6 minute read

Messaġġ mill-Arċipriet Rev. Mark Mallia Pawley

Messaġġ mill-Arċipriet Marija: saħħa tal-bnedmin kollha … qawwa fil-mumenti ta’ diffikultà

Il-ħolm hu xi ħaġa komuni għal ħafna minna. Uħud jiftakru ħafna, oħrajn ftit li xejn. Hemm min joħlom biss waqt li jkun rieqed, waqt li oħrajn joħolmu ma’ kull opportunità li jkollhom. Kultant, ħolma ma tkunx tixtieq li tispiċċa, waqt li ħolm ieħor titlob li qatt ma terġa’ tesperjenzah. Hemm ukoll esperjenzi li ngħaddu minnhom u li tkun tixtieq li tqum u tinduna li huma ħolma, u mhux ir-realtà, waqt li esperjenzi oħrajn niddeskrivuhom bħala ħolma sabiħa. Illum, xtaqt inkellimkom fuq ħolma li kellu żagħżugħ meta kellu madwar 26 sena, ħolma li qasamha magħna u li min jaf kemm-il darba smajniha, bla ma qatt konna nafu l-istorja warajha.

Advertisement

Fis-sena 1968, dan iż-żagħżugħ kien għaddej minn żmien diffiċli u mqalleb ħafna f’ħajtu. Kien tilef lil ommu meta kellu 14-il sena, u fit-taħwid li kien għaddej minnu, bilkemm kien qed isib ħin għal mistrieħ. Iżda darba minnhom, waqt li kien rieqed, ħolom ħolma minn dawk li ma xtaqx li tispiċċa. Hu ħolom li reġa’ ltaqa’ m’ommu, li kienet ilha mejta madwar 12-il sena u hi xtaqet biss tgħidlu ħaġa waħda: “let it be! All will be well!” L-għada filgħodu, dan iż-żagħżugħ qam ħafna aħjar mis-soltu, u ddeċieda li jikteb din l-esperjenza tiegħu f’diska. L-ewwel sentenza ta’ din id-diska hija hekk:

“When I find myself in times of trouble, Mother Mary comes to me, speaking words of wisdom, let it be.”

Din hi l-istorja wara waħda mill-aktar diski popolari tal-grupp The Beatles, proprju l-aħħar diska li bħala grupp kantaw flimkien, id-diska “Let it be.” Paul McCartney kien tilef lil ommu Mary Mohin McCartney fil-bidu taż-żgħożija. Din l-esperjenza mmarkatu sew f’ħajtu. Fid-diffikultajiet li kien għaddej minnhom, hu jħares lejn il-ħolma tal-laqgħa tiegħu m’ommu u jiddeskriviha bħala komfort kbir f’ħajtu. Fi kliem tant sabiħ jaqsam din il-ħolma magħna, tant li diversi jħarsu lejn din id-diska bħala waħda li qed tirreferi għal żewġ ommijiet: l-omm naturali u l-omm spiritwali. Fil-każ ta’ McCartney, it-tnejn kien jisimhom Mary.

B’dan il-messaġġ xtaqt li nerġgħu niftakru f’din id-diska, partikularment l-ewwel sentenza, u napplikawha għal Ommna Marija. Ikollna nammettu li lkoll kemm aħna, flimkien, għadna kemm għaddejna minn esperjenza ta’ turbolenza. Il-coronavirus se nibqgħu niftakruha għal dejjem bħala l-pandemija li waqqfitna u li laqqgħatna ma’ esperjenza ta’ biża. Aħna wkoll għandna bżonn li nisimgħu minn fomm Ommna Marija dak il-kliem sabiħ: “ħallu kollox f’idejja, u kollox ikun tajjeb ħafna.”

Nhar il-15 ta’ Marzu, hu għamel pellegrinaġġ għall-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma stess, fejn għamel talba quddiem l-ikona tal-Madonna magħrufa bħala Salus Populi Romani, Marija għajnuna tal-poplu Ruman. L-istess ikona kienet preżenti fil-mument ta’ talb straordinarju li l-Papa mexxa fi Pjazza San Pietru vojta, nhar is-27 ta’ Marzu 2020. Il-messaġġ tal-Papa kien ċar: “Marija hija Omm il-Knisja u Omm il-bnedmin kollha.” Għaliex induru fuq Marija?

Avukata u Omm Spiritwali

Fit-Tieġ ta’ Kana, Marija turi l-qawwa tagħha bħala dik li tinterċedi għal dawk li huma fil-bżonn. Fl-Enċiklika Redemptoris Mater, ‘Omm ta’ min Salvana’, li San Ġwanni Pawlu II kiteb fl-1987, jiddeskrivi l-intervent ta’ Marija fit-Tieġ ta’ Kana bħala espressjoni ta’ mħabba ta’ omm. Hu jgħid hekk:

F’Kana tal-Galilija ntwera aspett wieħed biss talħtiġijiet veri tal-bnedmin, aspett li jidher żgħir u ftit importanti: “Ma għandhomx inbid”. Imma dan għandu tifsira simbolika kbira: l-għajnuna li tingħata lill-bnedmin fi ħtiġijiethom tfisser ukoll li dawk il-ħtiġijiet daħlu fi ħdan il-missjoni messjanika u l-qawwa ta’ Kristu Salvatur. U għalhekk għandna medjazzjoni: Marija tidħol bejn Binha u bejn ilbnedmin fil-verità tal-ħtiġijiet, tan-nuqqasijiet u tat-tbatijiet tagħhom. Tidħol “fin-nofs” jiġifieri tagħmilha ta’ medjatriċi mhux bħala xi waħda barranija imma bħala omm, għax taf li bħala omm tista’ turi lil Binha l-ħtiġijiet tal-bnedmin, u “għandha d-dritt” tagħmel dan. Il-medjazzjoni tagħha għalhekk għandha sura ta’ talba: Marija “titlob” għall-bnedmin (RM 21).

Il-kult Marjan f’mumenti ta’ diffikultà

Diversi Papiet għamlu dak li għamel il-Papa Franġisku quddiem l-ikona ta’ Marija. Waqt il-pontifikat tal-Papa San Piju V (1566-1572), f’Ruma faqqgħet il-pesta. Piju V kien ħa din l-ikona ġewwa l-Bażilika ta’ San Pietru u għamel talb speċjali quddiem din ix-xbieha. Grazzi għall-interċessjoni ta’ Marija, ilpesta ma damitx ma ġiet fix-xejn. L-istess Papa talab ukoll quddiem din l-ikona qabel il-battalja ta’ Lepanto, fejn il-qawwiet navali Nsara kkonfrontaw il-qawwa navali tal-Imperu Ottoman fl-1571. Hu kien ħeġġeġ ukoll li tintalab it-talba tar-Rużarju. L-interċessjoni ta’ Marija kienet mal-qawwa navali Nisranija, illi minkejja li kienet anqas fl-għadd minn dik tal-Imperu Ottoman, irnexxielha tirbaħ ilbattalja. Wara dan, il-Papa Piju V kien waqqaf festa Marjana fis-7 ta’ Ottubru, f’liema jum illum niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Episodju ieħor seħħ fl-1837, meta f’Ruma faqqgħet il-kolera, u l-Papa Girgor XVI talab quddiem din l-ikona u l-kolera waqfet. B’ringrazzjament, il-Papa kien inkuruna din l-ikona fil-15 ta’ Awwissu 1838, festa tat-tlugħ fis-sema ta’ Marija.

Konsagrazzjoni lil Marija

Drawwa sabiħa oħra fil-Knisja hija l-Konsagrazzjoni tal-poplu ta’ Alla u tad-dinja lil Marija. Fil-5 ta’ Mejju 1917, ftit qabel it-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Papa Benedittu XV kien ikkonsagra d-dinja lil Marija u talab biex bħala Omm, tinterċedi għad-dinja u jkun hemm waqfien mill-gwerra, xi ħaġa li ġrat ftit tax-xhur wara. Fil-31 ta’ Ottubru 1942, f’nofs it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Papa Piju XII ikkonsagra d-dinja lill-Qalb bla tebgħa ta’ Marija.

The Eco-Friendly Electronic Anti-Scale System

The Green Alternative To Water Softeners

Made in Germany

Prevents scale and rust Works on all pipe materials For pipe diameters up to 40"

No Salt No Chemicals No Maintenance 100% Magnetism-Free

+356 (0)21 466668/ 9 bmsltdmalta@gmail.com www.cwt-vulcan.com

MADE IN

Dan kollu juri kemm għalina l-Insara, Ommna Marija għandha post speċjali f’qalbna! Hija Omm ta’ min jammiraha, xempju ta’ qdusija, avukata tagħna l-midinbin u qawwa tagħna fil-mumenti ta’ diffikultà. Marija tibqa’ tidħol għalina u tkun preżenti magħna bħalma dejjem kienet preżenti ma’ binha Ġesù.

Ejjew ma’ Paul McCartney u ma tant miljuni ta’ nies nerġgħu nisimgħu dak ilkliem sabiħ, li llum qed nattribwuh lil Ommna Marija: “When I find myself in times of trouble, Mother Mary comes to me, speaking words of wisdom, let it be.” Ejjew inħalluha tidħol għalina, waqt li aħna nkomplu nitolbu l-interċessjoni tagħha.

Nawguralkom jiem qaddisa, aħna u nfakkru t-tlugħ ta’ Marija fis-sema.

Dun Mark Mallia Pawley

Opening hours: Wednesday to Monday – lunch & dinner Kitchen opens at 11.30 till 15.00, 19.00 till 22.30 Tuesday closed all day

Mr Paul Falzon MANAGING DIRECTOR

Opening Hours Monday to Friday 6.00am - 5.00pm Saturday 6.00am - 12.30pm

Tlata Ltd, Hardstone Quarry 32, Triq Santa Katarina, Rabat RBT 3210, Malta

Email: hardstonequarry@gmail.com

Tel: 2145 4346, 2145 0119

Mob: 9933 5501, 7949 5319

WhatsApp: 99335502

This article is from: