Programm tal-Festa 2019
57
atri afel a illeri Kap ċċin ta’ fa a
inn Ħal artarni
Minn Ħal Tartarni llum fadal biss l-isem u ż-żona fejn kien. Maż-żmien, dan l-irħajjel ngħaqad ma’ Ħad-Dingli. Wieħed minn ulied Ħal Tartarni kien Patri Rafel Camilleri, Franġiskan Kapuċċin. Lejn tmiem is-seklu 16, kellu sehem ewlieni biex dan l-ordni reliġjuż jkollu preżenza f’Malta. L-għerf tiegħu ssarraf f’karigi ta’ fiduċja li ngħata kemm mit-tmexxija tal-Ordni talFranġiskani Kapuċċini kif ukoll mit-tmexxija tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. IR-REV. DR MARTIN MICALLEF OFM Cap., lettur fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u Biblijotekarju u Kuratur tal-Mużew tal-Kapuċċini fil-Floriana, jikteb dwar ħajjet Patri Rafel Camilleri. Mhux il-kittieba kollha jaqblu fuq id-data tattwelid ta’ Patri Rafel Camilleri. Xi wħud jagħtu s-sena 1547,1 filwaqt li oħrajn iżommu s-sena 1533.2 Hu twieled fl-hekk imsejjaħ “Għar ilKbir”3 fil-limiti ta’ Ħal Tartarni, qrib il-Buskett, illum parti mill-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.4 Fuq dan naqraw li “xi mil bogħod minn Ħad-Dingli kien hemm raħal jismu Ħal Tartarni u mal-knisja tiegħu li baqgħet parroċċa sal-1540 kien jagħmel għar imsejjaħ Għar il-Kbir fejn fl-1553 kienu jgħammru 27 ruħ; l-aktar rgħajja u nies tar-raba.”5 Wara li temm l-istudju tal-grammatika, missieru Salvatore Camilleri, bagħtu Napli biex isegwi l-istudji tal-filosofija. Hemmhekk hu ngħaqad mal-patrijiet Kapuċċini ta’ Napli u fis-sena 1574 libes iċ-ċoqqa jew il-labtu Kapuċċin,6 għalkemm xi kittieba oħra jorbtu dan mas-sena tal-1579.7 Wara li ġie ordnat saċerdot, Patri Rafel spikka filPatri Rafel Camilleri Ritratt ta’ kwadru fil-Mużew tal-Kapuċċini, il-Floriana. ħila tiegħu bħala predikatur fis-Saltna ta’ Napli.8 Patri Rafel kien wieħed mill-ewwel Kapuċċini Maltin, li flimkien ma’ Kapuċċini oħra minn Provinċji differenti tal-Italja, ġew mitluba jiġu Malta biex hawnhekk iwaqqfu l-ewwel kunvent tagħhom. Fl-1589, il-Vigarju Ġenerali tal-patrijiet Kapuċċini, Patri Girolamo da Polizzi, bagħat id-digriet tal-aggregazzjoni tal-Kapuċċini f’Malta mal-Provinċja tal-Kapuċċini ta’ Sirakuża, bħala l-eqreb Provinċja għal Malta.9 Ħafna kittieba li jitkellmu fuq din il-ġrajja, isemmu lill-Gran Mastru Verdalle bħala dak li għamel ittalba biex il-Kapuċċini jiġu Malta. Hekk, pereżempju, jikteb Patri Pelaġju, il-Kapuċċin prolifiku tasseklu tmintax, meta fil-Kronaka tiegħu jitkellem fuq kif Patri Rafel kellu jinfired minn mal-Provinċja tal-Kapuċċini f’Napli biex jingħaqad mal-Provinċja ta’ Sirakuża. Patri Pelaġju jgħid li dan seħħ wara li l-Gran Mastru Verdalle kien iltaqa’ ma’ Patri Rafel f’Gaeta u ra l-qdusija kbira ta’ dan il-patri Kapuċċin u kif dan tal-aħħar kien laqgħu meta kien sejjer Ruma.10 Skont Patri Pelaġju, meta l-Gran Mastru Verdalle kien irritorna Malta fl-10 ta’ Frar 1588, huwa ħass li kien wasal iż-żmien biex isseħħ ix-xewqa li kienet nibtet fih, jiġifieri dik li jinbena kunvent għall-Kapuċċini. Minħabba f’hekk, huwa