3 minute read

L-infjorata se terġa’ ssir Il-Grupp tal-Abbatini

L-inϐjorata se ter»a’ ssir

Fil-bidu ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet, il-Grupp tal-Abbatini beda jmexxi l-kelma li għall-festa se jippreżenta sorpriża. U hekk ġara! Nhar il-festa fi lgħaxija, fuq iz-zuntier intramat infjorata tal-karti li laqgħet lill-istatwa ta’ Santa Marija fi l-ħruġ tal-purċissjoni u ħolqot atmosfera sabiħa ħafna li kkumplimentat l-armar sabiħ ta’ ħdejn il-knisja. Din is-sena, l-infjorata se terġa’ ssir u se tkun akbar. Il-Grupp tal-Abbatini hu attiv ħafnafi l-ħajja u l-ħidma tal-parroċċa.

Advertisement

Fl-aħħar snin, il-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa ta’ ĦadDingli kompla jikber tant li llum hu magħmul minn aktar minn 30 abbati. Flimkien mal-Arċipriet u l-Kumitat tal-Abbatini, u bl-għajnuna ta’ grupp ta’ ġenituri, l-abbatini ma baqgħux jagħtu s-servizz tagħhom biss fuq l-artal, iżda ħadu inizjattivi ġodda biex iżidu s-sehem tagħhomfi l-ħajja tal-parroċċa u fi lkomunità Dinglija. Fost l-oħrajn, matul is-snin li għaddew l-abbatini kienu responsabbli li ja ħdmu eluf ta’ fjuri tal-karti li jitwaddbu mill-gallarija tal-knisja fi l-ħruġ tal-purċissjoni, nhar il-festa.

Rajna li kien hemm bosta inizjattivi oħra li stajna nieħdu biex l-abbatini jkunu dejjem aktar involuti fl -attivitajiet talparroċċa matul is-sena kollha. Għall-ewwel darba fi l-Milied li għadda, il-Grupp tal-Abbatini ħadem presepju b’xejra Dinglija li kien esebit fi l-knisja. Din is-sena immarkat ukoll it-8 sena konsekuttiva minn meta l-Grupp tal-Abbatini beda jtella’ esebizzjoni oriġinali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. B’differenza mis-snin ta’ qabel, inħadem mudell tal-belt ta’ Ġerusalemm li fi ha kien hemm rappreżentazzjoni tat-triq tas-salib. Il-wirja saret fi l-kappella ta’ Santa Marija Maddalena.

Għall-festa tas-sena li għaddiet, il-grupp ħadem għallewwel darba fuq infjorata, magħmulha kollha bl-idejn minn karti tat-tajr. Din kienet s-sorpriża tagħna għallfesta ta’ Santa Marija 2018. Din is-sena, l-infjorata se terġa’ ssir! Matul dawn l-aħħar xhur kienu għaddejjin bosta preparamenti biex l-abbatini ikunu jistgħu jikkontribwixxu mill-aħjar li jistgħu fi żmien il-festa. Id-disinn għall-infjorata sar mis-Sur Paul Azzoppardi, ġenitur u membru fi ħdan il-kumitat tal-abbatini. Rajna li fi lwaqt li l-infjorata intlaqgħet b’mod tajjeb ħafna, kellha post biex tikber. Għalhekkħsibna biex inkabbru d-disinn b’darbtejn biex issa se jkollha tul ta’ aktar minn 3.3 metri u wisgħa ta’ madwar 3 metri. Għall-infjorata ta’ din is-sena, bejn wieħed u ieħor inħadmu madwar 3,000 fjura. Barra minn hekk, l-abbatini ħadu ħsieb ukoll li jkun hemm madwar 15,000 fjura tal-karti lesti biex jintefgħu mill-gallarija tal-Knisja Arċipretali, nhar il-festa, fi l-ħruġ tal-istatwa mill-knisja. Naturalment

dan kien jirrikjedi ħafna aktar xogħol għall-fatt li kull fjura tiġi maħduma bl-idejn u għalhekk nixtiequ nirringrazzjaw lill-abbatini, ġenituri u voluniera li taw l-għajnuna tagħhom.

Ix-xogħol tagħna mhux se jieqaf fi l-festa. Infatti, mixxahar id-dieħel se jitkompla x-xogħol fuq il-mudell tal-presepju. Dan sabiex hekk kif ikollna kollox iffi nallizzat inkunu nistgħu nibdew naħsbu fuq ilWirja tal-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena d-dieħla u b’hekk inkomplu nagħtu s-sehem tagħna matul s-sena kollha. Barra minn hekk jiġu organizzati diversi attivitajiet għall-abbatini nfushom. Kull nhar ta’ Sibt niltaqgħu fl imkien għal-laqgħa u ħin ta’ logħob. Fost l-oħrajn, matul is-sena jkollna mixjiet, treasure hunts, mawriet il-baħar, ħarġiet kulturali u ikliet kemm għall-abbatini kif ukoll għall-familjari tagħhom.

Filwaqt li dawn huma kollha attivitajiet sbieħ kollox jirrikjedi ħafna xogħol u sagrifiċċju. Għalhekk l-abbatini jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jgħinu biex dan kollu jkun jista’ jsir. L-ewwelnett, radd ta’ ħajr tmur lill-Arċipriet li fl imkien mal-Kumitat tal-Ġenituri tal-Abbatini u l-Kumitat tal-Abbatini huma l-moħħ wara l-attivitajiet li jsiru. Grazzi kbira tmur ukoll lil entitajiet l-oħra li dejjem għenuna mill-aħjar li setgħu, ewlenin fosthom il-Kunsill Lokali, il-Kumitat Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Fl-aħħarnett, ringrazzjament speċjali jmur lilkom id-Dinglin li dejjem kontu ta’ appoġġ u wrejtu apprezzament f’kull attività li għamilna.

Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.

Is-Sindku Raymond Schembri u l-familja tiegħu jixtiequ jawguraw lid-Dinglin u r-residenti tal-madwar il-Festa t-Tajba

M: 7939 8890 E: remig1457@gmail.com

Supplier for all types of playground equipment and flooring, turf, benches, bins and a lot more.

Gokker Ltd Telephone: 2152 3686 Mobile: 9940 9592 Email: info@gokkerltd.com

This article is from: