10 minute read

Il-Programm tal-Festa

Next Article
Mario Micallef

Mario Micallef

Programm tal-Festa

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Awwissu – Bidu tal-Kwindiċina – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl-Ewkaristija

Advertisement

Il-parroċċa qed tistieden lil kulħadd biex il-mixja għall-festa nibdewha madwar Ġesù flEwkaristija. Filgħodu, is-saċerdoti tal-parroċċa jwasslu lil Ġesù Ewkaristija lill-morda li jitqarbnu fi djarhom kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. 8.00 a.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat fil-knisja għal talb u adorazzjoni privata sa 12.00 p.m. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 9.00 a.m. Mument ta’ adorazzjoni organizzat, immexxi mis-Superjur Joe Fenech. 6.30 p.m. Quddiesa tal-bidu tal-Kwindiċina ċċelebrata mill-ispazju miftuħ Dylan Zahra fi Triq Ġużè Ellul Mercer (quddiem il-grawnd tal-futbol). Imexxi l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara, purċissjoni bis-sagrament li tgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ġużi Cutajar, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira, Santu Rokku u l-Parroċċa. Fil-knisja ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-Sibt, 6 ta’ Awwissu – Jum il-Komunità Parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ Santa Marija

Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa. Il-ġbir f’din il-quddiesa jkun għall-ispejjeż talfesta ta’ ġewwa. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli ċċelebrata minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Imexxi Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Wara, madwar l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija ssir Velja Marjana, il-funzjoni tal-Kwindiċina u tingħata l-Barka Sagramentali. Fi tmiem jingħata l-mandat lirreffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija u nsellmu lill-patruna tar-raħal tagħna. Ilpoplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.30 p.m. Pasta Night organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela.

Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa

Il-ġbir fil-quddies tal-lum ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. 9.30 a.m. Quddiesa għall-familji bit-tfal organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Fiha ssir ilvestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Imexxi l-Kan. James Saydon, Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju talArċisqof. Il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.

It-Tnejn, 8 ta’ Awwissu – Jum it-tifkira tat-twaqqif tal-banda u l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija

6.30 p.m. Quddiesa kkonċelebrata mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia u minn Mons. Louis Camilleri f’Misraħ Frenċ Abela. Tieħu sehem il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Fi tmiem issir il-funzjoni talKwindiċina. 7.30 p.m. Tibda ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-proġett tal-bini mill-ġdid tal-parti l-antika u l-estensjoni tal-każin u ssir il-mixgħela tal-faċċata tal-istess binja. Wara, jinħaraq logħob tan-nar tal-ajru mill-istess għaqda.

It-Tlieta, 9 ta’ Awwissu – Marija Assunta tindokra lit-tfal tagħna

5.30 p.m. It-tfal jinġabru ħdejn l-istatwa tal-Madonna f’Misraħ il-Mafkar bir-roti tagħhom imżejna fl-okkażjoni tal-festa. Minn hawnhekk jitlaq pellegrinaġġ bir-roti li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, il-Kunċizzjoni, il-Kbira u l-Parroċċa. Tul din ir-rotta jingħad ir-Rużarju quddiem niċeċ bi statwi tal-Madonna. 6.10 p.m. L-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, ibierek lit-tfal kollha f’Misraħ Ġużè Abela. Wara, it-tfal bir-roti tagħhom jimxu f’korteo wara statwa tal-Assunta sal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Il-pellegrinaġġ isir bis-sehem tal-membri talM.U.S.E.U.M., il-Kummissjoni Tfal, il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija u l-gruppi tal-iScouts u l-Girl Guides. 6.30 p.m. Quddiesa fil-bitħa tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien għat-tfal kollha tal-parroċċa. Jiċċelebra r-Rev. Jean Claude Schembri. Wara l-quddiesa, it-tfal jingħataw tifkira fl-okkażjoni tal-festa.

L-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu – Marija Assunta tħares liż-żgħażagħ tagħna

5.45 p.m. Rużarju animat mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija, funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Vincent Magro MSSP. 8.00 p.m. Quddiesa fil-knisja għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ mmexxija mir-Rev. Jake Mamo SDB, Direttur tal-Oratorju Salesjan ta’ Ħad-Dingli. Wara l-quddiesa, se tiġi organizzata attività soċjali għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fl-Oratorju Salesjan.

Il-Ħamis, 11 ta’ Awwissu – Marija Assunta żżomm idejha fuq l-Arċipriet u s-saċerdoti tal-parroċċa

Illum tibda l-ġabra tal-envelopes b’risq il-festa ta’ ġewwa. 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia, bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-kummissjonijiet tal-parroċċa. Wara l-quddiesa jsir mument ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat bi tħejjija għall-okkażjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-Arċipriet il-ġdid. Fi tmiem issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Awwissu – Il-bidu uffiċċjali tal-ħidma pastorali tal-Kan. David Farrugia bħala Arċipriet ta’ Ħad-Dingli.

5.15 p.m. Il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija tibda marċ minn quddiem il-każin tagħha f’Misraħ Frenċ Abela għal Triq il-Parroċċa u Triq il-Knisja. Minn quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali Familja Mqaddsa jibda korteo bis-sehem tal-Arċipriet il-ġdid, il-familja tiegħu u rappreżentanza mill-komunità parrokkjali. Akkumpanjat millbanda, il-korteo jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Knisja, Ġużi Cutajar, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela u l-Parroċċa. 6.15 p.m. Nilqgħu fostna lill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna. Il-banda tilqgħu fuq barra tal-knisja bid-daqq tal-Innu Pontifiċju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, li fiha l-Kan. David Farrugia jingħata l-pussess bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-poplu kollu ta’ Ħad-Dingli hu mistieden jattendi. Wara jsir riċeviment għal kulħadd filM.U.S.E.U.M. tas-Subien.

Is-Sibt, 13 ta’ Awwissu – Marija Assunta tipproteġi lill-anzjani u tilqa’ fi ħdanha lil ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem

9.00 a.m. Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa li jinsabu fid-djar tagħhom jew f’residenzi għall-anzjani. Imexxi r-Rev. Carmelo Sacco SDB. Jiġi amministrat issagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l morda. 4.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara jiġi amministrat is-sagrament tal-Magħmudija. 6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri li matulha nitolbu għal ħutna l-mejtin, speċjalment dawk li mietu matul din l-aħħar sena. Il-familjari tagħhom huma mistiedna jattendu. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu – Il-Vġili ta’ Santa Marija u Jum is-Solidarjetà – Marija Assunta tipproteġi lit-trabi fil-ġuf u fil-bidu tal-ħajja nisranija

Il-ġbir li jsir fil-quddies ta’ tmiem din il-ġimgħa jkun l-għotja ta’ karità tal-parroċċa għal żmien il-festa. Din is-sena l-flus miġbura se jingħataw lil Hospice Malta li jinsabu fl-aħħar fażi talproġett St Michael Hospice, binja f’Santa Venera li qed tinbidel fl-ewwel kumpless tax-xorta f’Malta fejn pazjenti morda bil-kanċer u mard ieħor jingħataw kura paljattiva b’xejn u servizzi ta’ appoġġ lill-qraba. 8.30 a.m. Għoti ta’ demm fil-Mobile Blood Donation Unit f’Misraħ Ġużè Abela sas-1.00 p.m. 9.00 a.m. Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju, Mons. Joe Galea Curmi li fiha niċċelebraw id-don tal-ħajja. Dan ser isir fil-preżenza tal-ġenituri u t-trabi li twieldu matul l-aħħar sena li fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati lil Santa Marija u jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Mistiedna wkoll il-koppji li qed jistennew tarbija u tingħad talba għat-tarbija fil-ġuf. Il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.

It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu – L-Għid tal-Assunta

9.30 a.m. Quddiesa tas-solennità tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna. Jiċċelebra l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 10.00 a.m. Tluq tal-Pellegrinaġġ tal-Muturi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali talImġarr. Il-pellegrinaġġ jintemm ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli bit-tberik tas-sewwieqa, li jkunu jistgħu jieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tal-11.00 a.m. Il-pellegrinaġġ hu organizzat għall-ħames sena mill-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr.

It-Tlieta, 16 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għall-benefatturi tal-parroċċa

6.00 p.m. Rużarju. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Alfred Vassallo OCD, Chaplain ta’ Hospice Malta li fiha niftakru b’mod speċjali fil-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu b’xogħol volontarju fl-armar, arranġamenti ta’ fjuri u tindif tal-knisja, kolletturi u distributuri, membri tal-fund-raising u l-membri tal-iskema Ħbieb tal-Assunta. Fi tmiem, tiġi ppreżentata s-somma li l-parroċċa se tagħti lil Hospice Malta bħala l-għotja ta’ karità fi żmien il-festa għall-proġett St Michael Hospice. Wara, issir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa, 17 ta’ Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu – Ma’ Marija Assunta nitolbu għas-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-vokazzjonijiet

5.45 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Louis Camilleri u r-Rev. Pawl Muscat OSA, ulied din il-parroċċa li fis-sentejn li għaddew iċċelebraw il-50 anniversarju talordinazzjoni saċerdotali. Fi tmiem il-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara, inkomplu naqsmu l-ferħ tal-okkażjoni flimkien b’bibita għal kulħadd.

Il-Ħamis, 18 ta’ Awwissu – It-Tieni Jum tat-Tridu – Marija Assunta tħares ’l-għaqdiet ta’ Ħad-Dingli

5.45 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Mons. Frans Abdilla. Jieħdu sehem il-Kunsill Lokali u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, tal-kummissjonijiet parrokkjali, talgħaqdiet, gruppi u każini. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 9.00 p.m. Programm vokali u strumentali organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli fuq il-planċier ħdejn il-Knisja. Fl-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, jieħdu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef.

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu – It-Tielet Jum tat-Tridu – Marija Assunta tħares il-familji tagħna

5.45 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Rużarju bil-litanija kantata. 6.30 p.m. Quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mmexxija mill-Kan. Brendan Mark Gatt, Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Metropolitan. Nagħmlu stedina speċjali lill-koppji li din is-sena jagħlqu 60, 50, 25 jew 10 snin miżżewġin u lil dawk li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-aħħar sena, li kollha jingħataw tifkira tal-okkażjoni. Fi tmiem issir il-preżentazzjoni tal-Premju Joseph Lowell għall-Familja lil xi persuna jew familja fil-parroċċa li tkun ħadmet volontarjament b’risq il-familja jew tat l-għajnuna u l-ħin lill-familji fil-bżonn. Wara l-quddiesa ssir il-funzjoni tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi. Il-marċ jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Suffara, San Pawl tal-Pitkali, Ġann Mari Abela, il-Merill, il-Ħemda, il-Gvernatur William Reid, Francesco Zammit, Ġużè Ellul Mercer, Ċensa Spiteri, Misraħ Frenċ Abela, ilKunċizzjoni, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fl-aħħar parti tal-marċ il-banda takkumpanja lill-istatwa ta’ Santa Marija sakemm titpoġġa fuq il-pedestall f’Misraħ Ġużè Abela. Il-Kumitat Festa Esterna se jinawgura r-restawr ta’ żewġ pedestalli u trofew antik. Isir ġbir mill-membri tal-Kumitat Festa Esterna.

Il-kant u l-mużika fit-tridu, lejlet u nhar il-festa ser ikunu bis-sehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell. F’dawn il-ġranet titkanta l-antifona Hodie Maria, kompożizzjoni ta’ Mro Chappell u proprjetà tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli.

Is-Sibt, 20 ta’ Awwissu – Lejlet il-Festa

8.00 a.m. Quddiesa kantata tat-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla u ’l-Madonna f’għeluq l-Kwindiċina. Imexxi l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 5.30 p.m. Qrar minn konfessur barrani. 6.00 p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna mill-M.U.S.E.U.M. tas-subien sal-knisja. Imexxi l-Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP. 6.30 p.m. Kant tal-Ewwel Għasar tal-festa fil-knisja. 7.00 p.m. Quddiesa solenni mmexxija mill-Arċisqof Emeritus ta’ Tirana-Durres fl-Albanija, Mons. George Frendo OP Illum din tkun l-unika quddiesa filgħaxija fil-parroċċa. 8.30 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: ilParroċċa, Misraħ Ġużè Abela, Għar Bittija, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa. 10.00 p.m. Quddiem il-knisja, il-banda tesegwixxi l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine, bissehem tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Il-marċ ikompli f’din ir-rotta: San Rokku, il-Kbira, il-Mitħna, is-Sależjani u l-Maddalena. 11.30 p.m. Ħruq tan-nar tal-art fi Triq il-Maddalena. Waqt il-kant tal-Innu lill-Assunta u l-ħruq tan-nar tal-art isir ġbir mill-membri talKumitat Festa Esterna.

Il-Ħadd, 21 ta’ Awwissu – Jum il-Festa ta’ Santa Marija

6.30 a.m. Quddiesa. 8.00 a.m. Quddiesa. 9.15 a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Joseph Zahra OP, Kappillan tal-Parroċċa Madonna ta’ Fatima, Pietà/G’Mangia. 11.00 a.m. Marċ brijuż organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Lemħet Filfla, Ġużè Ebejer, Dun Karm Azzopardi, San Pawl, Salvu Azzopardi, Ġuze’ Ellul Mercer, l-Għajn, Santa Duminka, Santa Marija, il-Kbira, il-Parroċċa u Misraħ Ġużè Abela. Fi tmiem isir spettaklu ta’ karti mal-mużika miż-Żgħażagħ Brijużi Dinglin. 11.15 a.m. Quddiesa. 5.00 p.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Jonathan Debattista, Viċi Arċipriet tal-Parroċċa Marija tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. 5.45 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-festa fil-knisja. 5.45 p.m. Marċ organizzat u finanzjat mill-Kumitat Festa Esterna. Banda mistiedna: ilBanda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Buskett, San Ġwann Bosco, il-Kbira u l-Parroċċa. L-istess banda ddoqq l-Ave Maria waqt il-ħruġ tal-purċissjoni u wara tesegwixxi programm mużikali. Tkanta s-soprano Karen Camilleri. 7.00 p.m. Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Takkumpanja fuq stedina tal-Kumitat Festa Esterna l-Banda Peace tan-Naxxar. Imexxi l-purċissjoni r-Rev. Jonathan Debattista. 10.15 p.m. Fid-dħul tal-purċissjoni jindaqq l-Innu l-Kbir, Inno Alla Beata Vergine mill-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat. Jieħdu sehem il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, it-tenur Charles Vincenti u s-solista Isaac Micallef. Wara, Ċelebrazzjoni Ewkaristika filknisja. 10.45 p.m. Marċ tal-Aħħar organizzat u finanzjat mill-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli.

This article is from: