15 minute read

Sena ta’ ħidma fuq diversi proġetti David Vassallo

Sena ta’ ħidma fuq diversi proġetti Ħarsien ta’ patrimonju u inizjattivi ġodda

Fil-ktejjeb tal-festa tas-sena l-oħra konna tkellimna fuq it-tnax-il xahar ta’ qabel bħala ‘Sena Ta’ Preparamenti’. Illum nistgħu nħarsu lura lejn l-aħħar sena bħala waħda ta’ ħidma kbira fuq diversi proġetti, uħud tlestew, oħrajn viċin li jkunu lesti u oħrajn għadhom fil-bidu. F’dan l-artiklu l-Perit DAVID VASSALLO jagħti ħarsa lejn x’sar fit-tnax-il xahar li għaddew.

Advertisement

Restawr b’ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Wara li f’Lulju 2019 ingħataw iż-żewġ kuntratti - dak għar-restawr ta’ njam (l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista u l-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju) u dak għar-restawr tal-pittura fuq ilħajt tan-niċċa tar-Rużarju - hekk kif għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, proprju fil-bidu ta’ Settembru, l-istatwa ta’ San Ġwann Battista ttieħdet mis-sagristija fejn kienet tinżamm lejn il-faċilitajiet talkumpanija Atelier Del Restauro li rebħet dawn il-kuntratti tax-xogħol. Fl-istess żmien beda wkoll ix-xogħol fuq in-niċċa biex titneħħa l-wallpaper li kienet tgħatti l-pittura li kien hemm fuq il-ħajt. Lejn nofs Ottubru, mbagħad, ittieħed ukoll il-pedestall tar-Rużarju biex fuqu jsir xogħol ta’ tiswija, tindif u nduratura mill-ġdid.

• In-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tar-Rużarju

Ix-xogħol fuq il-ħajt tan-niċċa kien wieħed metikoluż li rrikjeda attenzjoni u paċenzja kbira biex kemm jista’ jkun, hu u jinqala l-kisi li kien sar fuq il-ħajt, il-pittura antika fuq il-ħajt tiġi salvata b’mod sħiħ. Tajjeb ngħidu li din il-pittura hi magħmula bit-teknika trompe l’oeil, terminu li jirreferi għall-illużjoni li toħloq fl-għajn biex il-pittura tidher daqs li kieku l-ħajt hu skulturat. L-ispjega dettaljata ta’ dan il-proċess ta’ restawr issibuha f’artiklu ieħor f’dan l-istess ktejjeb, miktub mir-restawratriċi nnifisha. Ix-xogħol kollu tlesta lejn nofs Diċembru u n-niċċa ġiet inawgurata waqt il-quddiesa tal-aħħar tas-sena fl-okkażjoni tat-341 anniversarju mit-twaqqif millġdid tal-parroċċa.

Sadattant bdiet ukoll il-ħidma ta’ restawr fuq il-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Anke d-dettalji ta’ dan ir-restawr huma nklużi fl-artiklu msemmi aktar qabel. Tajjeb ngħidu wkoll li l-parroċċa ħadet id-deċiżjoni għaqlija li, biex jiġi kkumplimentat dan il-proġett, isir ukoll it-tindif professjonali tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, xogħol l-iskultur Malti Karlu Darmanin. Dan ix-xogħol però ma kienx inkluż fil-ko-finanzjament b’fondi ewropej imma tħallas kollu mill-fondi tal-parroċċa.

• L-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista

Matul dan iż-żmien kien għaddej ukoll ix-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista. Tajjeb infakkru li din l-istatwa għandha valur storiku kbir għaliex inġiebet Malta minn Rodi millKavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. L-ewwel intervent kien jikkonsisti fit-tneħħija taż-żebgħa skura tal-istatwa. U hawnhekk waslet l-ewwel sorpriża meta mill-ewwel beda jidher li, taħt il-kisja żebgħa skura kien għad hemm ħafna miż-żebgħa oriġinali tal-istatwa. F’Novembru 2019 imbagħad, meta dan il-proċess ta’ tindif wasal fil-parti t’isfel fuq quddiem, bdew jinkixfu numru ta’ graffiti minquxin

fuq l-istess statwa. Minħabba l-importanza storika ta’ dan il-fatt, ilparroċċa talbet l-involviment tas-Sur Liam Gauci, kuratur u espert fil-Mużew Marittimu biex jistudja dak li nstab u jagħti l-opinjoni professjonali tiegħu dwarhom.

Mal-aħbarijiet pożittivi, però, jitfaċċaw oħrajn negattivi. Meta beda jitnaddaf in-naħa ta’ wara tal-istatwa, instab li partijiet mill-injam kien deterjorat ħafna bis-susa. Għalhekk, wara li ttieħdu l-opinjonijiet ta’ numru ta’ esperti, ġie deċiż l-aħjar mod ta’ kif għandha ssir it-tiswija tal-injam u b’hekk issir rikostruzzjoni tal-partijiet li kienu nieqsa minħabba din il-ħsara. Dan ix-xogħol ta’ tiswija tlesta fl-aħħar ġranet.

Xi jmiss isir fuq din l-istatwa? Hekk kif jitlesta l-aħħar xogħol ta’ tindif, jibda mbagħad ix-xogħol ta’ estetika fejn l-injam ta’ fejn saru t-tiswijiet u xi toqob oħra li nkixfu jinksew b’gesso di Bologna u mbagħad ilpartijiet fejn intilef il-kulur jiġu rtukkjati skont il-prinċipji tar-restawr.

Sadanittant, se jkunu qed ikomplu numru ta’ studji fuq l-istess statwa, fosthom fuq it-tip ta’ injam u d-deheb li kien intuża għall-induratura oriġinali tal-istatwa. Se jsir ukoll CT scan tagħha u fl-aħħar nett anke 3D scan. Qed inħarsu wkoll lejn il-possibilità li ’l quddiem il-parroċċa toħroġ pubblikazzjoni fuq din l-opra ta’ importanza għall-istorja u l-arti f’pajjiżna.

• Restawr ta’ sittax-il kwadru

Sadanittant, wara li aktar kmieni kienu ħarġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti, lejn l-aħħar tal-2019 ġie aġġudikat ukoll il-kuntratt għar-restawr ta’ numru ta’ pitturi:

i. il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tar-Rużarju; ii. il-kwadru li juri l-għerusija tal-Madonna u San Ġużepp, li jinsab fil-kor; iii.il-kwadru li juri ż-żjara tas-Slaten Maġi, li wkoll jinsab fil-kor, u iv.tlettax mill-erbatax-il kwadru tal-Via Sagra (l-ewwel wieħed kien ġie restawrat xi snin ilu).

F’Marzu 2020, proprju sigħat biss qabel ma ħarġet id-direttiva li ma jiġux ċelebrati aktar quddies filknejjes minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-kumpanija ta’ restawr ReCoop, li rebħet dan il-kuntratt, ġarret il-kwadri lejn il-faċilitajiet tagħhom biex ikun jista’ jibda x-xogħol fuqhom. Ix-xogħol fuq iż-żewġ kwadri tal-kor kien jinvolvi mhux biss it-tindif imma wkoll it-tneħħija ta’ żebgħa li saret f’interventi ta’ restawr matul iż-żmien biex inkixfu l-kuluri sbieħ u vivaċi li kienu użaw l-artisti oriġnali. Saru wkoll tiswijiet fit-tila fejn kien hemm ħsarat u interventi fuq wara tal-istess kwadri. Sadattant il-gwarniċi tal-injam tażżewġ pitturi ġew indurati mill-ġdid.

L-intervent fuq il-kwadru tal-Madonna tarRużarju hu wieħed interessanti ferm għaliex dan il-proċess ta’ tindif u restawr kixef l-interventi li saru fuqu matul is-snin, fosthom meta l-kwadru kien tkabbar biex ikun jista’ joqgħod fid-daqs tal-gwarniċ tal-ġebel li sar fil-knisja l-ġdida. Sadattant, bħala parti minn dan ir-restawr, ilkwadru saritlu struttura ġdida u iktar b’saħħitha

fuq wara. Ukoll qed jiġu mnaddfa u rranġati ż-żewġ kuruni tal-fidda biex jerġgħu jitpoġġew fuq ras il-Madonna u l-Bambin kif kienu xtaqu u wettqu missirijietna tant snin ilu.

Bħalissa għadu għaddej ukoll ix-xogħol ta’ restawr fuq it-tlettax-il kwadru tal-Via Sagra. Kull waħda mill-pitturi nqalgħet mill-kwadru tagħha biex, filwaqt li jsir ir-restawr ta’ kull waħda mill-pitturi, inkluż l-interventi li hemm bżonn fuq it-tila ta’ kull wieħed, kull kwadru titneħħielu ż-żebgħa li saret f’interventi iktar riċenti u jinkixfu l-iskrizzjonijiet oriġinali talistazzjonijiet u terġa’ ssir l-induratura skont kif meħtieġ.

Ċentru ta’ child care

Ftit taż-żmien ilu l-parroċċa, wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, iddeċidiet li l-parti ta’ quddiem ta’ binja li għandha fi Triq il-Ġnien (wara ċ-ċimiterju) tinfetaħ bħala ċentru ta’ child care. Dan filwaqt li l-parti ta’ wara tibqa’ tintuża bħala maħżen tal-festa b’aċċess separat minn Triq il-Maddalena.

Fl-2019, wara li l-Kurja tat l-approvazzjoni finali għall-proġett, saru taħdidiet mal-operatur biex tħejjew il-pjanti finali u ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar. Sadattant beda xogħol ta’ tindif fil-binja flimkien ma’ xogħol ieħor ta’ dawl, ilma, drenaġġ, kisi u żebgħa tal-ħitan fuq ġewwa.

Il-permess inħareġ fis-7 ta’ April ta’ din issena (PA/09405/19) u minnufih beda x-xogħol meħtieġ kemm mill-parroċċa kif ukoll milloperatur, hekk kif mifthiem. Il-parroċċa ħadet ħsieb ix-xogħol strutturali li kien meħtieġ biex il-parti ta’ quddiem tinfired mill-parti ta’ wara tal-binja, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra (fil-bitħa) tal-istess parti tal-binja. Hawnhekk nirringrazzjaw lill-ħaddiema mid-Diviżjoni taxXogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali li taw kontribut siewi fix-xogħol strutturali li sar fil-bitħa. Tlestiet ukoll l-art fuq ġewwa u l-madum talbitħa li tħallsu bejn il-parroċċa u l-operatur skont il-ftehim. Min-naħa tiegħu l-operatur qed jieħu ħsieb ix-xogħol relatat mat-tqassim fuq ġewwa taċ-ċentru permezz ta’ partitions, iż-żebgħa fuq ġewwa u l-finishes kollha neċessarji.

Fil-parti tac-child care f’dawn il-ġimgħat qed isiru l-aħħar xogħlijiet li jikkonsistu f’kisi u żebgħa, tlestija fuq il-fil fuq barra, it-twaħħil tal-aperturi u t-tħawwil ta’ numru ta’ siġar endemiċi matul ilġenb kollu tal-bitħa taċ-ċentru. Jekk Alla jrid, iċ-ċentru ta’ child care għandu jinfetaħ lejn l-aħħar tas-sajf.

Salib ġdid għall-frontispizju

Fl-2017 il-parroċċa kienet applikat mal-awtoritajiet u nħarġu l-permessi tas-Sovrintendenza talWirt Kulturali u tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA/02788/17) biex isiru tliet interventi ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-binja tal-knisja parrokkjali minn barra:

il-bdil tas-salib tal-frontispizju minn dak eżistenti tal-franka bil-konkos u l-ħadid għal wieħed tal-qawwi/ żonqor; il-manutenzjoni tal-opramorta maddawra tal-bejt tal-knisja; u ir-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja.

Għal raġunijiet ta’ prijoritajiet, qatt ma nbeda xogħol fuq ebda wieħed minn dawn l-interventi.

Però fl-2019, wara offerta ta’ għajnuna mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, sar disinn dettaljat tas-salib mis-Sur Vincent Centorino, espert tad-disinn, u nħarġet sejħa għall-offeri li ngħatat lillkumpanija Agius Stone Works tal-Imqabba.

Qalb id-diffikultajiet kollha li ffaċċjajna din is-sena bl-imxija tal-Covid-19, ix-xogħol tkompla billi tlesta d-disinn finali, intgħażet il-ġebla biex minnha jinħadem is-salib u f’Ġunju beda x-xogħol inizjali ta’ qtugħ tal-ġebla bil-magni. Dan se jkun segwit minn fażi ta’ skultura finali bl-idejn biex jekk Alla jrid naraw is-salib lest fostna fil-ġimgħa tal-festa u jitbierek nhar it-22 ta’ Awwissu filgħaxija.

Sadanittant, il-Parroċċa qed tissottometti applikazzjonijiet separati għal fondi kemm għallmanutenzjoni tal-opramorta kif ukoll għar-restawr tal-ħajt l-antik fuq in-naħa t’isfel. Nittamaw dejjem f’risposti pożittivi.

Id-Domus

Proġett ieħor mill-iktar interessanti li dħalna għalih huwa dak tad-Domus.

Ħa nagħtu l-isfond storiku tal-binja. Kif jispjega Patri Alexander Bonnici OFM Conv. fit-tieni volum tal-istorja ta’ Ħad-Dingli, il-ktieb ‘Ħad-Dingli – Ir-raħal li jikber u jieħu r-ruħ’, id-Domus inbena fl-1919 mill-kappillan Dun Pawl Azzopardi bl-għan ewlieni jkun li l-post iservi biex għaqda għażżgħażagħ li l-kappillan kien waqqaf ikollha fejn tiltaqa’. Issemma għall-Verġni Mbierka Assunta u t-tberik uffiċjali tiegħu kien sar mill-Isqof Angelo Portelli O.P.

Maż-żmien il-post serva għal diversi għanijiet oħra fosthom:

post fejn isiru d-drammi u teatrini; l-ewwel post ta’ tagħlim mis-soċji tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli (sakemm lestew l-oqsma tagħhom); il-post fejn inżammu u minn fejn inħarġu r-relikwi li tqegħdu fl-artal maġġur meta ġiet ikkonsagrata l-knisja nhar is-26 ta’ Marzu 1939; victory kitchen; post fejn intlaqgħu refuġjati li sabu l-kenn f’Ħad-Dingli fit-Tieni Gwerra Dinjija; il-post fejn is-sorijiet Dorotej għal xi żmien fis-snin 70 kienu jorganizzaw attivitajiet għal tfal bniet taħt l-erbatax-il sena kif ukoll għal tfajliet; u maħżen għall-armar tal-festa u armar tal-knisja.

Għal snin twal id-Domus kien l-uniku post tal-Parroċċa fejn setgħu u kienu jiltaqgħu numru ta’ għaqdiet Dinglin fosthom il-Klabb Nisa Dingli, il-Grupp tatTfajliet, il-Kumitat Festa Esterna, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tant kummissjonijiet, kumitati u għaqdiet oħra. Kien il-post fejn isiru wkoll laqgħat u korsijiet ta’ formazzjoni kif ukoll attivitajiet ta’ fundraising bħal bazaars u afternoon teas. Kien ukoll l-ewwel post minn fejn bdiet tixxandar il-Kampanja ‘Minn Qalbna lill-Anġli’ b’risq id-Dar tal-Providenza. Kif wieħed jista’ jimmaġina, il-fatt li d-Domus kien l-uniku post fejn isiru dawn il-laqgħat u attivitajiet kollha, kienet iġġib magħha sfida ta’ kif jitqassam il-ħin. B’mod jew ieħor dan sar b’suċċess għal ħafna snin sakemm fl-2011 infetaħ iċ-Ċentru Parrokkjali.

Lura għall-proġett tagħna. Kif nafu, il-parroċċa ħabbret li hu fi ħsiebha li jsir mant għall-istatwa titulari. Ovvjament, la darba dan il-mant ikun lest, jeħtieġ post addattat fejn jista’ jintrefa. Għalhekk ġie deċiż li d-Domus jiġi addattat għal dan il-għan. Din l-idea ġiet żviluppata b’mod li dan ikun post li jakkomoda aktar mill-patrimonju li għandha l-parroċċa.

Fl-24 ta’ Settembru 2019 il-post beda jitbattal mill-armar li kien hemm maħżun fih: kemm dak li għadu jintuża kif ukoll armar ieħor antik. Il-post iżżarma wkoll mill-armarji tal-injam li kien fih biex sa nofs Diċembru nġieb ġebel u saqaf.

Fil-bidu tal-2020 mbagħad inbeda x-xogħol minn ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet bl-ewwel interventi jkunu l-bdil ta’ xorok miksura u travi tal-injam, it-tneħħija tal-kisi minn mal-ħitan u t-tikħil tal-fili biex inġiebu fuq stil antik ‘fuq il-fil’. Bħalissa qed jinħadmu t-twieqi, il-bibien u l-units ilġodda tal-injam u l-ħġieġ li fihom se jintrefgħu l-istatwi li jintramaw fuq barra fi żmien il-festa biex ikunu jistgħu jitgawdew matul is-sena kollha.

Huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin jibda’ jinqala l-madum ‘tal-mużajk’ li kien sar xi snin ilu biex jiġi mibdul b’madum Malti fuq stil antik pariġġ partijiet antiki tal-art li għadhom jeżistu u titlesta s-sistema l-ġdida tal-elettriku.

