32
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
L-in jorata se ter a’ ssir Fil-bidu ta’Awwissu tas-sena li għaddiet, il-Grupp tal-Abbatini beda jmexxi l-kelma li għall-festa se jippreżenta sorpriża. U hekk ġara! Nhar il-festa filgħaxija, fuq iz-zuntier intramat infjorata tal-karti li laqgħet lill-istatwa ta’ Santa Marija fil-ħruġ tal-purċissjoni u ħolqot atmosfera sabiħa ħafna li kkumplimentat l-armar sabiħ ta’ ħdejn il-knisja. Din is-sena, l-infjorata se terġa’ ssir u se tkun akbar. Il-Grupp tal-Abbatini hu attiv ħafna fil-ħajja u l-ħidma tal-parroċċa. Fl-aħħar snin, il-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa ta’ ĦadDingli kompla jikber tant li llum hu magħmul minn aktar minn 30 abbati. Flimkien mal-Arċipriet u l-Kumitat tal-Abbatini, u bl-għajnuna ta’ grupp ta’ ġenituri, l-abbatini ma baqgħux jagħtu s-servizz tagħhom biss fuq l-artal, iżda ħadu inizjattivi ġodda biex iżidu s-sehem tagħhom fil-ħajja tal-parroċċa u filkomunità Dinglija. Fost l-oħrajn, matul is-snin li għaddew l-abbatini kienu responsabbli li jaħdmu eluf ta’ fjuri tal-karti li jitwaddbu mill-gallarija tal-knisja fil-ħruġ tal-purċissjoni, nhar il-festa. Rajna li kien hemm bosta inizjattivi oħra li stajna nieħdu biex l-abbatini jkunu dejjem aktar involuti fl-attivitajiet talparroċċa matul is-sena kollha. Għall-ewwel darba fil-Milied li għadda, il-Grupp tal-Abbatini ħadem presepju b’xejra Dinglija li kien esebit fil-knisja. Din is-sena immarkat ukoll it-8 sena konsekuttiva minn meta l-Grupp tal-Abbatini beda jtella’ esebizzjoni oriġinali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. B’differenza mis-snin ta’ qabel, inħadem mudell tal-belt ta’ Ġerusalemm li fiha kien hemm rappreżentazzjoni tat-triq tas-salib. Il-wirja saret fil-kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Għall-festa tas-sena li għaddiet, il-grupp ħadem għallewwel darba fuq infjorata, magħmulha kollha bl-idejn minn karti tat-tajr. Din kienet s-sorpriża tagħna għallfesta ta’ Santa Marija 2018. Din is-sena, l-infjorata se terġa’ ssir! Matul dawn l-aħħar xhur kienu għaddejjin bosta preparamenti biex l-abbatini ikunu jistgħu jikkontribwixxu mill-aħjar li jistgħu fi żmien il-festa. Id-disinn għall-infjorata sar mis-Sur Paul Azzoppardi, ġenitur u membru fi ħdan il-kumitat tal-abbatini. Rajna li filwaqt li l-infjorata intlaqgħet b’mod tajjeb ħafna, kellha post biex tikber. Għalhekk ħsibna biex inkabbru d-disinn b’darbtejn biex issa se jkollha tul ta’ aktar minn 3.3 metri u wisgħa ta’ madwar 3 metri. Għall-infjorata ta’ din is-sena, bejn wieħed u ieħor inħadmu madwar 3,000 fjura. Barra minn hekk, l-abbatini ħadu ħsieb ukoll li jkun hemm madwar 15,000 fjura tal-karti lesti biex jintefgħu mill-gallarija tal-Knisja Arċipretali, nhar il-festa, fil-ħruġ tal-istatwa mill-knisja. Naturalment