3 minute read
Ċelebrazzjonijiet liturġiċi u inizjattivi pastorali fix-xahar ta’ Awwissu 2020 (jinkludi l-Programm ta’ Jum il-Festa ta’ Santa Marija
Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi u Inizjattivi Pastorali fix-xahar ta’ Awwissu 2020
Fil-Ħdud tax-xahar ta’ Awwissu, l-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna qiegħed jiċċelebra quddiesa fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli. Il-quddiesa mhix miftuħa għall-pubbliku u tixxandar dirett fid-9.30 a.m. fuq l-istazzjon TVM2. L-istess quddiesa tiġi mtennija fis-6.30p.m. fuq TVM2.
Advertisement
Is-Sibt, 8 ta’ Awwissu
6.30 p.m. Quddiesa li fiha jingħata s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal subien.
Il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu
6.30 p.m. Quddiesa li fiha jingħata s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal bniet.
Il-Ħamis, 13 ta’ Awwissu
6.00 p.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat u Rużarju meditat li jintemm bil-Barka Sagramentali. 6.30 p.m. Quddiesa bis-sehem tal-Grupp tal-Kompensatriċi. Fl-istess quddiesa jsir ittesserament tal-membri.
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija
6.30 p.m. Quddiesa tal-Vġili ta’ Santa Marija.
Is-Sibt, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta
Illum għandna l-obbligu li nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħinijiet tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd, inkluż ta’ filgħaxija.
Il-Ħadd, 16 ta’ Awwissu – L-20 Ħadd Matul is-Sena
8.30 a.m. Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela. L-għoti tad-demm jista’ jsir sas-1.00 p.m. Trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità.
It-Tnejn, 17 ta’ Awwissu – Il-wasla tal-bastun devot tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Marcellino Micallef O.F.M. li fiha nilqgħu fostna l-bastun tal-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat. Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat fis-sena li qed jitfakkar il-150 sena minn meta San Ġużepp ġie proklamat bħala Patrun talKnisja Universali. Dan il-bastun se jibqa’ fil-Knisja Arċipretali sal-Ħadd 23 ta’ Awwissu biex isir talb bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp.
It-Tlieta, 18 ta’ Awwissu
6.30 p.m. Quddiesa li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, b’mod speċjali dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom mistiedna jattendu.
L-Erbgħa, 19 ta’ Awwissu
7.00 p.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat u Servizz Penitenzjali. F’dan il-ħin ser ikollna diversi saċerdoti disponibbli għall-qrar sat-8.00 p.m. 8.00 p.m. Attività għaż-żgħażagħ fil-Kulleġġ Savio, f’Ħad-Dingli.
Il-Ħamis, 20 ta’ Awwissu – L-inawgurazzjoni tal-proġett tar-restawr tan-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju
6.30 p.m. Quddiesa. 7.00 p.m. Serata Marjana fil-knisja li matulha jsir l-inawgurazzjoni tal-proġett tar-restawr tan-niċċa, il-pedestall u l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Rappreżentanta talkumpanija Atelier del Restauro tagħmel preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar. Is-serata tinkludi interventi mużikali mill-arpista, is-Sur Jacob Portelli. Kulħadd mistieden.
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Awwissu – Inroddu ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners Dinglin
6.30 p.m. Quddiesa b’radd il-ħajr lil Alla għall-ħidma tal-frontliners Dinglin waqt ilpandemija tal-COVID-19. Mistiedna speċjali t-tobba, l-infermiera, professjonisti fil-qasam tas-saħħa, pulizija, suldati, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ħaddiema mid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u l-impjegati talKunsill Lokali.
Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu – Il-5 anniversarju ta’ Knisja Arċipretali
4.30 p.m. Quddiesa. 4.30 p.m. Servizz ta’ qrar fis-sagristija u fil-post tal-parroċċa ħdejn il-knisja sas-7.00 p.m. 6.30 p.m. Quddiesa. 7.30 p.m. Tberik tas-salib il-ġdid tal-frontispizju tal-Knisja Arċipretali li fi tmiem din ilġimgħa ser ikun esebit fuq iz-zuntier tal-knisja. Iċ-ċerimonja ser issir fil-bidu ta’ programm imtella’ mill-Kumitat Festa Esterna minn fuq iz-zuntier u mxandar dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Festa Santa Marija – Ħad-Dingli’. Il-Knisja tibqa’ miftuħa sal-10.00 p.m. b’ċans li l-pubbliku jidħol irodd ħajr lil Alla u jitlob quddiem l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Hi okkażjoni wkoll li wieħed japprezza l-patrimonju storiku u artistiku tal-knisja.
Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu – Jum il-Festa Titulari ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli
9.30 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija minn Monsinjur Louis Camilleri li din is-sena qiegħed ifakkar il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. L-omelija ssir mir-Rev. Joseph Buttigieg O.F.M. Cap. 7.00 p.m. Il-poplu ta’ Ħad-Dingli jingħaqad għal mument ta’ talb lill-patruna tiegħu: Santa Marija. Fi tmiem tingħata l-Barka Sagramentali.
F’jum il-festa kulħadd hu mħeġġeġ jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knisja. Għal dawk li mhux possibbli jattendu, il-quddiesa solenni ta’ filgħodu u l-mument ta’ talb filgħaxija se jixxandru dirett fuq il-paġna ta’ facebook ‘Parroċċa Ħad-Dingli’. Fil-jiem ta’ qabel il-festa, kif avżat se jkun hemm drabi fejn saċerdoti se jkunu disponibbli għall-qrar.
Inħeġġu lir-residenti ta’ Ħad-Dingli jżejnu l-faċċati tad-djar u l-gallariji bi bnadar, liedna u dawl – sinjal li Ħad-Dingli qiegħed jagħti ġieħ lil Santa Marija.
L-Arċipriet, il-kleru tal-parroċċa u l-Kumitat Festa Esterna jirringrazzjawkom talkoperazzjoni u jistennew li jarawkom f’dawn il-mumenti tal-festa 2020.