Il-proġett se jinkludi wkoll it-titjib talentratura, ir-restawr tal-bieb ta’ barra li għandu valur storiku peress li kien il-bieb prinċipali talknisja l-antika, il-bdil tal-faċilitajiet sanitarji eżistenti, kif ukoll estensjoni fl-ewwel sular wara li jsiru l-applikazzjonijiet neċessarji u jinġiebu l-permessi.

Dan l-artiklu kemmxejn twil juri l-ħidma mhux żgħira tal-parroċċa tagħna matul l-aħħar sena. Huwa grazzi għal tant benefatturi li jagħtu flushom u ħinhom li jista’ jsir dan kollu. Inħarsu ’l quddiem għal sena oħra ta’ ħidma bil-għajnuna t’Alla u ta’ Ommna Marija Assunta.

THE CATHEDRAL OPTICIANS

50% OFF SELECTED SUNGLASSES DAYSOFT UV ONE DAY DISPOSABLE CONTACT LENSES 1 HOUR SERVICE Frames from only €25.00 Open all day at G’Mangia: Mon-Fri: 08.30 - 12.30 • G’Mangia : 2122 6020 / 2122 8370 • Fgura : 2167 3332 Żebbuġ : 2146 5768 • B’Kara : 2149 0213 • Qormi : 2148 8950 • Naxxar : 2143 1152 • Rabat : 2145 0845 Luqa : 2189 5248 • Attard : 2141 8315 • San Ġwann : 2138 3947 • Birżebbuġa : 2142 1976

JC Detergent & More

All kinds of detergents, toiletries, carpets, sheets, towels & many more items

Triq San Ġwann Bosco, Dingli Tel: 27181010

Free Delivery

Opening Hours Monday • Tuesday • Thursday • Friday 8.00am - 12.00pm & 4.00pm - 7.00pm Wednesday & Saturday 8.00am - 1.00pm

Free Delivery

Kabbar il-Ħxejjex Ġewwa Darek Flok ħela nkabbru fergħa!

Hemm metodi dierenti kif wieħed jista’ jkabbar il-ħxejjex tiegħu fid-dar. Tista’ tkabbar pjanti billi tixtri x-xitel jew inkella tuża ż-żerriegħa. Però tista’ wkoll tkabbar il-ħxejjex billi tuża l-fdalijiet ta’ dawk il-ħxejjex li s-soltu tarmi fir-reċipjent tal-iskart organiku.

X’GĦANDEK BŻONN?

Biex terġa’ tkabbar tipi dierenti ta’ ħxejjex se jkollok bżonn tuża partijiet dierenti minnhom. Illum se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn ħames tipi ta’ ħxejjex dierenti.

IL-KARROTTI

Biex tkabbar il-karrotti, aqta’ madwar 2 ċentimetri mill-parti ta’ fuq. Poġġi dawn il-biċċiet fuq platt daqsxejn fond jew ġo skutella u żid l-ilma biex tgħaddas nofs il-biċċiet

IL-BASAL U T-TEWM

Biex terġa’ tkabbar il-basal jew it-tewm frisk, żomm il-parti t’isfel tal-basla jew it-tewma. Idealment din tkun twila madwar 4 jew 5 ċentimetri. Poġġi dawn il-biċċiet ġo tazza jew vażett u żid l-ilma sakemm nofs il-biċċiet ikunu mgħaddsa fih.

IL-ĦASS

Aqta’ madwar 5 jew 6 ċentimetri mill-parti t’isfel ta’ fejn hemm iz-zokk u poġġiha ġo kontenitur bl-ilma. Tista’ tuża stikkadenti (toothpicks) biex il-ħassa ma tkunx totalment mgħaddsa fl-ilma.

IL-PATATA

Jekk għandkom xi patata qadima li bdiet tnibbet, din ukoll tista’ tużaha. Aqsam il-patata f’biċċiet, b’tali mod li kull biċċa jkollha nebbieta u kull waħda ħawwilha f’kontenitur daqsxejn imdaqqas.

Tista’ tuża metodu simili għall-patata ħelwa imma fil-każ ta’ din, aħjar jekk tpoġġi l-biċċiet f’daqsxejn ilma. Importanti li l-biċċiet tal-patata ma jkunux kompletament mgħarrqin fl-ilma imma jkun hemm parti minnha fl-ilma u parti oħra barra mill-ilma. Mhux kull patata tnibbet. Dan minħabba li f’xi proċessi, il-bdiewa jbixxu l-patata biex ma tkabbarx nebbieta.

IL-KABOĊĊI

Għall-kaboċċi għandek bżonn madwar 5 jew 6 ċentimetri miz-zokk flimkien ma’ ftit mill-weraq li jkun għadu mwaħħal maz-zokk. Uża platt fond jew skutella u żid l-ilma.

Poġġi dawn il-biċċiet tal-ħxejjex f’post imdawwal, bħal f’xi ħoġor ta’ tieqa u importanti li żżommhom dejjem fl-ilma waqt li tibdel l-ilma kuljum biex ma jintinx.

ŻOMM DJARJU

Osserva xi jkun qed jiġri f’kull ġurnata. X’inhuma l-ewwel kambjamenti li nnutajt? Liema parti tal-ħaxix tibda tikber l-ewwel? Liema ħaxixa tikber l-aktar malajr?

Meta jikbru l-għeruq ikun wasal iż-żmien li tħawwilhom fil-ħamrija. L-aħjar li tuża taħlita ta’ kompost u ħamrija.

Tista’ tkabbar il-ħaxix fl-ilma imma t-togħma tkun aħjar jekk il-prodott jerġa’ jikber fil-ħamrija.

Żurna:

Esplora, Ċentru Interattiv għax-Xjenza Triq Marina, Kalkara

Xi jkun qed jiġri?

Li nkunu qed nagħmlu f’dan il-proċess huwa fil-fatt ikklonjar tal-pjanti. Fil-fatt il-pjanta li se tikber se tkun kopja identika tal-pjanta ta’ qabel. Pereżempju, meta nkabbru l-karotti mill-biċċiet, iċ-ċelloli fil-parti ta’ fuq jistgħu jerġgħu jibdew jikbru u jagħmlu pjanta taz-zunnarija ġdida li hija l-istess bħal dik il-qadima.

Hawn pjanti li huma kapaċi jagħmlu pjanta ġdida waħedhom bħal pereżempju, il-pjanta tar-rampila u l-pjanta tal-frawli li jkabbru ‘runners’ - għerq twil li joħroġ mill-pjanta oriġinali. Fil-ponta tar-‘runner’ ikun hemm pjanta żgħira li hija kopja identika tal-pjanta oriġinali. Malli din il-pjanta ż-żgħira tmiss mal-ħamrija, din tibda tkabbar l-għeruq u issir pjanta oħra indipendenti mill-pjanta oriġinali. Fil-fatt meta l-pjanta iż-żgħira tkun stabilixxiet ruħha, awtomatikament l-għerq ta’ bejniethom jinxef u ma jifdal l-ebda konnessjoni bejn iż-żewġ pjanti.

Din tissejjaħ riproduzzjoni asesswali (asexual reproduction) peress li l-pjanta m’għandhiex bżonn l-għajnuna ta’ pjanta oħra biex tirriproduċi. Kultant inkabbru pjanti ġodda billi nieħdu biċċiet minn pjanti oħra. Dan huwa wkoll tip ta’ klonjar tal-pjanti. Ħafna mill-ġardinara japplikaw dak li nsejħulu trab tal-ormoni (rooting powder), fil-bażi taz-zokk tal-pjanta maqtugħa. Dan sabiex jgħinuha tkabbar l-għeruq iktar malajr.

Esperimenta ftit bi ħxejjex dierenti. Liema ħxejjex jikbru aktar faċilment jew aktar malajr? Ittestja partijiet dierenti tal-istess ħaxixa; xorta tikber? Għaliex?

RABAT GARAGE MINI BUSES 14-22 SEATED For all occasions

Taxi & Car Hire

Telephone 2145 3161

Mobile

9947 1921

Email info@rabatgarage.com

Web www.rabatgarage.com

Beauty Touch by Pauline

Mtarfa Road, Mtarfa Tel: 2145 0432 Mob: 7933 1730

Ombre or Hair Stroke Eyebrows for the perfect natural shape Facials, Waxing, Manicures, Pedicures, Electrolysis, Nail Extensions, Soak-Off Gel Polish, Microblading and Make-up for all Occasions Guinot products for facials and retail

Caters for: All kinds of Stationery, Toiletries, Cards, Various kinds of Toys, Giftware, Underwear

Triq Francesco Zammit, Dingli Tel: 2145 1132

PRIVATE LESSONS AT DINGLI

MATHEMATICS

SEC O-Level for 2021 Form 4 (Year 10) for 2020-2021

Starting August 2020 Lessons will be held online until further notice

Tel: 2145 3284 Mob: 9984 9532

This article is from: