqu rieda tiegħu, kif għamel hu. Fis-silenzju tiegħu San Ġużepp irnexxielu jinsa lilu nnifsu u kull pjan li seta’ kellu bħala bniedem. Fis-silenzju tiegħu San Ġużepp warrab kollox biex wettaq biss dak li ried minnu l-Missier Etern: “u qam u għamel dak li qallu l-anġlu tal-Mulej”. Ħa lil Marija għandu. Obda lil Ċesri u niżel jinkiteb f’Betlehem. Aċċetta b’umiltà l-għar tal-annimali biex joqgħod fih ma’ martu li kienet waslet biex teħles. Indokra lilha u lit-tarbija meta twieldet. Ħarab bihom lejn l-Eġittu biex jeħlishom mill-qilla għajjura ta’ Erodi. Ħadem u stinka għalihom. Temagħhom u sqiehom. Libbishom u tahom kenn. Ħadhom lura Nazaret meta ċ-ċirkostanzi storiċi ppermettew dan u hemm għex magħhom fid-dell tal-Istorja sakemm wasal il-mument tar-rivelazzjoni sħiħa tal-Iben t’Alla inkarnat għalina. Iva, bħal kanopew San Ġużepp għatta l-ewwel tabernaklu ta’ Ġesù Ewkaristija. Bħal Ġużeppi tal-Antik Testment, li salva lill-poplu tal-Eġittu mill-ġuħ permezz tal-qamħ li ħażen, San Ġużepp salva l-qamħa mbierka li kellha ssir il-Ħobż tal-Ħajja tagħna. Fi kliem ieħor, kien is-salvatur tas-Salvatur tagħna.


Programm tal-Festa 2020

85

Kelma tal-Aħħar Nawgura li lkoll kemm aħna jkollna l-grazzja din issena li nilqgħu fostna l-bastun ta’ San Ġużepp. Nieqfu quddiemu. Nimmeditaw fuqu. Nitolbu lil San Ġużepp jidħol għalina issa u dejjem quddiem dak li huwa stess rabba fuq din l-art, u quddiem dik li ġabitu fid-dinja. San Ġużepp jismagħna dejjem, għax hu jinsab tant qrib talVerġni Marija u ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-kelma tiegħu tiswa mitqlu deheb. L-eżempju tiegħu hu imprezzabbli u jekk irridu nkunu devoti veri tiegħu, jeħtieġ nagħmlu kif jħeġġiġna nagħmlu l-qaddis Malti San Ġorġ Preca: nimitawh. Mhux kemm nitolbu jgħodd, imma kemm nagħmlu bħalu. Bħalu rridu noqogħdu lura fil-kliem u d-diskors żejjed, u minflok inkunu nies ta’ azzjoni. San Ġużepp, ir-raġel tas-silenzju, kien raġel ta’ azzjoni, ta’ deċiżjoni, li dejjem wasslet għal soluzzjoni. Referenzi

SALIBA, Raymond (1996) “San Ġużepp fil-Pittura ta’ Calì” fi Leħen il-Komunità Ġużeppina tar-Rabat, Malta, pp. 80-83. 2 FIORENTINO U GRASSO (1991), Giuseppe Calì 18461930, Malta 3 CASHA, Anthony, Tagħrif moqri waqt kummentarju talQuddiesa Solenni ta’ nhar il-Festa ta’ San Ġużepp, 19 ta’ Marzu 2018. Ritratti mill-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat: Sebio Aquilina 1

alex agius saliba Membru Parlamentari Ewropew

Il-festa t-tajba

lid-Dinglin kollha

Uffiċini 23a, Jackson Court, St. Michael’s Str. Fgura 74/7, Triq Borg Olivier, Rabat, Għawdex www.alexagiussaliba.com



MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠJAR TAL-ILMA SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ

ERDF.05.027

IL-PROĠETT TA’ RIĠENERAZZJONI TA’ WIED IL-QLEJGĦA

PASS PASS GĦAL AMBJENT AĦJAR Il-proġett se jkun qed jirrestawra l-ekoloġija tal-wied u fl-istess ħin jiżviluppa infrastruttura b’saħħitha li tiżgura li s-sit jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu bħala post ta’ rikreazzjoni u trekking għall-Maltin u t-turisti.


88

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Improve your Job Opportunities.. Get 75% funding for these courses!! Up skilling Training Courses for you.

www.tctcmalta.com

21421784/5 or 21410852

APPROVED CENTRE




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.