7 minute read

Restawrati n-niċċa, l-istatwa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju Valentina Lupo

Restawrati n-niċċa, l-istatwa u l-pedestall tal-Madonna tar-Rużarju

Minn seba’ interventi ta’ restawr li għalihom il-parroċċa kwalifikat biex parti mill-ispiża titħallas minn fondi tal-Unjoni Ewropea, tnejn huma lesti minn kollox. Dawn kienu jinvolvu l-kxif u r-restawr tal-pittura fuq il-ħajt tan-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju u r-restawr tal-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. VALENTINA LUPO, direttur tal-kumpanija Atelier del Restauro li rebħet il-kuntratti għal dan ix-xogħol wara sejħa pubblika, tispjega l-interventi li saru fuq dawn l-opri ta’ arti fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli li issa jistgħu jitgawdew flaħjar stat possibbli. Il-parroċċa ħasbet li biex dan il-proġett ikun komplut, toħroġ fondi hi biex l-istess kumpanija tnaddaf u tirrestawra l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju.

Advertisement

Matul is-snin il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli għarfet ir-responsabilità li tħares l-opri tal-arti tagħha għallġenerazzjonijiet futuri. Mis-sena 2014 ’il quddiem, it-tim ta’ konservaturi tal-kumpanija Atelier del Restauro mmexxi minni u minn Maria Grazia Zenzani u Simon Dimech ħadem fuq bosta xogħlijiet ġewwa din il-knisja. Dawn jinkludu:

il-konservazzjoni tal-pittura u s-sottokwadru indurat tal-Mater Boni Consilii; l-induratura ta’ sottokwadru ġdid tal-injam għal xbieha ta’ San Ġorġ Preca; l-induratura ta’ sottokwadru u l-konservazzjoni tal-pittura ta’ Sant’Anna ma’ Marija Bambina; ir-restawr tal-Kurċifiss tal-kartapesta fil-kappellun li jinsab fuq in-naħa tan-nofsinhar tal-knisja; studju dwar l-istat ta’ konservazzjoni fuq l-14-il pittura li juru l-Via Crucis u r-restawr tal-ewwel stazzjon u l-kwadru tiegħu fejn ġiet żvelata l-iskrizzjoni oriġinali; u l-konservazzjoni tan-niċċa tal-istatwa titulari tal-Assunta wara li taħt id-drapp li kien qed jiksi l-ħitan tan-niċċa nstabet moħbija pittura bit-teknika tat-trompel’oeil. Atelier del Restauro kienet responsabbli biex tikkonsolida u tnaddaf id-dekorazzjonijiet mpittra u tirtokkja l-pittura biex in-niċċa tmur lura għall-iskema dekorattiva oriġinali.

Permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti li ħarġet fl-2019 mill-Fondazzjoni għallPatrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-kumpanija Atelier del Restauro ngħatat ilproġett ta’ konservazzjoni u restawr tan-niċċa fil-kappellun l-ieħor u li fiha l-istatwa talMadonna tar-Rużarju. B’sejħa pubblika oħra, l-istess kumpanija ngħatat il-kuntratt għarrestawr tal-pedestall tal-injam u l-induratura tiegħu. L-Arċipriet, Dun Mark Mallia Pawley, u l-amministrazzjoni tal-Parroċċa ħassew ilbżonn li biex il-proġett ikun komplut isir tindif estensiv tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Ix-xogħlijiet bdew f’Settembru 2019 u hawn spjegazzjoni tal-interventi li saru.

In-niċċa

Ritratti mis-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor juru li n-niċċa tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju kienet imżejna bi skema dekorattiva li tikkonsisti minn trompe l’oeil elaborat esegwit fil-griż, abjad u okra (lewn it-tafal). Fis-snin tmenin, din il-pittura dekorattiva mal-ħajt tan-niċċa ġiet mgħottija, l-ewwel b’żebgħa bajda, imbagħad b’wallpaper mwaħħla bil-kolla fuq iż-żebgħa. Ir-raġuni għal dan l-intervent mhix magħrufa. Il-pittura mal-ħajt hi maħsuba li tmur lura għal tmiem is-seklu 19 jew il-bidu tasseklu 20 u taqbel mal-pittura li żżejjen il-ħitan tan-niċċa tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija u li kienet ġiet restawrata fl-2016.

Ix-xogħol beda bit-tneħħija tal-wallpaper u tal-kolla li biha twaħħal. It-tneħħija tal-kolla saret bl-użu ta’ gel ibbażat fuq is-solvent. Ladarba l-wallpaper u l-kolla tneħħew, beda proċess delikat biex titneħħa kompletament iż-żebgħa bajda u b’hekk tinkixef il-pittura fuq il-ħajt.

Iż-żebgħa dehret li kienet żebgħa kummerċjali bbażata fuq komponent akriliku u kienet applikata f’saff wieħed mhux omoġenju, b’pinzell kbir. Twettqu bosta testijiet ta’ tindif bil-għan li ż-żebgħa titneħħa mingħajr ma jiġi kompromess is-saff ta’ żebgħa oriġinali taħtha. Irrestawraturi rnexxielhom jifformulaw cleaning gel apposta li kien kapaċi jneħħi biss is-saff taz-żebgħa bajda waqt li jħalli l-pittura orġinali ta’ taħt. F’ħafna żoni, it-tindif sar ukoll b’mod mekkaniku, bl-użu ta’ xfafar.

Waqt it-tindif innutajna li xi żoni tas-saff taż-żebgħa oriġinali kienu qed jinqalgħu. Dawn ġew imwaħħlin u konsolidati qabel it-tindif biex ikun assigurat li ma jintilef xejn mid-dekorazzjonijiet oriġinali. Xi żoni kellhom bżonn ukoll tikħil fejn pereżempju ġew identifikati żoni dgħajfa filġebla. Mat-tneħħija taż-żebgħa, il-pittura oriġinali nstabet f’kundizzjoni pjuttost tajba bi brix u telf prinċipalment fuq ilħajt ta’ faċċata. Il-pittura għandha motivi asimmetriċi u elaborati, sinonima malpittura tal-istil artistiku Rococo. Il-motivi ta’ fjuri, dawran u gwarniċi huma magħluqa f’qafas oħxon, li jaqsam sezzjonijiet skont il-wiċċ tal-ħajt. Iż-żebgħa hija eżegwita b’kuluri li juru varjetà fit-tonalità ta’ blu-griż u ftit vjola, okra, burnt sienna u abjad. Dan jindika li l-pittura x’aktarx hi żejt b’teknika artistika komuni fil-gżejjer Maltin. Wara l-iskopertà tad-dekorazzjoni miżbugħa mal-ħajt, iż-żoni fejn kien hemm nuqqasijiet ġew mimlija bl-użu ta’ materjal ibbażat fuq il-ġir, magħżul speċifikament għall-kompatibilità. Finalment imxejna għall-integrazzjoni tad-dekorazzjoni. Dan sar biss fejn kien hemm telf tal-kulur originali. Biex tissaħħaħ ir-riversibilità taż-żoni li ġew integrati mill-ġdid, il-pittura ngħatat kisja ħafifa ta’ vernic stabbli ħafna.

Wara tliet xhur xogħol, il-pittura restawrata mal-ħitan tan-niċċa ntweriet lill-pubbliku fi tmiem ilquddiesa tal-aħħar jum tas-sena 2019, ġurnata għażiża għal din il-parroċċa billi kien qed jitfakkar it-341 anniversarju mit-twaqqif mill-ġdid tagħha.

L-istatwa

L-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju saret fl-1907 milliskultur Malti Carlo Darmanin. Imwieled l-Isla fl-1825, hu tħarreġ fl-arti minn missieru. Darmanin ħadem b’mod estensiv bl-użu tal-kartapesta fil-metodu tradizzjonali Malti. Hu speċjalizza fil-ħolqien ta’ statwi tal-kartapesta u matul il-karriera tiegħu ħalla wirt kbir ta’ statwi fosthom Kristu Salvatur fil-Knisja ta’ Ħal Lija, l-istatwa ta’ San Ġiljan fil-lokalità li ġġib l-isem ta’ dan il-qaddis, u ħafna statwi għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira bħas-sett uniku fil-Bażilika tal-Mosta. Miet fis-26 ta’ Novembru, 1909. Dan l-iskultur ikkontribwixxa bil-kbir għalliżvilupp tal-arti reliġjuża popolari, u permezz tiegħu l-arti tal-kartapesta reġgħet ġiet apprezzata f’Malta. Ta’ Ħad-Dingli hi l-għaxar statwa tal-Madonna tar-Rużarju li ħarġet minn idejn Carlo Darmanin. Fl-1982 kienet ġiet restawrata.

Id-dehra ġenerali tal-istatwa kienet matta u minn spezzjoni taħt dawl UV ġie żvelat li ħafna mis-saff tal-verniċ jew ġie assorbit jew f’ħafna żoni ma kienx għadu preżenti. Kawża t’hekk, il-motivi tal-isgraffir u l-kuluri naqqsu mill-effett tagħhom. L-effett matt kien imsaħħaħ ukoll minn saff ta’ trab li kellha fuqha l-istatwa. It-trab kien ta’ natura igroskopika u jfisser li jattira mikrobi li jistgħu jipproduċu moffa. Fit-trab insibu mikrobi li huma l-forza ewlenija li tgħinu jeħel mal-uċuħ. L-akkumulazzjoni ta’ trab tipprovdi aktar ikel biex jgħixu dawn ilkolonji ta’ mikrobi, li maż-żmien jiffurmaw saffi magħrufa bħala biofilm.

Għalhekk kien meħtieġ tindif estensiv biex jerġa’ joħroġ il-ġmiel tal-kuluri talistatwa. L-intervent ta’ tindif sar darbtejn biex ikun assigurat li t-trab kollu tneħħa kompletament. Ħmieġ tad-dubbien li kien preżenti fuq it-tunika bajda ta’ Ġesù Tarbija tneħħa bl-użu ta’ tindif mekkaniku u ftit solvent. Wara l-intervent tat-tindif, imtlew xi xquq zgħar. Integrazzjoni pittorika saret biss fejn kien hemm brix u tbajja. L-ewwel intużaw kuluri ta’ tempera riversibbli u mbagħad ġie applikat darbtejn saff fin ta’ verniċ biex jipproteġi u s-saff tal-induratura u l-kuluri joħorġu aktar.

Il-pedestall

Il-pedestall x’aktarx li sar fis-seklu 18, iżda s’issa ma sibniex min kien id-disinjatur jew l-artist li għamlu. Il-kundizzjoni tiegħu ma kinitx fi stat tajjeb u kellu ħsara estetika estensiva li ġiet ikkawżata matul iż-żmien. L-indurata kienet fi stat ħażin tant li parti kbira mill-bolo beda jidher. Fil-kantunieri u tul ilgwarniċ ta’ isfel kien hemm ammont kbir ta’ depożisiti tax-xemgħa. Dawn huma riżultat tal-fatt li fl-imgħoddi, fil-kantunieri talpedestall kienu jinxtegħlu għadd ta’ xemgħat għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Malli l-pedestall inġieb fil-faċilità tal-kumpanija tagħna, saru l-interventi meħtieġa ta’ tisħiħ fi xquq flinjam kif ukoll xquq kapillari fil-ġibs flimkien ma distakki. It-trattament issokta b’interventi ta’ tindif, li kienet sfida kumplessa minħabba li s-saff indurat instab li kien fraġli ħafna. It-tindif sar bl-użu ta’ Japanese paper u solvent gel. Ir-riżultati kienu sodisfaċenti, iżda ħafna partijiet tal-wiċċ indurat kienu fraġli ħafna. Il-partijiet nieqsa ġew l-ewwel ippreparati b’saffi ta’ bolo. Il-bolo l-aħmar ġie imbornit qabel l-applikazzjoni tad-deheb waqt li f’postijiet matti sar saff isfar ta’ bolo li ġie applikat u tħalla mhux imbornit. Il-proċess tal-induratura tkompla billi ġew applikati folji doppji ta’ deheb ta’ 23.75 karat, skont it-teknika tal-water gilding. Il-folji tad-deheb inġiebu apposta għall-proġett minn waħda mill-aqwa fabbriki tad-deheb gewwa Firenze. Oqsma ta’ induratura mill-ġdid ġew mbagħad imborniti u oqsma oħra tħallew matti, skont l-estetika oriġinali tal-pedestall. Ir-restawr ġie konkluż bl-applikazzjoni ta’ verniċ protettiv bl-użu ta’ reżina sintetika li tiflaħ għal temperaturi sħan.

L-istatwa u l-pedestall treġġgħu lura fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli nhar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2020. Il-materjali kollha użati filkonservazzjoni u r-restawr tan-niċċa, l-istatwa u l-pedestall għandhom il-karatteristika komuni tar-riversibilità. Il-proġett sar skont il-prinċipji etiċi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta’ xogħol tal-arti. Il-kumpanija tagħna, Atelier del Restauro, hi grata lejn il-Parroċċa ta’ ĦadDingli li fdawna biex nikkonservaw dawn l-opri artistiċi, simboli uniċi ta’ din il-parroċċa.

TENTS

FURNITURE RENTALS

EVENT MANAGEMENT

WEDDINGS

This article is from: